EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0019(01)

2012/507/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2012/19)

OJ L 253, 20.9.2012, p. 19–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 014 P. 167 - 179

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/507/oj

20.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/19


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Settembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro

(BĊE/2012/19)

(2012/507/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Settembru 2010 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (1), li tistabbilixxi regoli u proċeduri komuni li jipproteġu l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas.

(2)

B’mod partikolari, l-ambitu tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14 jeħtieġ li jitwessa’ sabiex ikun ikopri serje kurrenti u futuri ta’ karti tal-flus tal-euro, biex b’hekk jiġi żgurat illi l-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkulazzjoni huma ġenwini u f’kundizzjoni tajba u li l-karti tal-flus tal-euro ssuspettati li huma foloz jiġu identifikati u mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Għal dan il-għan, għandhom isiru numru ta’ emendi tekniċi lill-annessi tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14.

(3)

L-istandards minimi għall-verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro, kif stabbiliti f’Anness IIIa tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, jikkostitwixxu rekwiżiti li japplikaw għall-funzjonalitajiet tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. Għalhekk huma ta’ interess biss għal manifatturi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u ma għandhom ebda impatt fuq il-proċeduri tal-verifika tal-awtentitċità u l-kundizzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2010/14, li magħha jridu jikkonformaw dawk li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. Billi jinsabu barra l-ambitu tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, l-istandards minimi għall-verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni għandhom jiġu integrati fir-regoli u l-proċeduri għall-ittestjar ta‘ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus, għall-ġbir ta’ dejta u l-monitoraġġ..

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fir-rigward tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14 huwa meħtieġ illi jittejbu uħud mir-regoli u l-proċeduri għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ effiċjenza.

(5)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċizjoni BĊE/2010/14 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

“13.

‘karti tal-flus tal-euro’ tfisser dawk il-karti tal-flus li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ Deċiżjoni BĊE/2003/4 (*) jew kwalunkwe att legali li jibdel jew jikkumplimenta lil dik id-Deċiżjoni u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Kunsill Governattiv.;

(*)  ĠU L 78, 25.3.2003, p. 16.”"

(2)

fl-Artiklu 3, il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.   Magni mħaddmin mill-persunal, meta użati għall-finijiet ta’ verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni, u magni mħaddmin mill-klijenti jistgħu jitħaddmu minn kaxxiera biss jekk ikunu ġew ittestjati b’suċċess minn BĊN u elenkati fuq il-websajt tal-BĊE kif stabbilit fl-Artikolu 9(2). Il-magni għandhom jintużaw biss għad-denominazzjonijiet u s-serje ta’ karti tal-flus tal-euro elenkati fuq il-websajt tal-BĊE għall-magni korrispondenti, bil-programmazzjonijiet standard tal-fabbrika, inkluż kwalunkwe aġġornamenti tagħhom, li jkunu ġew ittestjati b’suċċess sakemm ma jiġux miftehma programmazzjonijet aktar stretti bejn il-BĊN u l-kaxxier.”;

(3)

L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li gej:

“Artikolu 6

Identifikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

1.   Verifika tal-kundizzjoni b’mod manwali għandha titwettaq skont l-istandards minimi stabbiliti f’Anness III.

2.   Verifika tal-kundizzjoni awtomatizzata għandha titwettaq minn magna li timmaniġġja l-karti tal-flus skont l-istandards minimi li huma ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE u emendati minn żmien għal żmien.

3.   BĊN jista’, wara li jkun informa l-BĊE, jistipula standards aktar stretti għal denominazzjoni jew serje ta’ karti tal-flus tal-euro waħda jew aktar jekk dan huwa ġġustifikat, pereżempju min deterjorazzjoni fil-kwalità tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni fl-Istat Membru tiegħu. Dawn l-istandards aktar stretti għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt ta’ dak il-BĊN.

