Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0876

2011/876/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Diċembru 2011 li teżenta lil ċerti partijiet, fil-każ ta’ ċerti parts tar-roti, mill-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, tneħħi s-sospensjoni u tirrevoka l-eżenzjoni tal-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż fil-każ ta’ ċerti parts tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħtija lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9473)

OJ L 343, 23.12.2011, p. 86–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 131 P. 295 - 299

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/876/oj

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/86


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li teżenta lil ċerti partijiet, fil-każ ta’ ċerti parts tar-roti, mill-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, tneħħi s-sospensjoni u tirrevoka l-eżenzjoni tal-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż fil-każ ta’ ċerti parts tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħtija lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9473)

(2011/876/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (ir-“Regolament bażiku”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (2) (ir-“Regolament li jestendi”), li jestendi d-dazju definittiv tal-anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3) fuq ir-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti parts tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq tali importazzjonijiet irreġistrati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 703/96 (4),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (5) (ir-“Regolament ta’ eżenzjoni”) dwar l-awtorizzazzjoni għal eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ wħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju tal-anti-dumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ eżenzjoni, għadd ta’ persuni li jimmuntaw ir-roti ressqu talbiet skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ eżenzjoni għal eżenzjoni mid-dazju tal-anti-dumping kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti parts tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 71/97 (id-“dazju tal-anti-dumping estiż”). Il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi suċċessivi ta’ kumpaniji li jimmuntaw ir-roti (6) li fil-każ tagħhom ġie sospiż il-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż fir-rigward tal-importazzjonijiet tagħhom ta’ parts essenzjali tar-rota ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(2)

Wara l-aħħar pubblikazzjoni tal-lista ta’ partijiet li kienu qed jiġu eżaminati (7), intgħażel perjodu ta’ eżami prinċipali. Dan il-perjodu huwa bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Lulju 2011. Intalbet ukoll informazzjoni addizzjonali għas-snin 2009 u 2010. Lill-partijiet kollha li kienu eżaminati, intbagħtilhom kwestjonarju fejn intalbet informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ mmuntar imwettqa matul il-perjodu rilevanti.

(3)

Il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa wkoll bil-likwidazzjoni ta’ kumpanija minnhom li kienet eżenti mid-dazju tal-anti-dumping estiż fuq il-parts tar-roti. Barra minn hekk, kumpanija minnhom infurmat lill-Kummissjoni li kienet waqqfet l-operazzjonijiet ta’ mmuntar tagħha.

A.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI LI KIENET INGĦATATILHOM SOSPENSJONI QABEL

A.1.   Talbiet għal eżenzjoni li ġew milqugħa

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1 hawn taħt l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom. Dawn il-partijiet kienu diġà rċevew is-sospensjoni tagħhom b’effett minn dakinhar li lill-Kummissjoni waslitilha l-ewwel talba kompluta. Skont din l-informazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-talbiet li tressqu mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1 hawn taħt huma ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

Tabella 1

Isem

Indirizz

Pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

Blue Factory Team S.L.

CL Torres y Villaroel 6, Elche Parque Industrial, 03320 Alicante

Spanja

A984

CODE X Sp. z o.o.

Olszanka 109, 33-386 Podegrodzie

Il-Polonja

A966

JETLANE SAS (initially JET’LEAN SAS)

4, boulevard de Mons, 59650 Villeneuve-d’Ascq

Franza

A968

Kwasny & Diekhöner GmbH

Herforder Strasse 331, 33609 Bielefeld

il-Ġermanja

A993

Maxtec Ltd.

1 Golyamokonarsko shose Str., 4204 Tsaratsovo, Plovdiv

il-Bulgarija

A991

Metelli di Staffoni Mario & C.S.A.S.

