Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0135

2012/135/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-manifattura tal-ħadid u tal-azzar (notifikata bid-dokument numru C(2012) 903) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 70, 8.3.2012, pp. 63–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/03/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/135/oj

8.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/63


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Frar 2012

li tistabbilixxi l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-manifattura tal-ħadid u tal-azzar

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 903)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/135/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jesiġi li l-Kummissjoni torganizza skambju ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet industrijali bejnha u l-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali sabiex jiġi ffaċilitat it-tfassil tad-dokumenti ta’ referenza tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) kif iddefiniti fl-Artikolu 3(11) ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-iskambju tal-informazzjoni għandu jindirizza l-prestazzjoni tal-installazzjonijiet u t-tekniki f’termini ta’ emissjonijiet, espressi bħala medja fuq perjodi ta’ żmien qosra u twal, fejn xieraq, u l-kundizzjonijiet ta’ referenza assoċjati, il-konsum u n-natura tal-materja prima, il-konsum tal-ilma, l-użu tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-iskart u t-tekniki użati, il-monitoraġġ assoċjat, l-effetti transmedjali, il-vijabbiltà ekonomika u teknika u l-iżviluppi tagħhom u wkoll l-aqwa tekniki disponibbli u t-tekniki emerġenti identifikati wara li jitqiesu l-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 13(2) ta’ dik id-Direttiva.

(3)

“Il-konklużjonijiet tal-BAT” kif iddefiniti fl-Artikolu 3(12) tad-Direttiva 2010/75/UE huma l-element ewlieni tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u jistipulaw il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni biex tiġi vvalutata l-applikabbiltà tagħhom, il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta’ konsum assoċjati u, fejn xieraq, il-miżuri rilevanti ta’ rimedju tas-sit.

(4)

Skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-konklużjonijiet tal-BAT għandhom ikunu r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet koperti bil-Kapitolu 2 ta’ dik id-Direttiva.

(5)

L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2010/75/UE jesiġi li l-awtorità kompetenti għandha tiffissa valuri tal-limiti tal-emissjonijiet li jiżguraw li, taħt kundizzjonijiet ta’ operat normali, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli kif stipulat fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT imsemmija fl-Artikolu 13(5) ta’ dik id-Direttiva.

(6)

L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75 jipprovdi għal derogi mir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 15(3) biss meta l-ispejjeż assoċjati mal-ilħiq tal-livelli tal-emissjonijiet ikunu ogħla mill-benefiċċji ambjentali b’mod sproporzjonat minħabba l-post ġeografiku, il-kundizzjonijiet ambjentali lokali jew il-karatteristiċi tekniċi tal-installazzjoni kkonċernata.

(7)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jipprovdi li r-rekwiżiti tal-monitoraġġ fil-permess imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1) għandhom ikunu bbażati fuq il-konklużjonijiet dwar il-monitoraġġ kif deskritti fil-konklużjonijiet tal-BAT.

(8)

Skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, fi żmien erba’ snin mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT, l-awtorità kompetenti għandha terġa’ tikkunsidra u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-kundizzjonijiet kollha tal-permessi u għandha tiżgura li l-installazzjoni tkun konformi ma’ dawk il-kundizzjonijiet tal-permessi.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (2) stabbilixxiet forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-Kummissjoni kisbet l-opinjoni (3) ta’ dak il-forum dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT għall-manifattura tal-ħadid u l-azzar fit-13 ta’ Settembru 2011 u għamlitu disponibbli pubblikament.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tal-ħadid u l-azzar huma stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)   ĠU L 146, 17.5.2011, p. 3.

(3)  http://circa.europa.eu/Public/irc/env/ied/library?l=/ied_art_13_forum/opinions_article


ANNESS

IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĦADID U TAL-AZZAR

KAMP TA' APPLIKAZZJONI 66
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI 67
DEFINIZZJONIJIET 67

1.1

Konklużjonijiet ġenerali tal-BAT 68

1.1.1

Sistemi ta’ mmaniġġjar ambjentali 68

1.1.2

L-immaniġġjar tal-enerġija 69

1.1.3

L-immaniġġjar tal-materjal 71

1.1.4

L-immaniġġjar tar-residwi ta’ proċess bħal prodotti sekondarji u skart 72

1.1.5

L-emissjonijiet diffużi ta’ trab mill-ħżin ta’ materjal, il-manipulazzjoni u t-trasport ta’ materja prima u ta’ prodotti (intermedjarji) 72

1.1.6

L-immaniġġjar tal-ilma u tad-drenaġġ 75

1.1.7

Monitoraġġ 75

1.1.8

Dekummissjonar 76

1.1.9

Storbju 77

1.2

Il-Konklużjonijiet tal-BAT għall-Impjanti ta’ Sinterizzazzjoni 77

1.3

Il-Konklużjonijiet tal-BAT għall-Impjanti ta’ Pelitizzazzjoni 83

1.4

Il-Konklużjonijiet tal-BAT għal Impjanti bil-Fran tal-Kokk 85

1.5

Il-Konklużjonijiet tal-BAT Għall-Kalkari tal-Funderiji 89

1.6

Il-Konklużjonijiet tal-BAT għal Xogħol tal-Azzar U Kkastjar bl-Ossiġenu Bażiku 92

1.7

Il-Konklużjonijiet tal-BAT Għal Xogħol tal-Azzar U Kkastjar B'Kalkara b'Ark tal-Elettriku 96

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirrigwardaw l-attivitajiet segwenti speċifikati fl-Anness I għad-Direttiva 2010/75/UE, jiġifieri:

—   l-attività 1.3: il-produzzjoni tal-kokk

—   l-attività 2.1: il-minerali tal-metall (inkluż il-mineral tas-sulfid) ix-xiwi jew is-sinterizzazzjoni

—   l-attività 2.2: il-produzzjoni ta’ ħadid mill-forġa jew ta’ azzar (fużjoni primarja jew sekondarja) inkluż l-ikkastjar kontinwu, b'kapaċità ta’ aktar minn 2.5 tunnellati fis-siegħa.

B'mod partikolari, il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru l-proċessi li ġejjin:

it-tagħbien, il-ħatt u l-ġarr ta’ materja prima fi kwantitajiet kbar

it-taħlit u t-taħwid ta’ materja prima

is-sinterizzazzjoni u l-pelitizzazzjoni tal-minerali tal-ħadid

il-produzzjoni ta’ kokk mill-faħam tal-kokk

il-produzzjoni ta’ metall sħun mill-kalkara tal-funderija, inkluż l-ipproċessar tal-gagazza

il-produzzjoni u l-irfinar tal-azzar permezz tal-użu tal-proċess tal-ossiġenu bażiku, inkluż upstream ladle desulphurisation, downstream ladle metallurgy u l-ipproċessar tal-gagazza

il-produzzjoni tal-azzar permezz ta’ kalkari b'ark tal-elettriku, inkluż downstream ladle metallurgy u l-ipproċessar tal-gagazza

ikkastjar kontinwu (biċċa rqiqa/strixxa rqiqa u kkastjar dirett ta’ folja (near-shape))

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx l-attivitajiet li ġejjin:

il-produzzjoni ta’ ġir fi fran, koperta mill-BREF tal-Industriji tal-Manifattura tas-Siment, tal-Ġir u tal-Ossidu tal-Manjeżju (CLM)

it-trattament ta’ trabijiet sabiex jiġu rkuprati metalli mhux tal-ħadid (eż. trab mill-kalkara b'ark tal-elettriku) u l-produzzjoni ta’ ligi tal-ħadid, koperti mill-BREF tal-Industriji tal-Metalli Mhux tal-Ħadid (NFM)

impjanti tal-aċidu sulfuriku fi fran tal-kokk, koperti mill-Industriji tal-Manifattura ta’ Volumi Kbar ta’ Sustanzi Kimiċi Inorganiċi – Ammonja, Aċidi u Fertilizzanti (LVIC-AAF BREF).

Dokumenti oħra ta’ referenza li huma ta’ rilevanza għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin:

Dokumenti ta’ referenza

Attività

BREF ta’ Impjanti Kbar ta’ Kombustjoni (LCP)

Impjanti ta’ Kombustjoni li l-kapaċità termali kklassifikata tagħhom hija ta’ 50 MW jew aktar

BREF dwar l-Industrija għall-Ipproċessar tal-Metalli tal-Ħadid (FMP)

Proċessi downstream bħal irrumblar, tindif, kisi, eċċ.

Ikkastjar kontinwu għal biċċa rqiqa/strixxa rqiqa u kkastjar u kkastjar dirett ta’ folja (near-shape)

BREF dwar l-Emissjonijiet mill-Ħżin (EFS)

Ħżin u manipulazzjoni

BREF dwar is-Sistemi Industrijali ta’ Tkessiħ (ICS)

Sistemi ta’ tkessiħ

Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ (MON)

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet u tal-konsum

BREF dwar l-Effiċjenza Enerġetika (ENE)

L-effiċjenza enerġetika ġenerali

Effetti Ekonomiċi u Transmedjali (ECM)

L-effetti ekonomiċi u transmedjali tat-tekniki

It-tekniki elenkati u deskritti f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw tal-anqas livell ekwivalenti ta’ protezzjoni ambjentali.

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

Il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT huma espressi bħala firxiet aktar milli valuri uniċi. Firxa tista' tirrifletti d-differenzi fi ħdan tip partikolari ta’ installazzjoni (eż. differenzi fil-grad/purità u l-kwalità tal-prodott finali, differenzi fid-disinn, fil-kostruzzjoni, id-daqs u l-kapaċità tal-installazzjoni) li jirriżultaw f'varjazzjonijiet fil-prestazzjonijiet ambjentali miksuba meta tiġi applikata l-BAT.

ESPRESSJONI TA' LIVELLI TA' EMISSJONIJIET ASSOĊJATI MAL-AQWA TEKNIKI DISPONIBBLI (BAT-AELs)

F'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, il-BAT-AELs għall-emissjonijiet tal-arja huma mfissra bħala jew:

il-massa ta’ sustanzi rilaxxati f'kull volum ta’ gassijiet ta’ skart taħt kundizzjonijiet standard (273,15 K, 101,3 kPa), wara t-tnaqqis tal-kontenut tal-fwar, espressa fl-unitajiet g/Nm3, mg/Nm3, μg/Nm3 jew ng/Nm3; jew

il-massa ta’ sustanzi mitfugħa f'kull unità ta’ massa ta’ prodotti ġġenerati jew ipproċessati (fatturi ta’ konsum jew ta’ emissjoni), espressa fl-unitajiet kg/t, g/t, mg/t jew μg/t.

u l-BAT-AELs għall-emissjonijiet għall-ilma huma mfissra bħala:

il-massa tas-sustanzi mitfugħa f'kull volum ta’ drenaġġ, espressa fl-unitajiet g/l, g/l, mg/l jew μg/l.

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT:

—   “impjant ġdid” tfisser: impjant introdott fis-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew is-sostituzzjoni sħiħa ta’ impjant fuq il-pedamenti eżistenti tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT

—   “impjant eżistenti” tfisser: impjant li mhuwiex impjant ġdid

—   “NOX” tfisser: is-somma tal-ossidu tan-nitroġenu (NO) u tad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) espressa bħala NO2

—   “SOX” tfisser: is-somma tad-diossidu tal-kubrit (SO2) u tat-triossidu tal-kubrit (SO3) espressa bħala SO2

—   “HCl” tfisser: il-kloruri ġassużi kollha espressi bħala HCl

—   “HF” tfisser: il-fluworuri gassużi kollha espressi bħala HF

1.1   Konklużjonijiet ġenerali tal-BAT

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima huma applikabbli b'mod ġenerali.

Il-BAT speċifika għall-proċess inkluż fit-Taqsimiet 1.2 – 1.7 tapplika flimkien mal-BAT ġenerali msemmija f'din it-Taqsima.

1.1.1   Sistemi ta’ mmaniġġjar ambjentali

1.   Il-BAT hija li tiġi implimentata u li tiġi segwita sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

I.

l-impenn tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri;

II.

id-definizzjoni ta’ politika ambjentali li tinkludi titjib kontinwu fl-installazzjoni mill-maniġment;

III.

l-ippjanar u l-istabbiliment tal-proċeduri, l-objettivi u l-miri neċessarji, flimkien ma’ ppjanar u investiment finanzjarju;

IV.

l-implimentazzjoni tal-proċeduri filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għal:

i.

l-istruttura u r-responsabbiltà

ii.

it-taħriġ, l-għarfien u l-kompetenza

iii.

il-komunikazzjoni

iv.

l-involviment tal-impjegati

v.

id-dokumentazzjoni

vi.

il-kontroll effiċjenti tal-proċess

vii.

il-programmi ta’ manutenzjoni

viii.

il-preparazzjoni u r-rispons għall-emerġenza

ix.

is-salvagwardja ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali;

V.

il-verifika tal-prestazzjoni u t-teħid ta’ azzjoni korrettiva, billi tingħata attenzjoni partikolari għal:

i.

il-monitoraġġ u l-kejl (ara wkoll id-Dokument ta’ Referenza dwar il-Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ)

ii.

l-azzjoni korrettiva u preventiva

iii.

iż-żamma ta’ reġistri

iv.

l-awditjar intern u estern indipendenti (fejn prattikabbli) sabiex jiġi stabbilit jekk l-EMS hijiex konformi mal-arranġamenti ppjanati u li dawn ġew implimentati u miżmuma kif suppost;

VI.

analiżi tal-EMS u tal-adegwatezza u l-effikaċja kontinwa tagħha mill-maniġment superjuri;

VII.

jiġi segwit l-iżvilupp ta’ teknoloġiji aktar nodfa;

VIII.

il-konsiderazzjoni lejn l-impatti ambjentali mid-dekummissjonar eventwali tal-installazzjoni waqt l-istadju ta’ tfassil ta’ impjant ġdid, u tul il-ħajja operattiva tiegħu;

IX.

l-applikazzjoni ta’ valutazzjoni komparattiva settorjali fuq bażi regolari.

Applikabilità

Il-kamp ta’ applikazzjoni (eż. il-livell ta’ dettall) u n-natura tal-EMS (eż. standardizzata jew mhux standardizzata) huwa ġeneralment relatat man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-firxa ta’ impatti ambjentali li jista' jkollha.

1.1.2   L-immaniġġjar tal-enerġija

2.   Il-BAT hija li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija termali permezz tal-użu ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

sistemi mtejba u ottimizzati biex jintlaħaq ipproċessar stabbli u bla xkiel, li joperaw viċin il-punti fissi tal-parametri tal-proċess bl-użu ta’

i.

ottimizzazzjoni tal-proċess ta’ kontroll inkluż sistemi ta’ kontroll awtomatiku bbażati fuq il-kompjuter

ii.

sistemi moderni, gravimetriċi għall-alimentazzjoni tal-karburant solidu

iii.

tisħin minn qabel, sal-ogħla livell possibbli, filwaqt li jitqies il-proċess tal-konfigurazzjoni eżistenti.

II.

l-irkupru ta’ sħana żejda mill-proċessi, speċjalment miż-żoni ta’ tkessiħ tagħhom

III.

l-immaniġġjar ottimizzat tal-fwar u s-sħana

IV.

l-applikazzjoni, kemm jista' jkun, tal-użu mill-ġdid, integrat mal-proċess, tas-sħana sensibbli.

Fil-kuntest tal-immaniġġjar tal-enerġija, ara l-BREF dwar l-Effiċjenza Enerġetika (ENE).

Deskrizzjoni tal-BAT I.i

Il-punti li ġejjin huma importanti għal impjanti integrati tal-azzar sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika ġenerali:

l-ottimizzazzjoni tal-konsum tal-enerġija

il-monitoraġġ onlajn għall-aktar flussi importanti ta’ enerġija u tal-proċessi ta’ kombustjoni fuq il-post inkluż il-montoraġġ tal-flares tal-gass kollha (ċmieni tal-ivvampjar) sabiex jiġi evitat it-telf tal-enerġija, li jippermetti l-manutenzjoni immedjata u li jintlaħaq proċess ta’ produzzjoni mingħajr interruzzjoni

għodda ta’ rappurtar u ta’ analiżi biex jiġi ċċekkjat il-konsum medju ta’ enerġija ta’ kull proċess

id-definizzjoni ta’ livelli ta’ konsum enerġetiku speċifiku għal proċessi rilevanti u t-tqabbil tagħhom fit-tul

it-twettiq ta’ verifiki enerġetiċi kif iddefinit fil-BREF dwar l-Effiċjenza Enerġetika, eż. biex jiġu identifikati opportunitajiet kosteffettivi għall-iffrankar tal-enerġija.

Deskrizzjoni tal-BAT II – IV

It-tekniki ta’ proċessi integrati użati biex itejbu l-effiċjenza enerġetika fil-manifattura tal-azzar permezz ta’ titjib fl-irkupru tas-sħana jinkludu:

il-produzzjoni kkombinata tas-sħana u tal-enerġija bl-irkupru tas-sħana permezz ta’ tagħmir għat-trasferiment u d-distribuzzjoni tas-sħana jew lejn partijiet oħra tal-impjant tal-azzar jew lejn infrastruttura ta’ tisħin urban

l-installazzjoni ta’ bojlers tal-fwar jew ta’ sistemi adegwati fi fran kbar li jsaħħnu mill-ġdid (il-fran jistgħu jkopru parti mid-domanda għall-fwar)

it-tisħin mill-ġdid tal-arja ta’ kombustjoni fil-fran u f'sistemi oħra għall-ħruq sabiex jiġi ffrankat il-fjuwil, filwaqt li jitqiesu l-effetti avversi, jiġifieri żieda fl-ossidi tan-nitroġenu fl-effluwent gassuż

l-iżolament tal-pajpijiet tal-fwar u tal-pajpijiet tal-ilma sħun

l-irkupru tas-sħana minn prodotti, eż. sinter

fejn l-azzar jeħtieġ jiġi mkessaħ, l-użu kemm ta’ pompi tas-sħana u ta’ pannelli solari

l-użu ta’ bojlers tal-gass taċ-ċmieni fi fran b'temperaturi għolja

l-evaporazzjoni tal-ossiġenu u t-tkessiħ tal-kompressur biex jiskambjaw l-enerġija bejn tagħmir standard għat-trasferiment tas-sħana

l-użu ta’ turbini top recovery sabiex l-enerġija kinetika tal-gass prodott fil-kalkara tal-funderija tiġi kkonvertita f'elettriku.

