Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1386

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1386/2011 tad- 19 ta’ Diċembru 2011 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji

OJ L 345, 29.12.2011, p. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 024 P. 10 - 16

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1386/oj

29.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1386/2011

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma’ proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 704/2002 tal-25 ta’ Marzu 2002 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti industrijali u jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti awtonomi tat-tariffi tal-Komunità fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħut lejn il-Gżejjer Kanarji (3), s-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni għal ċerti oġġetti b'użu kummerċjali jew industrijali għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

(2)

F'Settembru 2010, il-gvern ta’ Spanja talab f'isem il-gvern tal-Gżejjer Kanarji, l-estensjoni tas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni għal għadd ta’ prodotti f'konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat. Il-ġustifikazzjoni għat-talba tagħhom kienet li minħabba l-bogħod ta’ dawk il-gżejjer, l-operaturi ekonomiċi jbatu minn żvantaġġi ekonomiċi u kummerċjali kbar ħafna li għandhom effetti negattivi fuq it-tendenzi demografiċi, l-impjiegi u l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi.

(3)

Is-settur industrijali tal-Gżejjer Kanarji, flimkien mal-bini, ġie affettat b'mod qawwi mill-kriżi ekonomika reċenti. It-tnaqqis fil-bini affettwa b'mod negattiv l-industrija awżiljarja li tiddependi fuqu. Kundizzjonijiet finanzjarji mhux favorevoli kellhom impatt serju fuq ħafna oqsma tan-negozju. Barra minn hekk, iż-żieda qawwija fil-qgħad fi Spanja ggravat in-nuqqas fid-domanda domestika, inkuża d-domanda għall-prodotti industrijali.

(4)

Il-qgħad fil-Gżejjer Kanarji kien qed jaqbeż b'mod konsistenti l-medja nazzjonali għal Spanja fl-aħħar għaxar snin u, mill-2009, il-Gżejjer Kanarji rreġistraw l-ogħla livell fil-pajjiż kollu (Eurostat: Statistika reġjonali — Rata tal-qgħad, skont ir-reġjuni NUTS 2, 1999-2009). Barra minn hekk, aktar minn nofs il-produzzjoni industrijali fil-Gżejjer Kanarji tiġi kkonsmata hemm stess, li huwa element partikolarment serju peress li d-domanda fihom intlaqtet aktar ħażin.

(5)

Għalhekk, bl-għan li tingħata perspettiva fit-tul lill-investituri u sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jilħqu livell ta’ attivitajiet industrijali u kummerċjali li jistabbilizza l-ambjent ekonomiku u soċjali fil-Gżejjer Kanarji, huwa opportun li tiġi estiża bis-sħiħ is-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal ċerti oġġetti kif deskritt fl-Anness II u l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 704/2002 għal perjodu ta’ 10 snin.

(6)

Addizzjonalment, fl-istess kuntest l-awtoritajiet Spanjoli talbu għas-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal tliet prodotti ġodda li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 3902 10, 3903 11, u 3906 10. Din it-talba ġiet aċċettata peress li dawn is-sospensjonijiet isaħħu l-ekonomija tal-Gżejjer Kanarji.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li operaturi ekonomiċi li jinsabu fit-territorju tal-Gżejjer Kanarji biss jibbenefikaw minn dawk il-miżuri tat-tariffi, is-sospensjonjiet għandhom isiru kundizzjonali fuq l-użu aħħari tal-prodotti, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonjiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5).

(8)

F'każ ta’ devjazzjoni tal-kummerċ u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni li jippermettulha li tirtira s-sospensjoni b'mod temporanju. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (6).

(9)

L-emendi għan-Nomenklatura Magħquda ma jistgħu joħolqu ebda tibdiliet sostantivi fin-natura tas-sospensjoni tad-dmirijiet. Is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għandha għaldaqstant tkun iddelegata lill-Kummissjoni sabiex isiru l-emendi meħtieġa u l-adattamenti tekniċi għal-lista ta’ oġġetti li għalihom tapplika sospensjoni. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni fil-ħin u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Kunsill.

(10)

Sabiex tkun żgurata kontinwità mal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 704/2002, huwa meħtieġ li jiġu applikati l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2012,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2021, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta’ oġġetti kapitali għal użu kummerċjali jew industrijali li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness I għandhom ikunu sospiżi kompletament.

Dawn l-oġġetti għandhom jintużaw f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għal perjodu ta’ mill-inqas 24 xahar wara r-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera mill-operaturi ekonomiċi li jinsabu fil-Gżejjer Kanarji.

Artikolu 2

Mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2021, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta’ materja prima, partijiet u komponenti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness II u użati għat-trasformazzjoni industrijali jew għall-manutenzjoni fil-Gżejjer Kanarji, għandhom jiġu sospiżi bis-sħiħ.

