EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1241

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1241/2010 tal- 20 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

OJ L 338, 22.12.2010, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 062 P. 213 - 214

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/04/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2010/1241/oj

22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1241/2010

tal-20 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet ta’ anti-dumping u kontra s-sussidji (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni dwar l-anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u l-Ukraina (“l-ewwel investigazzjoni”), ġew imposti miżuri anti-dumping bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007 tat-23 ta’ April 2007 (2). Dak ir-Regolament daħal fis-seħħ fis-27 ta’ April 2007.

(2)

Ta’ min ifakkar li r-rata tad-dazju anti-dumping definittiv fuq it-twavel għall-mogħdija prodotti mill-produttur esportatur Ċiniż Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd. (“Since Hardware”) kienet 0 % filwaqt li varjat bejn 18,1 % u 38,1 % għal produtturi esportaturi Ċiniżi oħra. Wara reviżjoni interim sussegwenti, dawn ir-rati tad-dazju ġew miżjuda sa 42,3 % mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 270/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 (3).

2.   Bidu ta’ proċedura ġdida

(3)

Fit-2 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika ta’ bidu ppubblikata f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (“notifika tal-bidu”), il-bidu ta’ investigazzjoni dwar anti-dumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (5) (“ir-Regolament bażiku”) li tikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mill-RPĊ, limitata għal Since Hardware. Fin-Notifika tal-bidu, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ reviżjoni skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001 sabiex tippermetti kwalunkwe emenda neċessarja tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 fid-dawl tal-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO intitolat “Messiku - Miżuri anti-dumping definittivi fuq il-Laħam taċ-Ċanga u r-Ross” (AB-2005-6) (6). Dan ir-rapport jistipula fil-paragrafi 305 u 306 li produttur esportatur li ma jinstabx li qed jagħmel dumping f’investigazzjoni oriġinali għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-miżura definittiva imposta bħala riżultat tat-tali investigazzjoni u ma jistax ikun suġġett għal reviżjonijiet amministrattivi u ta’ ċirkustanzi mibdula.

3.   Esklużjoni ta’ Since Harware mill-miżura anti-dumping definittiva imposta mir-Regolament (KE) 452/2007

(4)

Il-kumpanija Since Hardware għandha tiġi eskluża mill-miżura anti-dumping definittiva imposta mir-Regolament (KE) Nru 452/2007 sabiex Since Hardware ma taqax taħt żewġ proċedimenti anti-dumping simultanjament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 452/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 1(2), fit-tabella, għandha titħassar l-entrata li tikkonċerna Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd. u għandha tiġi ssostitwita l-entrata “Il-kumpaniji l-oħra kollha” bl-entrata “Il-kumpaniji l-oħra kollha (minbarra Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou – kodiċi TARIC addizzjonali A784)”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)  ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.

(2)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 12.

(3)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 13.

(4)  ĠU C 237, 2.10.2009, p. 5.

(5)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(6)  WT/DS295/AB/R, 29 ta’ Novembru 2005.


Top