EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1333

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1333/2011 tad- 19 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifikazzjonijiet fis-settur tal-banana (kodifikazzjoni)

OJ L 336, 20.12.2011, p. 23–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 057 P. 262 - 273

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/07/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1333/oj

20.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1333/2011

tad-19 ta' Diċembru 2011

li jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifikazzjonijiet fis-settur tal-banana

(kodifikazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari Artikolu 121(a) u Artikolu 194, konġuntivament ma’ Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2257/94 tas-16 ta’ Settembru 1994 li jistabbilixxi l-istandards tal-kwalità għall-banana (2), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2898/95 tal-15 ta’ Diċembru 1995 li jikkonċerna l-verifika tal-konformità ma’ l-istandards ta’ kwalità għall-banana (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2007 tas-6 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 404/93 rigward ir-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet fis-settur tal-banana (4) ġie emendat (5) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Regolamenti għandhom jiġu kkodifikati billi jinġabru f'att wieħed.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jagħmel dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ standards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana. L-iskop ta’ dawk l-istandards hu li jassigura li s-suq ikun fornut biprodotti uniformi u ta’ kwalità sodisfaċenti, b'mod partikolari fil-każ ta’ banana mkabbrin fl-Unjoni, li dwarhom għandhom isiru sforzi ta’ titjib fil-kwalità.

(3)

Meqjusa l-medda kbira tal-varjetajiet mibjugħa fl-Unjoni u l-prassi tal-bejgħ, standards minimi għandhom ikunu stabbiliti għall-banana ħadra li ma tkunx misjura, mingħajr preġudizzju għall-standards introdotti aktar tard applikabbli għal stadju differenti ta’ bejgħ. Il-karatteristiċi ta’ banana iebsa u l-mod ta’ kif jinbiegħu huma tali li m'għandhomx ikunu koperti bl-istandards ta’ l-Unjoni.

(4)

Jidher xieraq, fid-dawl ta’ l-għanijiet imfittxa, biex iħallu lill-Istati Membri produtturi tal-banana japplikaw standards nazzjonali fit-territorju tagħhom għall-produzzjoni tagħhom imma biss fl-istadji sussegwenti għall-banana ħodor li m'humiex misjurin, dejjem jekk dawn ir-regoli m'humiex f'konflitt ma’ l-istandards ta’ l-Unjoni u ma jimpedixxux iċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-banana fl-Unjoni.

(5)

Għandu jittieħed kont tal-fatt li, minħabba li fatturi tal-klima jagħmlu l-kondizzjonijiet tal-produzzjoni diffiċli fil- Madejra, l-Ażores, l-Algarve, Kreta, Lakonja u ċ-Ċipru, banana hemmhekk ma jiżviluppawx it-tul minimu stabbilit. F'dawk il-każijiet tali banana għandhom xorta jitħallew ikunu mibjugħa, imma biss fi Klassi II.

(6)

Għandhom jiġu adottati miżuri biex jassiguraw l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-banana, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-ispezzjonijiet tal-konformità.

(7)

Filwaqt li għandu jkun hemm konsiderazzjoni tan-natura tal-prodott li jmur malajr u tal-prattiċi tan-negozju u l-proċeduri ta’ l-ispezzjoni wżati fil-kummerċ, għandu jkun stabbilit li l-ispezzjonijiet tal-konformità għandhom isiru fi priċipju fl-istadju li għalih japplikaw l-istandards.

(8)

Il-prodott li jkun issodisfa l-ispezzjonijiet f'dak l-istadju jkun meqjus li jkun konformi ma’ l-istandards. Dik l-istima għandha ssir mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe spezzjonijiet mhux imħabbra li jsiru sussegwentement sa l-istadju tad-depost tal-maturazzjoni.

(9)

L-ispezzjoni dwar il-konformità ma għandiex tkun sistematika imma mingħajr ordni partikolari, b'valutazzjoni ta’ kampjun ġenerali meħud mill-lott magħżul għall-ispezzjoni mill-korp kompetenti u meqjus li jkun rappreżentattiv ta’ dak il-lott. Għal dak l-iskop, id-dispożizzjonijiet adattati tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi (6) tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat għandhom japplikaw.

