This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0176
Commission Regulation (EU) No 176/2010 of 2 March 2010 amending Annex D to Council Directive 92/65/EEC as regards semen collection and storage centres, embryo collection and production teams, and conditions for donor animals of the equine, ovine and caprine species and for handling semen, ova and embryos of those species (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 tat- 2 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen, gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni tal-embrijuni, u l-kundizzjonijiet għal annimali donaturi tal-ispeċi ekwini, ovini u kaprini u għall-ġestjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ dawk l-ispeċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 tat- 2 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen, gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni tal-embrijuni, u l-kundizzjonijiet għal annimali donaturi tal-ispeċi ekwini, ovini u kaprini u għall-ġestjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ dawk l-ispeċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 52, 3.3.2010, pp. 14–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429
|
3.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 176/2010
tat-2 ta’ Marzu 2010
li jemenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen, gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni tal-embrijuni, u l-kundizzjonijiet għal annimali donaturi tal-ispeċi ekwini, ovini u kaprini u għall-ġestjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ dawk l-ispeċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) ta’ Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux irregolati mir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-atti speċifiċi tal-Unjoni Ewropea msemmija f’dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-approvazzjoni u s-superviżjoni ta’ ċentri għall-ġbir ta’ semen tal-annimali tal-ispeċi ekwini, ovini u kaprini (ċentri tal-ġbir tas-semen). |
|
(3) |
Ċerti ċentri tal-ġbir tas-semen iwettqu biss operazzjonijiet ta’ ħażna tas-semen miġbura minn dawn l-ispeċi. Għaldaqstant, hu xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet separati għall-approvazzjoni u s-superviżjoni uffiċjali ta’ dawn iċ-ċentri. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (2) fiha definizzjoni ta’ ċentri għall-ħażna tas-semen. Fl-interess tal-konsistenza tal-liġi tal-Unjoni, iċ-ċentri għall-ħażna tas-semen tal-annimali kkonċernati b’dan ir-Regolament għandhom jissejħu “ċentri tal-ħażna tas-semen” skont din id-definizzjoni. |
|
(5) |
Barra minn hekk, id-Direttiva 88/407/KEE tistabbilixxi kundizzjonijiet għall-approvazzjoni u s-superviżjoni ta’ ċentri tal-ħażna tas-semen għall-ispeċi bovini. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jintużaw bħala linja gwida għall-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni u s-superviżjoni ta’ ċentri tal-ħażna tas-semen għall-ispeċi ekwini, ovini u kaprini previsti f’dan ir-Regolament. Il-Kapitolu I, Taqsimiet I u II tal-Anness D mad-Direttiva 92/65/KEE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Id-Direttiva 92/65/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2008/73/KE (3), tipprovdi li l-ova u l-embrijuni tal-ispeċi ovini, kaprini, ekwini u porċini għandhom jitneħħew minn grupp tal-ġbir jew jiġu prodotti minn grupp tal-produzzjoni approvati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. |
|
(7) |
Għaldaqstant hu meħtieġ li jiġi stabbilit fl-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ dawk il-gruppi. Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), it-Tmintax–il Edizzjoni, 2009 (“il-Kodiċi Terrestri”) fih it-teknoloġija attwali u l-istandards internazzjonali dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-embrijuni. Il-Kapitoli 4.7, 4.8 u 4.9 ta’ dak il-Kodiċi fihom rakkomandazzjonijiet dwar il-ġbir u l-ipproċessar ta’ embrijuni derivati in vivo, il-ġbir u l-ipproċessar ta’ embrijuni prodotti in vitro u l-ġbir u l-ipproċessar ta’ embrijuni mikromanipulati. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu għall-iskop tal-Kapitolu III tal-Anness D mad-Direttiva 92/65/KEE. Dawk it-Taqsimiet għandhom għaldaqstant jiġu emendati skont dan. |
|
(8) |