Applikabilità tal-BAT II – IV

Il-ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-elettriku hija applikabbli għall-impjanti kollha tal-ħadid u tal-azzar viċin żoni urbani li għandhom domanda xierqa għas-sħana. Il-konsum enerġetiku speċifiku jiddependi fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċess, il-kwalità tal-prodott u t-tip ta’ installazzjoni (eż. l-ammont ta’ trattament b'vakwu fil-forn tal-ossiġenu bażiku (BOF), it-temperatura tal-forn li jittempra, il-ħxuna tal-prodotti, eċċ.).

3.   Il-BAT hija li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija primarja permezz tal-ottimizzazzjoni tal-flussi enerġetiċi u l-użu ottimizzat tal-gassijiet estratti tal-proċessi bħall-gass tal-forn tal-kokk, il-gass tal-kalkara tal-funderija u l-gass tal-forn tal-ossiġenu bażiku.

Deskrizzjoni

Tekniki ta’ proċessi integrati biex itejbu l-effiċjenza enerġetika f'impjanti integrati tal-azzar billi jiġi ottimizzat l-użu tal-gass tal-proċess jinkludu:

l-użu ta’ detenturi tal-gass għall-gassijiet kollha mill-prodott sekondarju jew ta’ sistemi adegwati oħra għall-ħżin fuq perjodu qasir u faċilitajiet għaż-żamma tal-pressjoni

iż-żieda fil-pressjoni fil-grilja tal-gass jekk ikun hemm telf ta’ enerġija fil-flares – sabiex jiġu utilizzati aktar gassijiet tal-proċessi li tirriżulta f'żieda fir-rata ta’ użu

l-arrikkiment tal-gass b'gassijiet tal-proċessi u b'valuri kalorifiċi differenti għal konsumaturi differenti

it-tisħin ta’ fran tan-nar b'gass tal-proċess

l-użu ta’ sistema ta’ kontroll ikkontrollata bil-kompjuter tal-valuri kalorifiċi

ir-reġistrazzjoni u l-użu ta’ temperaturi tal-kokk u tal-gass mit-tromba taċ-ċmieni

id-dimensjonar adegwat tal-kapaċità tal-installazzjonijiet għall-irkupru enerġetiku tal-gassijiet tal-proċess, b'mod partikolari fir-rigward tal-varjabbiltà tal-gassijiet tal-proċess.

Applikabilità

Il-konsum enerġetiku speċifiku jiddependi fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċess, il-kwalità tal-prodott u t-tip ta’ installazzjoni (eż. l-ammont ta’ trattament bil-vakwu fil-BOF, it-temperatura tal-forn li jittempra, il-ħxuna tal-prodotti, eċċ.).

4.   Il-BAT hija li jintuża gass żejjed iddesulfurizzat u mnaddaf mit-trab, mill-forn tal-kokk u gass mill-kalkara tal-funderija u gass tal-ossiġenu bażiku (imħallat jew separat), imnaddaf mit-trab, f'bojlers jew f'impjanti kkombinati tas-sħana u tal-enerġija sabiex jiġi ġġenerat il-fwar, l-elettriku u/jew is-sħana bl-użu ta’ sħana żejda għal netwerks interni jew esterni ta’ tisħin, jekk ikun hemm domanda minn parti terza.

Applikabilità

Il-kooperazzjoni u l-ftehim ta’ parti terza tista' ma tkunx fil-kontroll tal-operatur, u għalhekk tista' ma tkunx fl-ambitu tal-permess.

5.   Il-BAT hija li jiġi mminimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

sistemi għall-immaniġġjar tal-enerġija

II.

tagħmir għat-tħin, l-ippumpjar, il-ventilazzjoni u l-ġarr u tagħmir ieħor tal-elettriku b'effiċjenza enerġetika għolja.

Applikabilità

Pompi kkontrollati permezz tal-frekwenza ma jistgħux jintużaw meta l-affidabilità tal-pompi hija ta’ importanza essenzjali għas-sikurezza tal-proċess.

1.1.3   L-immaniġġjar tal-materjal

6.   Il-BAT hija li l-immaniġġjar u l-kontroll ta’ flussi interni ta’ materjal jiġu ottimizzati sabiex jiġi evitat it-tniġġis, ikun hemm prevenzjoni ta’ deterjorament, tiġi pprovduta kwalità adegwata tal-input, ikun possibbli l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ u tittejjeb l-effiċjenza tal-proċess u l-ottimizzazzjoni tar-rendiment tal-metall.

Deskrizzjoni

Il-ħżin u l-manipulazzjoni xierqa tal-materjali ta’ input u tar-residwi ta’ produzzjoni jistgħu jgħinu biex jimminimizaw l-emissjonijiet tat-trab fl-arja minn stockyards u minn ċineg ta’ trasporaturi (conveyor belts), inkluż punti ta’ trasferiment, u biex jiġi evitat it-tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma ta’ taħt l-art u l-iskol (ara wkoll il-BAT 11).

L-applikazzjoni tal-immaniġġjar adegwat ta’ impjant integrat tal-azzar u tar-residwi, inkluż skart, minn installazzjonijiet u setturi oħra tippermetti l-użu massimizzat internament u/jew esternament bħala materja prima (ara wkoll il-BAT 8, 9 u 10).

L-immaniġġjar tal-materjal jinkludi r-rimi kkontrollat ta’ partijiet żgħar tal-kwantita ġenerali ta’ residwi minn impjant integrat tal-azzar li ma għandhom l-ebda użu ekonomiku.

7.   Sabiex jintlaħqu livelli baxxi ta’ emissjonijiet għas-sustanzi niġġiesa rilevanti, il-BAT hija li jintgħażlu kwalitajiet xierqa ta’ ruttam u ta’ materja prima oħra. Fir-rigward tar-ruttam, il-BAT hija li ssir spezzjoni xierqa għal kontaminanti viżibbli li jista' jkun fihom metalli tqal, b'mod partikolari l-merkurju, jew li jistgħu jwasslu għall-formazzjoni ta’ dibenżodiossini/furani poliklorinati (PCDD/F) u ta’ bifenili poliklorinati (PCB).

Biex jitjieb l-użu tar-ruttam, it-tekniki li ġejjin jistgħu jintużaw weħidhom jew flimkien:

l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji ta’ aċċettazzjoni adatti għall-profil ta’ produzzjoni fl-ordnijiet għax-xiri ta’ ruttam

għarfien tajjeb tal-kompożizzjoni tar-ruttam billi l-oriġini tar-ruttam tiġi sorveljata mill-qrib; f'każijiet eċċezzjonali, test ta’ tidwib jista' jgħin jikkaratterizza l-kompożizzjoni tar-ruttam

faċilitajiet adegwati ta’ lqugħ u l-verifika ta’ kunsinni

proċeduri sabiex jiġi eskluż ruttam li mhuwiex addattat għall-użu fl-installazzjoni

il-ħżin tar-ruttam skont kriterji differenti (eż. id-daqs, il-ligi, il-livell ta’ ndafa); il-ħżin tar-ruttam bil-potenzjal ta’ rilaxx ta’ kontaminanti fil-ħamrija fuq uċuħ impermeabbli b'sistema ta’ drenaġġ u ta’ ġbir; permezz tal-użu ta’ bejt li jista' jnaqqas il-ħtieġa għal sistema bħal din

il-ġbir flimkien tat-tagħbija ta’ ruttam għal tidwib differenti billi jitqies l-għarfien tal-kompożizzjoni sabiex jintuża l-aktar ruttam adattat għall-grad tal-azzar li sejjer jiġi prodott (dan huwa essenzjali f'xi każijiet biex tiġi evitata l-preżenza ta’ elementi mhux mixtieqa u f'każijiet oħra biex jittieħed vantaġġ tal-elementi tal-liga preżenti fir-ruttam u li huma meħtieġa għall-produzzjoni tal-grad tal-azzar)

ir-ritorn minnufih tar-ruttam kollu ġġenerat internament fi scrapyard għar-riċiklaġġ

pjan ta’ operazzjoni u ta’ mmaniġġjar

l-issortjar tar-ruttam biex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ inklużjoni ta’ kontaminanti perikolużi jew mhux ferrużi, b'mod partikolari l-bifenil poliklorinati (PCB) u ta’ żejt jew xaħam. Normalment dan isir mill-fornitur tar-ruttam iżda għal raġunijiet ta’ sikurezza l-operatur jispezzjona kull tagħbija ta’ ruttam f'kontenituri ssiġillati. Għalhekk, fl-istess waqt, huwa possibbli li, sa fejn hu prattikabbli, issir verifika għall-kontaminanti. Jista' jkun hemm il-ħtieġa ta’ evalwazzjoni tal-ammonti żgħar tal-plastik (eż. bħala komponenti miksija bil-plastik)

il-kontroll tar-radjuattività skont il-qafas ta’ rakkomandazzjonijiet mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE)

l-implimentazzjoni tat-tneħħija mandatorja ta’ komponenti li fihom il-merkurju minn Vetturi fi Tmiem il-Ħajja u ta’ Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) mill-proċessuri tar-ruttam tista' titjieb billi:

ojiġi stabbilit in-nuqqas ta’ merkurju f'kuntratti għal xiri ta’ ruttam

ojiġi rrifjutat ruttam li fih komponenti u assemblaġġi elettroniċi viżibbli.

Applikabilità

L-għażla u s-separazzjoni tar-ruttam jista' ma jkunx kompletament fil-kontroll tal-operatur.)

1.1.4   L-immaniġġjar tar-residwi ta’ proċess bħal prodotti sekondarji u skart

8.   Il-BAT fir-rigward ta’ residwi solidi hija li jintużaw tekniki integrati u tekniki operattivi għall-minimizzazzjoni tal-iskart permezz ta’ użu intern jew bl-applikazzjoni ta’ proċessi speċjalizzati ta’ riċiklaġġ (internament jew esternament).

Deskrizzjoni

Tekniki għar-riċiklaġġ ta’ residwi b'ħafna ħadid jinkludu tekniki speċjalizzati ta’ riċiklaġġ bħall-forn OxyCup® b'passaġġi vertikali, il-proċess DK, proċessi ta’ tnaqqis ta’ tidwib jew cold bonded pelletting/briquetting kif ukoll tekniki għar-residwi ta’ produzzjoni msemmija fit-Taqsimiet 9.2 – 9.7.

Applikabilità

Minħabba li l-proċessi msemmija jistgħu jsiru minn parti terza, ir-riċiklaġġ innifsu jista' ma jkunx fil-kontroll tal-operatur tal-impjant tal-ħadid u tal-azzar, u għalhekk jista' ma jkunx fl-ambitu tal-permess.

9.   Il-BAT hija li jiġi mmassimizzat l-użu estern jew ir-riċiklaġġ ta’ residwi solidi li skont il-BAT 8 ma jistgħux jintużaw jew jiġu rriċiklati, fejn dan ikun possibbli u f'konformità mar-regolamenti dwar l-iskart. Il-BAT hija l-immaniġġjar b'mod ikkontrollat tar-residwi li la jistgħu jiġu evitati u lanqas jistgħu jiġu rriċiklati.

10.   Il-BAT hija li jintużaw l-aqwa prattiki operattivi u ta’ manutenzjoni għall-ġbir, il-manipulazzjoni, il-ħżin u t-trasport tar-residwi solidi kollha u għall-kopertura ta’ punti ta’ trasferiment biex jiġu evitati l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma.

1.1.5   L-emissjonijiet diffużi ta’ trab mill-ħżin ta’ materjal, il-manipulazzjoni u t-trasport ta’ materja prima u ta’ prodotti (intermedjarji)

11.   Il-BAT hija l-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet diffużi ta’ trab mill-ħżin, manipulazzjoni u t-trasport ta’ materjal bl-użu ta’ teknika waħda jew b'kombinazzjoni tat-tekniki msemmijin hawn taħt.

Jekk jintużaw tekniki ta’ eliminazzjoni, il-BAT hija li tiġi ottimizzata l-effiċjenza tal-qbid u t-tindif sussegwenti permezz ta’ tekniki xierqa bħal dawk imsemmija hawn taħt. Tingħata preferenza lill-ġbir tal-emissjonijiet tat-trab li huma l-aktar viċin tas-sors.

I.

Tekniki ġenerali jinkludu:

l-istabbiliment ta’ pjan ta’ azzjoni assoċjat mat-trab diffuż fi ħdan l-EMS tal-impjant tal-azzar;

il-kunsiderazzjoni ta’ waqfien temporanju ta’ ċerti operazzjonijiet meta jiġu identifikati bħala sors ta’ PM10 li jikkawża qari ambjentali għoli; sabiex dan isir, sejjer ikun neċessarju li jkun hemm biżżejjed monitors tal-PM10, b'monitoraġġ assoċjat tad-direzzjoni u l-qawwa tar-riħ, sabiex tkun possibbli t-trijangolazzjoni u jiġi identifikat is-sors tat-trab fin.

II.

Tekniki għall-prevenzjoni tar-rilaxxi ta’ trab waqt il-manipulazzjoni u t-trasport ta’ materja prima fi kwantitajiet kbar jinkludu:

l-orjentament ta’ ħażniet twal fid-direzzjoni tar-riħ prevalenti

l-installazzjoni ta’ barrieri tar-riħ jew l-użu tal-art naturali biex jipprovdu kenn

il-kontroll tal-kontenut tal-umdità tal-materjal ikkunsinjat

attenzjoni speċjali għall-proċeduri sabiex tiġi evitata l-manipulazzjoni bla bżonn ta’ materjal u ta’ qtar li ilu mikxuf għal żmien twil

il-konteniment xieraq fuq trasportaturi u f'hoppers, eċċ.

l-użu ta’ sprejs tal-ilma li jrażżnu t-trab, b'addittivi bħal lattiċe, fejn xieraq

standards rigorużi ta’ manutenzjoni għat-tagħmir

standards għoljin ta’ tindif intern, b'mod partikolari t-tindif u t-tixrib tat-toroq

l-użu ta’ tagħmir tat-tindif mobbli u stazzjonarju b'vakwu

is-soppressjoni tat-trab jew l-estrazzjoni tat-trab u l-użu ta’ filtru b'borża għat-tindif tal-impjant biex jitnaqqsu s-sorsi ta’ produzzjoni sinifikanti tat-trab

l-applikazzjoni ta’ karozzi għall-knis b'emissjonijiet imnaqqsa biex iwettqu t-tindif ta’ rutina ta’ toroq asfaltati iebsa.

III.

Tekniki għall-kunsinna, għall-ħżin u għall-attivitajiet ta’ reklamazzjoni ta’ materjal jinkludu:

spazju totalment magħluq għall-ħatt tal-hoppers f'bini mgħammar b'estrazzjoni bil-filtru tal-arja għal materjal mimli trab, jew il-hoppers għandhom jiġu mgħammara b'difletturi tat-trab u l-gradilji tal-ħatt akkoppjati ma’ sistema tat-tindif u għall-estrazzjoni tat-trab

l-għoli tal-waqgħa jekk possibbli jiġi limitat għal massimu ta’ 0,5 m

l-użu ta’ sprejs tal-ilma (preferibbilment bl-użu ta’ ilma rriċiklat) għat-trażżin tat-trab

fejn meħtieġ, it-twaħħil ta’ kontenituri għall-ħżin b'unitajiet tal-filtri biex jikkontrollaw it-trab

l-użu ta’ tagħmir kompletament magħluq għar-reklamazzjoni minn kontenituri

fejn meħtieġ, il-ħżin ta’ ruttam f'żoni koperti, u b'wiċċ iebes biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-art (permezz tal-użu ta’ kunsinna eżatt fil-ħin meħtieġ biex jiġi mminimizzat id-daqs tad-depost u b'hekk l-emissjonijiet)

minimizzazzjoni tad-disturb ta’ ħażniet

restrizzjoni tal-għoli u l-kontroll tal-forma ġenerali tal-ħażniet

l-użu ta’ ħżin fil-bini jew f'reċipjenti, aktar milli f'ħażniet esterni, jekk l-iskala tal-ħżin tkun xierqa

il-ħolqien ta’ lqugħ tar-riħ permezz ta’ terren naturali, rampi ta’ terrapien jew it-tħawwil ta’ ħaxix twil u ta’ siġar li dejjem iħaddru f'żoni miftuħin biex jaqbdu u jassorbu t-trab mingħajr ma jsofru ħsara fit-tul

idrotiżrigħ ta’ miżbliet u ta’ munzelli tal-gagazza

l-implimentazzjoni ta’ tħaddir tas-sit billi ż-żoni mhux użati jiġu koperti b'ħamrija tal-wiċċ u jitħawwlu b'arbuxelli, ħaxix, u veġetazzjoni oħra li tiksi l-art

l-umidifikazzjoni tal-wiċċ permezz ta’ sustanzi reżistenti li jingħaqdu mat-trab

il-kopertura tal-wiċċ permezz ta’ tarpolini jew ta’ kisi (eż. lattiċe) ta’ ħażniet

l-applikazzjoni ta’ ħżin b'ħitan li jservu ta’ appoġġ biex jitnaqqas il-wiċċ espost

fejn meħtieġ, jista' jkun hemm miżura biex jiġu inklużi wċuħ impermeabbli mal-konkrit u d-drenaġġ.

IV.

Fejn il-fjuwil u l-materja prima jitwasslu bil-baħar u r-rilaxx tat-trab jista' jkun sinifikanti, xi tekniki jinkludu:

l-użu mill-operaturi ta’ bastimenti b'awtorilaxx jew ta’ tagħmir li kontinwament iħott il-merkanzija li jkun magħluq. Inkella, it-trab iġġenerat minn tagħmir grab-type li jħott il-merkanzija mill-vapuri għandu jiġi mminimizzat permezz ta’ kombinazzjoni ta’ żgurar li l-materjal ikkunsinjat ikollu kontenut adegwat ta’ umdità, billi jiġi mminimizzat l-għoli tal-waqgħa u permezz tal-użu ta’ sprejs tal-ilma jew ta’ ċpar fin tal-ilma fil-bokka tal-kontenitur tal-vapur li jħott il-merkanzija

jiġi evitat l-ilma baħar waqt l-isprejjar tal-minerali jew tal-flussi minħabba li dan jirriżulta f'kontaminazzjoni tal-preċipitaturi elettrostatiċi tal-impjanti sinter bil-klorur tas-sodju. Input addizzjonali ta’ kloru fil-materja prima jista' jwassal ukoll għal żidiet fl-emissjonijiet (eż. ta’ dibenżodiossini/furani poliklorinati (PCDD/F)) u jfixkel ir-riċirkolazzjoni tat-trab mill-filtri

il-ħżin ta’ karbonju mitħun, tal-ġir u tal-karbur tal-kalċju f'silos issiġillati u dawn jitwasslu b'mod pnewmatiku jew jinħażnu u jiġu ttrasferiti f'boroż issiġillati.

V.

