EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0664

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2011 tal- 11 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjaġġi ta’ skart biex jinkludi ċerti taħlitiet ta’ skart fl-Anness IIIA miegħu Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 182, 12.7.2011, p. 2–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 034 P. 171 - 173

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/664/oj

12.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 664/2011

tal-11 ta’ Lulju 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjaġġi ta’ skart biex jinkludi ċerti taħlitiet ta’ skart fl-Anness IIIA miegħu

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Finlandja ressqet talba lill-Kummissjoni għal taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B3040 u B3080 ta’ Basel biex jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(2)

Ir-Renju Unit ressaq talba lill-Kummissjoni għal taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3020 ta’ Basel biex jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja fir-rigward tal-aċċettabbilità ta’ taħlit ta’ skart li jikkorrispondi għal inċiżi differenti jew subinċiżi tal-entrati B1010, B2010, B2030, B3010, B3020, B3030, B3040 u B3050 ta’ Basel biex jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. B’kunsiderazzjoni ta’ dawk il-kummenti, il-Kummissjoni għażlet lista ta’ taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt entrata waħda ta’ Basel għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat it-talbiet mill-Finlandja u mir-Renju Unit u l-kummenti tal-Istati Membri u fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni ntagħżlu lista ta’ taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt entrati individwali ta’ Basel għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(5)

Huwa importanti li jiġi ċċarat liema proċeduri huma applikabbli għall-vjaġġi ta’ taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt entrata waħda ta’ Basel. Sabiex titħalla l-esportazzjoni ta’ ftit minn dawk it-taħlitiet ta’ skart lejn pajjiżi li d-Deċiżjoni OECD C(2001) 107/Finali tal-Kunsill tal-OECD li tikkonċerna r-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92) 39/Finali dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru (id-Deċiżjoni tal-OECD) ma tapplikax, bl-użu tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, huwa meħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni għal dawk il-pajjiżi qabel ma jkunu jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni, jekk taħlitiet rilevanti ta’ skart jistgħux jiġi esportati għal dak il-pajjiż u dwar il-proċedura ta’ kontroll applikabbli, jekk hu l-każ.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 hu emendat skont it-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, f’każ ta’ esportazzjonijiet lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax, il-punt 3 tal-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, kif emendat b’dan ir-Regolament, għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.


ANNESS

L-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 hu emendat kif ġej:

(1)

il-punt 2 hu sostitwit b’li ġej:

“2.

It-taħlitiet ta’ skart li ġejjin huma inklużi f’dan l-Anness:

(a)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B1010 u B1050 ta’ Basel;

(b)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B1010 u B1070 ta’ Basel;

(c)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B3040 u B3080 ta’ Basel;

(d)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata GB040 (OECD) u taħt l-entrata B1100 ta’ Basel ristretti għal żingu mhux pur u iebes, ħmieġ tal-metalli li fih iż-żingu, tneħħija ta’ aluminju mill-wiċċ ta’ likwidu (jew tneħħija mill-wiċċ ta’ likwidu) li teskludi fdalijiet ta’ melħ minn metall imdewweb u skart ta’ kisi ta’ refrattarji, li jinkludi griġjoli, li joriġina mit-tisħin u t-tidwib tar-ram sabiex jinkiseb minnu l-metall li jkun fih;

(e)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata GB040 (OECD), taħt l-entrata B1070 u B1100 ta’ Basel ristretti għal skart ta’ kisi ta’ refrattarji, li jinkludi griġjoli, li joriġina mit-tisħin u t-tidwib tar-ram sabiex jinkiseb minnu l-metall li jkun fih.

L-entrati msemmija fil-punti (d) u (e) ma għandhomx japplikaw għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax.”

(2)

il-punt 3 li ġej hu miżjud:

“3.

It-taħlitiet ta’ skart li ġejjin, ikklassifikati taħt inċiżi separati jew subinċiżi tal-istess entrata, huma inklużi f’dan l-Anness:

(a)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B1010 ta’ Basel;

(b)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B2010 ta’ Basel;

(c)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B2030 ta’ Basel;

(d)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3010 ta’ Basel u elenkati taħt Ruttam tal-plastik tal-polimeri mhux aloġenati u l-kopolimeri;

(e)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3010 ta’ Basel u elenkati taħt Skart ittrattat tar-raża jew prodotti ta’ kondensazzjoni;

(f)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3010 ta’ Basel u elenkati taħt Perfluoro alkoxyl alkane;

(g)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3020 ta’ Basel ristretti għal karta jew kartun mhux ibbliċjati jew minn karti jew kartun immewġin, karta oħra jew kartun ieħor, magħmul(a) prinċipalment minn polpa kimika ibbliċjata fil-biċċa l-kbira mhux miżbugħ(a), karta jew kartun magħmulin prinċipalment minn polpa mekkanika (pereżempju gazzetti, ġurnali u materjal simili stampat);

(h)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3030 ta’ Basel;

(i)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3040 ta’ Basel;

(j)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3050 ta’ Basel.”


Top