Is-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferiment tal-Embrijuni (IETS) hija organizzazzjoni internazzjonali u forum professjonali li inter alia tippromwovi x-xjenza tal-produzzjoni tal-embrijuni u tikkoordina l-istandardizzazzjoni tal-ġestjoni tal-embrijuni u l-proċeduri tar-rekords internazzjonalment. L-IETS ħadmet għal diversi snin biex tifformula protokolli prattiċi u fuq bażi xjentifika sabiex tevita r-riskji ta’ trażmissjoni tal-mard permezz tat-trasferiment tal-embrijuni minn donaturi għal reċipjenti. Dawn il-protokolli huma bbażati l-iżjed fuq il-metodi sanitarji tal-ġestjoni tal-embrijuni stabbiliti fit-tielet Edizzjoni tal-Manwal IETS u huma barra minn hekk riflessi fil-Kodiċi Terrestri. Il-metodi tal-ġestjoni tal-embrijuni rakkomandati mill-IETS jistgħu għal ċertu mard jissostitwixxu l-miżuri preventivi tradizzjonali, bħall-ittestjar dijanjostiku tad-donaturi filwaqt li għal miżuri oħra l-metodi rakkomandati għandhom jintużaw biss sabiex isaħħu u jikkumplimentaw dawn il-miżuri tradizzjonali. |
|
(9) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tipprovdi wkoll li s-semen tal-annimali donaturi tal-ispeċi ekwini, ovini u kaprini għandhom ikunu ġew miġbura mill-annimali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness D ma’ dik id-Direttiva. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu riveduti fir-rigward ta’ żwiemel tar-razza, mtaten u bdabad donaturi filwaqt li jiġu kkunsidrati l-istandards internazzjonali stabbiliti fil-Kapitolu 4.5 tal-Kodiċi Terrestri. Il-Kapitolu II, Taqsimiet A u B tal-Anness D għandu jiġu emendat skont dan. |
|
(10) |
Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-annimali donaturi tal-ispeċi ovini u kaprini, għandhom jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2006 tal-31 ta’ Marzu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tal-iscrapie u garanziji addizzjonali u li jidderoga minn ċerti kondizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2003/100/KE u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2003 (5), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall- bluetongue (6). |
|
(11) |
Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-użu ta’ antibijotiċi fis-semen jew fil-mezzi użati fil-ġbir, l-iffriżar u l-ħażna tal-embrijuni, għandhom jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-Kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (7). |
|
(12) |
Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward ta’ donaturi tas-sess femminili tal-ispeċi porċini, għandhom jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (8). |
|
(13) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tipprovdi li s-semen, l-ova u l-embrijuni li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet biss li huma stabbiliti f’dik id-Direttiva, jistgħu jkunu s-soġġett tal-kummerċ. B’mod partikolari, din tipprovdi li sabiex iż-żwiemel tar-razza jintużaw għall-ġbir tas-semen għandhom jiġu soġġetti għal ċerti testijiet, inklużi testijiet għal anemija infettiva taż-żwiemel u metrotis kontaġġjuża taż-żwiemel. B’mod simili, id-Direttiva 92/65/KEE tipprovdi li sabiex id-donaturi ta’ sess femminili jintużaw għall-ġbir ta’ ova u embrijuni, għandhom jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, fil-preżent m’hemm l-ebda rekwiżit sabiex id-donaturi ta’ sess femminili jiġu soġġetti għal ittestjar għal anemija infettiva taż-żwiemel u metrotis kontaġġjuża taż-żwiemel. Peress li m’hemmx prova xjentifika li tissuġġerixxi li t-trattament tal-embrijuni jista’ jelimina r-riskji li joħorġu mit-trasferiment ta’ embrijun miġbur minn donatur ta’ sess femminili infettat, il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ fl-ova u l-embrijuni tal-ispeċi ekwini għandhom jiġu estiżi biex jinkludu testijiet għal anemija infettiva taż-żwiemel u metrotis kontaġġjuża taż-żwiemel. Għaldaqstant, il-Kapitolu I, Taqsima C tal-Anness D għandu jiġu emendat skont dan. |
|
(14) |
Għaldaqstant, l-Anness D mad-Direttiva 92/65/KEE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
L-Anness D mad-Direttiva 92/65/KEE qed jiġi emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.
(3) ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.
(4) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(6) ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.
