EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0349
Commission Regulation (EU) No 349/2011 of 11 April 2011 implementing Regulation (EC) No 1338/2008 of the European Parliament and of the Council on Community statistics on public health and health and safety at work, as regards statistics on accidents at work Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal- 11 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011 tal- 11 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol Test b’relevanza għaż-ŻEE
OJ L 97, 12.4.2011, p. 3–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 05 Volume 007 P. 270 - 275
In force
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 349/2011
tal-11 ta’ April 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. |
(2) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, huma meħtieġa miżuri implimentattivi biex tiġi determinata d-dejta u l-metadejta li għandha tiġi provduta għall-inċidenti fuq ix-xogħol koperti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament kif ukoll biex jiġu determinati l-perjodi ta’ referenza, l-intervalli u l-limiti ta’ żmien għall-provvista tad-dejta. |
(3) |
Id-dejta kunfidenzjali mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiġi mmaniġġjata skont il-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-istatistika kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (2) u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (3). |
(4) |
Twettqet analiżi tal-ispejjeż-benefiċċji u ġiet evalwata skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“inċident fuq il-post tax-xogħol” huwa okkorrenza distinta matul ix-xogħol li twassal għal ħsara fiżika jew mentali. Il-frażi “matul ix-xogħol” tfisser waqt li persuna tkun qiegħda tagħmel attività okkupazzjonali jew matul il-ħin li l-persuna tkun qiegħda x-xogħol. Dan jinkludi l-inċidenti tat-traffiku li jsiru matul ix-xogħol iżda jeskludi l-inċidenti waqt l-ivvjaġġar, jiġifieri inċidenti fit-triq li jsiru matul il-vjaġġ bejn id-dar u l-post tax-xogħol. |
(b) |
“inċident fatali” ifisser inċident li jwassal għall-mewt ta’ vittima fi żmien sena mill-inċident. |
(c) |
“l-attività ekonomika tal-impjegatur” tkopri l-attività “ekonomika” ewlenija tal-unità lokali tal-impriża tal-vittima. |
(d) |
“l-età” tfisser l-età tal-vittima fiż-żmien tal-inċident. |
(e) |
“it-tip ta’ korriment” ifisser il-konsegwenzi fiżiċi għall-vittima. |
(f) |
“il-post ġeografiku” ifisser l-unità territorjali fejn sar l-inċident. |
(g) |
“id-daqs tal-impriża” ifisser l-għadd ta’ impjegati (ekwivalenti full-time) li qegħdin jaħdmu fl-unità lokali tal-impriża tal-vittima. |
(h) |
“in-nazzjonalità tal-vittima” tfisser il-pajjiż taċ-ċittadinanza. |
(i) |
“ġranet mitlufa” ifisser l-għadd ta’ jiem kalendarji li matulhom il-vittima ma tkunx tajba għax-xogħol bħala riżultat ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol. |
(j) |
“stazzjon tax-xogħol” ifisser in-natura tas-soltu jew inkella, dik okkażjonali tal-post/pożizzjoni okkupata mill-vittima fiż-żmien tal-inċident. |
(k) |
“l-ambjent tax-xogħol” ifisser il-post tax-xogħol, il-bini tax-xogħol jew l-ambjent ġenerali fejn ikun sar l-inċident. |
(l) |
“il-proċess tax-xogħol” ifisser it-tip ewlieni ta’ xogħol jew kompitu (attività ġenerali) li jkun qiegħed jitwettaq mill-vittima fiż-żmien tal-inċident. |
(m) |
“attività fiżika speċifika” tfisser l-attività fiżika eżatta tal-vittima fil-mument tal-inċident. |
(n) |
“aġent materjali assoċjat mal-attività fiżika speċifika” ifisser l-għodda, l-oġġett jew l-istrument li kien qiegħed jintuża mill-vittima meta sar l-inċident. |
(o) |
“devjazzjoni” tfisser l-aħħar avveniment li kien differenti min-normalità u li wassal għall-inċident. |
(p) |
“aġent materjali assoċjat mad-devjazzjoni” ifisser l-għodda, l-oġġett jew l-istrument involut fl-avveniment mhux normali. |
(q) |
“kuntatt - metodu ta’ korriment” ifisser kif weġġgħet l-vittima (trawma fiżika jew mentali) bl-aġent materjali li kkawża l-korriment. |
(r) |
“aġent materjali assoċjat mal-kuntatt – metodu ta’ korriment” ifisser l-oġġett, l-għodda jew l-istrument li għamel kuntatt miegħu l-vittima jew il-metodu psikoloġiku ta’ korriment. |
Artikolu 2
Dejta meħtieġa
1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) mikrodejta dwar il-persuni li kellhom inċidenti matul ix-xogħol matul il-perjodu ta’ referenza u l-metadejta assoċjata. Il-lista ta’ varjabbli li għandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) kif ukoll l-istatus obbligatorju jew le tal-varjabbli u l-ewwel sena ta’ trasmissjoni tad-dejta huma elenkati fl-Anness I.
