EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0251

2011/251/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Aril 2011 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded [baned] ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2633) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 106, 27.4.2011, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 039 P. 291 - 292

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/02/2022; Impliċitament imħassar minn 32022D0173 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/251/oj

27.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/9


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Aril 2011

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded [baned] ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2633)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/251/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-mira tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2009/766/KE (2) hi li jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-banda ta’ 900 MHz, skont id-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar il-firxiet [baned] ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (3), u tal-banda 1 800 MHz għas-sistemi terestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.

(2)

L-użu effiċjenti tal-baned ta’ 900 MHz u 1 800 MHz baqa’ jinżamm taħt l-iskrutinju tal-Istati Membri bil-għan li jkopri teknoloġiji addizzjonali filwaqt li tkun żgurata kompatibbiltà teknika mas-sistema tal-GSM u s-sistema UMTS kif imfissra fid-Direttiva Nru 87/372/KEE b'mezzi xierqa.

(3)

Fil-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni tat mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (“is-CEPT”) skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE sabiex jiġu mfissra l-kundizzjonijiet tekniċi biex l-LTE u teknoloġiji oħra possibbli jitħallew joperaw fil-baned ta’ 900 MHz u 1 800 MHz.

(4)

Ir-reazzjoni tas-CEPT għall-mandat hija stipulata fir-Rapporti 40 u 41 li ħarġet is-CEPT. Dawk ir-Rapporti kkonkludew li s-sistemi LTE (Long Term Evolution) u WiMAX (Worldwide Interoperability for Microwave Access) jistgħu jiġu introdotti fil-baned ta’ 900 MHz u 1 800 MHz billi jintużaw valuri xierqa għas-separazzjoni bejn it-truf tal-baned tal-carriers rispettivi.

(5)

Fir-rigward tal-koeżistenza bejn l-UMTS, LTE u WiMAX u s-sistemi ajrunawtiċi 'l fuq minn 960 MHz, ir-Rapporti Nru 41 u 42 tas-CEPT jagħtu informazzjoni u rakkomandazzjonijiet dwar kif għandha titnaqqas l-interferenza.

(6)

Ir-riżultati li ħarġu mix-xogħol li sar skont il-mandat maħruġ lis-CEPT għandhom japplikaw fl-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jintalbu jimplimentawhom mill-iktar fis possibbli minħabba d-domanda tas-suq li qiegħda dejjem tikber għall-introduzzjoni tal-LTE u l-WiMAX f'dawn il-baned. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UMTS, LTE u WiMAX jagħtu protezzjoni xierqa lil sistemi eżistenti fil-baned li jmissu magħhom.

(7)

L-istandards armonizzati EN 301908-21 u EN 301908-22 qed jiġu ffinalizzati mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) sabiex tingħata presunzjoni tal-konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva Nru 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (4).

(8)

Għalhekk l-Anness għad-Deċiżjoni 2009/766/KE għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2009/766/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Viċi-President


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 274, 20.10.2009, p. 32.

(3)  ĠU L 196, 17.7.1987, p. 85.

(4)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.


ANNESS

“ANNESS

LISTA TA’ SISTEMI TERRESTRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 U FL-ARTIKOLU 4(2)

Il-parametri tekniċi li ġejjin għandhom jiġu applikati bħala parti essenzjali mill-kundizzjonijiet neċessarji biex jiżguraw il-koeżistenza fin-nuqqas ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn netwerks ġirien, mingħajr ma jipprekludu parametri tekniċi anqas stretti jekk ikunu miftiehma bejn l-operaturi ta’ tali netwerks.

Sistemi

Parametri tekniċi

Skadenzi tal-implimentazzjoni

UMTS konformi mal-Istandards tal-UMTS, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301908-1, EN 301908-2, EN 301908-3 u EN 301908-11

1.

Separazzjoni tal-carrier ta’ 5 MHz jew aktar bejn żewġ netwerks tal-UMTS ġirien

2.

Separazzjoni tal-carrier ta’ 2,8 MHz jew aktar bejn netwerk tal-UMTS u ieħor tal-GSM ġirien

Fid-9 ta’ Mejju 2010

LTE konformi mal-Istandards tal-LTE, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301908-1, EN 301908-13, EN 301908-14, u EN 301908-11

1.

Separazzjoni tal-frekwenza ta’ 200 kHz jew iktar bejn it-tarf tal-kanal tal-LTE u t-tarf tal-kanal tal-carrier tal-GSM bejn netwerk ġar tal-LTE u netwerk tal-GSM.

2.

M’hemm għalfejn issir l-ebda separazzjoni tal-frekwenza bejn it-tarf tal-kanal tal-LTE u t-tarf tal-kanal tal-carrier tal-UMTS bejn netwerk ġar tal-LTE u netwerk tal-UMTS.

3.

M’hemm għalfejn issir l-ebda separazzjoni tal-frekwenza bejn it-truf tal-kanal tal-LTE bejn żewġ netwerks ġirien tal-LTE.

Fil-31 ta’ Diċembru 2011

WiMAX konformi mal-Istandards tal- WiMAX, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301908-1, EN 301908-21 u EN 301908-22

1.

Separazzjoni tal-frekwenza ta’ 200 kHz jew iktar bejn truf tal-kanal tal-WiMAX u t-tarf tal-kanal tal-carrier tal-GSM bejn netwerk ġar tal-WiMAX u netwerk tal-GSM.

2.

M’hemm għalfejn issir l-ebda separazzjoni tal-frekwenza bejn it-tarf tal-kanal tal-WiMAX u t-tarf tal-kanal tal-carrier tal-UMTS bejn netwerk ġar tal-WiMAX u netwerk tal-UMTS.

3.

M’hemm għalfejn issir l-ebda separazzjoni tal-frekwenza bejn it-truf tal-kanal tal-WiMAX u żewġ netwerks ġirien tal-WiMAX.

fil-31 ta’ Diċembru 2011”


Top