(10)

Il-kummerċ fil-banana huwa soġġett għal kompetizzjoni qawwija. In-negozjanti kkonċernati introduċew huma stess spezzjonijiet stretti. L-ispezzjonijiet m'għandhomx, għalhekk, isiru fl-istadju stabbilit minn-negozjanti li joffru garanziji adekwati fir-rigward ta’ personal u faċilitajiet tal-immaniġjar u li jistgħu jiggarantixxu li l-banana li huma jinnegozjaw fl- Unjoni jkunu konformi mal-istandards ta’ l-Unjoni. Tali eżenzjonijiet għandhom jingħataw mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-ispezzjoni trid bi prinċipju ssir. Tali eżenzjonijiet għandhom jiġu rtirati meta l-istandards u l-kondizzjonijiet li jittrattaw magħhom ma jkunux intlaħqu.

(11)

Sabiex l-ispezzjonijiet ikunu jistgħu jsiru, l-informazzjoni għandha tingħata lill-korpi kompetenti minn-negozjanti konċernati.

(12)

Iċ-ċertifikat tal-konformità maħruġ wara t-twettiq tal-ispezzjonijiet m'għandux jikkostitwixxi dokument mehmuż għall-banana sa l-istadju finali tan-negozju, imma d-dokument tal-prova tal-konformità tal-banana ma’ l-istandards ta’ l- Unjoni sa' l-istadju ta’ depost ta’ maturazzjoni, skond l-iskop tal-istandard, li għandu jiġi ppreżentat fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti. Għandu jkun enfasizzat li l-banana li ma tkunx konformi mal-istandards stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jistgħux ikunu nnegozjati għall-konsum frisk fl-Unjoni.

(13)

Sabiex iseħħ il-monitoraġġ tat-tħaddim tas-suq tal-banana, huwa neċessarju għall-Kummissjoni li tirċievi informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-banana prodotta fl-Unjoni. Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jkopru n-notifika ta’ tali informazzjoni mill-Istati Membri.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

L-ISTANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI

Artikolu 1

L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-bananas jidħlu taħt il-kodiċi NM 0803 00, esklusi l-plantani, banana mqadda u banana intiżi għall-iproċessar, huma stabiliti f'Anness I ta’ hawnhekk.

Dawn l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom japplikaw għall-banana li joriġinaw minn pajjiżi terzi fl-istadu li jkunu rilaxxati fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa, għall-banana li jorġinaw fl-Unjoni fl-istadju ta’ l-ewwel sbarkar f'port ta’ l-Unjoni, u banana fornuti friski lill-konsumatur fir-reġjun tal-produzzjoni fl-istadju li jħallu t-tinda ta’ l-ippakjar.

Artikolu 2

L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1 m'għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni, fi stadji aktar tard tal-bejgħ, tar-regoli nazzjonlai liema:

(a)

ma jimpedixxux iċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-banana li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni oħrajn ta’ l- Unjoni u jħarsu l-istandards imsemmijin fl-Artikolu 1; u

(b)

ma humiex inkompatibbli ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1.

KAPITOLU 2

IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MA' L-ISTANDARDS TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ispezzjonijiet skond dan il-Kapitolu biex jivverifikaw li l-banana li taqa' fi ħdan il-kodiċi NM 0803 00 esklusi l-plantani, banana mqadda u banana intiżi għall-iproċessar ikunu konformi ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1.

Artikolu 4

Il-banana prodotta fl-Unjoni għandha tkun soġġetta għall-ispezzjonijiet dwar il-konformità tagħha ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1 qabel ma’ sseħħ it-tagħbija fuq mezz ta’ trasport bil-ħsieb li jiġi kkummerċjalizzat bħala friska. Tali spezzjonijiet għandhom isiru fl-impjant ta’ l-ippakkjar.

Il-banana li tkun innegozjata ‘lbarra mir-reġjun tagħha tal-produzzjoni għandha tkun soġġetta għall-ispezzjonijiet mhux imħabbrin meta tkun maħtuta l-ewwel darba f'lokalità oħra ta’ l-Unjoni.

L-ispezzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-ewwel u fit-tieni paragrafi għandhom isiru soġġetti għall-Artikolu 9.

Artikolu 5

Qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, il-banana impurtata minn pajjiżi terzi għandha tkunu soġġetta għall-ispezzjonijiet dwar il-konformità tagħha ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1 fl-Istati Membri ta’ l-ewwel ħatt fl-Unjoni, soġġetta għall-Artikolu 9.