2. Il-provvista tad-dejta dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol relatati ma’ dawk li jaħdmu għal rashom, il-ħaddiema tal-familja u l-istudenti għandha tkun fuq bażi volontarja.
3. Il-provvista ta’ dejta dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol li huma soġġetti għal regoli dwar il-kunfidenzjalità mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kif elenkati fl-Anness II għandha tkun fuq bażi volontarja.
4. Id-dejta għal inċidenti fuq il-post tax-xogħol li saru matul is-sena ta’ referenza għandha preferibbilment tkun ibbażata fuq reġistri u sorsi amministrattivi oħra. Meta dan ma jkunx possibbli, jista’ jintuża l-istimar u l-imputazzjoni, anke jekk tkun ibbażata fuq stħarriġ u mhux dejta għal kull każ, biex jiġu eliminati diskrepanzi fil-kopertura tad-dejta.
Artikolu 3
Perjodu ta’ referenza
Il-perjodu ta’ referenza għandu jkun is-sena kalendarja li fiha ġew notifikati l-inċidenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 4
Metadejta
1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) verifikazzjoni u aġġornament annwali tal-metadejta flimkien mad-dejta.
2. Il-metadejta għandha tiġi trasmessa skont mudell standard speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) u għandha tinkludi l-oġġetti msemmijin fl-Anness III.
Artikolu 5
Trasmissjoni ta’ dejta u metadejta lill-Kummissjoni (Eurostat)
1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-dejta u l-metadejta skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat), fi żmien 18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza.
2. Id-dejta u l-metadejta għandha tiġi trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) b’mezzi elettroniċi, bl-użu tal-punt uniku ta’ dħul fil-Kummissjoni (Eurostat).
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.
(2) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
ANNESS I
LISTA TA' VARJABBLI
L-istatisika Ewropea dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol (ESAW) Varjabbli tal-fażijiet I u II
Varjabbli |
Speċifikazzjonijiet |
L-ewwel sena għat-trasmissjoni tad-dejta |
Numru tal-Każ |
Numru tal-każ uniku biex tiġi identifikata kull reġistrazzjoni individwali u biex jiġi żgurat li kull reġistrazzjoni tirrappreżenta okkorrenza ta’ inċident separata fuq il-post tax-xogħol. Qabel in-numru tal-każ magħżul għandhom jitniżżlu l-erba' ċifri tas-sena meta ġie notifikat l-inċident lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
2013 |
Attività Ekonomika tal-Impjegatur |
Livell b'erba' ċifri tar-Rev.2 tal-NACE (1) |
2013 għas-setturi tar-Rev.2 tal-NACE A u C-N 2015 għas-setturi tar-Rev.2 tal-NACE B u O-S. |
Okkupazzjoni tal-Vittima |
Livell b'żewġ ċifri tal-ISCO-08 |
2013 |
Età tal-Vittima |
Numru b'żewġ ċifri |
2013 |
Sess tal-Vittima |
Kodiċi b'ċifra waħda |
2013 |
It-Tip ta’ Korriment |
Verżjoni bi tliet ċifri tal-klassifikazzjoni ESAW għat-“Tip ta’ korriment” skont il-metodoloġija tal-ESAW. |
2013 |
Parti mill-Ġisem Imweġġa' |
Verżjoni b'żewġ ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“parti mill-ġisem imweġġa” skont il-metodoloġija tal-ESAW. |
2013 |
Post Ġeografiku tal-Inċident |
Kodiċi b'ħames ċifri skont il-klassifikazzjoni NUTS. (2) |
2013 |
Data tal-Inċident |
Varjabbli numeriku li huwa indikat bħala sena, xahar u jum |
2013 |
Ħin tal-Inċident |
Varjabbli b'żewġ ċifri li jiddeskrivi l-intervalli ta’ ħin f'sigħat skont il-metodoloġija tal-ESAW |
fakultattiv |
Daqs tal-Impriża |
Kategoriji skont il-metodoloġija tal-ESAW |
fakultattiv |
Nazzjonalità tal-Vittima |
Kategoriji skont il-metodoloġija tal-ESAW |
fakultattiv |
Status tal-Impjieg tal-Vittima |
Kategoriji skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2013 |
Jiem mitlufa (severità) |
Kategoriji skont il-metodoloġija tal-ESAW Jintużaw kodiċijiet speċifiċi biex juru l-inkapaċità permanenti u inċident fatali. |