Via Trento 68, 25030 Trenzano (BS)

l-Italja

A979

Müller GmbH

Riedlerweg 7, 8054 Graz

l-Awstrija

A978 (initially A977 )

Unicykel AB

Aröds Industrieväg 14, 422 43 Hisings Backa

l-Isvezja

A967

(5)

Matul l-eżami kien stabbilit li għall-applikanti kollha l-valur tal-parts li joriġinaw fir-RPĊ użati fl-operazzjonijiet ta’ mmuntar tagħhom kien inqas minn 60 % tal-valur totali tal-parts użati f’dawn l-operazzjonijiet. Konsegwentement, dawn jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

(6)

Għal din ir-raġuni, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-tabella 1 ta’ hawn fuq għandhom jiġu eżentati mid-dazju tal-anti-dumping estiż.

(7)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, l-eżenzjoni tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1 t’hawn fuq mid-dazju tal-anti-dumping estiż għandha tidħol fis-seħħ mid-data minn meta jaslu t-talbiet tagħhom. Barra minn hekk, id-dejn doganali tagħhom fir-rigward tad-dazju tal-anti-dumping estiż għandu jitqies null mid-data tal-wasla tat-talbiet tagħhom għal eżenzjoni.

(8)

Il-kumpanija Code X Sp. z o.o. bidlet l-indirizz tagħha matul il-proċedura tal-eżami. Il-kumpanija rċeviet is-sospensjoni tagħha fl-indirizz ul. Krolewska 16, 00-103 Warszawa, il-Polonja. Matul il-perjodu tas-sospensjoni, l-indirizz inbidel għal Olszanka 109, 33-386 Podegrodzie, il-Polonja. Din il-bidla fl-isem ma taffettwax it-talba inizjali għal sospensjoni jew id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni.

(9)

Il-kumpanija JETLANE SAS bidlet isimha matul il-proċedura tal-eżami. Il-kumpanija inizjalment kienet sospiża taħt l-isem li kellha JET’LEAN SAS. Matul il-perjodu tas-sospensjoni, il-kumpanija bidlet isimha għal JETLANE SAS. Din il-bidla fl-isem ma taffettwax it-talba inizjali għal sospensjoni jew id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni.

(10)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC A977, inizjalment mogħti lill-kumpanija Müller GmbH bi żball kien attribwit darbtejn u kellu jiġi rtirat. Fit-3 ta’ Ġunju 2010 l-kumpanija rċeviet il-kodiċi addizzjonali TARIC A978. Din il-bidla fil-kodiċi ma taffettwax it-talba inizjali għal sospensjoni jew għad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni.

A.2.   Talbiet għal eżenzjoni li ma ġewx milqugħa

(11)

Il-parti elenkata fit-Tabella 2 hawn isfel ressqet ukoll talba għal eżenzjoni mid-dazju tal-anti-dumping estiż.

Tabella 2

Isem

Indirizz

Pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

Bikeworks AC GmbH

Ernst-Abbe-Strasse 28, 52249 Eschweiler

il-Ġermanja

A980

(12)

Il-parti inkwistjoni kienet timmonta r-roti bħala sottokuntrattur u mhux f’isimha. Il-kumpanija ma kienet xtrat ebda parts tar-roti u ma setgħetx issirilha evalwazzjoni dwar jekk l-operazzjonijiet ta’ mmuntar kinux konformi mal-kundizzjonijiet spjegati biċ-ċar fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’eżenzjoni.

(13)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni jkollha tiċħad it-talba tagħha, u dan skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Konsegwentement, is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ eżenzjoni għandha titneħħa u d-dazju tal-anti-dumping estiż irid jinġabar minn dakinhar li waslet it-talba għal eżenzjoni mressqa minn din il-parti, jiġifieri minn dakinhar li daħlet fis-seħħ is-sospensjoni.

A.3   Revoki

(14)

L-eżenzjoni għandha tiġi rrevokata għall-partijiet elenkati fit-Tabella 3 hawn taħt.

Tabella 3

Isem

Indirizz

Pajjiż

Kodiċi addizzjonali TARIC

Bicicletas de Alava SL

C/Arcacha 1, 01006 Vitoria

Spanja

8963

Fundador-Sociedade Importadora de Sangalhos, Lda.