Artikolu 6

1.   Il-verifiki tal-konformità għandha ssir skond l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

2.   Għall-prodotti li, għal raġunijiet tekniċi, ma jistgħux jiġu spezzjonati dwar il-konformità fuq l-ewwel ħatt fl- Unjoni, għandhom isiru spezzjonijiet sussegwenti, l-iżjed tard mal-wasla fid-depost tal-maturazzjoni u f'kull każ, fir-rigward tal-prodotti impurtati minn pajjiżi terzi, qabel ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.

3.   Meta jseħħu l-ispezzjonijiet tal-konformità, iċ-ċertifikat imfassal skond l-Anness II għandu jinħareġ għall-prodotti li l-konformità tagħha ma’ l-istandard tkun ġiet aċċertata.

Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni maħruġ għall-banana li għandha l-oriġini f'pajjiżi terzi għandu jkun ippreżentat lill-awtoritajiet doganali għar-rilaxx ta’ dawk il-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera fl- Unjoni.

4.   Fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ konformità, punt 2.7 ta’ l-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu japplika.

5.   Meta l- korp kompetenti ma tkunx spezzjonat ċerti prodotti, għandha tpoġġi t-timbru uffiċjali tagħha fuq in-notifika li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 7 jew, fin-nuqqas ta’ dak, fil-każ ta’ prodotti impurtati għandha tinforma lill-awtoritajiet doganali permezz ta’ mezzi xierqa oħrajn.

6.   In-negozjanti għandhom jipprovdu l-faċilitajiet kollha meħtieġa mill-korp kompetenti biex tkun tista' twettaq il-verifika skond dan il-Kapitolu.

Artikolu 7

In-negozjanti ikkonċernati jew ir-rappreżentant tagħhom, li ma jikkwalifikawx għall-eżenzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 9, għandhom jipprovdu lill-korp kompetenti fi żmien xieraq bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-lottijiet u l-informazzjoni dettaljata dwar il-post u d-data tal-ippakjar u t-tbaħħir għall-banana miġbura fl-Unjoni, il-post u d-data ippjanati ta’ ħatt fl-Unjoni għall-banana minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni ta’ l-Unjoni tal-produzzjoni u kunsinni fid-depositi tal-maturazzjoni għall-banana li ma jistgux jiġu spezzjonati meta jkunu maħtuta l-ewwel darba fl-Unjoni.

Artikolu 8

1.   L-ispezzjonijiet tal-konformità għandhom isiru mid-dipartimenti jew mill-korpi nnominati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn id-dipartimenti jew korpi għandhom jippreżentaw garanzija xierqa biex iwettqu l-ispezzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tat-tagħmir, t-taħriġ u l-esperjenza.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jiddelegaw ir-responsabbilità biex isiru l-ispezzjonijiet ta’ konformita' lill-korpi privati approvati għal dak il-għan li:

(a)

jkollhom spetturi li jkunu attendew kors ta’ taħriġ rikonoxxut mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

(b)

jkollhom it-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa biex isiru l-verifiki u l-ananliżi meħtieġa għall-ispezzjonijiet; u

(c)

jkollhom il-faċilitajiet adekwati biex tkun ikkomunikata l-informazzjoni.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jispezzjonaw perjodikament l-eżekuzzjoni u l-effiċenza ta’ l-ispezzjonijiet ta’ konformita'. Għandhom jirtiraw l-approvazzjoni meta jsibu xi anomaliji jew irregolaritajiet li jistgħu jaffettwaw l-eżekuzzjoni korretta ta’ l-ispezzjonijiet ta’ konformita' jew meta l-ħtiġiet ma jkunux aktar milħuqa.

Artikolu 9

1.   Il-kummerċjanti li jinnegozjaw il-banana maħżuna fl-Unjoni jew il-banana impurtata minn pajjiżi terzi m'għandhomx ikunu soġġetti għall-ispezzjonijiet dwar il-konformità ta’ l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni fl-istadji li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 4 u 5 meta huma:

(a)

jkollhom persunal bl-esperjenza fl-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-immaniġjar u l-faċilitajiet ta’ l-ispezzjoni;

(b)

jżommu rekords tal-ħidmiet li huma jagħmlu; u

(c)

jippreżentaw garanziji li l-kwalità tal-banana li huma jinnegozjaw ikunu konformi ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1.