Tekniki għall-ħatt ta’ ferrovija jew ta’ trakk jinkludu:

jekk ikun meħtieġ minħabba l-formazzjoni tal-emissjonijiet tat-trab, l-użu ta’ tagħmir iddedikat għall-ħatt b'disinn ġeneralment magħluq.

VI.

Għal materjal sensittiv ħafna għall-kurrenti li jista' jwassal għal rilaxx sinifikanti tat-trab, xi tekniki jinkludu:

l-użu ta’ punti ta’ trasferiment, skrins li jivvibraw, magni tat-tħin, hoppers u affarijiet simili, li jistgħu jkunu totalment magħluqa jew estratti lejn impjant tal-filtru b'borża

l-użu ta’ sistemi ċentrali jew lokali ta’ tindif bil-vakwu aktar milli l-ħasil għat-tneħħija ta’ tixrid, minħabba li l-effetti huma ristretti għal mezz wieħed u r-riċiklaġġ tal-materjal li jkun inxtered jiġi ssimplifikat.

VII.

Tekniki għall-manipulazzjoni u għall-ipproċessar tal-gagazza jinkludu:

il-ħażniet ta’ gagazza granulata jinżammu niedja għall-manipulazzjoni u l-ipproċessar tal-gagazza minħabba li l-gagazza mnixxfa u l-gagazza tal-azzar jistgħu jagħtu lok għat-trab

l-użu ta’ tagħmir magħluq għat-tgħaffiġ tal-gagazza mgħammar b'estrazzjoni effiċjenti u b'filtri b'borża biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab.

VIII.

Tekniki għall-manipulazzjoni tar-ruttam jinkludu:

il-provvediment ta’ ħżin tar-ruttam taħt kopertura u/jew fuq l-art tal-konkrit biex jiġi mminimizzat l-irfigħ ta’ trab ikkawżat mill-movimenti tal-vettura

IX.

Tekniki li għandhom jiġu kkunsidrati waqt it-trasport ta’ materjal jinkludu:

il-minimizzazzjoni ta’ punti tal-aċċess minn awtostradi pubbliċi

l-użu ta’ tagħmir għat-tindif tar-roti biex jiġi evitat it-trasport ta’ tajn u ta’ trab lejn it-toroq pubbliċi

l-applikazzjoni ta’ wiċċ iebes lit-toroq ta’ trasport (konkrit jew asfalt) biex tiġi mminimizzata l-ġenerazzjoni ta’ sħab ta’ trab matul it-trasport tal-materjal u t-tindif tat-toroq

ir-restrizzjoni ta’ vetturi lejn rotot iddeżinjati permezz ta’ ċnut, gandotti jew rampi b'gagazza rriċiklata

l-umidifikazzjoni ta’ rotot mimlija trab permezz ta’ sprejs tal-ilma, eż. waqt operazzjonijiet ta’ manipulazzjoni ta’ gagazza

l-iżgurar li l-vetturi tat-trasport mhumiex mimlija żżejjed, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tixrid

l-iżgurar li l-vetturi tat-trasport jkunu mgħottija biex il-materjal li jkun qiegħed jinġarr ikun miksi

il-minimizzazzjoni tal-għadd ta’ trasferimenti

l-użu ta’ trasportaturi magħluqa

l-użu ta’ trasportaturi tubulari, fejn possibbli, biex jiġi mminimizzat it-telf ta’ materjal minħabba tibdil fid-direzzjoni madwar is-siti pprovduti b'mod ġenerali minħabba l-iskarigar ta’ materjal minn ċinga għall-oħra

tekniki ta’ prattika tajba għat-trasferiment ta’ metall imdewweb u għall-manipulazzjoni ta’ kuċċara tal-fundaturi (ladle handling)

it-tneħħija tat-trab mill-punti ta’ trasferiment tat-trasportatur.

1.1.6   L-immaniġġjar tal-ilma u tad-drenaġġ

12.   Il-BAT għall-immaniġġjar tad-drenaġġ hija l-prevenzjoni, il-ġbir u s-separazzjoni tat-tipi ta’ drenaġġ, il-massimizzazzjoni tar-riċiklaġġ intern u l-użu ta’ trattament xieraq għal kull fluss finali. Dan jinkludi tekniki li jużaw, eż. interċetturi, filtrazzjoni jew sedimentazzjoni taż-żejt. F'dan il-kuntest, meta l-prerekwiżiti msemmija jkunu preżenti jistgħu jintużaw it-tekniki li ġejjin:

jiġi evitat l-użu tal-ilma tax-xorb għal-linji tal-produzzjoni

jiżdied l-għadd u/jew il-kapaċità ta’ sistemi għaċ-ċirkolazzjoni tal-ilma waqt il-bini ta’ impjanti ġodda jew l-immodernizzar/tiġdid ta’ impjanti eżistenti

tiġi ċċentralizzata d-distribuzzjoni tal-ilma ħelu li dieħel

jintuża l-ilma f'kaskati sakemm il-parametri uniċi jilħqu l-limiti legali u tekniċi tagħhom

jintuża l-ilma f'impjanti oħra jekk ikunu affettwati biss parameteri uniċi tal-ilma u l-użu ulterjuri jkun possibbli

id-drenaġġ trattat u dak mhux trattat jinżamm separat; permezz ta’ din il-miżura huwa possibbli li d-drenaġġ jintrema b'modi differenti bi spiża raġonevoli

jintuża l-ilma tax-xita fejn possibbli.

Applikabilità

L-immaniġġjar tal-ilma f'impjant integrat tal-azzar sejjer primarjament jiġi limitat mid-disponibbiltà u l-kwalità tal-ilma frisk u mir-rekwiżiti legali lokali. F'impjanti eżistenti, il-konfigurazzjoni eżistenti taċ-ċirkwiti tal-ilma tista' tillimita l-applikabilità.

1.1.7   Monitoraġġ

13.   Il-BAT hija li l-parametri rilevanti kollha jitkejlu u jiġu vvalutati biex il-proċessi jitmexxew mill-kmamar ta’ kontroll permezz ta’ sistemi moderni tal-kompjuter sabiex il-proċessi jkunu jistgħu jiġu aġġustati u ottimizzati b'mod kontinwu onlajn, biex jiġi żgurat ipproċessar stabbli u bla xkiel, u b'hekk tiżdied l-effiċjenza enerġetika u tiġi mmassimizzata l-produzzjoni u jitjiebu l-prattiki tal-manutenzjoni.

14.   Il-BAT hija li jitkejlu l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa miċ-ċmieni mis-sorsi prinċipali ta’ emissjonijiet mill-proċessi kollha inkluż fit-Taqsimiet 1.2 – 1.7 kull meta jingħataw il-BAT-AELs u f'impjanti mħaddma bil-gass tal-proċess f'impjanti tal-ħadid u tal-azzar.

Il-BAT hija li jintuża kejl kontinwu tal-linqas għal:

l-emissjonijiet primarji ta’ trab, ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOX) u ta’ diossidu tal-kubrit (SO2) mill-partijiet tal-impjanti li jgħaqqdu t-trab u jagħmluh ħġieġ bl-użu tas-sħana (sinter strands)

l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOX) u tal-ossidi tal-kubrit (SOX) minn partijiet ta’ twebbis (induration strands) ta’ impjanti ta’ pelitizzazzjoni

l-emissjonijiet ta’ trab minn impjanti tal-ikkastjar b'kalkara tal-funderiji

l-emissjonijiet sekondarji ta’ trab minn fran tal-ossiġenu bażiku

l-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOX) minn impjanti tal-enerġija

l-emissjonijiet ta’ trab minn kalkari kbar b'ark tal-elettriku.

Għal emissjonijiet oħrajn, il-BAT hija li jitqies l-użu ta’ monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet skont il-fluss tal-massa u l-karatteristiċi tal-emissjonijiet.

15.   Għal sorsi rilevanti ta’ emissjonijiet li mhumiex imsemmija fil-BAT 14, il-BAT hija li perjodikament u b'mod diskontinwu jitkejlu l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa mill-proċessi kollha inklużi fis-Taqsimiet 1.2 – 1.7 u minn impjanti mħaddma bil-gass tal-proċess f'impjanti tal-ħadid u tal-azzar kif ukoll il-komponenti/sustanzi niġġiesa tal-gassijiet kollha rilevanti tal-proċess. Dan jinkludi l-monitoraġġ diskontinwu tal-gassijiet tal-proċess, l-emissjonijiet miċ-ċmieni, id-dibenżodiossini/furani poliklorinati (PCDD/F) u l-monitoraġġ tar-rimi ta’ drenaġġ, iżda jeskludi l-emissjonijiet diffużi (ara l-BAT 16).

Deskrizzjoni (rilevanti għall-BAT 14 u 15)

Il-monitoraġġ tal-gassijiet tal-proċessi jipprovdi informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-gassijiet tal-proċessi u dwar l-emissjonijiet indiretti mill-kombustjoni tal-gassijiet tal-proċessi, bħal emissjonijiet ta’ trab, ta’ metalli tqal u ta’ SOx.

L-emissjonijiet miċ-ċmieni jistgħu jitkejlu permezz ta’ kejl regolari, perjodiku diskontinwu f'sorsi kkonċentrati rilevanti ta’ emissjonijiet fuq perjodu twil biżżejjed, sabiex jinkisbu valuri rappreżentattivi ta’ emissjonijiet.

Għall-monitoraġġ tar-rimi tad-drenaġġ il-varjetà kbira ta’ proċeduri standardizzati li jeżistu għat-teħid ta’ kampjuni u għall-analiżi tal-ilma u tad-drenaġġ, jinkludu:

kampjun aleatorju li jirreferi għal kampjun wieħed meħud mill-fluss tad-drenaġġ

kampjun kompost, li jirreferi għal kampjun meħud b'mod kontinwu fuq perjodu partikolari, jew kampjun li jikkonsisti minn bosta kampjuni meħudin jew b'mod kontinwu jew b'mod diskontinwu fuq perjodu partikolari u integrati flimkien

kampjun aleatorju kkwalifikat għandu jirreferi għal kampjun kompost ta’ mill-inqas ħames kampjuni aleatorji meħudin fuq perjodu massimu ta’ sagħtejn f'intervalli ta’ mhux inqas minn żewġ minuti, u integrati flimkien.

Il-monitoraġġ għandu jsir skont l-istandards rilevanti tal-EN jew tal-ISO. Jekk l-istandards tal-EN jew tal-ISO ma jkunux disponibbli, għandhom jintużaw standards nazzjonali jew internazzjonali oħra biex tiġi żgurata l-provvista ta’ dejta ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

16.   Il-BAT hija li tiġi ddeterminata l-ordni tad-daqs tal-emissjonijiet diffużi minn sorsi rilevanti permezz tal-metodi msemmija hawn taħt. Meta jkun possibbli, il-metodi ta’ kejl dirett huma ppreferuti fuq metodi indiretti jew evalwazzjonijiet ibbażati fuq kalkoli b'fatturi ta’ emissjoni.

Metodi ta’ kejl dirett fejn l-emissjonijiet jitkejlu fis-sors innifsu. F'dan il-każ, jistgħu jitkejlu jew jiġu stabbiliti l-konċentrazzjonijiet u l-flussi tal-massa.

Metodi ta’ kejl indirett fejn id-determinazzjoni ta’ emissjoni sseħħ f'ċerta distanza mis-sors; kejl dirett tal-konċentrazzjonijiet u tal-fluss tal-massa mhuwiex possibbli.

Kalkolu permezz ta’ fatturi ta’ emissjoni.

Deskrizzjoni

Kejl dirett jew kważi dirett

Eżempji ta’ kejl dirett huma kejl f'mini tar-riħ, permezz ta’ għata jew metodi oħra bħal kejl ta’ kważi emissjonijiet fuq il-bejt ta’ installazzjoni industrijali. Fl-aħħar każ, tiġi mkejla l-veloċità tar-riħ u l-erja tat-tubu tal-bejt u tiġi kkalkulata r-rata tal-fluss. Is-sezzjoni transversali tal-pjan ta’ kejl tat-tubu tal-bejt tiġi suddiviża f'setturi b'erja tal-wiċċ identika (kejl tal-grilja).

Kejl indirett

Eżempji ta’ kejl indirett jinkludu l-użu ta’ gassijiet traċċaturi, metodi ta’ mmudellar ta’ dispersjoni inversa (reverse dispersion modelling, RDM) u l-metodu tal-bilanċ tal-massa permezz tal-applikazzjoni tal-individwazzjoni u l-firxa tad-dawl (light detection and ranging, LIDAR).

Il-kalkolu ta’ emissjonijiet b'fatturi ta’ emissjoni

Il-linji gwida li jużaw fatturi ta’ emissjoni għall-estimi ta’ emissjonijiet diffużi ta’ trab mill-ħżin u l-manipulazzjoni ta’ massa ta’ materjal u għas-sospensjoni ta’ trab mit-toroq minħabba l-moviment tat-traffiku huma:

VDI 3790 il-Parti 3

US EPA AP 42

1.1.8   Dekummissjonar

17.   Il-BAT hija l-prevenzjoni tat-tniġġis waqt id-dekummissjonar billi jintużaw it-tekniki neċessarji kif elenkati hawn taħt.

Kunsiderazzjonijiet tad-disinn għad-dekummissjonar ta’ impjanti fi tmiem il-ħajja tagħhom:

I.

il-kunsiderazzjoni għall-impatt ambjentali mid-dekummissjonar eventwali tal-installazzjoni fl-istadju ta’ tfassil ta’ impjant ġdid, għax ħsieb minn qabel jagħmel lid-dekummissjonar aktar faċli, aktar nadif u orħos

II.

id-dekummissjonar joħloq riskji ambjentali għall-kontaminazzjoni tal-art (u tal-ilma ta’ taħt l-art) u jiġġenera kwantitajiet kbar ta’ skart solidu; it-tekniki preventivi huma speċifiċi għall-proċess iżda kunsiderazzjonijiet ġenerali jistgħu jinkludu:

i.

li jiġu evitati strutturi taħt l-art

ii.

li jiġu inkorporati karatteristiċi li jiffaċilitaw iż-żarmar

iii.

li jintgħażlu finituri tal-wiċċ li jistgħu jiġu ddekontaminati faċilment

iv.

l-użu ta’ konfigurazzjoni tat-tagħmir li timminimizza sustanzi kimiċi maqbuda u li tiffaċilita l-iskol jew it-tindif

v.

id-disinn ta’ unitajiet flessibbli, awtonomi li jippermettu l-għeluq f'fażijiet

vi.

l-użu ta’ materjal bijodegradabbli u riċiklabbli fejn ikun possibbli.

1.1.9   Storbju

18.   Il-BAT hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-istorbju minn sorsi rilevanti mill-proċessi tal-manifattura tal-ħadid u tal-azzar bl-użu ta’ teknika waħda jew aktar li ġejjin skont il-kundizzjonijiet lokali:

l-implimentazzjoni ta’ strateġija għat-tnaqqis tal-istorbju

l-għeluq ta’ unitajiet/operazzjonijiet storbjużi

l-iżolament ta’ operazzjonijiet/unitajiet kontra l-vibrazzjonijiet

il-kisi intern u estern magħmul minn materjal li jassorbi l-impatti

l-iżolament akustiku tal-bini biex operazzjonijiet storbjużi li jinvolvu tagħmir għat-trasformazzjoni ta’ materjal jiġu iżolati

il-bini ta’ ħitan għall-protezzjoni kontra l-istorbju, eż. il-kostruzzjoni ta’ bini jew barrieri naturali, bħat-tkabbir ta’ siġar u arbuxelli bejn iż-żona protetta u l-attività storbjuża

silencers fl-iżbokk taċ-ċmieni tal-egżost

il-kopertura ta’ tubi u blowers finali f'bini iżolat kontra l-istorbju

l-għeluq tal-bibien u t-twieqi ta’ żoni koperti.

1.2   Il-Konklużjonijiet tal-BAT għall-Impjanti ta’ Sinterizzazzjoni

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għall-impjanti kollha ta’ sinterizzazzjoni.

Emissjonijiet fl-arja

19.   Il-BAT għat-taħlit/taħwid hija li l-emissjonijiet diffużi tat-trab jiġu pprevenuti jew mnaqqsa permezz ta’ agglomerazzjoni ta’ materjal fin permezz tal-aġġustament tal-kontenut tal-indewwa (ara wkoll il-BAT 11).

20.   Il-BAT għall-emissjonijiet primarji mill-impjanti ta’ sinterizzazzjoni hija li l-emissjonijiet tat-trab mill-gass ta’ skart minn strand ta’ sinterizzazzjoni jitnaqqsu permezz ta’ filtru b'borża.

Il-BAT għall-emissjonijiet primarji għall-impjanti eżistenti hija li l-emissjonijiet tat-trab mill-gass ta’ skart minn strand ta’ sinterizzazzjoni jitnaqqsu permezz ta’ preċipitaturi elettrostatiċi avvanzati meta l-filtri b'borża ma jkunux applikabbli.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għat-trab huwa ta’ < 1 – 15 mg/Nm3 għall-filtru b'borża u ta’ < 20 – 40 mg/Nm3 għall-preċipitatur elettrostatiku avvanzat (li għandu jiġi ddisinjat u mħaddem biex jintlaħqu dawn il-valuri), it-tnejn li huma ddeterminati bħala valur medju ta’ kuljum.

Filtru b'Borża

Deskrizzjoni

Il-filtri b'borża użati fl-impjanti ta’ sinterizzazzjoni huma ġeneralment applikati lil hinn minn preċipitatur elettrostatiku jew ċiklun eżistenti iżda jistgħu jintużaw ukoll bħala apparat indipendenti.

Applikabilità

Għal impjanti eżistenti, rekwiżiti bħal spazju għal installazzjoni lil hinn mill-preċipitatur elettrostatiku jistgħu jkunu rilevanti. L-età u l-prestazzjoni tal-preċipitatur elettrostatiku eżistenti għandhom jingħataw attenzjoni speċjali.

Preċipitatur elettrostatiku avvanzat

Deskrizzjoni

Preċipitaturi elettrostatiċi avvanzati huma kkaratterizzati minn karatteristika waħda jew kombinazzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin:

kontroll tajjeb tal-proċess

kampijiet elettriċi addizzjonali

qawwa xierqa tal-kamp elettriku

kontenut xieraq ta’ ndewwa

kondizzjonament b'addittivi

vultaġġi ogħla jew b'pulsaġġ varjabbli

vultaġġ b'reazzjoni rapida

superimpożizzjoni ta’ pulsazzjonijiet b'enerġija għolja

elettrodi li jiċċaqalqu

it-tkabbir tad-distanza tal-pjanċa tal-elettrodu jew ta’ karatteristiċi oħra li jtejbu l-effiċjenza tal-eliminazzjoni.