Apartado, 26, P-3781-908 Sangalhos

il-Portugall

8244

(15)

Dawn il-partijiet kienu ġew eżentati mid-dazju tal-anti-dumping estiż fuq il-parts tar-roti. Parti minnhom issa infurmat lis-servizzi tal-Kummissjoni li kienet waqqfet l-operazzjonijiet ta’ mmuntar tagħha. Wara inkjesta, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu infurmati minn Qorti fil-Portugall li l-parti l-oħra kienet ġiet likwidata. L-eżenzjoni għandha tkun irrevokata għaż-żewġ partijiet.

B.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI LI MA KINITX INGĦATATILHOM SOSPENSJONI QABEL

B.1   Talbiet għal eżenzjoni inammissibbli

(16)

Il-partijiet elenkati fit-tabella 4 ressqu wkoll talbiet għal eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż:

Tabella 4

Isem

Indirizz

Pajjiż

Apollo Electric Bikes B.V.

Leemstraat 6, 4705 RH Roosendaal

il-Pajjiżi l-Baxxi

IN CYCLES, Montagem e Comércio de Bicicletas Lda.

Zona Industrial de Oiă, Lote A e B, Apartado 175, 3770-059 Oiă

il-Portugall

Kleinebenne GmbH

Hansastrasse 22, 33818 Leopoldshöhe

il-Ġermanja

MOBIKY-TECH

675, Promenade des Ports, 50000 Saint-Lô

Franza

MOVITEC SRL

Jud. Brasov, Aeroportului Street 2, 507075 Ghimbav

ir-Rumanija

Sun Baby Jacek Gabrus

Ul. Jana Styki 12, 64-920 Pila

il-Polonja

TORPADO S.R.L.

Viale Enzo Ferrari 11, 30014 Cavarzere (VE)

l-Italja

(17)

Waħda minn dawn il-partijiet timmonta roti tal-elettriku li l-importazzjonijiet tagħhom mhumiex soġġetti għal dazju tal-anti-dumping fuq parts tar-roti, skont ir-Regolament Nru 71/97. Din il-Parti mhix eliġibbli għal eżenzjoni. Għal xi partijiet il-provvista ta’ parts għall-produzzjoni ta’ roti koperti mill-miżuri skont ir-Regolament Nru 71/97 taqa’ fil-limitu de minimis ta’ inqas minn 300 unità fuq bażi mensili kif speċifikat fl-Artikolu 14(c) tar-Regolament ta’eżenzjoni. Konsegwentement, dawk il-partijiet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4.1(a) tar-Regolament ta’ eżenzjoni u ma setgħetx tingħata eżenzjoni. Xi partijiet oħra kienu għadhom ma bdewx jipproduċu r-roti u għalhekk ma setgħet tingħatalhom ebda sospensjoni.

(18)

Il-kumpaniji kollha elenkati fit-Tabelli 1 sa 4 hawn fuq ġew mgħarrfa u ngħataw l-opportunità li jressqu l-kummenti tagħhom. L-ebda wieħed mill-kummenti li waslu ma kienu tali li jbiddlu l-konklużjonijiet spjegati biċ-ċar f’din id-Deċiżjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-partijiet elenkati hawn taħt fit-Tabella 1 huma b’dan eżentati mill-estensjoni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti parts tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mir-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju tal-anti-dumping definittiv fuq ir-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93, emendat u miżmum l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1095/2005.

L-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-każ ta’ kull parti, u dan mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Tabella 1

Lista tal-partijiet li għandhom ikunu eżentati

Isem

Indirizz

Pajjiż

Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data tad-dħul fis-seħħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

Blue Factory Team S.L.

CL Torres y Villaroel 6, Elche Parque Industrial, 03320 Alicante

Spanja

l-Artikolu 7

16.7.2010

A984

CODE X Sp. z o.o.

