EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0087

2011/87/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwim li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra

OJ L 34, 9.2.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 119 P. 162 - 162

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/87(1)/oj

Related international agreement

9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwim li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra

(2011/87/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjoni tal-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207, l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Frar 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mal-imsieħba fir-reġjun tal-Mediterran biex tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ soluzzjoni ta’ tilwim marbut ma’ dispożizzjonijiet kummerċjali.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-kumitat appuntat taħt l-Artikolu 207 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Dawn in-negozjati ġew konklużi u fid-9 ta’ Diċembru 2009 ngħata bidu Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll (minn issa ‘l quddiem “il-Protokoll”) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwim li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra (1).

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim fl-għamla ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwim li jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan min-naħa l-oħra, huwa permezz ta’ dan ta’ hawnhekk approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/persuni li għandha/għandhom is-setgħa tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll, f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3.

(2)  It-test tal-Protokoll ser jiġi ppubblika mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top