21.   Il-BAT għall-emissjonijiet primarji minn strands ta’ sinterizzazzjoni hija li l-emissjonijiet tal-merkurju jiġu pprevenuti jew imnaqqsa billi tintgħażel materja prima b'kontenut baxx ta’ merkurju (ara l-BAT 7) jew li l-gassijiet ta’ skart jiġu ttrattati f'kombinazzjoni ma’ karbonju attivat jew b'injezzjoni ta’ kokk tal-linjite attivat.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għall-merkurju huwa ta’ < 0,03 – 0,05 mg/Nm3, bħala l-medja matul il-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-anqas nofs siegħa).

22.   Il-BAT għall-emissjonijiet primarji minn strands ta’ sinterizzazzjoni hija li l-emissjonijiet tal-ossidu tal-kubrit (SOX) jitnaqqsu permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

it-tnaqqis tal-input tal-kubrit permezz tal-użu ta’ trab tal-kokk b'kontenut baxx ta’ kubrit

II.

it-tnaqqis tal-input tal-kubrit permezz tal-minimizzazzjoni tal-konsum tat-trab tal-kokk

III.

it-tnaqqis tal-input tal-kubrit permezz tal-użu ta’ minerali tal-ħadid b'kontenut baxx ta’ kubrit

IV.

l-injezzjoni ta’ aġenti ta’ assorbiment xierqa fit-tubu tal-gass ta’ skart ta’ strand ta’ sinterizzazzjoni qabel it-tindif mit-trab permezz ta’ filtru b'borża (ara l-BAT 20)

V.

il-proċess ta’ desulfurizzazzjoni fl-umdu jew ta’ karbonju attivat riġenerattiv (RAC) (b'kunsiderazzjoni partikolari għall-prerekwiżiti għall-applikazzjoni).

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għall-ossidi tal-kubrit (SOX) permezz tal-użu tal-BAT I – IV huwa ta’ < 350 – 500 mg/Nm3, imfisser bħala diossidu tal-kubrit (SO2) u ddeterminat bħala valur medju ta’ kuljum, bil-valur l-aktar baxx jiġi assoċjat mal-BAT IV.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għall-ossidi tal-kubrit (SOX) permezz tal-użu tal-BAT V huwa ta’ < 100 mg/Nm3, imfisser bħala diossidu tal-kubrit (SO2) u stabbilit bħala valur medju ta’ kuljum.

Deskrizzjoni tal-proċess RAC imsemmi taħt il-BAT V

Tekniki ta’ desulfurizzazzjoni fin-niexef huma bbażati fuq l-adsorbiment tal-SO2 mill-karbonju attivat. Meta l-karbonju attivat mgħobbi bl-SO2 jiġi rriġenerat, il-proċess jissejjaħ karbonju attivat irriġenerat (RAC). F'dan il-każ, jista' jintuża tip ta’ karbonju attivat għali, ta’ kwalità għolja, u l-aċidu sulfuriku (H2SO4) jiġi prodott bħala prodott sekondarju. Is-sodda tiġi rriġenerata bl-ilma jew b'mod termali. F'xi każijiet, għall-“irfinar” lil hinn minn unità eżistenti ta’ desulfurizzazzjoni, jintuża karbonju attivat abbażi ta’ linjite. F'dan il-każ, il-karbonju attivat mgħobbi bl-SO2 normalment jiġi inċinerat f'kundizzjonijiet ikkontrollati.

Is-sistema RAC tista' tiġi żviluppata bħala proċess bi stadju wieħed jew b'żewġ stadji.

Fil-proċess bi stadju wieħed, il-gassijiet ta’ skart jiġu mgħoddija minn ġo sodda ta’ karbonju attivat u s-sustanzi niġġiesa jiġu adsorbiti mill-karbonju attivat. Barra minn hekk, it-tneħħija tal-NOX isseħħ meta l-ammonja (NH3) tiġi injettata fil-fluss tal-gass qabel is-sodda tal-katalisti.

Fil-proċess b'żewġ stadji, il-gassijiet ta’ skart jiġu mgħoddija minn ġo żewġ sodod ta’ karbonju attivat. L-ammonja tista' tiġi injettata qabel is-sodda sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-NOX.

L-applikabilità tat-tekniki msemmija taħt il-BAT V

Desulfurizzazzjoni fl-umdu: Ir-rekwiżiti ta’ spazju jistgħu jkunu sinifikanti u jistgħu jillimitaw l-applikabilità. L-ispejjeż operattivi u ta’ investiment kbar u effetti transmedjali sinifikanti bħall-ġenerazzjoni u r-rimi ta’ demel likwidu u miżuri addizzjonali għat-trattament tad-drenaġġ, għandhom jitqiesu. Din it-teknika, waqt il-kitba ta’ dan id-dokument, għadha ma bdietx tintuża fl-Ewropa iżda taf tkun alternattiva meta standards tal-kwalità ambjentali ma jkunux se jintlaħqu permezz tal-applikazzjoni ta’ tekniki oħra.

RAC: L-eliminazzjoni tat-trab għandha tiġi installata qabel il-proċess RAC sabiex titnaqqas il-konċentrazzjoni tat-trab mill-punt tad-dħul. Ġeneralment it-tqassim tal-impjant u r-rekwiżiti ta’ spazju huma fatturi importanti meta din it-teknika tkun qiegħda tiġi kkunsidrata, iżda speċjalment għal sit b'aktar minn strand ta’ sinterizzazzjoni wieħed.

Għandhom jitqiesu l-ispejjeż operattivi u ta’ investiment kbar, b'mod partikolari meta jistgħu jintużaw tipi ta’ karbonju attivat għaljin, ta’ kwalità għolja u jkun hemm il-ħtieġa għal impjant tal-aċidu sulfuriku. Din it-teknika, waqt il-kitba ta’ dan id-dokument, għadha ma bdietx tintuża fl-Ewropa iżda taf tkun alternattiva f'impjanti li jkollhom fil-mira simultanjament l-SOx, l-NOx u l-PCDD/F u f'ċirkostanzi meta standards tal-kwalità ambjentali ma jkunux se jintlaħqu permezz tal-applikazzjoni ta’ tekniki oħra.

23.   Il-BAT għall-emissjonijiet primarji minn strands ta’ sinterizzazzjoni hija li l-emissjonijiet totali tal-ossidi tan-nitroġenu (NOX) jitnaqqsu permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

miżuri integrati mal-proċessi li jistgħu jinkludu:

i.

riċirkolazzjoni tal-gass ta’ skart

ii.

miżuri primarji oħra, bħall-użu ta’ antraċite jew l-użu ta’ berners b'livell baxx ta’ NOX għat-tqabbid

II.

tekniki fil-punt tar-rimi li jistgħu jinkludu

i.

proċess ta’ karbonju attivat riġenerattiv (RAC)

ii.

tnaqqis katalitiku selettiv (SCR).

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għall-ossidi tan-nitroġenu (NOX) permezz tal-użu ta’ miżuri ta’ proċessi integrati huwa ta’ < 500 mg/Nm3, imfisser bħala diossidu tan-nitroġenu (NO2) u ddeterminat bħala valur medju ta’ kuljum.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għall-ossidi tan-nitroġenu (NOX) permezz tal-użu ta’ RAC huwa ta’ < 250 mg/Nm3 u permezz tal-użu ta’ SCR huwa ta’ < 120 mg/Nm3, imfisser bħala diossidu tan-nitroġenu (NO2), relatat mal-kontenut tal-ossiġenu ta’ 15 % u stabbilit bħala valuri medji ta’ kuljum.

Deskrizzjoni tar-riċirkolazzjoni ta’ gass ta’ skart taħt il-BAT I.i

Waqt ir-riċiklaġġ parzjali tal-gass ta’ skart, xi porzjonijiet tal-gass ta’ skart mis-sinterizzazzjoni jiġu rriċiklati għall-proċess ta’ sinterizzazzjoni. Ir-riċiklaġġ parzjali tal-gass ta’ skart mill-istrand sħiħa kien ġie primarjament żviluppat biex inaqqas il-fluss tal-gass ta’ skart u b'hekk l-emissjonijiet tal-massa ta’ sustanzi niġġiesa maġġuri. Barra minn hekk jista' jwassal għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija. L-applikazzjoni tar-riċirkolazzjoni tal-gass ta’ skart teħtieġ sforzi speċjali biex jiġi żgurat li l-kwalità u l-produttività tal-materjal tas-sinterizzazzjoni ma jiġux affettwati b'mod negattiv. Hemm bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lill-monossidu tal-karbonju (CO) fil-gass ta’ skart riċirkolat sabiex jiġi evitat li l-impjegati jiġu avvelenati bil-monossidu tal-karbonju. Ġew żviluppati bosta proċessi bħal:

riċiklaġġ parzjali tal-gass ta’ skart mill-istrand sħiħa

riċiklaġġ tal-gass ta’ skart mill-parti tat-tarf ta’ strand ta’ sinterizzazzjoni kkombinat mal-iskambju tas-sħana

riċiklaġġ tal-gass ta’ skart mill-parti tat-tarf ta’ strand ta’ sinterizzazzjoni u l-użu tal-gass ta’ skart mill-apparat li jkessaħ il-materjal ta’ sinterizzazzjoni

riċiklaġġ ta’ partijiet tal-gass ta’ skart lejn partijiet oħra ta’ strand ta’ sinterizzazzjoni.

Applikabilità tal-BAT I.i

L-applikabilità ta’ din it-teknika hija speċifika għas-sit. Għandhom jiġu kkunsidrati miżuri ta’ appoġġ sabiex jiżguraw li l-kwalità tas-sinter (saħħa mekkanika kiesħa) u l-produttività tal-istrand ma jiġux affettwati b'mod negattiv. Skont il-kundizzjonijiet lokali, dawn jistgħu jkunu relattivament minuri u faċli li jiġu implimentati jew, għall-kuntrarju, jistgħu jkunu ta’ natura aktar fundamentali u jistgħu jkunu għaljin u diffiċli biex jiġu introdotti. Fi kwalunkwe każ, meta tiġi introdotta din it-teknika għandhom jiġu riveduti l-kundizzjonijiet operattivi tal-istrand.

F'impjanti eżistenti, jista' ma jkunx possibbli li jiġi installat riċiklaġġ parzjali tal-gass ta’ skart minħabba restrizzjonijiet ta’ spazju.

Kunsiderazzjonijiet importanti waqt id-determinazzjoni tal-applikabilità ta’ din it-teknika jinkludu:

il-konfigurazzjoni inizjali tal-istrand (eż. tubi doppji jew singoli tal-kaxxa tar-riħ, l-ispazju disponibbli għal tagħmir ġdid u, meta jkun meħtieġ, l-estensjoni tal-istrand)

id-disinn inizjali tal-tagħmir eżistenti (eż. fannijiet, tindif tal-gass u l-iskrining tas-sinter u l-apparat ta’ tkessiħ)

il-kondizzjonijiet operattivi inizjali (eż. materja prima, l-għoli tas-saff, il-pressjoni tal-ġbid, il-perċentwal ta’ ġir fit-taħlita, ir-rata speċifika tal-fluss, il-perċentwal ta’ materjal li jerġa' lura lejn l-impjant fit-tubu tal-alimentazzjoni)

il-prestazzjoni eżistenti f'termini ta’ produttività u l-konsum ta’ fjuwil solidu

l-indiċi tal-bażiċità tas-sinter u l-kompożizzjoni tat-tagħbija fil-kalkara tal-funderija (eż. il-perċentwal ta’ sinter versus pelit fit-tagħbija, il-kontenut tal-ħadid ta’ dawn il-komponenti).

Applikabilità ta’ miżuri primarji oħra skont il-BAT I.ii

L-użu ta’ antraċite jiddependi fuq id-disponibbiltà ta’ antraċiti b'kontenut aktar baxx ta’ nitroġenu meta mqabbla mat-trab tal-kokk.

Id-deskrizzjoni u l-applikabilità tal-proċess RAC taħt il-BAT II.i ara l-BAT 22.

Applikabilità tal-proċess SCR taħt il-BAT II.ii

L-SCR jista' jiġi applikat f'sistema b'ammont kbir ta’ trab, f'sistema b'ammont baxx ta’ trab u bħala sistema b'gass nadif. S'issa, ġew applikati biss sistemi b'gass nadif (wara t-tindif mit-trab u desulfurizzazzjoni) f'impjanti sinter. Huwa essenzjali li l-gass ikollu ammont baxx ta’ trab (< 40 mg trab /Nm3) u ta’ metalli tqal, minħabba li jistgħu jagħmlu l-wiċċ tal-katalist ineffettiv. Barra minn hekk, jista' jkun hemm il-ħtieġa ta’ desulfurizzazzjoni qabel il-katalist. Prerekwiżit ieħor huwa temperatura minima tal-effluwent gassuż ta’ madwar 300 °C. Dan jeħtieġ input ta’ enerġija.

L-ispejjeż operattivi u ta’ investiment kbar, il-ħtieġa għar-rivitalizzazzjoni tal-katalist, il-konsum u s-slip tal-NH3, l-akkumulazzjoni tan-nitrat tal-ammonju (NH4NO3) esplussiv, il-formazzjoni ta’ SO3 korrużiv u l-enerġija addizzjonali meħtieġa għat-tisħin mill-ġdid li jistgħu jnaqqsu l-possibbiltajiet għall-irkupru ta’ sħana sensibbli mill-proċess ta’ sinterizzazzjoni, kollha jistgħu jillimitaw l-applikabilità. Din it-teknika tista' tkun alternattiva meta l-istandards tal-kwalità ambjentali ma jkunux se jintlaħqu permezz tal-applikazzjoni ta’ tekniki oħra.

24.   Il-BAT għall-emissjonijiet primarji minn sinter strands hija l-prevjenzjoni u/jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dibenżodiossini/furani poliklorinati (PCDD/F) u tal-bifenili poliklorinati (PCB) permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

kemm jista' jkun tiġi evitata materja prima li fiha d-dibenżodiossini/furani poliklorinati (PCDD/F) u l-bifenili poliklorinati (PCB) jew il-prekursuri tagħhom (ara l-BAT 7)

II.

il-formazzjoni tad-dibenżodiossini/furani poliklorinati (PCDD/F) tiġi mrażżna permezz taż-żieda ta’ komposti tan-nitroġenu

III.

riċirkolazzjoni tal-gass ta’ skart (ara l-BAT 23 għad-deskrizzjoni u l-applikabilità).

25.   Il-BAT għall-emissjonijiet primarji mis-sinter strands hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dibenżodiossini/furani poliklorinati (PCDD/F) u tal-bifenili poliklorinati (PCB) permezz tal-injezzjoni ta’ aġenti ta’ adsorbiment adattati fit-tubu tal-gass ta’ skart tas-sinter strand qabel it-tindif mit-trab permezz ta’ filtru b'borża jew ta’ preċipitaturi elettrostatiċi avvanzati meta l-boroż tal-filtri ma jkunux applikabbli (ara l-BAT 20).

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għad-dibenżodiossini/furani poliklorinati (PCDD/F) huwa ta’ < 0,05 – 0,2 ng I-TEQ/Nm3 għall-filtru b'borża u ta’ < 0,2 – 0,4 ng-I-TEQ/Nm3 għall-preċipitatur elettrostatiku avvanzat, it-tnejn li huma ddeterminati permezz ta’ kampjun aleatorju fuq 6 – 8 sigħat taħt kundizzjonijiet ta’ stat fiss.

26.   Il-BAT għall-emissjonijiet sekondarji mill-iskarigu tas-sinter strand, it-tgħaffiġ, it-tkessiħ, l-iskrining u l-punti ta’ trasferiment tat-trasportaturi tas-sinter hija li jiġu evitati l-emissjonijiet tat-trab u/jew li tintlaħaq estrazzjoni effiċjenti u sussegwentement jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab permezz tal-użu ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

għata u/jew għeluq

II.

preċipitatur elettrostatiku jew filtru b'borża.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab huwa ta’ < 10 mg/Nm3 għall-borża tal-filtru u ta’ < 30 mg/Nm3 għall-preċipitatur elettrostatiku, it-tnejn determinati bħala valur medju ta’ kuljum.

Ilma u drenaġġ

27.   Il-BAT hija li kemm jista' jkun jiġi mminimizzat il-konsum tal-ilma fl-impjanti sinter permezz tar-riċiklaġġ tal-ilma għat-tkessiħ sakemm ma jintużawx sistemi ta’ tkessiħ ta’ darba biss.

28.   Il-BAT hija li jiġi ttrattat l-ilma effluwenti mill-impjanti sinter fejn jintuża ilma għat-tlaħliħ jew fejn tiġi applikata sistema ta’ trattament ta’ gass ta’ skart fl-umdu, bl-eċċezzjoni tal-ilma għat-tkessiħ qabel ma jintrema permezz tal-użu ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

preċipitazzjoni tal-metall tqil

II.

newtralizzazzjoni

III.

filtrazzjoni tar-ramel.

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT, ibbażati fuq kampjun aleatorju kwalifikat jew fuq kampjun kompost fuq 24 siegħa, huma:

solidi sospiżi

< 30 mg/l

domanda kimika ta’ ossiġenu (COD (1))

< 100 mg/l

metalli tqal

< 0.1 mg/l

(total ta’ arseniku (As), kadmju (Cd), kromju (Cr), ram (Cu), merkurju (Hg), nikil (Ni), ċomb (Pb), u żingu (Zn)).

Residwi tal-produzzjoni

29.   Il-BAT hija l-prevenzjoni ta’ ġenerazzjoni ta’ skart fl-impjanti sinter permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin (ara l-BAT 8):

I.

riċiklaġġ selettiv fuq il-post ta’ residwi lura għall-proċess ta’ sinterizzazzjoni billi jiġu esklużi metalli tqal, alkali jew frazzjonijiet ta’ trab fin arrikkit bil-klorur (eż. it-trab mill-aħħar kamp tal-preċipitatur elettrostatiku)

II.

riċiklaġġ estern kull meta jiġi mfixkel ir-riċiklaġġ fis-sit.

Il-BAT hija l-ġestjoni b'mod ikkontrollat tar-residwi tal-proċessi tal-impjant sinter li la jistgħu jiġu evitati u lanqas irriċiklati.

30.   Il-BAT hija li kemm jista' jkun, residwi li jista' jkun fihom żejt, bħal trab, ħama u frak mill-ipproċessar ta’ metalli (mill scale) li fihom il-ħadid u l-karbonju mis-sinter strand u minn proċessi oħra fl-impjant tal-azzar integrat, jiġu rriċiklati lura lejn is-sinter strand, filwaqt li jitqies il-kontenut rispettiv taż-żejt.

