Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0300

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/300/PESK tat- 23 ta’ Mejju 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

OJ L 136, 24.5.2011, p. 85–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 005 P. 320 - 321

No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2015; Impliċitament imħassar minn 32015D1333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/300/oj

24.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/85


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/300/PESK

tat-23 ta’ Mejju 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja, persuna oħra u entità oħra għandhom jiġu inklużi fil-listi ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżla fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-persuna elenkata fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi inkluża fil-lista mniżżla fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

2.   L-entità elenkata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi inkluża fil-lista mniżżla fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.


ANNESS I

PERSUNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(1)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Kurunell Taher Juwadi

Ir-raba' responsabbli fil-linja tal-kmand tal-Gwardja Rivoluzzjonarja

Membru Ewlieni fil-regim ta' Qadhafi

23.05.2011


ANNESS II

ENTITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Afriqiyah Airways

Afriqiyah Airways

L-Ewwel Sular

Bini Waha

273, Triq Omar Almokhtar

Kaxxa Postali 83428

Tripli, Libja

indirizz elettroniku: afriqiyah@afriqiyah.aero

Sussidjarja Libjana ta'/li hija l-proprjetá tal-Libyan African Investment Portfolio, entitá li hija proprjetá u taħt il-kontroll tar-regim u indikata mir-regolament tal-UE.

23.05.2011


Top