Artikolu 3

Is-sospensjoni tad-dazji msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandha tkun suġġetta għall-użu aħħari f'konformità mal-Artikoli 21 u 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u għall-kontrolli previsti fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

1.   Meta l-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex temmen li s-sospensjonjiet stabbiliti f'dan ir-Regolament wasslu għal devjazzjoni tal-kummerċ ta’ prodott speċifiku, hija tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jiritraw is-sospensjoni b'mod temporanju għal perjodu mhux itwal minn 12-il xahar. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8.

Id-dazji tal-importazzjoni fuq prodotti li għalihom is-sospensjoni ġiet irtirata b'mod temporanju għandhom jiġu żgurati minn garanzija, u r-rilaxx tal-prodotti kkonċernati f'ċirkolazzjoni libera fil-Gżejjer Kanarji għandu jkun fuq il-kundizzjoni tal-provvediment ta’ tali garanzija.

2.   Meta l-Kunsill jiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-Trattat, f'perijodu ta’ 12-il xahar, li s-sospensjoni għandha tiġi rtirata b'mod definittiv, l-ammonti tad-dazji żgurati minn garanziji għandhom jinġabru b'mod definittiv.

3.   Jekk ma tiġi adottata l-ebda deċiżjoni definittiva fil-perjodu ta’ 12-il xahar f'konformità mal-paragrafu 2, is-sigurtajiet għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 6 rigward emendi u adattamenti tekniċi għall-Annessi I u II kif meħtieġ b'konsegwenza tal-emendi għan-Nomenklatura Magħquda.

Artikolu 6

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 5 tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mill-1 ta’ Jannar 2012.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill b'dan.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Kunsill f'perijodu ta’ xahrejn min-notifika dwar dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjona.

Artikolu 7

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati mill-Kummissjoni, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, jew dwar ir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.

Artikolu 8

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, stabbilit bl-Artikolu 247a (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KOROLEC


(1)  L-Opinjoni tal-15 ta’ Novembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tat-22 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 111, 26.4.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(6)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS I

Oġġetti kapitali għal użu kummerċjali jew industrijali li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM  (1)

4011 20

8450 20

8522 90 80

9006 53 80

4011 30

8450 90

8523 21

9006 59

4011 61

8469 00 91

 

9007 10

4011 62

8472

8523 29 39

9007 20

4011 63

 

8523 29 90

9008 50

4011 69

 

8523 49 99

 

4011 92

 

8523 51 99

 

4011 93

8473

8523 59 99

 

4011 94

 

8523 80 99

 

4011 99

8501

8525 50

9010 10

5608

 

8525 80 11

9010 50

6403 40

 

8525 80 19

9011

6403 51 05

 

8526

 

6403 59 05

 

 

 

6403 91 05

 

 

 

6403 99 05

 

 

9012

8415

 

 

 

 

 

 

9030 10

 

 

8701

 

 

 

 

9030 31

 

 

 

9030 33

 

 

8702

9106

 

 

8704 21 31

9107

8418 30 80

 

8704 21 39

9207

8418 40 80

 

8704 21 91

 

8418 50

 

8704 21 99

9506 91 90

8418 61

 

8704 22

9507 10

8418 69

 

8704 23

9507 20 90

8418 91

 

8704 31 31

9507 30

8418 99

 

8704 31 39

 

8427

 

8704 31 91

 

8431 20

 

8704 31 99

 

8443 31

 

 

 

 

 

8704 32

 

8443 32

8518 40 30

8704 90

 

8443 39 10

 

 

 

8443 39 39

8518 90

8705

 

 

8519 20

9006 10

 

8450 11 90

8519 81 51

 

 

8450 12

8521 10 95

9006 30

 

8450 19

8522 90 49

9006 52

 


(1)  Kif iddefinit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).


ANNESS II

Materja prima, partijiet u komponenti użati għall-agrikoltura, it-trasformazzjoni industrijali jew il-manutenzjoni li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM  (1)

3901

 

5501

 

3902 10

 

5502

 

3903 11

 

5503

8706

3904 10

 

5504

8707

3906 10

 

5505

8708

4407 21

 

 

8714

 

 

5506

 

4407 22

 

5507

 

 

5108

5508 10 10

 

4407 25

5110

5508 20 10

 

 

5111

5509

 

 

 

5510

 

4407 26

 

5512

 

 

 

5513

 

 

 

5514

9002 90

4407 29

 

5515

9006 91

 

 

5516

9007 91

 

 

6001

9007 92

 

 

6002

9008 90

 

5112

 

9010 90

 

 

6217 90

9104

4407 99

 

6305

9108

4410

 

 

9109

4412

 

 

 

 

5205

 

 

 

5208

 

9110

 

5209

 

 

 

5210

 

 

 

5212

6309

 

 

5401 10 12

6406

 

 

5401 10 14

7601

9111

 

5401 20 10

 

9112

 

5402

8529 10 80

9114

 

5403

8529 10 95

 

 

5404 11

8529 90

 

 

5404 90

 

 

 

5407

 

 

 

5408

 

 


(1)  Kif iddefinit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).


Top