31.   Il-BAT hija li jitnaqqas il-kontenut tal-idrokarbur fl-alimentazzjoni tas-sinter permezz ta’ selezzjoni xierqa u trattament minn qabel tar-residwi rriċiklati tal-proċess.

Fil-każijiet kollha, il-kontenut taż-żejt ta’ residwi rriċiklati tal-proċess għandu jkun ta’ < 0,5 % u l-kontenut tal-alimentazzjoni tas-sinter ta’ < 0,1 %.

Deskrizzjoni

L-input ta’ idrokarburi jista' jiġi mminimizzat, speċjalment permezz tat-tnaqqis tal-input taż-żejt. Iż-żejt jidħol fil-linja tal-alimentazzjoni tas-sinter prinċipalment permezz taż-żieda ta’ frak mill-ipproċessar ta’ metalli. Il-kontenut ta’ żejt fil-frak mill-ipproċessar ta’ metalli jista' jvarja b'mod sinifikanti, skont l-oriġini tagħhom.

Tekniki biex jimminimizzaw l-input taż-żejt mit-trabijiet u mill-frak mill-ipproċessar ta’ metalli jinkludu dawn li ġejjin:

l-input taż-żejt jiġi limitat permezz ta’ segregazzjoni u mbagħad is-selezzjoni ta’ dawk it-trabijiet u l-frak mill-ipproċessar tal-metalli li għandhom kontenut baxx ta’ żejt biss

l-użu ta’ tekniki ta’ “manutenzjoni tajba” fil-magni tal-ikkastjar (rolling mills) jista' jirriżulta fi tnaqqis sostanzjali fil-kontenut ta’ żejt kontaminant tal-frak mill-ipproċessar ta’ metalli

it-tneħħija taż-żejt mill-frak mill-ipproċessar ta’ metalli permezz ta':

tisħin tal-frak mill-ipproċessar ta’ metalli għal madwar 800 °C, l-idrokarburi taż-żejt jiġu volatilizzati u jiġi prodott frak nadif mill-ipproċessar ta’ metalli; l-idrokarburi volatilizzati jistgħu jinħarqu.

l-estrazzjoni taż-żejt mill-frak mill-ipproċessar ta’ metalli permezz ta’ solvent.

Enerġija

32.   Il-BAT hija li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija termali fl-impjanti sinter permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

l-irkupru ta’ sħana sensibbli mill-gass ta’ skart mill-apparat li jkessaħ is-sinter

II.

l-irkupru ta’ sħana sensibbli, jekk fattibbli, mill-gass ta’ skart tal-gradilja ta’ sinterizzazzjoni

III.

il-massimizzazzjoni tar-riċirkolazzjoni tal-gassijiet ta’ skart biex tintuża sħana sensibbli (ara l-BAT 23 għad-deskrizzjoni u l-applikabilità)

Deskrizzjoni

Hemm żewġ tipi ta’ enerġija mill-iskart li potenzjalment jistgħu jerġgħu jintużaw skarigati mill-impjanti sinter:

is-sħana sensibbli mill-gassijiet ta’ skart mill-magni ta’ sinterizzazzjoni

is-sħana sensibbli tal-arja ta’ tkessiħ mill-apparat li jkessaħ is-sinter.

Ir-riċirkolazzjoni parzjali tal-gass ta’ skart hija każ speċjali ta’ rkupru ta’ sħana mill-gassijiet ta’ skart mill-magni ta’ sinterizzazzjoni u hija ttrattata fil-BAT 23. Is-sħana sensibbli tiġi direttament ittrasferita lura lejn il-qiegħ tas-sinter permezz tal-gassijiet irriċirkolati sħan. Fil-ħin tal-kitba ta’ dan (2010), dan huwa l-uniku metodu prattiku ta’ rkupru ta’ sħana mill-gassijiet ta’ skart.

Is-sħana sensibbli fl-arja sħuna fl-apparat li jkessaħ is-sinter tista' tiġi rkuprata permezz ta’ mod wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

ġenerazzjoni ta’ fwar f'bojler għal sħana ta’ skart għall-użu fl-impjanti tal-ħadid u tal-azzar

il-ġenerazzjoni ta’ misħun għat-tisħin distrettwali

it-tisħin minn qabel tal-arja kombustibbli fl-ignition hood tal-impjant sinter

tisħin minn qabel tal-materja prima tas-sinter

l-użu tal-gassijiet mill-apparat li jkessaħ is-sinter f'sistema ta’ riċirkolazzjoni għall-gass ta’ skart.

Applikabilità

F'xi impjanti, il-konfigurazzjoni eżistenti tista' tagħmel l-ispejjeż tal-irkupru tas-sħana mill-gassijiet ta’ skart tas-sinter jew mill-gass ta’ skart mill-apparat li jkessaħ is-sinter għoljin ħafna.

L-irkupru tas-sħana mill-gassijiet ta’ skart permezz ta’ skambjatur tas-sħana jista' jwassal għal problemi inaċċettabbli ta’ kondensazzjoni u ta’ korrużjoni.

1.3   Il-Konklużjonijiet tal-BAT għall-Impjanti ta’ Pelitizzazzjoni

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima jistgħu jiġu applikati lill-impjanti kollha ta’ pelitizzazzjoni.

Emissjonijiet fl-arja

33.   Il-BAT hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab fil-gassijiet ta’ skart

mit-trattament ta’ qabel, mit-tnixxif, mit-tħin, mit-tixrib, mit-taħwid u l-irrumblar tal-materja prima;

mill-induration strand; u

mill-manipulazzjoni u l-iskrining tal-pelit

billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni ta’ tekniki minn dawn li ġejjin:

I.

preċipitatur elettrostatiku

II.

filtru b'borża

III.

tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab huwa ta’ < 20 mg/Nm3 għat-tgħaffiġ, it-tħin u t-tnixxif u ta’ < 10 – 15 mg/Nm3 għall-istadji kollha l-oħra tal-proċess jew f'każijiet fejn il-gassijiet kollha ta’ skart jiġu ttrattati flimkien, kollha stabbiliti bħala valuri medji ta’ kuljum.

34.   Il-BAT hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ossidi tal-kubrit (SOX), tal-klorur tal-idroġenu (HCl) u tal-fluworur tal-idroġenu (HF) mill-gass ta’ skart tal-induration strand permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin:

I.

tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu

II.

assorbiment fi stat nofsu niexef b'sistema sussegwenti ta’ tindif mit-trab

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT, stabbiliti bħala valuri medji ta’ kuljum, għal dawn il-komponenti huma:

ossidi tal-kubrit (SOX), espressi bħala diossidu tal-kubrit (SO2)

< 30 – 50 mg/Nm3

fluworur tal-idroġenu (HF)

< 1 – 3 mg/Nm3

klorur tal-idroġenu (HCl)

< 1 – 3 mg/Nm3.

35.   Il-BAT hija t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu (NOX) mit-taqsima ta’ tnixxif u ta’ tħin u l-gassijiet ta’ skart tal-induration strand billi jiġu applikati tekniki integrati fil-proċess.

Deskrizzjoni

Id-disinn tal-impjant permezz ta’ soluzzjonijiet apposta għandu jiġi ottimizzat għal emissjonijiet baxxi tal-ossidi tan-nitroġenu (NOX) mit-taqsimiet kollha ta’ tqabbid. It-tnaqqis fil-formazzjoni ta’ NOX termali jista' jintlaħaq billi titnaqqas it-temperatura (massima) fil-berners u bit-tnaqqis tal-ossiġenu żejjed fl-arja kombustibbli. Barra minn hekk, jistgħu jintlaħqu emissjonijiet aktar baxxi ta’ NOX permezz ta’ kombinazzjoni ta’ użu baxx ta’ enerġija u kontenut baxx ta’ nitroġenu fil-fjuwil (faħam u żejt).

36.   Il-BAT għal impjanti eżistenti hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOX mit-taqsima ta’ tnixxif u ta’ tħin u mill-gassijiet ta’ skart tal-induration strand billi tiġi applikata waħda mit-tekniki li ġejjin:

I.

riduzzjoni katalitika selettiva (SCR) bħala teknika fil-punt tar-rimi

II.

kull teknika oħra b'effiċjenza għat-tnaqqis ta’ NOX ta’ mill-inqas 80 %.

Applikabilità

Għal impjanti eżistenti, kemm għal sistemi straight grate u grate kiln, huwa diffiċli li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet operattivi meħtieġa li jkunu adattati għal reattur ta’ SCR. Minħabba spejjeż kbar, dawn it-tekniki fil-punt tar-rimi għandhom jiġu kkunsidrati biss f'ċirkostanzi fejn mhuwiex probabbli li l-istandards ta’ kwalità ambjentali jintlaħqu b'mod ieħor.

37.   Il-BAT għal impjanti ġodda hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOX mit-taqsima tat-tnixxif u tat-tħin u mill-gassijiet ta’ skart tal-induration strand billi tiġi applikata riduzzjoni katalitika selettiva (SCR) bħala teknika fil-punt tar-rimi.

Ilma u drenaġġ

38.   Il-BAT għal impjanti ta’ pelitizzazzjoni hija li jiġu mminimizzati l-konsum tal-ilma u r-rimi tal-ilma tat-tisfija mill-impuritajiet, tat-tlaħliħ fl-umdu u tat-tkessiħ u kemm jista' jkun jerġa' jintuża.

39.   Il-BAT għall-impjanti ta’ pelitizzazzjoni hija li l-ilma effluwenti jiġi trattat qabel ma jintrema permezz tal-użu ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

newtralizzazzjoni

II.

flokkulazzjoni

III.

sedimentazzjoni

IV.

filtrazzjoni tar-ramel

V.

preċipitazzjoni tal-metall tqil

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT, ibbażati fuq kampjun aleatorju kwalifikat jew fuq kampjun kompost fuq 24 siegħa, huma:

solidi sospiżi

< 50 mg/l

domanda kimika ta’ ossiġenu (COD (2))

< 160 mg/l

nitroġenu Kjeldahl

< 45 mg/l

metalli tqal

< 0,55 mg/l

(it-total ta’ arseniku (As), kadmju (Cd), kromju (Cr), ram (Cu), merkurju (Hg), nikil (Ni), ċomb (Pb), żingu (Zn)).

Residwi tal-produzzjoni

40.   Il-BAT hija l-prevenzjoni ta’ ġenerazzjoni ta’ skart minn impjanti ta’ pelitizzazzjoni permezz ta’ riċiklaġġ effettiv fil-post jew bl-użu mill-ġdid ta’ residwi (jiġifieri pelits ħodor żgħar wisq u ttrattati bis-sħana)

Il-BAT hija l-ġestjoni b'mod ikkontrollat tar-residwi tal-proċess tal-impjant tal-pelits, jiġifieri l-ħama mit-trattament tad-drenaġġ, li la jistgħu jiġu evitati u lanqas irriċiklati.

Enerġija

41.   Il-BAT hija li jitnaqqas/jiġi mminimizzat il-konsum ta’ enerġija termali f'impjanti ta’ pelitizzazzjoni permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

l-użu mill-ġdid integrat fil-proċess ta’ sħana sensibbli kemm jista' jkun mit-taqsimiet differenti tal-induration strand

II.

l-użu ta’ sħana żejda ta’ skart għal netwerks ta’ tisħin interni jew esterni jekk ikun hemm domanda minn parti terza.

Deskrizzjoni

L-arja sħuna mit-taqsima ta’ tkessiħ primarju tista' tintuża bħala arja sekondarja kombustibbli fit-taqsima ta’ tqabbid. Imbagħad, is-sħana mit-taqsima ta’ tqabbid tista' tintuża fit-taqsima ta’ tnixxif tal-induration strand. Is-sħana mit-taqsima ta’ tkessiħ sekondarju tista' tintuża wkoll fit-taqsima ta’ tnixxif.

Sħana żejda mit-taqsima ta’ tkessiħ tista' tintuża fil-kompartimenti ta’ tnixxif tal-unità tat-tnixxif u t-tħin. L-arja sħuna tiġi ttrasportata ġo pipeline insulat imsejjaħ “tubu għar- riċirkolazzjoni tal-arja sħuna”.

Applikabilità

L-irkupru ta’ sħana sensibbli huwa parti integrata mal-proċess ta’ impjanti ta’ pelitizzazzjoni. It-“tubu għar-riċirkolazzjoni tal-arja sħuna” jista' jiġi applikat f'impjanti eżistenti li għandhom disinn komparabbli u provvista suffiċjenti ta’ sħana sensibbli.

Il-kooperazzjoni u l-ftehim ta’ parti terza tista' ma tkunx fil-kontroll tal-operatur, u għalhekk tista' ma tkunx fl-ambitu tal-permess.

1.4   Il-Konklużjonijiet tal-BAT għal Impjanti bil-Fran tal-Kokk

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima jistgħu jiġu applikati lill-impjanti kollha bil-fran tal-kokk.

Emissjonijiet fl-arja

42.   Il-BAT għal impjanti għat-tħin tal-faħam (il-preparazzjoni tal-faħam li tinkludi t-tgħaffiġ, it-tħin, il-pulverizzazzjoni u l-analiżi) hija l-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

bini u/jew apparat fil-magħluq (magna li tgħaffeġ, magna li tippulverizza, passaturi) u

II.

estrazzjoni effiċjenti u l-użu sussegwenti ta’ sistemi ta’ tindif mit-trab fin-niexef.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab huwa ta’ < 10 – 20 mg/Nm3, bħala l-medja matul il-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-inqas nofs siegħa).

43.   Il-BAT għall-ħżin u l-manipulazzjoni ta’ faħam pulverizzat hija l-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet diffużi tat-trab permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

il-ħżin ta’ materjal pulverizzat f'bankers u mħażen

II.

l-użu ta’ trasportaturi magħluqa

III.

il-minimizzazzjoni tal-għoli tal-waqgħa skont id-daqs u l-kostruzzjoni tal-impjant

IV.

it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-iċċarġjar tat-torri tal-faħam u mill-karozza li tiċċarġja

V.

l-użu ta’ estrazzjoni effiċjenti u t-tneħħija sussegwenti tat-trab.

Meta tkun qed tintuża l-BAT V, il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab huwa ta’ < 10 – 20 mg/Nm3, bħala l-medja matul il-perjodu ta’ teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-inqas nofs siegħa).

44.   Il-BAT hija l-iċċarġjar tal-kompartimenti tal-forn tal-kokk b'sistemi ta’ ċċarġjar b'emissjonijiet imnaqqsa.

Deskrizzjoni

Minn perspettiva integrata, l-iċċarġjar “mingħajr duħħan” jew l-iċċarġjar sekwenzjali permezz ta’ pajpijiet bi tlugħ doppju jew ta’ pajpijiet jumper huma t-tip preferuti, minħabba li l-gassijiet u t-trab kollha jiġu ttrattati bħala parti mit-trattament tal-gass tal-forn tal-kokk.

Jekk, madankollu, il-gassijiet jiġu estratti u ttrattati barra mill-forn tal-kokk, l-iċċarġjar tal-gassijiet estratti permezz ta’ trattament fuq l-art huwa l-metodu preferut. It-trattament għandu jikkonsisti minn estrazzjoni effiċjenti tal-emissjonijiet b'kombustjoni sussegwenti biex jitnaqqsu l-komponenti organiċi u l-użu ta’ filtru b'borża biex jitnaqqsu l-partikuli.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab minn sistemi għall-iċċarġjar tal-faħam permezz ta’ trattament fuq l-art tal-gassijiet estratti huwa ta’ < 5 g/t ta’ kokk ekwivalenti għal < 50 mg/Nm3, bħala l-medja matul il-perjodu ta’ teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-inqas nofs siegħa).

Id-dewmien assoċjat mal-BAT ta’ emissjonijiet viżibbli mill-iċċarġjar huwa ta’ < 30 sekonda kull ċarġ bħala medja ta’ xahar permezz tal-użu ta’ metodu ta’ monitoraġġ deskritt fil-BAT 46.

45.   Il-BAT għall-produzzjoni tal-kokk hija l-estrazzjoni tal-gass tal-forn tal-kokk (COG) kemm jista' jkun matul il-produzzjoni tal-kokk.

46.   Il-BAT għall-impjanti tal-kokk hija t-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz ta’ produzzjoni kontinwa mingħajr tfixkil tal-kokk permezz tal-użu tat-tekniki li ġejjin:

I.

manutenzjoni estensiva tal-kompartimenti tal-forn, tal-bibien tal-fran u tas-siġilli tal-frejms, tal-pajpijiet ta’ tlugħ, tat-toqob tal-iċċarġjar u ta’ tagħmir ieħor (għandu jsir programm sistematiku minn persunal imħarreġ speċjalment fl-individwazzjoni u l-manutenzjoni)

II.

jiġu evitati varjazzjonijiet qawwija fit-temperatura

III.

osservazzjoni u monitoraġġ komprensivi tal-forn tal-kokk

IV.

it-tindif tal-bibien, tas-siġilli tal-frejms, tat-toqob tal-iċċarġjar, l-għotjien u l-pajpijiet ta’ tlugħ wara l-manipulazzjoni (applikabbli f'impjanti ġodda u, f'xi każijiet, f'impjanti eżistenti)

V.

iż-żamma ta’ fluss liberu tal-gass fil-fran tal-kokk

VI.

ir-regolamentazzjoni xierqa tal-pressjoni matul il-produzzjoni tal-kokk u l-applikazzjoni ta’ bibien flessibbli bil-molla li jissiġillaw jew bibien bi truf fil-forma ta’ sikkina (f'każijiet ta’ fran ≤ 5 m għoljin u f'kundizzjoni tajba)

VII.

l-użu ta’ pajpijiet ta’ tlugħ issiġillati kontra l-ilma biex inaqqsu l-emissjonijiet viżibbli mill-apparat kollu li jipprovdu passaġġ mill-batterija tal-forn tal-kokk lejn il-pajpijiet ewlenin għall-ġbir, mgħawwġa u stazzjonarji tat-tip jumper

VIII.

l-għeluq tal-għotjien tat-toqob tal-iċċarġjar b'sospensjoni tat-tafal (jew b'materjal xieraq ieħor li jissiġilla), biex jitnaqqsu l-emissjonijiet viżibbli mit-toqob kollha

IX.

tiġi żgurata l-produzzjoni kompluta tal-kokk (jiġu evitati l-imbuttaturi tal-kokk aħdar (green coke pushes)) permezz tal-applikazzjoni ta’ tekniki xierqa

X.

l-installazzjoni ta’ kompartimenti akbar tal-forn tal-kokk (applikabbli għal impjanti ġodda jew f'xi każijiet ta’ sostituzzjoni sħiħa tal-impjant fuq il-pedamenti l-qodma)

XI.

fejn possibbli, l-użu ta’ regolamentazzjoni varjabbli tal-pressjoni lill-kompartimenti tal-forn waqt il-produzzjoni tal-kokk (applikabbli għal impjanti ġodda u tista' tkun opzjoni għall-impjanti eżistenti; il-possibbiltà li din it-teknika tiġi installata f'impjanti eżistenti għandha tiġi vvalutata bir-reqqa u hija soġġetta għas-sitwazzjoni individwali ta’ kull impjant).