4.   Karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba għandhom jiġu mgħoddija lil BĊN filwaqt li jitqiesu r-regolamenti nazzjonali.”;

(4)

fl-Artiklu 8, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-kaxxiera għandhom ikunu informati mill-Eurosistema b’theddid ta’ foloz fejn xieraq u jistgħu jkunu mitluba li jieħdu azzjoni mill-Eurosistema, inkluża projbizzjoni temporanja fuq ir-riċirkolazzjoni tad-denominazzjoni(jiet) tas-serje tal-karti tal-flus tal-euro kkonċernata(i).”;

(5)

fl-Artiklu 9, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Fejn tip ta’ magna li timmaniġġa l-karti tal-flus hija ttestjata b’eżitu pożittiv, ir-riżultati tat-test għandhom ikunu validi maż-żona tal-euro kollha għal sena mill-aħħar tax-xahar li fih ikun twettaq it-test, sakemm hija tibqa’ kapaċi tagħraf il-karti tal-flus tal-euro foloz kollha magħrufin lill-Eurosistemas matul dan il-perjodu.”;

(6)

fl-Artiklu 10, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Fejn BĊN jagħraf non-konformità minn kaxxier mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, huwa għandu jitlob l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi mill-kaxxier fi żmien speċifikat. Sakemm tiġi rrettifikata n-non-konformità, il-BĊN li jagħmel it-talba jista’, f’isem il-BĊE, jipprojbixxi lill-kaxxier milli jirriċirkola d-denominazzjoni(jiet) tal-karti tal-flus tal-eur tas-serje kkonċernata. Jekk in-non-konformità hija dovuta għal nuqqas tat-tip ta’ magna li timmaniġġa l-karti tal-flus, dan jista’ jwassal għat-tneħħija tagħha mil-lista li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 9(2).”;

(7)

L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li gej:

“Artikolu 13

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Kaxxiera ta’ Stati Membri li jadottaw l-euro wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikawha sa mid-data tal-adozzjoni tal-euro.”;

(8)

L-Annessi I, IIa, IIb, IIIa, IIIb u IV huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Settembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I, Iia, Iib, IIIa, IIIb u IV tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

MAGNI LI JIMMANIĠĠJAW IL-KARTI TAL-FLUS

1.   Rekwiżiti tekniċi ġenerali

1.1.

Biex tikkwalifika bħala magna li timmaniġġja l-karti tal-flus, magna trid tkun kapaċi tipproċessa karti tal-flus tal-euro, billi tikklassifka l-karti tal-flus tal-euro individwali u tissepara fiżikament il-karti tal-flus tal-euro skont il-klassifikazzjoni tagħhom mingħajr l-intervent ta’ min iħaddem il-magna, bla ħsara għall-Anness IIa u IIb. Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikollhom in-numru meħtieġ ta’ output stackers dedikati u/jew mezzi oħra biex tiġi żgurata s-separazzjoni affidabbli tal-karti tal-flus tal-euro pproċessati.

1.2.

Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikunu adattabbli biex jiġi żgurat li huma kapaċi jidentifikaw foloz ġodda b’mod affidabbli. Barra minn dan, għandhom ikunu adattabbli biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti standards anqas restrittivi għall-issortjar skont il-kundizzjoni, jekk dan ikun il-każ.

2.   Kategoriji ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus

Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus huma jew magni mħaddmin mill-klijent jew magni mħaddmin mill-persunal:

Tabella 1

Magni mħaddmin mill-klijent

A.   Magni mħaddmin mill-klijent fejn il-flus kontanti jkunu ddepożitati bir-rintraċċar tal-klijent.

1.

Cash-in machines (CIMs)

Is-CIMs jippermettu lill-klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, li jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, imma ma jkollhomx funzjoni li jagħtu l-flus. Is-CIMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki tal-kundizzjoni huma fakoltattivi.

2.

Magni li jirriċiklaw il-flus (CRMs)

Is-CRMs jippermettu lill-klijenti biex, permezz ta’ kard bankarja jew mezzi oħrajn, jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, u jiġbdu karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CRMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat. Għall-iżbank, is-CRMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini f’kundizzjoni tajba li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti

3.