Il-kummerċjanti eżentati mill-ispezzjonijiet għandhom iġibu ċertifikat ta’ l-eżenzjoni skond il-mudell li jidher fl-Anness III.

2.   L-eżenzjoni mill-ispezzjonijiet għandhom ikunu mogħtija, fuq it-talba tan-negozjant ikkonċernat, mid-dipartimenti ta’ l-ispezzjoni jew mill-korpi appuntati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti taż-żewġ Stati Membri tal-produzzjoni, għall-banana innegozjata fir-reġjun tal-produzzjoni ta’ l-Unjoni, jew fl-Istat Membru tal-ħatt, għall-banana ta’ l-Unjoni innegozjati band'oħra fl-Unjoni u l-banana impurtata minn pajjiżi terzi. L-eżenzjoni mill-ispezzjonijiet għandha tingħata għal perijodu massimu ta’ tliet snin u tista' terġa tkun imġedda. Din l-eżenzjoni għandha tapplika għas-suq kollu ta’ l-Unjoni għall-prodotti maħtuta fl-Istat Membru li jkun ta l-eżenzjoni.

Dawk id-dipartimenti jew korpi għandhom jirtiraw l-eżenzjoni meta jsibu anomaliji jew irregolaritajiet li jistgħu jaffetwaw il-konformità tal-banana ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmijin fl-Artikolu 1 jew meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma’ jkunux aktar milħuqa.

L-irtirar għandu jkun jew temporanju jew permanenti, skond il-gravità tan-nuqqasijiet li jinstabu. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru ta’ negozjanti tal-banana eżentati mill-ispezzjonijiet, jallokawhom numru tar-reġistrazzjoni u jieħdu l-passi xierqa biex ixerdu tali informazzjoni.

3.   Id-dipartimenti kompetenti jew korpi ta’ l-Istati Membri għandhom jivverifikaw perjodikament il-kwalità tal-banana kkumerċjalizzata minn-negozjanti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 u l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti hemmhekk. In-negozjanti eżentati għandhom jipprovdu wkoll il-faċilitajiet kollha meħtieġa biex isiru tali verifiki.

Id-dipartimenti kompetenti jew korpi tal-Istati Membri Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-lista tan-negozjanti li jkunu ngħataw l-eżenzjoni prevista f'dan l-Artikolu u ta’ kull irtirar ta’ eżenzjoni.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kull spezzjonijiet mhux imħabbra li jsiru sussegwentement sa l-istadju tad-depot tal-maturazzjoni.

KAPITOLU 3

NOTIFIKI

Artikolu 11

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kull perijodu ta’ rapportar dawn li ġejjin:

(a)

il-kwantità ta’ banana prodotta fl- Unjoni li hija kkummerċjalizzata:

(i)

fir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom;

(ii)

barra mir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom;

(b)

il-prezzijiet medji ta’ bejgħ fis-swieq lokali ta’ banana ħadra prodotta fl-Unjoni li hija kkummerċjalizzata fir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom;

(c)

il-prezzijiet medji ta’ bejgħ għal banana ħadra fl-istadju ta’ kunsinna fl-ewwel port ta’ ħatt (oġġetti mhux maħtuta) rigward banana prodotta fl- Unjoni li hija kkummerċjalizzata fl Unjoni barra mir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom;

(d)

previżjonijiet tad-dejta msemmija f'punti (a), (b) u (c) għaż-żewġ perijodi ta’ rapportar sussegwenti.

2.   Ir-reġjuni ta’ produzzjoni għandhom ikunu:

(a)

il-Gżejjer Kanarji;

(b)

Guadeloupe;

(c)

Martinique;

(d)

Madeira, l-Azores u Algarve;

(e)

Kreta u Lakonja;

(f)

Ċipru.

3.   Il-perijodi ta’ rapportar għal sena kalendarja għandhom ikunu:

(a)

Jannar sa April inklussivi;

(b)

Mejju sa Awwissu inklussivi;

(ċ)

Settembru sa Diċembru inklussivi.

In-notifikazzjonijiet għal kull perijodu ta’ rapportar għandhom isiru sa mhux iktar tard minn ħmistax-il ġurnata tat-tieni xahar wara l-perijodu ta’ rapportar.