Il-perċentwal ta’ emissjonijiet viżibbli mill-bibien kollha assoċjat mal-BAT huwa ta’ < 5 – 10 %.

Il-perċentwal ta’ emissjonijiet viżibbli minn kull tip ta’ sors assoċjat mal-BAT VII u mal-BAT VIII huwa ta’ < 1 %.

Il-perċentwali huma relatati mal-frekwenza ta’ kwalunkwe nixxigħat meta mqabbla mal-għadd totali ta’ bibien, ta’ pajpijiet ta’ tlugħ jew ta’ għotjien tat-toqob tal-iċċarġjar fuq medja fix-xahar permezz tal-użu ta’ metodu ta’ monitoraġġ kif deskritt hawn taħt.

Għall-istima tal-emissjonijiet diffużi mill-fran tal-kokk, il-metodi li ġejjin huma attwalment użati:

il-metodu EPA 303

il-metodoloġija DMT (Deutsche Montan Technologie GmbH)

il-metodoloġija żviluppata mill-BCRA (l-Assoċjazzjoni Brittannika għar-Riċerka dwar il-Karbonizzazzjoni).

il-metodoloġija applikata fil-Pajjiżi l-Baxxi, ibbażata fuq l-għadd ta’ tnixxigħat viżibbli mill-pajpijiet ta’ tlugħ u tat-toqob tal-iċċarġjar, filwaqt li teskludi l-emissjonijiet viżibbli minħabba operazzjonijiet normali (l-iċċarġjar tal-faħam, l-imbuttar tal-kokk).

47.   Il-BAT għall-impjant tat-trattament tal-gass hija li jiġu mminimizzati l-emissjonijiet gassużi li jaħarbu, permezz tal-użu tat-tekniki li ġejjin:

I.

jiġi mminimizzat l-għadd ta’ flanġijiet minħabba l-konnessjonijiet tal-pajpijiet tal-iwweldjar kull fejn ikun possibbli

II.

l-użu ta’ siġilli xierqa għall-flanġijiet u għall-valvoli

III.

l-użu ta’ pompi ssiġillati kontra l-gass (eż. pompi manjetiċi)

IV.

jiġu evitati l-emissjonijiet minn valvoli tal-pressjoni f'tankijiet tal-ħżin billi:

l-iżbokk tal-valv jiġi konness mal-mejn tal-ġbir tal-gass tal-forn tal-kokk (COG) jew

jinġabru l-gassijiet u l-kombustjoni sussegwenti.

Applikabilità

It-tekniki jistgħu jiġu applikati kemm għal impjanti ġodda kif ukoll għal impjanti eżistenti. F'impjanti ġodda, disinn issiġġillat kontra l-gass jista' jkun aktar faċli li jintlaħaq milli f'impjanti eżistenti.

48.   Il-BAT hija li jitnaqqas il-kontenut tal-kubrit tal-gass tal-forn tal-kokk (COG) permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin:

I.

desulfurizzazzjoni permezz ta’ sistemi ta’ assorbiment

II.

desulfurizzazzjoni ossidattiva fl-umdu.

Il-konċentrazzjonijiet residwi tas-sulfid tal-idroġenu (H2S) assoċjati mal-BAT, iddeterminati bħala medji ta’ kuljum, huma ta’ < 300 – 1 000 mg/Nm3 fil-każ li jintuża l-BAT I (l-ogħla valuri huma assoċjati ma’ temperatura ambjentali ogħla u l-valuri l-baxxi huma assoċjati ma’ temperaturi ambjentali aktar baxxi) u ta’ < 10 mg/Nm3 fil-każ li jintuża l-BAT II.

49.   Il-BAT għall-underfiring tal-forn tal-kokk hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz tal-użu tat-tekniki li ġejjin:

I.

il-prevenzjoni ta’ tnixxija bejn il-kompartiment tal-forn u l-kompartiment tat-tisħin permezz ta’ operazzjoni regolari tal-forn tal-kokk

II.

it-tiswija ta’ tnixxija bejn il-kompartiment tal-forn u l-kompartiment tat-tisħin (applikabbli biss għal impjanti eżistenti)

III.

l-inkorporazzjoni ta’ tekniki b'livelli baxxi ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOX) fil-kostruzzjoni ta’ batteriji ġodda, bħal f'kombustjoni fi stadji u l-użu ta’ brikks irqaq u refrattorji b'konduttività termali aħjar (applikabbli biss għal impjanti ġodda)

IV.

l-użu ta’ gassijiet tal-proċess tal-gass tal-forn tal-kokk (COG) desulfurizzati.

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT, stabbiliti bħala valuri medji ta’ kuljum u relatati ma’ kontenut ta’ ossiġenu ta’ 5 % huma:

ossidi tal-kubrit (SOX), espressi bħala diossidu tal-kubrit (SO2) < 200 – 500 mg/Nm3

trab < 1 – 20 mg/Nm3  (3)

ossidi tan-nitroġenu (NOX), imfissra bħala diossidu tan-nitroġenu (NO2) < 350 – 500 mg/Nm3 għal impjanti ġodda jew sostanzjalment irrestawrati (inqas minn 10 snin) u 500 – 650 mg/Nm3 għal impjanti eqdem b'batteriji miżmuma sew u b'tekniki inkorporati b'livelli baxxi ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOX).

50.   Il-BAT għall-imbuttar tal-kokk hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab permezz tal-użu tat-tekniki li ġejjin:

I.

estrazzjoni permezz ta’ magna integrata mgħammra b'għata li tittrasferixxi l-kokk

II.

l-użu ta’ trattament fuq l-art tal-gass estratt permezz ta’ filtru b'borża jew ta’ sistemi oħra ta’ eliminazzjoni

III.

l-użu ta’ karozza ta’ estinzjoni (qeunching car) f'punt wieħed jew mobbli.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab mill-imbuttar tal-kokk huwa ta’ < 10 mg/Nm3 fil-każ ta’ filtri b'borża u ta’ < 20 mg/Nm3 f'każijiet oħra, iddeterminat bħala l-medja matul il-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-anqas nofs siegħa).

Applikabilità

F'impjanti eżistenti, in-nuqqas ta’ spazju jista' jillimita l-applikabilità.

51.   Il-BAT għall-estinzjoni tal-kokk (coke quenching) hija t-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin:

I.

l-użu ta’ estinzjoni tal-kokk fin-niexef (coke dry quenching, CDQ) bl-irkupru ta’ sħana sensibbli u t-tneħħija ta’ trab mill-operazzjonijiet ta’ ċċarġjar, ta’ manipulazzjoni u ta’ analiżi permezz ta’ filtru b'borża

II.

l-użu ta’ estinzjoni konvenzjonali fl-umdu li timminimizza l-emissjonijiet

III.

l-użu ta’ estinzjoni għall-istabbilizzazzjoni tal-kokk (coke stabilisation quenching, CSQ).

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għat-trab, iddeterminati bħala l-medja matul il-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni, huma:

< 20 mg/Nm3 fil-każ ta’ estinzjoni tal-kokk fin-niexef

< 25 g/t kokk fil-każ ta’ estinzjoni konvenzjonali fl-umdu li timminimizza l-emissjonijiet (4)

< 10 g/t kokk fil-każ ta’ estinzjoni għall-istabilizzazzjoni tal-kokk (5).

Deskrizzjoni tal-BAT I

Għall-operazzjoni kontinwa ta’ impjanti ta’ estinzjoni ta’ kokk fin-niexef, hemm żewġ opzjonijiet. F'każ wieħed, l-unità għall-estinzjoni tal-kokk ikun fiha minn tnejn sa erba' kompartimenti. Unità waħda tkun dejjem fuq stand-by. Għalhekk ma hemmx bżonn ta’ estinzjoni fl-umdu iżda l-unità għat-tkessiħ tal-kokk fin-niexef teħtieġ kapaċità żejda meta mqabbla mal-impjant tal-forn tal-kokk bi spejjeż kbar. Fil-każ l-ieħor, hemm il-ħtieġa ta’ sistema addizzjonali ta’ estinzjoni.

Fil-każ ta’ modifika ta’ impjant ta’ estinzjoni fl-umdu għal impjant ta’ estinzjoni fin-niexef, is-sistema eżistenti ta’ estinzjoni fl-umdu tista' tinżamm għal dan il-għan. Unità bħal din għall-estinzjoni tal-kokk fin-niexef ma għandha l-ebda kapaċità żejda għall-ipproċessar meta mqabbla mal-impjant tal-forn tal-kokk.

Applikabilità tal-BAT II

It-torrijiet eżistenti ta’ estinzjoni jistgħu jiġu mgħammra b'regolaturi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. L-għoli tat-torri jeħtieġ li jkun minimu ta’ 30 m sabiex jiżgura kundizzjonijiet suffiċjenti ta’ kurrent.

Applikabilità tal-BAT III

Minħabba li s-sistema hija akbar minn dik neċessarja għal estinzjoni konvenzjonali, in-nuqqas ta’ spazju fl-impjant jista' jkun ta’ impediment.

52.   Il-BAT għall-klassifikazzjoni u l-manipulazzjoni tal-kokk hija l-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab permezz tal-użu tat-tekniki li ġejjin flimkien:

I.

l-użu ta’ bini jew apparat fil-magħluq

II.

l-estrazzjoni effiċjenti u t-tneħħija sussegwenti ta’ trab fin-niexef.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab huwa ta’ < 10 mg/Nm3, iddeterminat bħala l-medja matul il-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-inqas nofs siegħa).

Ilma u drenaġġ

53.   Il-BAT hija li l-ilma ta’ tkessiħ kemm jista' jkun jiġi mminimizzat u jerġa' jintuża.

54.   Il-BAT hija li jiġi evitat l-użu mill-ġdid tal-ilma tal-proċess b'tagħbija organika sinifikanti (bħal drenaġġ dirett mill-forn tal-kokk, drenaġġ b'kontenut għoli ta’ idrokarburi, eċċ.) bħala ilma għat-tkessiħ.

55.   Il-BAT hija t-trattament minn qabel tad-drenaġġ mill-proċess ta’ produzzjoni tal-kokk u mit-tindif tal-gass tal-forn tal-kokk (COG) qabel ma jintrema f'impjant għat-trattament tad-drenaġġ permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

l-użu ta’ tneħħija effiċjenti tal-qatran u ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) permezz ta’ flokkulazzjoni u flottazzjoni, sedimentazzjoni u filtrazzjoni sussegwenti b'mod individwali jew f'kombinazzjoni

II.

l-użu ta’ tneħħija effiċjenti tal-ammonja permezz tal-użu ta’ alkalini u ta’ fwar.

56.   Il-BAT għal drenaġġ ittrattat minn qabel mill-proċess ta’ produzzjoni tal-kokk u mit-tindif tal-gass tal-forn tal-kokk (COG) hija li jintuża trattament bijoloġiku tad-drenaġġ bi stadji integrati ta’ denitrifikazzjoni/nitrifikazzjoni.

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT, ibbażati fuq kampjun aleatorju kwalifikat jew fuq kampjun kompost fuq 24 siegħa u li jirreferu biss għal impjanti għat-trattament tal-ilma b'forn uniku tal-kokk, huma:

domanda kimika ta’ ossiġenu (COD (6))

< 220 mg/l

domanda bijoloġika ta’ ossiġenu għal ħamest (5) ijiem (BOD5)

< 20 mg/l

sulfidi, rilaxxati faċilment (7)

< 0,1 mg/l

tijoċjanat (SCN-)

< 4 mg/l

ċjanur (CN-), rilaxxat faċilment (8)

< 0,1 mg/l

idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH)

(total ta’ Fluworanten, Benżo[b]fluworanten, Benżo[k]fluworanten, Benżo[a]piren, Indeno[1,2,3-cd]piren u Benżo[g,h,i]perilen)

< 0,05 mg/l

fenoli

< 0,5 mg/l

total ta’ ammonja-nitroġenu (NH4 +-N),

nitrat-nitroġenu (NO3--N) u nitrat-nitroġenu (NO2--N)

< 15 – 50 mg/l.

Fir-rigward tat-total ta’ ammonja-nitroġenu (NH4 +-N), nitrat-nitroġenu (NO3 --N) u nitrat-nitroġenu (NO2 --N), il-valuri < 35 mg/l huma ġeneralment assoċjati mal-applikazzjoni ta’ impjanti għat-trattament avvanzat ta’ drenaġġ bijoloġiku b'denitrifikazzjoni minn qabel/nitrifikazzjoni u nitrifikazzjoni wara.

Residwi tal-produzzjoni

57.   Il-BAT hija li r-residwi tal-produzzjoni bħall-qatran mill-faħam likwidu u li jkun għadu effluwenti, u ħama attivata żejda mill-impjant għat-trattament tad-drenaġġ jiġu rriċiklati lura lejn il-linja ta’ alimentazzjoni tal-faħam tal-impjant tal-forn tal-kokk.

Enerġija

58.   Il-BAT hija li l-gass estratt mill-forn tal-kokk (COG) jintuża bħala fjuwil jew bħala aġent ta’ tnaqqis jew għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi.

1.5   Il-Konklużjonijiet tal-BAT Għall-Kalkari tal-Funderiji

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għall-kalkari tal-funderiji kollha.

Emissjonijiet fl-arja

59.   Il-BAT għall-arja spostata waqt it-tagħbien tal-unità għall-injezzjoni tal-faħam mill-bunkers tal-ħżin hija li l-emissjonijiet tat-trab jinqabdu u titwettaq tneħħija sussegwenti tat-trab fin-niexef.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab huwa ta’ < 20 mg/Nm3, iddeterminat bħala l-medja matul il-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-inqas nofs siegħa).

60.   Il-BAT għat-tħejjija tat-tagħbija (taħwid, taħlit) u t-trasport hija li jiġu mminimizzati l-emissjonijiet tat-trab u, fejn rilevanti, li l-emissjonijiet jiġu estratti u sussegwentement ippurifikati permezz ta’ preċipitatur elettrostatiku jew filtru b'borża.

61.   Il-BAT għall-impjant tal-ikkastjar (tap holes, runners, punti għall-iċċarġjar tal-kuċċara kbar (torpedo ladles), skimmers) hija l-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet diffużi tat-trab permezz tal-użu tat-tekniki li ġejjin:

I.

ir-runners jiġu mgħottija

II.

l-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza tal-qabda tal-emissjonijiet u tad-dħaħen diffużi tat-trab b'tindif sussegwenti tal-effluwent gassuż permezz ta’ preċipitatur elettrostatiku jew filtru b'borża

III.

is-soppressjoni tad-dħaħen permezz tal-użu ta’ nitroġenu waqt it-tapping, fejn applikabbli u fejn ma hemm l-ebda sistema installata għall-ġbir u għat-tneħħija ta’ trab mill-emissjonijiet mit-tapping.

Meta tkun qed tintuża l-BAT II, il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab huwa ta’ < 1 – 15 mg/Nm3, stabbilit bħala valur medju ta’ kuljum.

62.   Il-BAT hija l-użu ta’ kisi tar-runners mingħajr qatran.

63.   Il-BAT hija li jiġi mminimizzat ir-rilaxx ta’ gass mill-kalkara tal-funderija waqt l-iċċarġjar permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

quċċata bell-less b'ekwalizzazzjoni primarja u sekondarja

II.

sistema għall-irkupru tal-gass jew għall-ventilazzjoni

III.

l-użu ta’ gass tal-kalkara tal-funderija biex jippressa l-bankers ta’ fuq.

Applikabilità tal-BAT II

Applikabbli għal impjanti ġodda. Applikabbli biss għal impjanti eżistenti fejn il-forn għandu sistema ta’ ċċarġjar bell-less. Mhuwiex applikabbli għal impjanti fejn jintużaw gassijiet minbarra l-gass tal-kalkara tal-funderija (eż. nitroġenu) biex jippressaw il-bunkers ta’ fuq tal-forn.

64.   Il-BAT hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab mill-gass tal-kalkara tal-funderija permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

l-użu ta’ tagħmir għat-tneħħija minn qabel ta’ trab fin-niexef bħal:

i.

difletturi

ii.

tagħmir li jaqbad it-trab

iii.

ċikluni

iv.

preċipitaturi elettrostatiċi.

II.

l-eliminazzjoni sussegwenti tat-trab bħal:

i.

tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet tat-tip hurdle

ii.

tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet tat-tip venturi

iii.

tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet tat-tip annular gap

iv.

preċipitaturi elettrostatiċi fl-umdu

v.

diżintegraturi.

Għal gass tal-kalkara tal-funderija (BF) li tnaddaf, il-konċentrazzjoni ta’ trab residwu assoċjata mal-BAT hija ta’ < 10 mg/Nm3, stabbilita bħala l-medja matul il-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-anqas nofs siegħa).

65.   Il-BAT għal fran tal-kalkari tal-funderiji hija li jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz tal-użu ta’ gass żejjed tal-forn tal-kokk desulfurizzat u mnaddaf mit-trab, gass tal-kalkara tal-funderija mnaddaf mit-trab, gass tal-forn tal-ossiġenu bażiku mnaddaf mit-trab u gass naturali, b'mod individwali jew flimkien.

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT, stabbiliti bħala valuri medji ta’ kuljum relatati mal-kontenut ta’ ossiġenu ta’ 3 %, huma:

ossidi tal-kubrit (SOx) imfissra bħala diossidu tal-kubrit (SO2) < 200 mg/Nm3

trab < 10 mg/Nm3

ossidi tan-nitroġenu (NOx), espressi bħala diossidu tan-nitroġenu (NO2) < 100 mg/Nm3.

Ilma u drenaġġ

66.   Il-BAT għall-konsum u għar-rimi tal-ilma mit-trattament tal-gass tal-kalkara tal-funderija hija li kemm jista' jkun jiġi mminimizzat l-ilma għat-tisfija mill-impuritajiet u li dan jerġa' jintuża, eż. għall-granulazzjoni tal-gagazza, jekk ikun meħtieġ wara trattament b'filtru b'qiegħ taż-żrar.

