This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1196
Commission Implementing Regulation (EU) No 1196/2011 of 17 November 2011 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1196/2011 tas- 17 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1196/2011 tas- 17 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 303, 22.11.2011, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/05/2014
22.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1196/2011
tas-17 ta’ Novembru 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista', għal perjodu ta' tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Tag]rif tariffarju li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament, jista' tibqa’ jiġi invokat għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
apparat elettroniku li jista’ jinġarr, jaħdem bil-batterija u jintlibes mal-għajnejn, jintuża biex jintwerew immaġni (hekk imsejħin “nuċċalijiet tal-vidjo”) b'daqs meta magħluq ta’ madwar 15 × 3,5 × 2,5 ċm. L-apparat elettroniku li jintlibes mal-għajnejn jikkonsisti f’żewġ skrins tal-kristall likwidu (LCD), kull wieħed b’riżoluzzjoni ta’ 640 × 480 pixels, (ekwivalenti virtwali ta’ skrin ta’ 80 pulzier li wieħed jarah minn 2 metri 'l bogħod) u ċirkwiti li jipproċessaw il-ħoss, immuntati fuq frejm simili għal dak tan-nuċċali. L-apparat jista’ jitqabbad ma’ magna awtomatika li tipproċessa d-dejta (ADP) u ma’ apparat li jirriproduċi l-vidjos, riċevituri tat-televiżjoni u consoles tal-logħob. Juri immaġni tal-vidjo 3-dimensjonali (3D) virtwali għal raġunijiet ta’ divertiment. |
8528 59 40 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tal-kliem użat fil-kodiċi NM 8528 , 8528 59 u 8528 59 40 . L-użu tal-apparat li jintlibes mal-għajnejn hu li jintwera vidjo fis-sens tal-intestatura 8528 . Peress li l-apparat ma jinkorporax tjuner jew strumenti simili li jawtorizzaw ir-reċezzjoni ta’sinjali tat-televiżjoni, il-klassifikazzjoni bħala apparat tar-reċezzjoni taħt is-subintestatura 8528 71 hija eskluża. L-apparat juża 2 skrins LCD żgħar ħafna (wieħed quddiem kull għajn) biex jikkrea immaġni virtwali ekwivalenti għal skrin ta' 80 pulzier li wieħed jarah minn 2 metri 'l bogħod Minħabba dawn il-karatteristiċi u kwalitajiet, l-apparat huwa maħsub għal raġunijiet ta’ divertiment bħal biex juru films, juru t-televiżjoni jew għal-logħob. Konsegwentement, klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8528 51 hija eskluża peress li l-apparat ma jistax jiġi kkunsidrat bħala tip unikament jew prinċipalment użat f'sistema ADP tal-intestatura 8471 . B’hekk, l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 59 40 bħala moniters tal-kulur bi skrin li juża t-teknoloġija tal-preżentazzjoni kristalla likwida. |