Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1282

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1282/2011 tat- 28 ta’ Novembru 2011 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 328, 10.12.2011, p. 22–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 024 P. 19 - 26

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1282/oj

10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1282/2011

tat-28 ta’ Novembru 2011

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (e) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (2) jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ monomeri, sustanzi u addittivi oħra ta’ bidu li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik. Riċentament l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat evalwazzjoni xjentifika favorevoli għal sustanzi addizzjonali li għandhom issa jiżdiedu mal-lista attwali.

(2)

Għal ċerti sustanzi oħra, ir-restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet li huma stabbiliti diġà fil-livell tal-UE għandhom jiġu emendati abbażi ta’ evalwazzjoni xjentifika favorevoli ġdida mill-Awtorità.

(3)

Ir-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet għall-użu tas-sustanza bin-Numru tas-Sustanza 239 tal-Materjal li jiġi f'Kuntatt mal-Ikel bl-isem 2,4,6-triammino-1,3,5-triażina (“Melammina”) għandhom jiġu emendati wara l-opinjoni xjentifika ppubblikata fit-13 ta’ April 2010 mill-Awtorità. Dik l-opinjoni stipulat id-doża tollerabbli ta’ kuljum (TDI) ta’ 0,2 mg/kg tal-piż tal-ġisem (b.w.) għal din is-sustanza. Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-esponiment għat-tfal minħabba migrazzjoni minn materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel ikun f'medda tat-TDI. Meta wieħed iqis it-TDI u l-esponiment mis-sorsi l-oħra kollha, il-limitu tal-migrazzjoni għas-sustanza 239 għandu jitnaqqas. Il-limitu propost tal-migrazzjoni ta’ 2,5 mg/kg tal-ikel huwa konformi mal-livell massimu ta’ kontaminazzjoni ta’ melammina permess fl-ikel stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1135/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina, u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/798/KE (3).

(4)

L-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Is-sustanza bin-Numru tas-Sustanza 438 tal-Materjal li jiġi f'Kuntatt mal-Ikel u l-isem bis(2,6-diisopropilfenil) karbodiimmid huwa awtorizzat li jintuża bħala addittiv fil-plastiks skont it-Tabella 1 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011. L-Awtorità vvalutat mill-ġdid is-sikurezza tas-sustanza awtorizzata. L-Opinjoni li ngħatat l-Awtorità (4) kkjarifikat li s-sustanza għandha tintuża bħala monomeru minflok bħala addittiv fil-plastiks. Għal din ir-raġuni huwa xieraq li l-użu jitranġa u li n-Numru ta’ Referenza jiġi aġġornat fl-Anness I skont dan.

(6)

Is-sustanza bin-Numru tas-Sustanza 376 tal-Materjal li jiġi f'Kuntatt mal-Ikel u l-isem N-metilpirrolidon huwa awtorizzat li jintuża bħala addittiv fil-plastiks fit-Tabella 1 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 mingħajr limitu speċifiku għall-migrazzjoni. L-Opinjoni li ngħatat l-Awtorità (5) stabbiliet TDI ta’ 1 mg/kg tal-piż tal-ġisem li jirriżulta fil-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (SML) ta’ 60 mg/kg tal-ikel. Dan il-limitu jikkoinċidi mal-limitu ġeneriku speċifiku tal-migrazzjoni stabbilit fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, madankollu jekk is-SML ta’ 60 mg/kg ġej mil-limitu tossikoloġiku bħal ma huma t-TDI, is-SML għandu jissemma speċifikament fl-Anness I.

(7)

Is-sustanza bin-Numru tas-Sustanza 797 tal-Materjal li jiġi f'Kuntatt mal-Ikel u l-isem poliester tal-aċidu adipiku b'1,3-butanedjol, 1,2-propanedjol u 2-etil-1-eżanol hija awtorizzata li tintuża bħala addittiv fil-plastiks fit-Tabella 1 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u li tiġi elenkata bin-Nru CAS 0007328-26-5. Skont l-Opinjoni li ngħatat mill-Awtorità (6) dan in-Numru CAS għandu jaqra 0073018-26-5. Għaldaqstant, in-Nru CAS għal din is-sustanza jeħtieġ li jitranġa fl-Anness I.