4.   In-notifikazzjonijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu għandhom isiru skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (7).

Artikolu 12

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2257/94, (KE) Nru 2898/95 u (KE) Nru 239/2007 huma mħassrin.

Referenzi għar-Regolamenti li ġew imħassrin għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007 p. 1.

(2)  ĠU L 245, 20.9.1994, p. 6.

(3)  ĠU L 304, 16.12.1995, p. 17.

(4)  ĠU L 67, 7.3.2007, p. 3.

(5)  Ara l-Anness V.

(6)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

(7)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.


ANNESS I

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni għall-banana

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-banana tal-varjetajiet (cultivars) tal-Musa (AAA) spp., is-subgruppi Cavendish u Gros Michel, kif ukoll l-Ibridi, imsemmija fl-Anness IV, għall-forniment frisk għall-konsumatur wara l-preparazzjoni u l-imballaġġ. Plantains, banana intenzjonata għall-ipproċessar industrijali u banana tat-tin mhumiex koperti.

II.   KWALITÀ

Dan l-istandard jiddefinixxi l-ħtiġiet tal-kwalità li għandhom jintlaħqu mill-banana ħodor li m'humiex misjurin wara l-preparazzjoni u l-ippakjar.

A.   Ħtiġiet minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ kull klassi u għat-tolleranzi permissibli, il-banana jridu jkunu:

ħodor u mhux misjurin,

intatti,

sodi,

b'saħħithom; prodott li hu affetwat bil-moffa jew deterjorazzjoni hekk li tagħmlu mhux tajjeb għall-konsum hu eskluż,

nadif, prattikament ħieles minn materja viżibbli barranija,

prattikament ħieles minn dud,

prattikament ħieles minn danni kkawżat mid-dud,

biz-zokk intatt, mingħajr liwi, ħsara mill-fungali jew dessikazzjoni,

bil-pistilli mneħħijja,

ħielsa minn malformazzjoni jew kurvatura annormali tal-mazz,

prattikament ħielsa mill-brix,

pratikament ħielsa minn danni minħabba temperaturi baxxi,

ħielsa minn umdità annormali esterna,

ħielsa minn kwalunkwe rieħa u/jew togħma.

B'żieda ma dan, il-mazzi u l-għenieqed (partijiet mill-mazzi) iridu jinkludu:

porzjon suffiċjenti tal-kulur normali tal-qoxra, b'saħitha u ħielsa minn kontaminazzjoni fungali,

qoxra maqtugħa pulita, li mhijiex taqta' jew imqatta bl-ebda fragmenti taz-zokk.

L-iżvilupp fiżiku u s-sejran tal-banana irid tkun tali li tagħmilhom kapaċi:

li jifilħu għat-trasport u l-ġarr,

u

li jaslu f'kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni biex jilħqu livell xieraq ta’ maturità wara li jsiru.

B.   Klassifikazzjoni

Il-Banana huma klassifikati fi tlett klassijiet definiti hawn taħt:

(i)   Klassi “extra”

Banana f'din il-klassi jridu jkunu ta’ kwalità superjuri. Huma jridu jkollhom il-karattteristika tipika tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

Il-mazz irid ikun ħieles minn difetti, apparti minn xi ftit tħassir superfiċjali li ma jagħttux it-total ta’ aktar minn 1 cm2 tal-wiċċ tal-frotta, liema ma jħassarx l-apparenza ġererali tal-mazz jew ta’ l-għanqud, il-kwalità tiegħu, iż-żamma tiegħu jew il-preservazzjoni tal-pakkett.

(ii)   Klassi I

Banana f'din il-klassi jridu jkunu ta’ kwalità tajba. Għandhom juru l-karattteristiċi tipiċi tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

B'danakollu, id-difetti żgħar tal-mazzi li ġejjin huma permissibbli, dejjem jekk ma jfixklux l-apparenza ġenerali ta’ kull mazz jew għanqud, il-kwalità tiegħu, iż-żamma tiegħu jew il-preżentazzjoni tal-pakkett:

diffetti żgħar fil-għamla,

diffetti żgħar tal-qoxra minħabba l-ħakk jew tħassir żgħir superfiċjali ieħor li ma jiksix it-total ta’ iżjed minn 2 cm2 tal-wiċċ tal-frotta.