67.   Il-BAT għat-trattament tad-drenaġġ mit-trattament tal-gass tal-kalkara tal-funderija hija l-użu ta’ flokkulazzjoni (koagulazzjoni) u sedimentazzjoni u t-tneħħija ta’ ċjanur li jiġi rilaxxat faċilment, jekk ikun meħtieġ.

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT, ibbażati fuq kampjun aleatorju kwalifikat jew fuq kampjun kompost fuq 24 siegħa, huma:

solidi sospiżi

< 30 mg/l

ħadid

< 5 mg/l

ċomb

< 0,5 mg/l

żingu

< 2 mg/l

ċjanur (CN-), rilaxxat faċilment (9)

< 0,4 mg/l.

Residwi tal-produzzjoni

68.   Il-BAT hija l-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart mill-kalkari tal-funderiji permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

il-ġbir u l-ħżin xieraq biex jiġi ffaċilitat trattament speċifiku

II.

ir-riċiklaġġ fuq il-post ta’ trab oħxon mit-trattament tal-gass tal-kalkara tal-funderija (BF) u tat-trab mit-tneħħija ta’ trab mill-impjanti ta’ kkastjar, billi tingħata attenzjoni xierqa għall-effett ta’ emissjonijiet mill-impjant fejn jiġu rriċiklati

III.

hydrocyclonage tal-ħama b'riċiklaġġ sussegwenti fuq il-post tal-frazzjoni ħoxna (applikabbli kull meta tiġi applikata t-tneħħija fl-umdu ta’ trab u fejn id-distribuzzjoni tal-kontenut taż-żingu fid-daqsijiet differenti tal-partikuli jippermettu separazzjoni raġonevoli)

IV.

it-trattament tal-gagazza, preferibbilment permezz ta’ granulazzjoni (fejn il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu dan), għall-użu estern tal-gagazza (eż. fl-industrija tas-siment jew għall-bini tat-toroq).

Il-BAT hija l-ġestjoni, b'mod ikkontrollat, tar-residwi tal-proċess ta’ kalkara tal-funderija li la jistgħu jiġu evitati u lanqas irriċiklati.

69.   Il-BAT għall-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet mit-trattament tal-gagazza hija li d-dħaħen jiġu kkondensati jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ tnaqqis fir-riħa.

Immaniġġjar tar-riżorsi

70.   Il-BAT għall-immaniġġjar tar-riżorsi tal-kalkari tal-funderiji hija li jitnaqqas il-konsum tal-kokk permezz ta’ aġenti ta’ riduzzjoni injettati direttament, bħal faħam pulverizzat, żejt, żejt tqil, qatran, residwi taż-żejt, gass tal-forn tal-kokk (COG), gass naturali u gass ta’ skart bħal residwi metalliċi, żjut u emulsjonijiet użati, residwi żejtnija, xaħmijiet u skart tal-plastik b'mod individwali jew flimkien.

Applikabilità

Injezzjoni ta’ faħam: Il-metodu huwa applikabbli għal kull kalkara tal-funderija mgħammra b'injezzjoni ta’ faħam pulverizzat u l-arrikkiment tal-ossiġenu.

Injezzjoni ta’ gass: L-injezzjoni Tuyère ta’ gass tal-forn tal-kokk (COG) hija dipendenti ħafna fuq id-disponibbiltà tal-gass li jista' jintuża b'mod effettiv x'imkien ieħor fl-impjant tal-azzar integrat.

Injezzjoni ta’ plastik: Għandu jiġi nnutat li din it-teknika tiddependi ħafna miċ-ċirkostanzi lokali u l-kundizzjonijiet tas-suq. Il-plastiks jista' jkun fihom Cl u metalli tqal bħal Hg, Cd, Pb u Zn. Skont il-kompożizzjoni tal-iskart użat (eż. shredder light fraction), l-ammont ta’ Hg, Cr, Cu, Ni u Mo fil-gass BF jista' jiżdied.

Injezzjoni diretta ta’ żjut, xaħmijiet u emulsjonijiet bħala aġenti ta’ riduzzjoni u ta’ residwi ta’ ħadid solidu: It-tħaddim kontinwu ta’ din is-sistema jiddependi mill-kunċett loġistiku tat-twassil u tal-ħżin tar-residwi. Barra minn hekk, it-teknoloġija ta’ twassil applikata hija ta’ importanza partikolari għal operazzjoni ta’ suċċess.

Enerġija

71.   Il-BAT hija ż-żamma ta’ operazzjoni bla xkiel, u mingħajr waqfien tal-kalkara tal-funderija fi stat stabbli biex jiġu mminimizzati r-rilaxxi u biex titnaqqas il-possibbiltà ta’ żliq tat-tagħbija.

72.   Il-BAT hija l-użu bħala fjuwil tal-gass estratt tal-kalkara tal-funderija.

73.   Il-BAT hija l-irkupru tal-enerġija mill-pressjoni tal-gass ta’ fuq tal-kalkara tal-funderija meta jkun hemm biżżejjed pressjoni mill-gass ta’ fuq u konċentrazzjonijiet baxxi ta’ alkali.

Applikabilità

L-irkupru tal-pressjoni tal-gass ta’ fuq jista' jiġi applikat f'impjanti ġodda u f'ċerti ċirkostanzi f'impjanti eżistenti, għalkemm b'aktar diffikultajiet u bi spejjeż addizzjonali. Pressjoni adegwata tal-gass ta’ fuq ta’ aktar minn 1.5 bar gauge hija fundamentali għall-applikazzjoni ta’ din it-teknika.

F'impjanti ġodda, il-faċilità ta’ tindif tal-gass ta’ fuq tat-turbina u tal-gass tal-kalkara tal-funderija (BF) tista' tiġi adattata sabiex tintlaħaq effiċjenza għolja kemm ta’ tisfija mill-impuritajiet kif ukoll ta’ rkupru ta’ enerġija.

74.   Il-BAT hija li l-gassijiet tal-fjuwil mill-forn tal-kalkara tal-funderija jew l-arja kombustibbli jissaħnu minn qabel permezz tal-użu tal-gass ta’ skart tal-forn tal-kalkara tal-funderija u li jiġi ottimizzat il-proċess ta’ kombustjoni tal-forn tal-kalkara tal-funderija.

Deskrizzjoni

Għall-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-kalkara tal-funderija, tista' tiġi applikata teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

l-użu ta’ operazzjoni tal-kalkara tal-funderija permezz ta’ kompjuter

it-tisħin minn qabel tal-fjuwil jew tal-arja kombustibbli flimkien mal-iżolament tal-cold blast line u l-gass ta’ skart miċ-ċumnija

l-użu ta’ berners aktar adattati biex itejbu l-kombustjoni

kejl malajr tal-ossiġenu u l-adattament sussegwenti tal-kundizzjonijiet ta’ kombustjoni.

Applikabilità

L-applikabilità tat-tisħin minn qabel tal-fjuwil tiddependi mill-effiċjenza tal-fran minħabba li din tiddetermina t-temperatura tal-gass ta’ skart (eż. f'temperaturi ta’ gass ta’ skart taħt il-250 °C, l-irkupru tas-sħana jista' ma jkunx opzjoni teknikament jew ekonomikament vijabbli).

L-implimentazzjoni tal-kontroll permezz tal-kompjuter tista' teħtieġ il-bini tar-raba' forn fil-każ ta’ kalkari tal-funderiji bi tlett ifran (jekk possibbli) sabiex il-benefiċċji jiġu mmassimizzati.

1.6   Il-Konklużjonijiet tal-BAT għal Xogħol tal-Azzar U Kkastjar bl-Ossiġenu Bażiku

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għax-xogħol tal-azzar u għall-ikkastjar kollu bl-ossiġenu bażiku.

Emissjonijiet fl-arja

75.   Il-BAT għall-irkupru tal-gass mill-forn tal-ossiġenu bażiku (BOF) permezz ta’ kombustjoni soppressa hija li kemm jista' jkun matul l-infiħ, il-gass BOF jiġi estratt u mnaddaf permezz tal-użu kkombinat tat-tekniki li ġejjin:

I.

l-użu ta’ proċess ta’ kombustjoni soppressa

II.

it-tneħħija minn qabel tat-trab sabiex it-trab oħxon jitneħħa permezz ta’ tekniki ta’ separazzjoni fin-niexef (eż. diflettur, ċiklun) jew separaturi fl-umdu

III.

l-eliminazzjoni tat-trab permezz ta':

i.

tneħħija tat-trab fin-niexef (eż. preċipitatur elettrostatiku) għal impjanti ġodda u eżistenti

ii.

tneħħija tat-trab fl-umdu (eż. preċipitatur elettrostatiku jew tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu) għal impjanti eżistenti.

Il-konċentrazzjonijiet ta’ trab residwu assoċjati mal-BAT, wara l-buffering tal-gass BOF, huma:

10 – 30 mg/Nm3 għall-BAT III.i

< 50 mg/Nm3 għall-BAT III.ii.

76.   Il-BAT għall-irkupru tal-gass mill-forn tal-ossiġenu bażiku (BOF) waqt l-infiħ tal-ossiġenu fil-każ ta’ kombustjoni sħiħa hija t-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin:

I.

it-tneħħija ta’ trab fin-niexef (eż. ESP jew filtru b'borża) għal impjanti ġodda u eżistenti

II.

it-tneħħija ta’ trab fl-umdu (eż. ESP jew tagħmir ta’ tisfija mill-impuritajiet fl-umdu) għal impjanti eżistenti.

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT għat-trab, iddeterminati bħala l-medja matul il-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-anqas nofs siegħa), huma:

10 – 30 mg/Nm3 għall-BAT I

< 50 mg/Nm3 għall-BAT II.

77.   Il-BAT hija li jiġu mminimizzati l-emissjonijiet tat-trab mit-toqba tal-lance tal-ossiġenu permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

it-toqba tal-lance titgħatta waqt l-infiħ tal-ossiġenu

II.

injezzjoni ta’ gass inert jew ta’ fwar ġot-toqba tal-lance biex jitneħħa t-trab

III.

l-użu ta’ disinni alternattivi ta’ ssiġillar kkombinati ma’ apparat għat-tindif tal-lance.

78.   Il-BAT għat-tneħħija sekondarja ta’ trab, inkluż l-emissjonijiet mill-proċessi li ġejjin:

l-alimentazzjoni ta’ metall sħun mill-kuċċara tat-tip torpedo (torpedo ladle) (jew mikser tal-metall sħun) għal ġol-kuċċara tal-iċċarġjar (charging ladle)

it-trattament minn qabel tal-metall sħun (jiġifieri t-tisħin minn qabel tal-kontenituri, id-desulfurizzazzjoni, it-tneħħija tal-fosforu, it-tneħħija tal-gagazza, il-proċessi għat-trasferiment tal-metall sħun u l-ippeżar)

il-proċessi relatati mal-BOF bħat-tisħin minn qabel tal-kontenituri, slopping matul l-infiħ tal-ossiġenu, l-iċċarġjar tal-metall sħun u tar-ruttam, it-tapping tal-azzar u tal-gagazza f'forma likwida mill-BOF u

metallurġija sekondarja u kkastjar kontinwu,

hija li jiġu mminimizzati l-emissjonijiet tat-trab permezz ta’ tekniki integrati fil-proċess, bħal tekniki ġenerali għall-prevenzjoni jew għall-kontroll ta’ emissjonijiet diffużi jew li jaħarbu, u permezz tal-użu ta’ kompartimenti magħluqa u hoods adattati b'estrazzjoni effiċjenti u t-tindif sussegwenti tal-effluwent gassuż permezz ta’ filtru b'borża jew ta’ ESP.

Il-medja globali tal-effiċjenza tal-ġbir tat-trab assoċjat mal-BAT hija ta’ > 90 %

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab, bħala valur medju ta’ kuljum, għall-effluwent gassuż kollu mnaddaf mit-trab huwa ta’ < 1 – 15 mg/Nm3 fil-każ tal-filtri b'borża u ta’ < 20 mg/Nm3 fil-każ ta’ preċipitaturi elettrostatiċi.

Jekk l-emissjonijiet mit-trattament minn qabel tal-metall sħun u tal-metallurġija sekondarja jiġu ttrattati separatament, il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab, bħala valur medju ta’ kuljum, huwa ta’ < 1 – 10 mg/Nm3 għall-filtri b'borża u ta’ < 20 mg/Nm3 għall-preċipitaturi elettrostatiċi.

Deskrizzjoni

Tekniki ġenerali għall-prevenzjoni tal-emissjonijiet diffużi u li jaħarbu mis-sorsi sekondarji tal-proċessi rilevanti tal-BOF jinkludu:

il-qbid u l-użu indipendenti ta’ apparat għat-tneħħija ta’ trab għal kull sottoproċess fil-BOF shop

l-immaniġġjar korrett tal-installazzjoni ta’ desulfurizzazzjoni biex jiġu evitati l-emissjonijiet fl-arja

l-għeluq totali tal-installazzjoni ta’ desulfurizzazzjoni

iż-żamma tal-għatu magħluq meta l-kuċċara tal-metall sħun ma tkunx qiegħda tintuża u t-tindif tal-kuċċara tal-metall sħun u t-tneħħija ta’ skulls fuq bażi regolari jew l-applikazzjoni alternattiva ta’ sistema ta’ estrazzjoni fuq il-bejt

iż-żamma tal-kuċċara tal-metall sħun quddiem il-konvertitur għal madwar żewġ minuti wara li l-metall sħun jitqiegħed fil-konvertitur jekk ma tiġix applikata sistema ta’ estrazzjoni fuq il-bejt

il-kontroll u l-ottimizzazzjoni permezz tal-kompjuter tal-proċess tax-xogħol tal-azzar, eż. sabiex l-islopping (jiġifieri meta l-gagazza tifforma l-foam sal-punt li tnixxi barra mill-kontenitur) jiġi evitat jew imnaqqas

it-tnaqqis ta’ slopping matul it-tapping billi jiġu llimitati l-elementi li jikkawżaw l-islopping u l-użu ta’ aġenti kontra l-islopping

l-għeluq ta’ bibien mill-kamra madwar il-konvertitur matul l-infiħ tal-ossiġenu

l-osservazzjoni kontinwa tal-bejt permezz ta’ kamera għal emissjonijiet viżibbli

l-użu ta’ sistema għall-estrazzjoni fuq il-bejt.

Applikabilità

F'impjanti eżistenti, id-disinn tal-impjant jista' jillimita l-possibiltajiet għal evakwazzjoni xierqa.

79.   Il-BAT għall-ipproċessar tal-gagazza fuq il-post hija t-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

l-estrazzjoni effiċjenti tal-magna li tgħaffeġ il-gagazza u l-użu ta’ apparat ta’ skrining b'tindif sussegwenti tal-effluwent gassuż, jekk rilevanti

II.

it-trasport ta’ gagazza mhux ipproċessata permezz ta’ shovel loaders

III.

l-estrazzjoni jew l-umidifikazzjoni tal-punti ta’ trasferiment tat-trasportaturi għal materjal mkisser

IV.

l-umidifikazzjoni tal-munzelli tal-gagazza maħżuna

V.

l-użu ta’ fogs tal-ilma meta titgħabba l-gagazza mkissra.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab fil-każ li jkun qiegħed jintuża l-BAT I huwa ta’ < 10 – 20 mg/m3, stabbilit bħala l-medja matul il-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-anqas nofs siegħa).

Ilma u drenaġġ

80.   Il-BAT hija l-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-użu tal-ilma u l-emissjonijiet tad-drenaġġ mit-tneħħija primarja tat-trab mill-gass tal-forn tal-ossiġenu bażiku (BOF) bl-użu ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin kif stabbiliti fil-BAT 75 u l-BAT 76:

tneħħija tat-trab fin-niexef mill-gass tal-forn tal-ossiġenu bażiku (BOF);

minimizzazzjoni tal-ilma tat-tisfija mill-impuritajiet u dan l-ilma jerġa' jintuża kemm jista' jkun possibbli (eż. għall-granulazzjoni tal-gagazza) f'każ li tiġi applikata tneħħija tat-trab fin-niexef.

81.   Il-BAT hija li jiġi mminimizzat ir-rimi ta’ drenaġġ mill-ikkastjar kontinwu permezz tal-użu kombinat tat-tekniki li ġejjin:

I.

it-tneħħija ta’ solidi permezz ta’ flokkulazzjoni, sedimentazzjoni u/jew filtrazzjoni

II.

it-tneħħija ta’ żejt fit-tankijiet għall-iskimming jew kwalunkwe apparat effettiv ieħor

III.

kemm jista' jkun possibbli r-riċirkolazzjoni tal-ilma għat-tkessiħ u tal-ilma mill-ġenerazzjoni tal-vakwu.

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT, ibbażati fuq kampjun aleatorju kwalifikat jew fuq kampjun kompost fuq 24 siegħa, għad-drenaġġ mill-magni għall-ikkastjar kontinwu huma:

solidi sospiżi

< 20 mg/l

ħadid

< 5 mg/l

żingu

< 2 mg/l

nikil

< 0,5 mg/l

kromju totali

< 0,5 mg/l

idrokarburi totali

< 5 mg/l.

Residwi tal-produzzjoni

82.   Il-BAT hija li tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin (ara l-BAT 8):

I.

il-ġbir u l-ħżin xieraq biex jiġi ffaċilitat trattament speċifiku

II.

ir-riċiklaġġ fil-post ta’ trab mit-trattament tal-gass mill-forn tal-ossiġenu bażiku (BOF), ta’ trab mit-tneħħija sekondarja tat-trab u tal-frak mill-ipproċessar ta’ metalli mill-ikkastjar kontinwu lura lejn il-proċessi tax-xogħol tal-azzar b'attenzjoni xierqa għall-effett ta’ emissjonijiet mill-impjant fejn jiġu rriċiklati

III.

ir-riċiklaġġ fil-post tal-gagazza tal-BOF u tal-islag fines tal-BOF f'bosta applikazzjonijiet

IV.

it-trattament tal-gagazza fejn il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu l-użu estern tal-gagazza (eż. bħala aggregat fil-materjal jew għall-kostruzzjoni)

V.

l-użu ta’ filtri tat-trab u tal-ħama għall-irkupru estern ta’ ħadid u ta’ metalli mhux tal-ħadid bħal żingu fl-industrija tal-metalli mhux tal-ħadid

VI.

l-użu ta’ tank sabiex il-ħama tinġabar fil-qiegħ bir-riċiklaġġ sussegwenti tal-frazzjoni ħarxa fis-sinter/kalkara tal-funderija jew fl-industrija tas-siment meta d-daqs tad-distribuzzjoni tal-frak jippermetti separazzjoni raġonevoli.