(8)

Sabiex jiġi llimitat il-piż amministrattiv għall-operaturi tan-negozju, materjali u oġġetti tal-plastik li tqiegħdu b'mod legali fis-suq abbażi tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 10/2011 u li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq sal-1 ta’ Jannar 2013. dawn għandhom ikunu jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li tqiegħdu fis-suq legalment qabel l-1 ta’ Jannar 2012 u li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sal-1 ta’ Jannar 2013. Dawn il-materjali u l-oġġetti tal-plastik jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 311, 26.11.2009, p. 3.

(4)  L-Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanza bis(2,6-diisopropilfenil)karbodiimmid għall-użu fil-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel. The EFSA Journal 2010; 8(12):1928.

(5)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-addittivi tal-ikel, ħwawar, għajnuna ta’ proċessar u materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel (AFC) fuq talba mill-Kummissjoni relatata mas-seba' lista tas-sustanzi għall-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel. The EFSA Journal (2005)201, 1-28.

(6)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-addittivi tal-ikel, ħwawar, għajnuna ta’ proċessar u materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel (AFC) fuq talba relatata mat-tmintax-il lista tas-sustanzi għall-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel. The EFSA Journal (2008) 628-633, 1-19.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Tabella 1 il-linji li ġejjin huma mdaħħla f'ordni numerika tan-numri tas-Sustanza tal-Materjal li jiġi f'Kuntatt mal-Ikel:

Nru tas-Sustanza tal-Materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel

Nru ta’ Referenza

Nru CAS

Isem is-Sustanza

Użu bħala addittiv jew għajnuna għall-produzzjoni tal-polimeru

(iva jew le)

Użu bħala monomeru jew sustanza oħra ta’ bidu jew makromolekula miksuba minn fermentazzjoni mikrobika

(iva jew le)

Il-Fattur li Jnaqqas ix-Xaħam (FRF) applikabbli

(iva/le)

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (SML)

[mg/kg]

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (Totali) (SML(T))

[mg/kg])

(Nru tar-restrizzjoni tal-grupp

Restrizzjonijiet u speċifikazzjonijiet

Noti dwar il-verifika tal-konformità

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

855

40560

 

(butadjen, stiren, metakrilat tal-metil) kopolimeru retikolat b'1,3-butanedjol dimetakrilat

iva

le

le

 

 

Għandhom jintużaw biss f'poli(klorur tal-vinil) (PVC) riġidu f'livell massimu ta’ 12 % f'temperatura ambjentali jew inqas.

 

856

40563

 

(butadjen, stiren, metakrilat tal-metil, butil akrilat) kopolimeru retikolat b'divinilbenżen jew b'1,3-butanedjol dimetakrilat

iva

le

le

 

 

Għandhom jintużaw biss f'poli(klorur tal-vinil) (PVC) riġidu f'livell massimu ta’ 12 % f'temperatura ambjentali jew inqas.

 

857

66765

0037953-21-2

(metakrilat tal-metil, butil akrilat, stiren, metakrilat tal-gliċidil) kopolimeru

iva

le

le

 

 

Għandhom jintużaw biss f'poli(klorur tal-vinil) (PVC) riġidu f'livell massimu ta’ 2 % f'temperatura ambjentali jew inqas.

 

863

15260

0000646-25-3

1,10-dekanediamin

le

iva

le

0,05

 

Għandhom jintużaw bħala komonomeru għall-manifattura ta’ oġġetti tal-poliamid għall-użu ripetut f'kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel milwiema, aċidużi u dawk magħmula mill-ħalib f'temperatura ambjentali jew għal kuntatt qasir sa 150 °C.

 

873

93460

 

diossidu tat-titanju li rreaġixxa mal-oktiltrietossilan

iva

le

le

 

 

Prodott ta’ reazzjoni tad-diossidu tat-titanju sa 2 % w/w tas-sustanza oktiltrietossilan għat-trattament tal-wiċċ, ipproċessat f'termperaturi għoljin.