Cash-in machines ikkombinati (CCMs)

Is-CCMs jippermettu lil klijenti biex, permezz ta’ kard bankarja jew mezzi oħrajn, jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom u jiġbdu karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CCMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki għall-kundizzjoni huma fakoltattivi. Għall-iżbank, is-CCMs ma jużawx karti tal-flus tal-euro li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti imma karti tal-flus tal-euro li jitpoġġew fihom separatament biss

B.   Magni oħrajn imħaddmin mill-klijent

4.

Magni cash-out (COM))

Is-COMs huma magni li jagħtu l-flus kontanti li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni qabel ma jagħtuhom lill-klijenti. Is-COMs jużaw karti tal-flus tal-euro mgħobbija fihom mill-kaxxiera jew minn sistemi awtomatizzati oħrajn (eż. magni tal-bejgħ)

CRM tista’ tintuża bħala CIM jew CCM jekk is-sistemi ta’ identifikazzjoni, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonijiet bażiċi tagħha huma l-istess bħat-tip ta’ CRM elenkat fuq il-websajt tal-BĊE.

CCM tista’ tintuża bħala CIM jekk is-sistemi ta’ identifikazzjoni, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonijiet bażiċi tagħha huma l-istess bħat-tip ta’ CCM elenkat fuq il-websajt tal-BĊE.

Tabella 2

Magni mħaddmin mill-persunal

1.

Magni li jipproċessaw il-karti tal-flus (BPMs)

Il-BPMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni

2.

Magni li jawtentikaw il-karti tal-flus (BAMs)

Il-BAMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità

3.

Magni għar-riċiklaġġ li jassistu lill-kaxxier (TARMs)

It-TARMs huma magni li jirriċiklaw il-karti tal-flus imħaddmin mill-kaxxiera li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni. Għall-iżbank, it-TARMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini li jkunu ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti. Barra minn dan, huma jżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu l-kaxxiera biex jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti

4.

Magni li jassistu lill-kaxxier (TAMs)

It-TAMs huma magni mħaddmin minn kaxxiera li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità. Barra minn dan, iżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu l-kaxxierabiex jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti

Magni mħaddmin mill-persunal għandhom jipproċessaw il-karti tal-flus f’pakketti.

TARMs u TAMs jistgħu jintużaw bħala magni mħaddmin mill-klijent jekk it-tip ta’ magna tkun ġiet ittestjata u elenkata fuq il-websajt tal-BĊE bħala CRM jew CIM/CCM rispettivament. F’dan il-każ, TARM għandha titqies bħala CRM u TAM għandha titqies bħala CIM/CCM.

3.   Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus

L-Eurosistema tittestja tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. It-tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus jistgħu jintgħarfu minn xulxin permezz tas-sistemi speċifiċi ta’ identifikazzjoni tagħhom, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħhom. Dawn huma: (a) l-awtentikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro ġenwini; (b) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz; (c) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba minn karti tal-flus tal-euro li huma f’kundizzjoni tajba, jekk dan ikun applikabbli; u (d) ir-rintraċċar ta’ oġġetti identifikati bħala karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar, jekk dan ikun applikabbli.”;

2.

L-Anness IIa jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS IIa

KLASSIFIKAZZJONI U TRATTAMENT TA’ KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-KLIJENT

Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin u huma separati fiżikament skont il-kategorija. Magni li ma jivverifikawx l-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn il-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 4a u 4b.

Tabella 1

Klassifikazzjoni u trattament ta’ karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-klijent li fihom jiġu ddepożitati l-flus kontanti bir-rintraċċar tal-klijent

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1.

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna

karti tal-flus li mhumiex tal-euro

oġġetti bħall-karti tal-flus tal-euro

xbieha jew format ħżiena

kantuniera(i) mitwija kbar jew parti(jiet) nieqsa

żball fit-tagħbija jew fit-trasport fil-magna

Għoti lura mill-magna lill-klijent

2.

Karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, imma karatteristika waħda jew iżjed ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix identifikata jew hija b’mod ċar barra t-tolleranza

Irtira miċ-ċirkulazzjoni

Għandhom jingħataw għall-awtentikazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni dwar id-detentur tal-kont, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minnufih, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna. Tikkreditax il-kont tad-detentur

3.

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, imma mhux il-karatteristiċi kollha ta’ awtentikazzjoni vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba devjazzjonijiet fil-kwalità u/jew tolleranza. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Irtira miċ-ċirkulazzjoni

Il-karti tal-flus tal-euro huma pproċessati separatament u jingħataw għall-awtentikazzjoni lill-BĊN minnufih sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna.

Informazzjoni fuq id-detentur tal-kont tinħażen għal tmien ġimgħat wara li l-karti tal-flus tal-euro jkunu ġew identifikati mill-magna. Din l-informazzjoni tingħata fuq talba lill-BĊN. Alternattivament, bi ftehim mal-BĊN, informazzjoni li tippermetti r-rintraċċar tad-detentur tal-kont tista’ tingħata lil dak il-BĊN flimkien mal-karti tal-flus tal-euro.

Jistgħu jiġu kkreditati lid-detentur tal-kont

4a.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u l-kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jintużaw għar-riċirkolazzjoni.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont.

4b.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkolazzjoni u jingħataw lura lill-BĊN.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

Regoli speċifiċi fir-rigward ta’ Tabella 1:

1.

Il-karti tal-flus tal-euro ta‘ kategoriji 2 u 3 ma jingħatawx lura lill-klient minn magna jekk il-magna tippermetti l-kanċellazzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ depożitu. Biex wieħed iżomm dawn il-karti tal-flus tal-euro meta tiġi mħassra tranżazzjoni dawn jistgħu jinħażnu f’żona ta’ ħażna temporanja fil-magna.

2.

I l-karti tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 3 m’għandhomx jiġu separati fiżikament mill-karti tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 4b. F’dan il-każ it-terminu ta’ żmien biex it-taħlita ta’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 3 u 4b tiġi mgħoddija lill-BĊN u r–rekwiżiti għar-rintraċċar tal-klijent tal-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 kif speċifikat għal kategorija 3 xorta japplikaw.

Tabella 2

Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni oħrajn imħaddmin mill-klijent

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1.

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna

karti tal-flus li mhumiex tal-euro

oġġetti li jixbħu l-karti tal-flus tal-euro

xbieha jew format ħżiena

kantuniera(i) mitwijin kbar jew parti(jiet) neqsin

żball fit-tagħbija jew fit-trasport fil-magna

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

2.

Karti tal-flus tal-euro sssuspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, iżda karatteristika waħda jew aktar ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix identifikata jew li b’ebda mod ma tista’ tiġi aċċettata.

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

Għandhom jingħataw minnufih għall-awtentikazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara l-identifikazzjoni mill-magna flimkien ma’ informazzjoni li tirrigwarda d-detentur tal-kont jekk disponibbli,

3.

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, iżda mhux il-karatteristiċi ta’ awtentikazzjoni kollha vverifikata mill-magna huma rikonoxxuti minħabba differenzi fil-kwalità u/jew fl-aċċettazzjoni. Fil-parti l-kbira tal-każijiet huma karti tal-flus tal-euro mhumiex f’kundizzjoni tajba.

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti

Il-karti tal-flus tal-euro huma pproċessati separatament u mogħtija minnufih lill-BĊN għall-awtentikazzjoni, sa mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara li jiġu ddepożitati fil-magna

4a.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jitqassmu lill-klijenti

4b.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jitqassmu lill-klijenti u jingħataw lura lill-BĊN

Regoli speċifiċi fir-rigward ta’ Tabella 2:

1.

Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 ma jistgħux jinfirdu fiżikament. Meta jkunu mħalltin, it-tliet kategoriji kollha għandhom jiġu ttrattati bħala karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2. Jekk il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 ikunu jistgħu jinfirdu fuq magna oħra li timmaniġġa l-karti tal-flus jew, jekk ikun qabel il-BĊN, minn membri tal-persunal imħarrġin, huma għandhom jiġu ttrattati skont Tabella 2.