Applikabilità tal-BAT V

L-ippressar (briquetting) u r-riċiklaġġ tat-trab permezz tas-sħana bl-irkupru ta’ pelits b'konċentrazzjoni għolja ta’ żingu għall-użu mill-ġdid fuq barra huma applikabbli meta tintuża preċipitazzjoni elettrostatika fin-niexef għat-tindif tal-gass tal-BOF. L-irkupru taż-żingu permezz tal-ippressar mhuwiex applikabbli f'sistemi għat-tneħħija ta’ trab fl-umdu minħabba sedimentazzjoni instabbli fit-tankijiet għall-ġbir tas-sediment ikkawżata mill-formazzjoni tal-idroġenu (minn reazzjoni ta’ żingu metalliku u l-ilma). Minħabba dawn ir-raġunijiet ta’ sikurezza, il-kontenut taż-żingu fil-ħama għandu jkun limitat għal 8 – 10 %.

Il-BAT hija l-ġestjoni b'mod ikkontrollat tar-residwi tal-proċess tal-forn tal-ossiġenu bażiku li la jista' jiġi evitat u lanqas irriċiklat.

Enerġija

83.   Il-BAT hija l-ġbir, it-tindif u l-protezzjoni tal-gass tal-BOF għall-użu sussegwenti bħala fjuwil.

Applikabilità

F'xi każijiet, jista' ma jkunx ekonomikament fattibbli jew, fir-rigward ta’ mmaniġġjar xieraq tal-enerġija, mhuwiex fattibbli li l-gass tal-BOF jiġi kkonvertit permezz ta’ kombustjoni mrażżna. F'dawn il-każijiet, il-gass tal-BOF jista' jinħaraq u jiġi ġġenerat il-fwar. It-tip ta’ kombustjoni (kombustjoni sħiħa jew soppressa) tiddependi mill-immaniġġjar lokali tal-enerġija.

84.   Il-BAT hija li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija billi jintużaw sistemi ta’ għotjien tal-kuċċara (ladle-lid systems).

Applikabilità

L-għotjien jistgħu jkunu tqal ħafna minħabba li huma magħmula minn brikks refrattorji u għalhekk il-kapaċità tal-krejnijiet u d-disinn tal-bini kollu jista' jillimita l-applikabilità fl-impjanti eżistenti. Hemm diversi disinji tekniċi għall-implimentazzjoni tas-sistema fil-kundizzjonijiet partikolari ta’ impjant tal-azzar.

85.   Il-BAT hija l-ottimizzazzjoni tal-proċess u t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija permezz tal-użu ta’ proċess ta’ tapping dirett wara l-infiħ.

Deskrizzjoni

Normalment it-tapping dirett jeħtieġ faċilitajiet għaljin bħal sub-lance jew sistemi ta’ sensers DROP IN biex isir tapping mingħajr ma jkun hemm stennija għall-analiżi kimika tal-kampjuni meħuda (tapping dirett). Inkella, ġiet żviluppata teknika ġdida biex jinkiseb tapping dirett mingħajr faċilitajiet bħal dawn. Din it-teknika teħtieġ ħafna esperjenza u xogħol ta’ żvilupp. Fil-prattika, il-karbonju jintnefaħ direttament għal 0.04 % u fl-istess ħin it-temperatura tal-banju tonqos għal mira raġonevolment baxxa. Qabel it-tapping, kemm it-temperatura kif ukoll l-attività tal-ossiġenu jitkejlu għal azzjonijiet ulterjuri.

Applikabilità

Analizzatur xieraq tal-metall sħun u faċilitajiet li jwaqqfu l-gagazza huma meħtieġa u d-disponibbiltà ta’ kuċċara tal-forn tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ din it-teknika.

86.   Il-BAT hija li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija billi jintuża near net shape strip casting b'mod kontinwu, jekk il-kwalità u t-taħlita tal-gradi tal-azzar prodott jiġġustifikaw dan.

Deskrizzjoni

Near net shape strip casting tfisser l-ikkastjar kontinwu tal-azzar fi strixxi fi ħxuna ta’ inqas minn 15 mm. Il-proċess ta’ kkastjar jiġi kkombinat mal-irrumblar dirett fi stat sħun, it-tkessiħ u l-ikkojljar tal-istrippi mingħajr forn intermedjaru għat-tisħin mill-ġdid użat fit-tekniki konvenzjonali tal-ikkastjar, eż. ikkastjar kontinwu ta’ ċangaturi jew ta’ ċangaturi rqaq. Għalhekk, l-istrip casting jirrappreżenta teknika għall-produzzjoni ta’ strixxi ċatti tal-azzar b'wisa' u ħxuna differenti ta’ anqas minn 2 mm.

Applikabilità

L-applikabilità tiddependi mill-gradi tal-azzar prodott (eż. pjanċi tqal ma jistgħux jiġu prodotti b'dan il-proċess) u mill-portafoll tal-prodott (it-taħlita tal-prodott) tal-impjant individwali tal-azzar. F'impjanti eżistenti, l-applikabilità tista' tkun limitata minħabba t-tqassim u l-ispazju disponibbli eż. retrofitting bi strip caster jeħtieġ tul ta’ madwar 100 m.

1.7   Il-Konklużjonijiet tal-BAT Għal Xogħol tal-Azzar U Kkastjar B'Kalkara b'Ark tal-Elettriku

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima jistgħu jiġu applikati għax-xogħol tal-azzar u għall-ikkastjar kollu b'kalkara b'ark tal-elettriku.

Emissjonijiet fl-arja

87.   Il-BAT għall-proċess tal-kalkara b'ark tal-elettriku (EAF) hija li l-emissjonijiet tal-merkurju jiġu evitati billi, kemm jista' jkun, tiġi evitata l-materja prima u l-awżiljarji li fihom il-merkurju (ara l-BAT 6 u 7).

88.   Il-BAT għat-tneħħija primarja u sekondarja ta’ trab mill-kalkara b'ark tal-elettriku (EAF) (inkluż it-tisħin minn qabel tar-ruttam, l-iċċarġjar, it-tidwib, it-tapping, il- kuċċara tal-forn u l-metallurġija sekondarja) hija li tintlaħaq estrazzjoni effiċjenti mis-sorsi kollha ta’ emissjonijiet permezz tal-użu ta’ waħda mit-tekniki elenkati hawn taħt u biex tintuża tneħħija sussegwenti ta’ trab permezz ta’ borża tal-filtru:

I.

kombinazzjoni ta’ estrazzjoni diretta tal-effluwent gassuż (ir-raba' (4) jew it-tieni (2) toqba) u sistemi ta’ hoods

II.

estrazzjoni diretta tal-gass u sistemi doghouse

III.

estrazzjoni diretta tal-gass u evakwazzjoni totali tal-bini (kalkari b'ark tal-elettriku b'kapaċità baxxa (EAF) jistgħu ma jkunux jeħtieġu estrazzjoni diretta tal-gass biex jilħqu l-istess effiċjenza ta’ estrazzjoni).

Il-medja globali tal-effiċjenza tal-ġbir assoċjata mal-BAT hija ta’ > 98 %.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab huwa ta’ < 5 mg/Nm3, stabbilit bħala valur medju ta’ kuljum.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għall-merkurju huwa ta’ < 0,05 mg/Nm3, stabbilit bħala l-medja matul il-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-anqas erba' sigħat).

89.   Il-BAT għat-tneħħija primarja u sekondarja ta’ trab mill-kalkara b'ark tal-elettriku (EAF) (inkluż it-tisħin minn qabel tar-ruttam, l-iċċarġjar, it-tidwib, it-tapping, il-kuċċara tal-forn u l-metallurġija sekondarja) hija l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dibenżodiossini/furani poliklorinati u tal-bifenili poliklorinati (PCB) billi, kemm jista' jkun, tiġi evitata materja prima li fiha l-PCDD/F u l-PCB jew il-prekursuri tagħhom (ara l-BAT 6 u 7) u billi tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin, flimkien ma’ sistema xierqa għat-tneħħija tat-trab:

I.

postkombustjoni xierqa

II.

estinzjoni rapida xierqa

III.

injezzjoni ta’ aġenti adegwati ta’ adsorbiment fit-tubu qabel it-tneħħija tat-trab.

Il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għad-dibenżodiossini/furani poliklorinati (PCDD/F) huwa ta’ < 0,1 ng I-TEQ/Nm3, ibbażat fuq kampjun aleatorju ta’ 6 – 8 sigħat matul kundizzjonijiet fi stat stabbli. F'xi każijiet, il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT jista' jintlaħaq biss permezz ta’ miżuri primarji.

Applikabilità tal-BAT I

F'impjanti eżistenti, ċirkostanzi bħall-ispazju disponibbli, is-sistema preżenti ta’ tubi għall-effluwent gassuż, eċċ. jeħtieġ li jiġu kkunsidrati sabiex tiġi evalwata l-applikabilità.

90.   Il-BAT għall-ipproċessar tal-gagazza fuq il-post hija t-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

l-estrazzjoni effiċjenti tal-magna li tgħaffeġ il-gagazza u l-użu ta’ apparat ta’ skrining b'tindif sussegwenti tal-effluwent gassuż, jekk rilevanti

II.

it-trasport ta’ gagazza mhux ipproċessata permezz ta’ shovel loaders

III.

l-estrazzjoni jew l-umidifikazzjoni tal-punti ta’ trasferiment tat-trasportaturi għall-materjal imkisser

IV.

l-umidifikazzjoni tal-munzelli tal-gagazza maħżuna

V.

l-użu ta’ fogs tal-ilma meta titgħabba l-gagazza mkissra.

Fil-każ li tkun qiegħda tintuża l-BAT I, il-livell ta’ emissjonijiet assoċjat mal-BAT għat-trab huwa ta’ < 10 – 20 mg/m3, stabbilit bħala l-medja matul il-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni (kejl diskontinwu, kampjuni fuq il-post għal mill-anqas nofs siegħa).

Ilma u drenaġġ

91.   Il-BAT hija li kemm jista' jkun jiġi mminimizzat il-konsum tal-ilma mill-proċess tal-kalkara b'ark tal-elettriku (EAF) permezz tal-użu ta’ sistemi ta’ tkessiħ bl-ilma b'ċiklu magħluq għat-tkessiħ ta’ tagħmir tal-forn sakemm ma jintużawx sistemi ta’ once-through għat-tkessiħ.

92.   Il-BAT hija li jiġi mminimizzat ir-rimi ta’ drenaġġ mill-ikkastjar kontinwu permezz tal-użu kombinat tat-tekniki li ġejjin:

I.

it-tneħħija ta’ solidi permezz ta’ flokkulazzjoni, sedimentazzjoni u/jew filtrazzjoni

II.

it-tneħħija ta’ żejt f'tankijiet għall-iskimming jew fi kwalunkwe tagħmir effettiv ieħor

III.

kemm jista' jkun possibbli r-riċirkolazzjoni tal-ilma għat-tkessiħ u tal-ilma mill-ġenerazzjoni tal-vakwu.

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT, għad-drenaġġ minn magni għall-ikkastjar kontinwu, ibbażati fuq kampjun aleatorju kwalifikat jew fuq kampjun kompost fuq 24 siegħa, huma:

solidi sospiżi

< 20 mg/l

ħadid

< 5 mg/l

żingu

< 2 mg/l

nikil

< 0,5 mg/l

kromju totali

< 0,5 mg/l

idrokarburi totali

< 5 mg/l

Residwi tal-produzzjoni

93.   Il-BAT hija l-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart permezz tal-użu ta’ teknika waħda jew ta’ kombinazzjoni tat-tekniki li ġejjin:

I.

il-ġbir u l-ħżin xieraq biex jiġi ffaċilitat trattament speċifiku

II.

l-irkupru u r-riċiklaġġ fuq il-post ta’ materjal refrattarju mill-proċessi differenti u l-użu intern, jiġifieri għas-sostituzzjoni tad-dolomit, tal-manjeżju u tal-ġir

III.

l-użu ta’ trabijiet tal-filtri għall-irkupru estern ta’ metalli mhux ferrużi bħaż-żingu fl-industrija tal-metalli mhux ferrużi, jekk meħtieġ, wara l-arrikkiment tat-trabijiet tal-filtri permezz ta’ riċirkolazzjoni lura lejn il-kalkara b'ark tal-elettriku (EAF)

IV.

is-separazzjoni ta’ tartru mill-ikkastjar kontinwu fil-proċess għat-trattament tal-ilma u l-irkupru b'riċiklaġġ sussegwenti, eż. fl-industrija tas-sinter/kalkara tal-funderija jew tas-siment

V.

l-użu estern ta’ materjal refrattorju u ta’ gagazza mill-proċess tal-kalkara b'ark tal-elettriku (EAF) bħala materja prima sekondarja fejn il-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu dan.

Il-BAT hija l-ġestjoni b'mod ikkontrollat tar-residwi tal-proċess tal-EAF li la jistgħu jiġu evitati u lanqas irriċiklati.

Applikabilità

L-użu estern jew ir-riċiklaġġ ta’ residwi tal-produzzjoni kif imsemmi skont il-BAT III – V jiddependi mill-kooperazzjoni u l-ftehim ta’ parti terza li jistgħu ma jkunux taħt il-kontroll tal-operatur, u għalhekk jistgħu ma jkunux fl-ambitu tal-permess.

Enerġija

94.   Il-BAT hija li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija billi jintuża near net shape strip casting b'mod kontinwu, jekk il-kwalità u t-taħlita tal-gradi tal-azzar prodott jiġġustifikaw dan.

Deskrizzjoni

Near net shape strip casting tfisser l-ikkastjar kontinwu tal-azzar fi strixxi fi ħxuna ta’ inqas minn 15 mm. Il-proċess ta’ kkastjar jiġi kkombinat mal-irrumblar dirett fi stat sħun, it-tkessiħ u l-ikkojljar tal-istrippi mingħajr forn intermedjaru għat-tisħin mill-ġdid użat fit-tekniki konvenzjonali tal-ikkastjar, eż. ikkastjar kontinwu ta’ ċangaturi jew ta’ ċangaturi rqaq. Għalhekk, l-istrip casting jirrappreżenta teknika għall-produzzjoni ta’ strixxi ċatti tal-azzar b'wisa' u ħxuna differenti ta’ anqas minn 2 mm.

Applikabilità

L-applikabilità tiddependi mill-gradi tal-azzar prodott (eż. pjanċi tqal ma jistgħux jiġu prodotti b'dan il-proċess) u mill-portafoll tal-prodott (it-taħlita tal-prodott) tal-impjant individwali tal-azzar. F'impjanti eżistenti, l-applikabilità tista' tkun limitata minħabba t-tqassim u l-ispazju disponibbli eż. retrofitting bi strip caster jeħtieġ tul ta’ madwar 100 m.

Storbju

95.   Il-BAT hija t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-istorbju mill-installazzjonijiet tal-kalkara b'ark tal-elettriku (EAF) u mill-proċessi li jiġġeneraw enerġija b'ħoss qawwi permezz tal-użu tat-tekniki ta’ kostruzzjoni u operazzjonali li ġejjin skont il-kundizzjonijiet lokali (minbarra l-użu tat-tekniki elenkati fil-BAT 18):

I.

il-bini tal-kalkara b'ark tal-elettriku (EAF) għadu jsir b'tali mod li jassorbi l-istorbju minn xokkijiet mekkaniċi li jirriżultaw mill-operat tal-forn

II.

il-krejnijiet għandhom jinbnew u jiġu installati bl-intenzjoni li jittrasportaw il-basktijiet tal-iċċarġjar biex jiġu evitati xokkijiet mekkaniċi

III.

l-użu speċjali ta’ iżolament akustiku tal-ħitan ta’ ġewwa u tal-bjut biex jiġi evitat l-istorbju fl-arja tal-bini tal-kalkara b'ark tal-elettriku (EAF)

IV.

is-separazzjoni tal-forn u tal-ħajt ta’ barra biex jitnaqqas l-istorbju li jinġarr mill-istruttura mill-bini tal-kalkara b'ark tal-elettriku (EAF)

V.

il-proċessi li jiġġeneraw enerġiji b'ħoss qawwi (jiġifieri l-kalkara b'ark tal-elettriku (EAF) u l-unitajiet ta’ dekarburizzazzjoni) jinżammu fil-bini prinċipali.


(1)  F'xi każijiet, jitkejjel it-TOC minflok is-COD (sabiex jiġi evitat l-HgCl2 użat fl-analiżi għas-COD). Il-korrelazzjoni bejn is-COD u t-TOC għandha tiġi elaborata għal kull impjant sinter każ b'każ. Il-proporzjon tas-COD/TOC jista' jvarja bejn wieħed u ieħor bejn tnejn u erbgħa.

(2)  F'xi każijiet, jitkejjel it-TOC minflok is-COD (sabiex jiġi evitat l-HgCl2 użat fl-analiżi għas-COD). Il-korrelazzjoni bejn is-COD u t-TOC għandha tiġi elaborata għal kull impjant ta’ pelitizzazzjoni każ b'każ. Il-proporzjon tas-COD/TOC jista' jvarja bejn wieħed u ieħor bejn tnejn u erbgħa.

(3)  Il-valuri l-aktar baxxi tal-firxa ġew iddefiniti abbażi tar-rendiment ta’ impjant speċifiku wieħed miksub taħt kundizzjonijiet ta’ operat reali mill-BAT li tikseb l-aqwa prestazzjoni ambjentali.

(4)  Dan il-livell huwa bbażat fuq l-użu tal-metodu mhux isokinetiku Mohrhauer (li qabel kien il-VDI 2303)

(5)  Dan il-livell huwa bbażat fuq l-użu ta’ metodu isokinetiku ta’ teħid ta’ kampjuni skont il-VDI 2066

(6)  F'xi każijiet, jitkejjel it-TOC minflok is-COD (sabiex jiġi evitat l-HgCl2 użat fl-analiżi għas-COD). Il-korrelazzjoni bejn is-COD u t-TOC għandha tiġi elaborata għal kull impjant tal-forn tal-kokk każ b'każ. Il-proporzjon tas-COD/TOC jista' jvarja bejn wieħed u ieħor bejn tnejn u erbgħa.

(7)  Dan il-livell huwa bbażat fuq l-użu tad-DIN 38405 D 27 jew fuq kwalunkwe standard internazzjonali ieħor li jiżgura li tiġi pprovduta dejta ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

(8)  Dan il-livell huwa bbażat fuq l-użu tad-DIN 38405 D 13-2 jew fuq kwalunkwe standard nazzjonali jew internazzjonali ieħor li jiżgura li tiġi pprovduta dejta ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

(9)  Dan il-livell huwa bbażat fuq l-użu tad-DIN 38405 D 13-2 jew fuq kwalunkwe standard nazzjonali jew internazzjonali ieħor li jiżgura li tiġi pprovduta dejta ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.


Top