 

894

93360

0016545-54-3

aċidu tijodipropijoniku, ester ta’ ditetradiċil

iva

le

le

 

(14)

 

 

895

47060

0171090-93-0

3-(3,5-di-tert-butil-4-idrossifenil)aċidu propjoniku, esteri b'C13-C15 bil-fergħat u alkoħoliċi lineari

iva

le

le

0,05

 

Għandhom jintużaw biss f'poljolefini f'kuntatt mal-ikel minbarra prodotti xaħmin/prodotti b'livell għoli ta’ alkoħol u prodotti magħmula mill-ħalib.

 

896

71958

0958445-44-8

3H-perfluworo-3-[(3-metossi-propossi) aċidu propjoniku], melħ tal-ammonju

iva

le

le

 

 

Għandhom jintużaw biss fil-polimerizzazzjoni tal-fluworopolimeri meta:

pproċessati f'temperaturi ogħla minn 280 °C għal minn tal-inqas 10 minuti

pproċessati f'temperaturi ogħla minn 190 °C sa 30 % w/w għall-użu f'taħlitiet ma’ polimeri tal-poliossimetilen u maħsuba għall-oġġetti ta’ użu ripetut.

 

923

39150

0000120-40-1

N,N-bis(2-idrossietil)dodekanamid

iva

le

le

5

 

L-ammont residwali tad-dietanolamina fil-plastiks bħala impurità u prodott ta’ dekompożizzjoni tas-sustanza, ma għandux jirriżulta f'migrazzjoni ta’ dietanolamina ogħla minn 0,3 mg/kg tal-ikel.

(18)

924

94987

 

trimetilolpropan, triesteri u diesteri mħallta ma’ aċidi n-oktanojku u n-dekanojku

iva

le

le

0,05

 

Jintużaw biss għal PET f'kuntatt mat-tipi kollha ta’ ikel minbarra prodotti xaħmin, prodotti b'livell għoli ta’ alkoħol u prodotti magħmula mill-ħalib.

 

926

71955

0908020-52-0

perfluworo[(2-etilossi-etossi)aċidu aċetiku], melħ tal-ammonju

iva

le

le

 

 

Għandhom jintużaw biss fil-polimerizzazzjoni tal-fluworopolimeri li huma pproċessati f'temperaturi ogħla minn 300 °C għal minn tal-inqas 10 minuti.

 

971

25885

0002459-10-1

trimetil trimellitat

le

iva

le

 

 

Għandha tintuża biss bħala komonomeru sa 0,35 % w/w biex tipproduċi poliesteri modifikati maħsuba għall-użu f'kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel milwiema u xotti li ma fihom l-ebda materja xaħmija libera fil-wiċċ.

(17)

972

45197

0012158-74-6

idrossidu fosfat tar-ram

iva

le

le

 

 

 

 

973

22931

0019430-93-4

(perfluworobutil)etilen

le

iva

le

 

 

Għandha tintuża biss bħala komonomeru sa 0,1 % w/w fil-polimerizzazzjoni tal-fluworopolimeri, magħquda bis-sħana f'temperaturi għoljin.

 

974

74050

939402-02-5

aċidu fosforuż, 2,4-bis(1,1-dimetilpropil)fenil u 4-(1,1-dimetilpropil)triesteri tal-fenil imħalltin

iva

le

iva

5

 

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika espress bħala t-total tal-forom tal-fosfit u fosfat tas-sustanza u l-prodott ta’ idrolisi 4-t-amilfenol.

Il-migrazzjoni tal-prodott ta’ idrolisi 2,4-di-t-amilfenol ma għandux jeċċedi 0,05 mg/kg.