Olszanka 109, 33-386 Podegrodzie (initially ul. Krolewska 16, 00-103 Warszawa)

il-Polonja

l-Artikolu 7

22.1.2010

A966

JETLANE SAS (initially JET’LEAN SAS)

4, boulevard de Mons, 59650 Villeneuve-d’Ascq

Franza

l-Artikolu 7

18.2.2010

A968

Kwasny & Diekhöner GmbH

Herforder Strasse 331, 33609 Bielefeld

il-Ġermanja

l-Artikolu 7

5.7.2011

A993

Maxtec Ltd.

1 Golyamokonarsko shose Str., 4204 Tsaratsovo, Plovdiv

il-Bulgarija

l-Artikolu 7

15.10.2010

A991

Metelli di Staffoni Mario & C.S.A.S.

Via Trento 68, 25030 Trenzano (BS)

l-Italja

l-Artikolu 7

13.4.2010

A979

Müller GmbH

Riedlerweg 7, 8054 Graz

l-Awstrija

l-Artikolu 7

30.3.2010

A978 (initially A977 )

Unicykel AB

Aröds Industrieväg 14, 422 43 Hisings Backa

l-Isvezja

l-Artikolu 7

11.1.2010

A967

Artikolu 2

It-talba għal eżenzjoni mid-dazju tal-anti-dumping estiż imressqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 mill-parti elenkata hawn taħt fit-Tabella 2 hija b’dan miċħuda.

Is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż konformi mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan il-mezz imneħħija għall-parti kkonċernata mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna intitolata “Data ta’ dħul fis-seħħ”.

Tabella 2

Lista ta’ partijiet li għandha titneħħielhom is-sospensjoni

Isem

Indirizz

Pajjiż

Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data tad-dħul fis-seħħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

Bikeworks AC GmbH

Ernst-Abbe-Strasse 28, 52249 Eschweiler

il-Ġermanja

Article 5

11.6.2010

A980

Artikolu 3

L-eżenzjonijiet mill-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għall-partijiet elenkati hawn taħt fit-Tabella 3 għandhom jiġu revokati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

L-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju tal-anti-dumping estiż hija b’dan imneħħija għall-partijiet ikkonċernati mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Tabella 3

Lista ta’ partijiet li għandha titneħħielhom l-eżenzjoni

Isem

Indirizz

Pajjiż

Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97

Data tad-dħul fis-seħħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

Bicicletas de Alava SL

C/Arcacha 1, 01006 Vitoria

Spanja

l-Artikolu 7

jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni

8963

Fundador-Sociedade Importadora de Sangalhos, Lda.

Apartado, 26, P-3781-908 Sangalhos

il-Portugall

l-Artikolu 7

jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni

8244

Artikolu 4

It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju tal-anti-dumping estiż magħmula mill-partijiet elenkati fit-tabella 4 hawn taħt huma b’dan miċħuda.

Tabella 4

Lista tal-partijiet li fil-każ tagħhom it-talba għal eżenzjoni hi miċħuda

Isem

Indirizz

Pajjiż

Apollo Electric Bikes B.V.

Leemstraat 6, 4705 RH Roosendaal

il-Pajjiżi l-Baxxi

IN CYCLES, Montagem e Comércio de Bicicletas Lda.

Zona Industrial de Oiă, Lote A e B, Apartado 175, 3770-059 Oiă

il-Portugall

Kleinebenne GmbH

Hansastrasse 22, 33818 Leopoldshöhe

il-Ġermanja

MOBIKY-TECH

675, Promenade des Ports, 50000 Saint-Lô

Franza

MOVITEC SRL

Jud. Brasov, Aeroportului Street 2, 507075 Ghimbav

ir-Rumanija

Sun Baby Jacek Gabrus

Ul. Jana Styki 12, 64-920 Pila

il-Polonja

TORPADO S.R.L.

Viale Enzo Ferrari 11, 30014 Cavarzere (VE)

l-Italja

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4. Hija wkoll ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Karel DE GUCHT

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1. Ir-Regolament kif miżmum mir-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39) u emendat mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1).

(4)  ĠU L 98, 19.4.1996, p. 3.

(5)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(6)  ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16, ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99.

(7)  ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99.


Top