ANNESS
L-Anness D mad-Direttiva 92/65/KEE qed jiġi mibdul b’dan li ġej:
“ANNESS D
KAPITOLU I
Kundizzjonijiet applikabbli għaċ-ċentri tal-ġbir tas-semen, ċentri tal-ħażna tas-semen, gruppi tal-ġbir tal-embrijuni u gruppi għall-produzzjoni tal-embrijuni
I. Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-ġbir tas-semen u ċentri tal-ħażna
1. Sabiex jingħata l-approvazzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni veterinarju msemmi fl-Artikolu 11(4), kull ċentru tal-ġbir tas-semen għandu:
|
1.1. |
jitqiegħed taħt is-superviżjoni permanenti ta’ veterinarju taċ-ċentru awtorizzat mill-awtorità kompetenti; |
|
1.2. |
ikollu mill-inqas:
|
|
1.3. |
ikun mibni jew iżolat b’mod li jiġi evitat il-kuntatt mal-bhejjem ta’ barra; |
|
1.4. |
ikun mibni b’mod li ċ-ċentru tal-ġbir tas-semen kollu minbarra l-uffiċċji u, fil-każ tal-equidae ż-żona tal-eżerċizzju, ikunu jistgħu faċilment jitnaddfu u jiġu diżinfettati. |
2. Sabiex jiġi approvat kull ċentru tal-ħażna tas-semen għandu:
|
(a) |
fil-każ li l-ħażna mhix limitata għal semen ta’ speċi waħda miġbura f’ċentri tal-ġbir tas-semen approvati skont din id-Direttiva, jew embrijuni maħżuna fiċ-ċentru skont din id-Direttiva, jingħataw numri tar-reġistrazzjoni veterinarji kif imsemmi fl-Artikolu 11(4) għal kull waħda mill-ispeċi li s-semen tagħha hu maħżun fiċ-ċentru; |
|
(b) |
jitqiegħed taħt is-superviżjoni permanenti ta’ veterinarju taċ-ċentru awtorizzat mill-awtorità kompetenti; |
|
(c) |
ikollu kamra bil-ħażna tas-semen mgħammra bl-installazzjoni meħtieġa għall-ħażna tas-semen u/jew l-embrijuni, li tkun mibnija b’tali mod li tipproteġi dawk il-prodotti u l-installazzjoni minn maltemp u effetti ambjentali negattivi; |
|
(d) |
ikun mibni b’mod li jiġi evitat il-kuntatt mal-bhejjem ta’ barra jew annimali oħra; |
|
(e) |
ikun mibni b’mod li ċ-ċentru kollu minbarra l-uffiċċji u, fil-każ ta’ equidae iż-żona tal-eżerċizzju, ikunu jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati faċilment; |
|
(f) |
ikun mibni b’mod li l-aċċess mhux awtorizzat tan-nies jiġi evitat b’mod effettiv. |
II. kundizzjonijiet għas-superviżjoni tal-ġbir tas-semen u ċ-ċentri tal-ħażna
1. Iċ-ċentri tal-ġbir tas-semen għandhom:
|
1.1. |
jiġu sorveljati biex jiżguraw li
|
|
1.2. |
jiġu sorveljati biex jiġi żgurat li:
|
|
1.3. |
jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali matul l-istaġun tat-tgħammir mill-inqas darba kull sena kalendari fil-każ ta’ annimali b’tgħammir staġjonali u darbtejn kull sena kalendari fil-każ ta’ riproduzzjoni mhux staġjonali sabiex jiġi kkunsidrat u vverifikat, fejn meħtieġ fuq il-bażi ta’ rekords, il-proċeduri operattivi standard u l-verifiki interni, il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni, superviżjoni u sorveljanza. |
2. Iċ-ċentri tal-ħażna tas-semen għandhom:
|
2.1. |
ikunu sorveljati biex jiżguraw li:
|
|
2.2. |
ikunu sorveljati li:
|
|
2.3. |
permezz ta’ deroga mill-punt 2.2 (a), il-ħażna tal-embrijuni fiċ-ċentru approvat tal-ħażna tas-semen tkun awtorizzata sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u jinħażnu f’kontenituri tal-ħażna separati; |
|
2.4. |
jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali mill-inqas darbtejn kull sena kalendarji sabiex jiġu kkunsidrati u vverifikati, fejn hu meħtieġ fuq bażi ta’ rekords, il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni, superviżjoni u monitoraġġ. |
III. Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni u s-superviżjoni ta’ gruppi tal-ġbir tal-embrijuni u gruppi tal-produzzjoni tal-embrijuni
1. Sabiex jingħata l-approvazzjoni kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
1.1. |
Il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ embrijuni għandhom jitwettqu minn veterinarju tal-grupp jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn wieħed jew iżjed mill-persuni tekniċi li huma kompetenti u mħarrġa mill-veterinarju tal-grupp fil-metodi u t-tekniki tal-iġjene u f’tekniki u prinċipji tal-kontroll tal-mard. |
|
1.2. |
Il-veterinarju tal-grupp għandu jkun responsabbli għall-operazzjonijiet kollha tal-grupp, inklużi fost affarijiet oħra:
|
|
1.3. |