 

(2)

Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonni (2), (5), (6) u (10) huwa sostitwit b'dan li ġej:

Nru tas-Sustanza tal-Materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel

Nru ta’ Referenza

Nru CAS

Isem is-Sustanza

Użu bħala addittiv jew għajnuna għall-produzzjoni tal-polimeru

(iva jew le)

Użu bħala monomeru jew sustanza oħra ta’ bidu jew makromolekula miksuba minn fermentazzjoni mikrobika

(iva jew le)

Il-Fattur li Jnaqqas ix-Xaħam (FRF) applikabbli

(iva/le)

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (SML)

[mg/kg]

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (Totali) (SML(T))

[mg/kg])

(Nru tar-restrizzjoni tal-grupp

Restrizzjonijiet u speċifikazzjonijiet

Noti dwar il-verifika tal-konformità

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

438

13303

0002162-74-5

bis(2,6- diisopropilfenil) karbodiimmid

le

iva

le

0,05

 

Espressa bħala s-somma ta’ bis(2,6-diisopropilfenil)karbodiimmid u l-prodott t'idrolisi tiegħu 2,6-diisopropilanilin

 

(3)

Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonna (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

Nru tas-Sustanza tal-Materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel

Nru ta’ Referenza

Nru CAS

Isem is-Sustanza

Użu bħala addittiv jew għajnuna għall-produzzjoni tal-polimeru

(iva jew le)

Użu bħala monomeru jew sustanza oħra ta’ bidu jew makromolekula miksuba minn fermentazzjoni mikrobika

(iva jew le)

Il-Fattur li Jnaqqas ix-Xaħam (FRF) applikabbli

(iva/le)

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (SML)

[mg/kg]

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (Totali) (SML(T))

[mg/kg])

(Nru tar-restrizzjoni tal-grupp

Restrizzjonijiet u speċifikazzjonijiet

Noti dwar il-verifika tal-konformità

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

797

76807

0073018-26-5

poliesteru tal-aċidu adipiku b'1,3-butanedjol, 1,2-propanedjol u 2-etil-1-eżanol

iva

le

iva

 

(31)

(32)

 

 

(4)

Fit-Tabella 1 għas-sustanzi li ġejjin, il-kontenut tal-kolonna (8) huwa sostitwit b'dan li ġej:

Nru tas-Sustanza tal-Materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel

Nru ta’ Referenza

Nru CAS

Isem is-Sustanza

Użu bħala addittiv jew għajnuna għall-produzzjoni tal-polimeru

(iva jew le)

Użu bħala monomeru jew sustanza oħra ta’ bidu jew makromolekula miksuba minn fermentazzjoni mikrobika

(iva jew le)

Il-Fattur li Jnaqqas ix-Xaħam (FRF) applikabbli

(iva/le)

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (SML)

[mg/kg]

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (Totali) (SML(T))

[mg/kg])

(Nru tar-restrizzjoni tal-grupp

Restrizzjonijiet u speċifikazzjonijiet

Noti dwar il-verifika tal-konformità

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

239

19975

0000108-78-1

2,4,6-triammino-1,3,5-triażina

iva

iva

le

2,5

 

 

 

25420

93720

376

66905

0000872-50-4

N-metilpirrolidon

iva

le

le

60

 

 

 

(5)

Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonni (8) u (10) huwa sostitwit b'dan li ġej:

Nru tas-Sustanza tal-Materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel

Nru ta’ Referenza

Nru CAS

Isem is-Sustanza

Użu bħala addittiv jew għajnuna għall-produzzjoni tal-polimeru

(iva jew le)

Użu bħala monomeru jew sustanza oħra ta’ bidu jew makromolekula miksuba minn fermentazzjoni mikrobika

(iva jew le)

Il-Fattur li Jnaqqas ix-Xaħam (FRF) applikabbli

(iva/le)

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (SML)

[mg/kg]

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (Totali) (SML(T))

[mg/kg])

(Nru tar-restrizzjoni tal-grupp

Restrizzjonijiet u speċifikazzjonijiet

Noti dwar il-verifika tal-konformità

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

452

38885

0002725-22-6

2,4-bis(2,4-dimetilfenil)-6-(2-idrossi-4-n-oktilossifenil)-1,3,5-triażina

iva

le

le

5

 

 

 

(6)

Fit-Tabella 1 għas-sustanzi li ġejjin, il-kontenut tal-kolonna (10) huwa sostitwit b'dan li ġej:

Nru tas-Sustanza tal-Materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel

Nru ta’ Referenza

Nru CAS

Isem is-Sustanza

Użu bħala addittiv jew għajnuna għall-produzzjoni tal-polimeru

(iva jew le)

Użu bħala monomeru jew sustanza oħra ta’ bidu jew makromolekula miksuba minn fermentazzjoni mikrobika

(iva jew le)

Il-Fattur li Jnaqqas ix-Xaħam (FRF) applikabbli

(iva/le)

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (SML)

[mg/kg]

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (Totali) (SML(T))

[mg/kg])

(Nru tar-restrizzjoni tal-grupp

Restrizzjonijiet u speċifikazzjonijiet

Noti dwar il-verifika tal-konformità

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

794

18117

0000079-14-1

aċidu glikoliku

le

iva

le

 

 

Għandha tintuża biss għall-manifattura tal-aċidu poliglikoliku (PGA) għal (i) kuntatt indirett mal-ikel wara poliesteri bħalma huma l-polietilentereftalat (PET) jew l-aċidu polilattiku (PLA) u (ii) kuntatt dirett mal-ikel ta’ taħlita ta’ PGA sa 3 % w/w fil-PET jew l-PLA.

 

812

80350

0124578-12-7

poli(12-aċidu idrossisteariku)-polietilenimmina kopolimeru

iva

le

le

 

 

Għandha tintuża biss fil-plastiks sa 0,1 % w/w.

Ippreparata bir-reazzjoni ta’ poli(12-aċidu idrossisteariku) ma’ polietilenimmina.

 

(7)

Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonni (10) u (11) huwa sostitwit b'dan li ġej:

Nru tas-Sustanza tal-Materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel

Nru. ta’ Referenza

Nru. CAS

Isem is-Sustanza

Użu bħala addittiv jew għajnuna għall-produzzjoni tal-polimeru

(iva jew le)

Użu bħala monomeru jew sustanza oħra ta’ bidu jew makromolekula miksuba minn fermentazzjoni mikrobika

(iva jew le)

Il-Fattur li Jnaqqas ix-Xaħam (FRF) applikabbli

(iva/le)

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (SML)

[mg/kg]

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (Totali) (SML(T))

[mg/kg])

(Nru tar-restrizzjoni tal-grupp

Restrizzjonijiet u speċifikazzjonijiet

Noti dwar il-verifika tal-konformità

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

862

15180

0018085-02-4

3,4-diaċetossi-1-butin

le

iva

le

0,05

 

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika SML li jinkludi l-prodott tal-idrolisi 3,4-diidrossi-1-butin

Għandha tintuża biss bħala komonomeru għall-kopolimeri tal-etilvinilalkoħol (EVOH) u dawk tal-polivinilalkoħol (PVOH)

(17)

(19)

(8)

Fit-Tabella 2 għar-restrizzjoni tal-grupp li ġej, il-kontenut tal-kolonni (2) u (4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

Nru tar-restrizzjoni tal-grupp

Nru tas-sustanza tal-materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (Totali) (SML(T))

[mg/kg])

Speċifikazzjoni tar-restrizzjoni tal-grupp

(1)

(2)

(3)

(4)

14

294

5

espressa bħala s-somma tas-sustanzi u l-prodotti ta’ ossidazzjoni tagħhom

368

894

(9)

Fit-Tabella 3 n-noti li ġejjin dwar il-verifika tal-konformità huma mdaħħla f'ordni numerika:

In-numru tan-nota

Noti dwar il-verifika tal-konformità

(1)

(2)

(18)

Hemm ir-riskju li l-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (SML) jista' jinqabeż mill-polietilen ta’ densità baxxa (LDPE)

(19)

Hemm ir-riskju li l-Limitu ta’ Migrazzjoni Globali (OML) jista' jinqabeż f'kuntatt dirett ma’ ikel mill-kopolimeri tal-etilvinilalkoħol (EVOH) u dawk tal-polivinilalkoħol (PVOH)


Top