2.

Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 ma jistgħux jinfirdu fiżikament mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b. F’dan il-każ it-terminu ta’ żmien biex it-taħlita ta’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 3 u 4b tiġi mgħoddija lill-BĊN kif speċifikat għal kategorija 3 xorta japplika.”;

3.

L-Anness IIb jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS IIb

KLASSIFIKAZZJONI U TRATTAMENT TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-PERSUNAL

Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda mill-kategoriji stabiliti f’Tabella 1. Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b għandhom jinfirdu fizikament mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3. Magni li ma jivverifikawx il-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b.

Tabella 1

Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-persunal

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1.

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

karti tal-flus tal-euro li mhumiex aċċettati mill-magna

karti tal-flus li mhumiex tal-euro

oġġetti li jixbħu l-karti tal-flus tal-euro

xbieha jew format ħżiena

kantuniera(i) mitwijin kbar jew parti(jiet) neqsin

żball fit-tagħbija jew fit-trasport fil-magna

Jingħataw lura lill-operatur mill-magna għall-iktar valutazzjoni u trattament.

Wara valutazzjoni viżiva minn membru tal-persunal dawn jistgħu jingħataw lura mill-kaxxier lill-klijent.

2.

Karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, iżda karatteristika waħda jew aktar ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix identifikata jew li b’ebda mod ma tista’ tiġi aċċettata.

Jingħataw lura lill-operatur mill-magna lill-operatur għal iktar valutazzjoni u trattament.

Dawn jiġu pproċessati separatament u jingħataw minnufih għall-awtentikazzjoni finali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sa mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara l-ipproċessar mill-magna.

3.

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, iżda mhux il-karatteristiċi ta’ awtentikazzjoni kollha vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba differenzi fil-kwalità u/jew fl-aċċettazzjoni. Fil-parti l-kbira tal-każijiet huma karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba.

4a.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u kundizzjoni magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jintużaw għar-riċirkolazzjoni.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

4b.

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u mhux f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkolazzjoni u għandhom jingħataw lura lill-BĊN.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont.

Regola speċifika fir-rigward ta’ Tabella 1:

Jekk il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 2 u 3 jistgħu jinfirdu fiżikament mill-magna nnifisha jew minn magna oħra li timmaniġġa l-karti tal-flus jew, jekk jaqbel il-BĊN, minn membri tal-persunal imħarrġin, il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 jistgħu jingħataw lill-BĊN flimkien ma’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b. F’dak il-każ, it-terminu ta’ żmien il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2 tiġi mgħoddija lill- awtorità nazzjonali kompetenti u t-taħlita ta’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 u 4b lill-BĊN xorta japplika kif speċifikat fit-tabella.

Regoli speċifiċi dwar il-klassifikazzjoni u l-issortjar għal uħud mill-magni mħaddmin mill-persunal

1.

Il-BPMs jikklassifikaw u jissortjaw fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3 f’ output stacker wieħed jew aktar u karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b f’ żewġ output stackers separati kif stabbilit f’Anness IIb, li għalih huwma meħtieġa tal-anqas tliet output stackers iddedikati sabiex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.

2.

Il-BPMs b’żewġ output stackers iddedikati biss jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw il-karti tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-verifiki tal-awtentiċità u l-kundizzjoni jsiru fl-istess proċess. F’dan il-proċess, karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4a għandhom jiġu ssortjati f’output stacker stazzjonarju wieħed, filwaqt li karti tal-flus tal-kategoriji l-oħra għandhom jiġu ssortjati f’output stacker stazzjonarju separat li ma jkollux kuntatt fiżiku ma’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4a.

(b)

Jekk karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 tiġi identifikata bħala preżenti fit-tieni output stacker, l-operatur għandu jerġa’ jgħaddi l-karta/i tal-flus tal-euro mit-tieni output stacker. F’dan it-tieni proċess, karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 jew 3 għandhom jinfirdu mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b billi tal-ewwel jiġu ssortjati f’output stacker iddedikat u ttrattati kif speċifikat fit-tabella hawn fuq. Billi l-magna ma tistax tifred fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stackers differenti, huma għandhom jitqiesu u jiġu kkunsidrati kollha bħala karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2.