Il-grupp għandu jitqiegħed taħt is-superviżjoni ġenerali tal-veterinarju uffiċjali, li għandu jispezzjonaha mill-inqas darba kull sena kalendarja biex jiżgura, fejn hu meħtieġ fuq bażi ta’ rekords, proċeduri operattivi standard u verifiki interni, konformità mal-kundizzjonijiet sanitarji dwar il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ embrijuni u biex jivverifika l-kwisjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni u s-superviżjoni. |
|
1.4. |
Il-grupp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu laboratorju li jkun jinsab f’post fiss jew laboratorju mobbli fejn l-embrijuni jkunu jistgħu jiġu eżaminati, proċessati u ppakkjati, li jikkonsistu mill-inqas f’wiċċ fejn isir ix-xogħol, mikroskopju ottiku jew tal-isterjo u tagħmir krijoġeniku fejn inhu meħtieġ. |
|
1.5. |
Fil-każ ta’ laboratorju li jinsab f’post fiss, dan għandu jkollu:
|
|
1.6. |
Fil-każ ta’ laboratorju mobbli, dan għandu:
|
|
1.7. |
Id-disinn u l-istruttura tal-bini u l-laboratorji għandhom jiġu ddisinjati u l-operazzjonijiet tal-grupp għandhom jitwettqu b’mod li jiżguraw l-evitar tal-krosskontaminazzjoni tal-embrijuni. |
|
1.8. |
Il-grupp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu post tal-ħażna li għandu:
|
|
1.9. |
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-ħażna ta’ semen f’postijiet tal-ħażna msemmija fil-punt 1.8 sakemm is-semen:
|
2. Sabiex jingħata l-approvazzjoni, kull grupp tal-produzzjoni tal-embrijuni għandu jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
|
2.1. |
Il-membri tal-grupp ikunu rċevew taħriġ xieraq dwar kontroll tal-mard u tekniċi tal-laboratorji, b’mod partikolari fi proċeduri għall-ħidma f’kundizzjonijiet sterili. |
|
2.2. |
Il-grupp għandu jkun għad-dispożizzjoni tiegħu laboratorju li jkun jinsab f’post permanenti li għandu:
|
|
2.3. |
Meta l-ova u tessuti oħra għandhom jiġu miġbura f’biċċerija, għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu tagħmir xieraq għall-ġbir u t-trasport tal-ovarji u tessuti oħra lejn il-laboratorju tal-ipproċessar b’mod iġjeniku u sigur. |
KAPITOLU II
Kundizzjonijiet applikabbli għal annimali donaturi
I. Kundizzjonijiet applikabbli għal żwiemel tar-razza donaturi
1. Sabiex jintuża għall-ġbir tas-semen, iż-żiemel tar-razza donatur għandu, b’mod li jissodisfa l-veterinarju taċ-ċentru, jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
1.1. |
m’għandu juri l-ebda sinjal kliniku ta’ marda infettuża jew kontaġġjuża fiż-żmien tad-dħul u fil-jum li jinġabar is-semen; |
|
1.2. |
għandu jiġi mit-territorju jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni, mill-parti tat-territorju ta’ Stat Membru jew pajjiż terz u minn stabbiliment taħt superviżjoni veterinarju li t-tnejn jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 90/426/KEE; |
|
1.3. |
għandu jinżamm għal 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen f’oqsma fejn l-ebda annimal tal-ispeċi ekwina ma jkun wera l-ebda sinjal ta’ artrite virali ekwina jew metrotis kontaġġjuża taż-żwiemel matul dan il-perjodu; |
|
1.4. |
m’għandux jintuża għal tgħammir naturali matul it-30 jum qabel l-ewwel ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir; |
|
1.5. |
għandu jkun soġġett għat-testijiet li ġejjin, imwettqa u ċċertifikati f’laboratorju rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, skont il-programm provdut fil-punt 1.6:
|
|
1.6. |
għandu jkun soġġett għal wieħed mill-programmi tal-ittestjar li ġejjin:
|
|
1.7. |
Jekk kwalunkwe mit-testijiet provduti fil-punt 1.5 ikunu pożittivi, iż-żiemel tar-razza donatur għandu jkun iżolat, u s-semen miġbur minnu mid-data tal-aħħar test negattiv m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ bl-eċċezzjoni, għal artrite virali ekwina, ta’ semen minn kull eġakulazzjoni li tkun għaddiet minn test tal-iżolament tal-vajrus tal-artrite ekwina b’riżultat negattiv. Is-semen miġbur miż-żwiemel tar-razza l-oħra kollha fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen mid-data meta nġabar l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet provduti fil-punt 1.5 għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikun ġie ristawrat u s-semen maħżun ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali adattati li jeskludu l-preżenza tal-patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 1.5. |