Taħt l-ebda ċirkustanzi diffetti żgħar ma jistgħu jaffettwaw il-qalba tal-frotta.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tkopri banana li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fi klassi aktar għolja imma li jissodisfaw il-ħtiġiet minimi speċifikati hawn fuq.

Id-diffetti li ġejjin tal-mazzi huma permissibbli, dejjem jekk il-banana żżommu il-karattteristiċi essenzjali tagħhom fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

diffetti ta’ l-għamla,

id-diffetti tal-qoxra minħabba brix, ħakk jew kawżi oħrajn, dejjem jekk il-parti totali affetwata ma tkoprix iżjed minn 4 cm2 tal-wiċċ tal-frotta.

Taħt l-ebda ċirkustanzi ma jistgħu d-diffetti jaffetwaw il-qalba tal-frotta.

III.   QISIEN

Il-qies huwa stabbilit bi:

it-tul tal-polpa edibli tal-frotta, espressa f'ċentimetri u mkejla matul il-wiċċ bibuzzat mit-tarf tal-blanzun sal-bażi tal-pedunkelu,

il-grad, i.e. il-kejl, f'millimetri, tal-ħxuna tal-biċċa tranversali tal-frotta bejn l-uċuh laterali u n-nofs, perpendikulari ma’ l-assi lonġitudinali.

Il-frotta ta’ referenza għall-kejl tat-tul u l-grad hija:

il-frotta tan-nofs mill-filliera ta’ barra tal-mazz,

il-frotta segwenti għall-qata' sezzjonali tal-mazz, fuq il-filliera ta’ barra tal-għanqud.

It-tul minimu permissibli hu 14-il cm u l-grad minimu permissibli hu 27 mm.

B'eċċezzjoni għat-tielet paragrafu, banana prodotta fil-Madeira, l-Azores, l-Algarve, Kreta, Lakonja u Ċipru li hija twila inqas minn 14-il ċm tista' tiġi kummerċalizzata fl-Unjoni iżda għandha tiġi kklassifikata fil-Klassi II.

IV.   TOLLERANZI

Tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs huma permissibbli f'kull pakkett fir-rigward tal-prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi indikata.

A.   Tollerenzi tal-Kwalità

(i)   Klassi “extra”

5 % bin-numru jew piż tal-banana li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-klassi “extra” imma li jilħqu dawk għall-Klassi I, jew, eċċezzjonalment, li jkunu fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii)   Klassi I

10 % bin-numru jew bil-piż tal-banana li ma jissodifawx il-ħtiġiet tal-Klassi I imma jilħqu dawk għal Klassi II, jew, eċċezzjonalment, ikunu fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi.

(iii)   Klassi II

10 % bin-numru jew bil-piż tal-banana li ma jissodisfawx la l-ħtiġiet għall-Klassi II u lanqas il-ħtiġiet minimi, ħlief bl-eċċezzjoni tal-prodott affetwat bl-immuffar jew kwalunkwe deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-konsum.

B.   Tolleranzi tad-daqs

Għall-klassijiet kollha, 10 % bin-numru ta’ banana li ma jissodisfawx il-karattteristiċi tad-daqs, sal-limitu ta’ 1 cm għat-tul minimu ta’ 14-il cm.

V.   PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u konsistenti esklussivament għall-banana ta’ l-istess oriġini, tal-varjetà u/jew it-tip kummerċjali, u l-kwalità.

Il-parti viżibbli tal-kontenuti ta’ kull pakkett iridu jkunu rappreżentattivi tal-kontenuti kollha.

B.   Ippakkjar

Il-banana jridu jkunu ippakjati b'tali mod li jipproteġu l-prodott tajjeb.

Il-materjal użat ġewwa l-pakkett irid ikun ġdid, nadif u ta’ natura tali li tevita li tikkawżalu kwalunkwe deterjorazzjoni esterna jew interna tal-prodott. L-użu tal-materjal bħal ma hu, b'mod partikolari, karti tal-kisi u tikketti li jeħlu li jkollhom l-indikazzjonijiet kummerċjali hu permissibbli basta li l-istampar u l-ittikettjar ikun magħmul bl-inka jew kolla li mhijiex tossika.

L-ippakkjar irid ikun ħieles minn kwalunkwe materjal barrani.

