EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0729

2011/729/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/729/PESK tal- 10 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

OJ L 293, 11.11.2011, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 009 P. 242 - 242

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2015; Impliċitament imħassar minn 32015D1333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/729/oj

11.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/729/PESK

tal-10 ta’ Novembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit- 28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), li timplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti (UNSCR) 1970 (2011).

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/178/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK u timplimenta l-UNSCR 1973 (2011).

(3)

Fit-22 ta’ Settembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/625/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK u timplimenta l-UNSCR 2009 (2011).

(4)

Fis-27 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2016 (2011) li ddeċidiet li l-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 6 sa 12 tal-UNSCR 1973 (2011) għandhom jintemmu sal-31 ta’ Ottubru 2011.

(5)

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi emendata skont il-każ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3a tad-Deċizjoni 2011/137/PESK huwa b’dan imħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

(2)  ĠU L 78, 24.3.2011, p. 24.

(3)  ĠU L 246, 23.9.2011, p. 30.


Top