Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0851

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 851/2010 tas- 27 ta’ Settembru 2010 li jemenda għall-136 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in- network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

OJ L 253, 28.9.2010, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 006 P. 158 - 159

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/851/oj

28.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 851/2010

tas-27 ta’ Settembru 2010

li jemenda għall-136 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fid-9 ta' Settembru 2010 il-Kumitat ta' Sanzjonijiet tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda d-dejta ta' identifikazzjoni li tikkonċerna erba′ persuni fiżiċi mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru No 881/2002 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Karel KOVANDA

Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata “Youssef Ben Abdul Baki Ben Youcef Abdaoui (magħruf ukoll bħala (a) Abu Abdullah, (b) Abdellah, (c) Abdullah). Indirizz: (a) via Romagnosi 6, Varese, l-Italja, (b) Piazza Giovane Italia 2, Varese, l-Italja. Data ta' twelid: (a) 4.6.1966, (b) 4.9.1966. Post ta' twelid: Kairouan, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: G025057 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-23.6.1999, li skada fil-5.2.2004). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BDA YSF 66P04 Z352Q, (b) F'Jannar 2003 ikkundannat fl-Italja għal sentejn u 6 xhur ħabs. Fis-17 ta' Mejju 2004 il-Qort tal-Appell Taljana kkanċellat is-sentenza u ordnat proċess ġdid.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Youssef Ben Abdul Baki Ben Youcef Abdaoui (magħruf ukoll bħala (a) Abu Abdullah, (b) Abdellah, (c) Abdullah, (d) Abou Abdullah, (e) Abdullah Youssef). Indirizz: (a) via Romagnosi 6, Varese, l-Italja; (b) Piazza Giovane Italia 2, Varese, l-Italja; (c) Via Torino 8/B, Cassano Magnago (VA), l-Italja; (d) Jabal Al-Rayhan, Al-Waslatiyyah, Kairouan, it-Tuneżija. Data ta' twelid: 4.9.1966. Post ta' twelid: Kairouan, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: G025057 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-23.6.1999, li skada fil-5.2.2004). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BDA YSF 66P04 Z352Q; (b) Inamissibbli fiż-żona ta' Schengen; (c) Kien residenti fl-Italja minn Ġunju 2009; (d) Isem ommu: Fatima Abdaoui. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003”

(2)

L-entrata “Mohamed Ben Mohamed Ben Khalifa Abdelhedi. Indirizz: via Catalani 1, Varese, l-Italja. Data ta' twelid: 10.8.1965. Post ta' twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: L965734 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-6.2.1999, li skada fil-5.2.2004). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BDL MMD 65M10 Z352S, (b) Ikkundannat fit-3.12.2004 mill-Qorti tal-Prim’ Istanza ta’ Milan għal 4 snin u 8 xhur ħabs. Fid-29.9.2005, il-Qorti tal-Appell ta' Milan naqset it-terminu tiegħu għal 3 snin u 4 xhur. Id-deċiżjoni kienet ikkonfermata mill-Qorti ta’ Kassazzjoni fl-10.11.2006. Hu kien il-ħabs jew taħt miżuri alternattivi mill-24.6.2003 sas-6.5.2005. Hu huwa soġġett għal digriet ta' espulsjoni mit-territorju Taljan.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Mohamed Ben Mohamed Ben Khalifa Abdelhedi (magħruf ukoll bħala Mohamed Ben Mohamed Abdelhedi). Indirizz: (a) Via Galileo Ferraries 64, Varese, l-Italja; (b) 261 Kramdah Road (km 2), Sfax, it-Tuneżija. Data ta' twelid: 10.8.1965. Post ta' twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: L965734 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-6.2.1999, li skada fil-5.2.2004). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BDL MMD 65M10 Z352S, (b) Isem ommu: Shadhliah Ben Amir; (c) Kien residenti fl-Italja minn Awwissu 2009; Data tan-nomina imsemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.6.2004.”

(3)

L-entrata “Chabaane Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Trabelsi. Indirizz: via Cuasso 2, Porto Ceresio (Varese), l-Italja. Data ta' twelid: 1.5.1966. Post ta' twelid: Rainneen, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: L945660 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-4.12.1998, li skada fit-3.12.2001). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: TRB CBN 66E01Z352O, (b) meħlus fit-3.12.2004 mill-Qorti ta’ Prim' Istanza ta' Milan. Il-Proċess ta' appell kien pendenti fil-Qorti tal-Appell ta' Milan minn Settembru 2007.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Chabaane Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Trabelsi (magħruf ukoll bħala Chabaane Ben Mohamed Trabelsi). Indirizz: Via Salvo D’Acquisto 2, Varese, l-Italja. Data ta' twelid: 1.5.1966. Post ta' twelid: Menzel Temime, Nabeul, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: L945660 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-4.12.1998, li skada fit-3.12.2001). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: TRB CBN 66E01 Z352O, (b) Kien residenti fl-Italja minn Diċembru 2009. Data tan-nomina imsemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.6.2004.”

(4)

L-entrata “Kamal Ben Mohamed Ben Ahmed Darraji (magħruf ukoll bħala Kamel Darraji). Indirizz: via Belotti 16, Busto Arsizio (Varese), l-Italja. Data ta' twelid: 22.7.1967. Post ta' twelid: Menzel Bouzelfa, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: L029899 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-14.8.1995, li skada fit-13.8.2000). Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) DDR KML 67L22 Z352Q (Kodiċi fiskali Taljan), (b) DRR KLB 67L22 Z352S (Kodiċi fiskali Taljan). Tagħrif ieħor: (a) Hu kien il-ħabs jew taħt miżuri alternattivi ta' kustodja mill-24.6.2003 sas-17.11.2006; (b) Hu huwa soġġett għal digriet ta' espulsjoni mit-territorju Taljan. Data tan-nomina imsemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.6.2004.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Kamal Ben Mohamed Ben Ahmed Darraji (magħruf ukoll bħala Kamel Darraji). Indirizz: Via Varzi 14/A - Busto Arsizio, Varese, l-Italja. Data ta' twelid: 22.7.1967. Post ta' twelid: Menzel Bouzelfa, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: L029899 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-14.8.1995, li skada fit-13.8.2000). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: (i) DDR KML 67L22 Z352Q, (ii) DRR KLB 67L22 Z352S, (b) Kien residenti fl-Italja minn Diċembru 2009. Data tan-nomina imsemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.6.2004.”


Top