3.

Il-BAMs jikklassifikaw u jissortjaw fiżikament il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stacker wieħed u karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b f’output stacker ieħor, fejn ikunu meħtieġa mill-inqas żewġ output stackers iddedikati sabiex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.

4.

Il-BAMs b’output stacker wieħed iddedikat jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw karta tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Kull darba li tiġi pproċessata karta tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 1, 2 jew 3, il-magna għandha twaqqaf l-ipproċessar minnufih u żżomm dik il-karta tal-flus tal-euro f’pożizzjoni li tevita kull kuntatt fiżiku mal-karti tal-flus tal-euro awtentikati.

(b)

Ir-riżultat tal-verifika tal-awtentiċità għandu jiġi indikat għal kull karta tal-flus tal-euro ta‘ kategorija 1, 2 jew 3fuq display. Billi l-magna ma tistax tifred fiżikament karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 f’output stackers differenti, huma għandhom jitqiesu u jiġu kkunsidrati kollha bħala karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2.

(c)

Il-magna għandha tivverifika l-preżenza ta’ karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 meta tieqaf tipproċessa, u l-ipproċessar jista’ jkompli biss wara t-tneħħija fiżika tal-karta tal-flus tal-euro ta’ kategorija 1, 2 jew 3 mill-operatur.

(d)

Għal kull waqfa fil-modalità tal-ipproċessar mhux iktar minn karta tal-flus tal-euro waħda ta’ kategorija 1, 2 jew 3 għandha tkun aċċessibbli għall-operatur.”;

4.

Anness IIIa huwa mħassar, Anness IIIb huwa rrenumerat bħala Anness III;

5.

Anness IV jinbidel b’dan li ġej:

ANNESS IV

ĠBIR TA’ DEJTA MILL-KAXXIERA

1.   Għanijiet

L-għanijiet tal-ġbir tad-dejta huma biex il-BĊNi u l-BĊE jkunu jistgħu jimmoniterjaw l-attivitajiet rilevanti tal-kaxxiera u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti.

2.   Prinċipji ġenerali

2.1.

Dejta fuq il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tiġi rrapportata biss meta l-magni jintużaw biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.

2.2.

Il-kaxxiera jipprovdu regolarment il-BĊN tal-Istat Membru tagħhom b’dan li ġej:

informazzjoni fuq stabbilimenti fejn il-flus kontanti jiġu mmaniġġjati bħal fergħat tal-uffiċini, u

informazzjoni fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus kontanti.

2.3.

Barra minn dan, il-kaxxiera li jirriċirkulaw karti tal-flus tal-euro permezz ta’ magni li jimmanniġjaw il-karti tal-flus u magni li jagħtu l-flus kontanti jipprovdu regolarment lill-BĊN tal-Istat Membru b’dan li ġej:

informazzjoni fuq il-volum ta’ operazzjonijiet tal-flus kontanti (numru ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati) li jinvolvi magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus kontanti,

informazzjoni dwar fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’livell baxx ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti fejn il-verifiki tal-kundizzjoni jsiru manwalment.

3.   Tip ta’ dejta u ħtiġijiet ta’ rapportar

3.1.

Skont in-natura tagħha, id-dejta miġbura tinqasam f’dejta ewlenija u dejta operattiva.

Dejta ewlenija

3.2.

Dejta ewlenija tkopri informazzjoni dwar: (a) il-kaxxiera individwali u l-magni tagħhom li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus li qed jaħdmu; u (b) fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3.3.

Dejta ewlenija tiġi pprovduta lill-BĊN fid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u kull sitt xhur wara. Għandha tiġi pprovduta d-dejta speċifikata fil-galvu li hemm fl-Appendiċi Iż, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti. Il-BĊNi jistgħu għal perijodu tranżitorju jitolbu għal rapportar mensili, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal rapportar trimestrali.