|
1.8. |
Is-semen miġbur minn żwiemel tar-razza f’ċentru tal-ġbir soġġett għal ordni ta’ projbizzjoni skont l-Artikolu 4 jew 5 tad-Direttiva 90/426/KEE għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikun ġie restawrat mill-veterinarju uffiċjali skont id-Direttiva 90/426/KEE u s-semen maħżun ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imniżżel fl-Anness A mad-Direttiva 90/426/KEE. |
II. Kundizzjonijiet applikabbli għal annimali ovini u kaprini maskili donaturi
1. Għall-annimali ovini u kaprini kollha mdaħħla f’ċentru tal-ġbir tas-semen, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
1.1. |
Ikunu nżammu kwarantina għal perjodu ta’ mill-inqas 28 jum f’akkomodazzjoni approvata speċifikament mill-awtorità kompetenti, u fejn ikun hemm preżenti biss annimali li għandhom mill-inqas l-istess stat ta’ saħħa (‘akkomodazzjoni ta’ kwarantina’). |
|
1.2. |
Qabel jinżammu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina, kienu fi stabbiliment tal-ovini jew kaprini uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/68/KEE u m’għandhomx ikunu ġew miżmuma qabel fi stabbiliment ta’ stat ta’ saħħa inferjuri fir-rigward tal-bruċellożi. |
|
1.3. |
Jiġu minn qasam meta waqt is-60 jum qabel iż-żamma tagħhom fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina jkunu għaddew minn test seroloġiku għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis) imwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE jew kwalunke test ieħor b’sensittività u speċifiċità ekwivalenti dokumentati. |
|
1.4. |
Ikunu għaddew mit-testijiet li ġejjin imwettqa fuq kampjun tad-demm miġbur fit-28 jum ta’ qabel il-bidu tal-perjodu tal-kwarantina speċifikat fil-punt 1.1, b’riżultati negattivi f’kull każ, minbarra għat-test għall-marda Border imsemmija fil-punt (c)(ii):
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li t-testijiet imsemmija f’dan il-punt jitwettqu fuq kampjuni miġbura fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina. Jekk tingħata din l-awtorizzazzjoni, il-perjodu ta’ kwarantina msemmi fil-punt 1.1 m’għandux jibda d-data tat-teħid tal-kampjuni. Madankollu, jekk kwalunkwe wieħed mit-testijiet imsemmija f’dan il-punt ikun pożittiv, l-annimal ikkonċernat għandu minnufih jitneħħa mill-akkomodazzjoni tal-kwarantina. F’każ tal-iżolament tal-grupp, il-perjodu ta’ kwarantina msemmi fil-punt 1.1 m’għandux jibda għall-annimali li jkun għad fadal sakemm jitneħħa l-annimal li jkun ġie ttestjat pożittiv. |
|
1.5. |
Ikunu għaddew mit-testijiet li ġejjin imwettqa fuq kampjuni meħuda matul il-perjodu ta’ kwarantina speċifikat fil-punt 1.1, u mill-inqas 21 jum wara li jkunu ddaħħlu fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina, b’riżultati negattivi:
|
|
1.6. |
Ikunu għaddew mit-testijiet għal mard Border imsemmija fil-punt 1.4(c)(i) u (ii) imwettaq fuq il-kampjuni tad-demm meħuda matul il-perjodu tal-kwarantina speċifikat fil-punt 1.1, u mill-inqas 21 jum wara li jkunu ddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina. Kull annimal (seronegattiv jew seropożittiv) għandu jitħalla biss jidħol fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jekk ma sseħħ l-ebda sero-konverżjoni f’annimali li jkunu ttestjaw seronegattivi qabel il-jum tad-dħul fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina. Jekk isseħħ is-sero-konverżjoni, l-annimali kollha li jibqgħu seronegattivi għandhom jinżammu fi kwarantina fuq perjodu ta’ żmien imtawwal, sakemm ma jkunx hemm iżjed serokonverżjoni fil-grupp għal perjodu ta’ tliet ġimgħat mill-jum li fih tkun seħħet is-serokonverżjoni. Annimali seroloġikament pożittivi għandhom jitħallew jidħlu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen soġġetti għal riżultat negattiv f’test imsemmi fil-punt 1.4(c)(i). |
2. L-annimali għandhom jiddaħħlu biss fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen bil-permess espliċitu tal-veterinarju taċ-ċentru. Il-movimenti kollha ġewwa u barra ċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għandhom jiġu rrekordjati.