2013 |
Piż tal-ġbir tal-ESAW |
Għandu jintuża meta l-Istat Membru juża kampjun għall-ġbir tad-dejta dwar l-inċidenti u/jew irid jagħmel xi korrezzjonijiet minħabba n-nuqqas ta’ rappurtaġġ. Jekk ma japplikax jintuża l-valur standard ta’ 1. |
2013 |
Varjabbli tal-fażi III tal-ESAW dwar il-kawżi u ċ-ċirkustanzi
Varjabbli |
Speċifikazzjonijiet |
L-ewwel sena għat-trasmissjoni tad-dejta |
||
|
Kategoriji skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*) |
||
|
Verżjoni bi tliet ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Ambjent tax-Xogħol” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*) |
||
|
Verżjoni b'żewġ ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Proċess tax-Xogħol” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*) |
||
|
Verżjoni b'żewġ ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Attività Fizika Speċifika” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*) |
||
|
Verżjoni b'żewġ ċifri tal-klassifikazzjoni tad-“Devjazzjoni” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*) |
||
|
verżjoni b'żewġ ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Kuntatt - Metodu ta’ korriment” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*) |
||
|
Verżjoni b'erba' ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Aġent Materjali” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*) |
||
|
Verżjoni b'erba' ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Aġent Materjali” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*) |
||
|
Verżjoni b'erba' ċifri tal-klassifikazzjoni tal-“Aġent Materjali” skont il-metodoloġija tal-ESAW |
2015 (*) |
||
Piż tal-Kawżi u ċ-Ċirkustanzi |
Għandu jintuża meta l-Istat Membru japplika kampjun addizzjonali għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli tal-Fażi III tal-ESAW dwar il-kawżi u ċ-ċirkustanzi. Jekk ma japplikax jintuża l-valur standard ta’ 1. |
2015 |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tal-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitlu 14, Volum 01 p. 196).
(*) Trasmissjoni obbligatorja ta’ mill-inqas 3 mid-9 varjabbli
ANNESS II
LISTA TA' PROFESSJONIJIET LI HUMA SOĠĠETTI GĦALL-KUNFIDENZJALITÀ GĦALL-KUNSINNA FUQ BAŻI VOLONTARJA
|
Skont l-ISCO-08:
|
|
Skont ir-Rev.2 tal-NACE:
|
ANNESS III
METADEJTA
Fejn japplika u fejn ikun rilevanti għall-fehim sħiħ tad-dejta tal-ESAW, il-metadejta tiddeskrivi l-oġġetti li ġejjin:
— |
il-popolazzjoni koperta f’termini tas-setturi, u possibbilment is-sottosetturi tar-Rev.2 tal-NACE, u l-istatus tal-impjieg; |
— |
l-informazzjoni dwar professjonijiet/attivitajiet li għalihom id-dejta dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol hija soġġetta għall-kunfidenzjalità mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u ma tistax tiġi trasmessa; |
— |
ir-rati ta’ dikjarazzjoni għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol li għandhom jintużaw għall-korrezzjoni tan-nuqqas tar-rappurtaġġ; |
— |
il-kopertura tat-tipi differenti ta’ inċidenti kif spjegat fil-metodoloġija tal-ESAW; |
— |
il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni - jekk japplika – li jintuża fl-istabbiliment tal-ġbir tal-mikrodejta; |
— |
il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni - jekk japplika – li jintuża għall-kodifikazzjoni tal-varjabbli dwar il-kawżi u ċ-ċirkustanzi; |
— |
l-għadd ta’ inċidenti tat-traffiku fatali u ta’ inċidenti fatali li jkunu saru fuq kwalunkwe mezz ta’ trasport fuq vjaġġ matul ix-xogħol għall-persuni li huma impjegati barra mis-settur H tar-Rev.2 tal-NACE “Trasport”; |
— |
informazzjoni dwar kwalunkwe speċifità nazzjonali li hija essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kumpilazzjoni ta’ statistika u indikaturi komparabbli. |