EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0014(01)

2012/433/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta’ Lulju 2012 li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2012/14)

OJ L 199, 26.7.2012, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/433/oj

26.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/26


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta’ Lulju 2012

li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika

(BĊE/2012/14)

(2012/433/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikoli 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b’mod partikolari t-Taqsima 1.6 u t-Taqsimiet 6.3.1 u 6.3.2 ta’ Anness I tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, meta is-self ikun ibbażat fuq garanziji kollaterali adegwati. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stabbiliti f’Aness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14.

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista’, fi kwalunkwe ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Skont it-Taqsima 6.3.1 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħruġ, emittent, debitur jew min qed jiggarantixxi jissodisfax ir-rekwiżiti tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin abbażi ta’ kull informazzjoni li tista’ tqis bħala relevanti.

(3)

Fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn varata mir-Repubblika Ellenika lid-detenturi ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg, fl-24 ta’ Frar 2012 sar provvediment għal tisħiħ tal-kollateral fil-forma ta’ skema ta’ riakkwist biex issostni l-kwalità ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mir-Repubblika Ellenika għall-benefiċċju tal-banek ċentrali nazzjonali.

(4)

Bħala miżura eċċezzjonali, Deċiżjoni BĊE/2012/3 tal-5 ta’ Marzu 2012 dwar l-eliġibbiltà ta’strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (2) issospendiet b’mod temporanju r-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu applikabbli għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika, u ddikjarathom eliġibbli għad-dewmien tat-tisħiħ tal-kollateral.

(5)

Mat-tmiem tat-tisħiħ tal-kollateral, peress illi l-adegwatezza bħala kollateral ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantitibis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika preżentement mhix żgurata, il-Kunsill Governattiv iddeċieda illi l-limiti tal-kwalità tal-kreditu applikabbli f’Taqsima 6.3.2 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 għandhom japplikaw fir-rigward ta’ strumenti bħal dawn.

(6)

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tħassir ta’ Deċiżjoni BĊE/2012/3

Id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 hija mħassra.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Lulju 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 77, 16.3.2012, p. 19.


Top