C.   Preżentazzjoni

Il-banana għandha tkun ippreżentata f'għenieqed jew partijiet ta’ għenieqed b'ta' l-anqas erba' bananiet. Il-banana tista' tiġi ppreżentata bil-waħdiet.

Għenieqed b'mhux iżjed minn żewġ frottiet nieqsa huma permissibbli, dejjem jekk iz-zokk ma jkunx imqatta imma maqtugħ pulit, mingħajr ħsara lill-frotta tal-qrib.

Mhux iżjed minn għanqud wieħed ta’ tlett frottiet bl-istess karatteristiċi bħall-frott l-ieħor fil-pakkett jistgħu jkunu preżenti f'kull filliera.

Fir-reġjuni tal-produzzjoni, banana jistgħu jkunu mibjugħa biz-zokk.

VI.   L-ITTIKETTJAR

Kull pakkett irid ikollu l-partikularitajiet li ġejjin bil-kitba, kollha fuq l-istess naħa, leġibli u mmarkati hekk li ma jitħassarx u viżibli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Dak li jippakkja u/jew il-mittent

Isem u indirizz jew marka konvenzjonali uffiċjalment maħruġa hekk li tista' tingħaraf.

B.   Natura tal-prodott

Il-kelma “Banana” meta il-kontenuti ma’ humiex viżibbli minn barra,

l-isem tal-varjetà jew tat-tip kummerċjali.

C.   L-Oriġini tal-prodott

żona tal-produzzjoni,

(b'għażla) nazzjonali, reġjonali jew l-isem lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi,

piż net,

id-daqs, espress bħala tul minimu u, b'għażla, bħala tul massimu.

E.   Il-Marka tal-kontroll uffiċċjali (b'għażla).


ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Ċertifikat ta' eżenzjoni mill-verifikazzjoni tal-konformita' mal-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni tal-banana

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Lista ta’ gruppi ewlenin, sotto-gruppi u kultivari ta’ banana bħala diżerta mibjugħa fil-Unjoni

Grupp

Sub-grupp

Kultivari ewlenija

(lista mhix eżawrenti)

AA

Bajtar ħelu

Bajtar ħelu, Pisang Mas, Amas Datil, Bocadillo

AB

Ney-Poovan

Ney Poovan, Safet Velchi

AAA

Cavendish

Cavendish Nanu

Cavendish Ġigantesk

Lacatan

Poyo (Robusta)

Williams

Americani

Valery

Arvis

Gros Michel

Gros Michel (“Big Mike”)

Highgate

Ibridi

Flhorban 920

Bajtar roża

Figue Rose

Figue Rose Verte

Ibota

 

AAB

Bajtar tat-tuffiegħ

Bajtar tat-tuffiegħ, Ħarir

Pome (Prata)

Pacovan

Prata Ana

Mysore

Mysore, Pisang Ceylan, Gorolo


ANNESS V

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2257/94

(ĠU L 245, 20.9.1994, p. 6)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/96

(ĠU L 150, 25.6.1996, p. 38)

Artikolu 1 biss u l-verżjoni bil-Ġermaniż biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/97

(ĠU L 60, 1.3.1997, p. 53)

Artikolu 1 biss u l-verżjonijiet Inlgliżi u Svediżi biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 228/2006

(ĠU L 39, 10.2.2006, p. 7)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2898/95

(ĠU L 304, 16.12.1995, p. 17)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 465/96

(ĠU L 65, 15.3.1996, p. 5)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/96

(ĠU L 150, 25.6.1996, p. 38)

Artikolu 2 biss u l-verżjoni Ingliża biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/97

(ĠU L 60, 1.3.1997, p. 53)

Artikolu 2 biss u l-verżjoni Spanjola biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2007

(ĠU L 67, 7.3.2007, p. 3)

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2010

(ĠU L 159, 25.6.2010, p. 13)

Artikolu 6 biss


ANNESS VI

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2257/94

Regolament (KE) Nru 2898/95

Regolament (KE) Nru 239/2007

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, il-parti introduttorja

Artikolu 2, il-parti introduttorja

Artikolu 2, l-ewwel inċiż

Artikolu 2(a)

Artikolu 2, it-tieni inċiż

Artikolu 2(b)

Artikolu 3

Artikolu 13

Anness I

Anness I

Anness II

Anness IV

Artikolu 1

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Artikolu 1

Artikolu 11

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 12

Anness V

Anness VI


Top