3.4.

BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-dejta fil-livell lokali, bħal f’ fergħat tal-uffiċċji.

3.5.

BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi mill-ambitu tal-ħtiġijiet tar-rapportar magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus użati biss biex jiġu pproċessati karti tal-flus tal-euro mqassmin mill-kaxxiera jew li mhumiex użati għar-riċirkolazzjoni. BĊN jista’ jitlob lill-kaxxiera biex jindikaw is-CRMs u s-CCMs li jintużaw rispettivament bħala CCMs/CIMs jew CIMs.

3.6.

Id-dejta speċifikata dwar il-fergħat imbiegħda għandha tiġi fornuta fil-galvu li hemm fl-Appendiċi 3, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti.

Dejta operattiva

3.7.

Dejta li toriġina mill-ipproċessar u r-riċirkulazzjoni ta‘ karti tal-flus tal-euro mill-kaxxiera hija kklassifikata bħala dejta operattiva.

3.8.

BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi aġenti ekonomiċi oħrajn, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, mill-obbligu li jirrapportaw dejta operattiva jekk in-numru tal-karti tal-flus tal-euro li jirriċirkulaw permezz ta’ magni li jagħtu l-flus kontanti huwa inqas mil-limitu determinat mill-BĊN.

3.9.

Id-dejta tiġi fornita fuq bażi ta’ sitt xhur. Id-dejta tiġi rrappurtata lill-BĊN sa mhux iktar tard minn xahrejn wara l-perijodu ta’ rapportar rilevanti, jiġifieri fl-aħħar ta’ Frar u fl-aħħar ta’ Awwissu. Id-dejta tista’ tiġi pprovduta permezz tal-galvu stabbilit fl-Appendiċi 2. Il-BĊNi jistgħu għal perijodu tranżitorju jitolbu għal rapportar mensili, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal rapportar trimestrali.

3.10.

Id-dejta tiġi fornita mill-kaxxiera li fiżikament jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tal-euro. Jekk kaxxier ikun ta l-verifika għall-awtentiċità u l-kundizzjoni lil kaxxier ieħor, id-dejta tingħata mill-kaxxier innominat skont l-Artikolu 3(2).

3.11.

Id-dejta tiġi rrappurtata mill-kaxxiera bħala biċċiet (volum), aggregata fil-livell nazzjonali u maqsuma skont id-denominazzjoni tal-karta tal-flus tal-euro. Kategorizzazzjoni skont is-serje tal-karti tal-flus mhijiex meħtieġa. Għal fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-dejta operattiva tiġi rrappurtata separatament.

3.12.

BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-dejta fil-livell lokali, bħal fergħat tal-uffiċini

3.13.

BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi mill-ambitu tal-ħtiġijieti tar-rapportar karti tal-flus tal-euro li huma pproċessati fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u mqassmin mill-kaxxiera.

3.14.

Kaxxiera li jkunu taw il-verifika għall-awtentiċità u l-kundizzjoni lil kaxxiera oħrajn jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni ddettaljata lill-BĊN fuq din tal-aħħar, inkluż l-arranġamenti tal-għoti tax-xogħol.

3.15.

Għandha tiġi fornita dejta dwar il-fergħat imbiegħda speċifikata fil-galvu li hemm fl-Appendiċi 3, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti u jista’ jaqbel mal-kaxxiera biex jiġbru dejta iktar estensiva.

4.   Kunfidenzjalità u pubblikazzjoni ta’ dejta

4.1.

Kemm id-dejta ewlenija u d-dejta operattiva jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali.

4.2.

Il-BĊNi u l-BĊE jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw rapporti jew statistika bl-użu ta’ dejta miksubina taħt dan l-Anness. Kull pubblikazzjoni bħal din hija aggregata b’tali mod li l-ebda dejta ma tista’ jiġu attribwita lil entitajiet ta’ rapportar partikolari.

Appendiċi 1

GALVU TAR-RAPPORTAR

Dejta ewlenija

Din l-informazzjoni għandha tingħata lil:

[Isem tal-BĊN; dettalji għall-kuntatt għal mistoqsijiet; indirizz]

1.   Informazzjoni dwar il-kaxxier

Isem il-kaxxier:

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:

ŻIP/kodiċi postali:

Belt:

Triq:

Tip ta’ kumpanija:

Istituzzjoni ta’ kreditu:

Bureau de change

Kumpanija cash in transit li mhijiex istituzzjoni ta’ ħlas

Kummerċjant (kummerċjant bl-imnut)

Casino

Oħrajn, inklużi istituzzjonijiet ta’ ħlas fejn ma ġewx ikkategorizzati bħala waħda minn dawn ta’ hawn fuq (speċifika)

Il-persuni tal-kuntatt:

Ismijiet:

Nri tat-telefon:

Numri tal-faks

Indirizzi tal-e-Mail:

Sieħeb mogħti x-xogħol (jekk rilevanti)

Isem:

Indirizz:

Żip/kodiċi postali/:

Belt

2.   Magni mħaddmin mill-klijent

Kategorija ta’ magna

Numru ta’ identifikazzjoni (*)

Manifattur (*)

Isem tal-magna (*)

Identifikazzjoni (*)

(sistema ta’ identifikazzjoni/verżjonijiet tas-software)

Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu

CIMs

 

 

 

 

 

CRMs

 

 

 

 

 

CCMs

 

 

 

 

 

COMs

 

 

 

 

 

3.   Magni mħaddmin mill-persunal

Kategorija ta’ magna

Numru ta’ identifikazzjoni (**)

Manifattur (**)

Isem tal-magna (**)

Identifikazzjoni (**)

(sistema ta’ identifikazzjoni/verżjonijiet tas-software)

Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu

BPMs

 

 

 

 

 

BAMs

 

 

 

 

 

TARMs

 

 

 

 

 

TAMs

 

 

 

 

 

4.   Magni li jagħtu l-flus

 

Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu

ATMs

 

SCoTs

 

Oħrajn

 

Appendiċi 2

GALVU TAR-RAPPORTAR

Dejta operattiva

1.   Informazzjoni dwar il-kaxxier

Isem il-kaxxier

 

Perijodu ta’ rapportar

 

2.   Dejta

Jekk jogħġbok agħti dejta aggregata fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif deċiż mill-BĊN – bl-esklużjoni ta’ fergħat imbiegħda.

 

Numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati (1)

Li minnhom ssortjati bħala li mhumiex f’kundizzjoni tajba (1)

Li minnhom irriċirkulati (2)

EUR 5

 

 

 

EUR 10

 

 

 

EUR 20

 

 

 

EUR 50

 

 

 

EUR 100

 

 

 

EUR 200

 

 

 

EUR 500

 

 

 


Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jagħtu l-flus kontanti

 

Jekk BĊN japplika l-eċċezzjoni għall-fergħat imbiegħda stabbilita fl-Artikolu 7, din id-dejta hija obbligatorja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ dak l-Istat Membru. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonsultaw lill-BĊNi tagħhom biex jiżguraw ruħhom dwar jekk din id-dejta għandhiex tkun irrapportata.

Appendiċi 3

FERGĦAT IMBIEGĦDA TA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

Din l-informazzjoni hija pprovduta biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom fergħat imbiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 7(1).

1.   Informazzjoni dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu

Isem l-istituzzjoni ta’ kreditu

 

Perijodu ta’ rapportar

 


2.   Dejta

Isem il-fergħa mbiegħda

Indirizz

Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jqassmu l-flus

 

 

 


(*)  Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq il-websajt tal-BĊE.

(**)  Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq il-websajt tal-BĊE.

(1)  Din il-partita tkopri kemm magni mħaddmin mill-persunal kif ukoll dawk imħaddmin mill-klijenti.

(2)  Huma esklużi karti tal-flus tal-euro li jintbagħtu lura lill-BĊNi, u karti tal-flus tal-euro riċirkolati mill-kaxxiera, jekk il-BĊN jiddeċiedi hekk.


Top