3. L-ebda annimal imdaħħal fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ma għandu juri xi sinjal kliniku ta’ mard fid-data tad-dħul.
L-annimali kollha, bla ħsara għall-punt 4, għandhom ikunu ġew minn akkomodazzjoni ta’ kwarantina, li fid-data li fiha l-annimali jintbagħtu lejn iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen tkun tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikun jinsab f’żona li fiha ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-aħħar 30 jum f’radju ta’ 10 kilometri; |
|
(b) |
ikun għall-aħħar tliet xhur ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-bruċellożi; |
|
(c) |
ikun għall-aħħar 30 jum ħieles minn mard notifikabbli b’mod obbligatorju kif definit fl-Artikolu 2(b)(6) tad-Direttiva 91/68/KEE. |
4. Sakemm, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ikunu ġew osservati u jkunu twettqu t-testijiet ta’ rutina msemmija fil-punt 5 matul it-12-il xahar qabel iċ-ċaqliq tal-annimali, l-annimali jistgħu jiġu mċaqalqa minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen għal ieħor ta’ stat ta’ saħħa ekwivalenti, mingħajr iżolament jew ittestjar jekk it-trasferiment ikun dirett. L-annimal in kwistjoni m’għandux jiġi f’kuntatt dirett jew indirett ma’ annimali bid-difer mifruq ta’ stat ta’ saħħa inferjuri u l-mezz tat-trasport użat għandu jiġi diżinfettat qabel l-użu. Jekk l-annimali jiġi mċaqlaq minn ċentru tal-ġbir tas-semen għal ċentru tal-ġbir tas-semen fi Stat Membru ieħor, dak iċ-ċaqliq għandu jitwettaq skont id-Direttiva 91/68/KEE.
5. L-annimali ovini u kaprini kollha miżmuma f’ċentru approvat tal-ġbir tas-semen għandhom jiġu soġġetti mill-inqas darba kull sena kalendarja għat-testijiet li ġejjin, b’riżultati negattivi:
|
(a) |
għal bruċellożi (B. melitensis), test seroloġiku mwettaq skont l-Anness C mad-Direttiva 91/68/KEE; |
|
(b) |
għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis) test seroloġiku mwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE, jew kwalunkwe test ieħor b’sensittività u speċifitià ekwivalenti dokumentata; |
|
(c) |
għal marda ta’ Border, it-test tal-antikorpi msemmi fil-punt 1.4(c)(ii) li hu applikat biss għal annimali seronegattivi. |
6. It-testijiet kollha msemmija f’din it-Taqsima għandhom jitwettqu minn laboratorju approvat.
7. Jekk kwalunkwe mit-testijiet deskritti fil-punt 5 ikun pożittiv, l-annimal għandu jkun iżolat u s-semen miġbur minnu mid-data tal-aħħar test negattiv m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ.
L-annimal imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jitneħħa miċ-ċentru, minbarra fil-każ tal-marda Border, f’liema każ l-annimal għandu jkun soġġett għal riżultat negattiv għal test imsemmi fil-punt 1.4(c)(i).
Is-semen miġbur mill-annimali l-oħra kollha fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen mid-data ta’ meta jkun inġabar l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet deskritti fil-punt 5 għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ma jkunx għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali adattati li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 5.
8. Is-semen għandu jinkiseb minn annimali li:
|
(a) |
ma juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard fid-data ta’ meta jkun inġabar is-semen; |
|
(b) |
matul it-12-il xahar qabel id-data tal-ġbir tas-semen:
|
|
(c) |
ikunu nżammu f’ċentru approvat għall-ġbir tas-semen għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, fil-każ tal-ġbir ta’ semen frisk; |
|
(d) |
jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 91/68/KEE; |
|
(e) |
jekk jinżammu f’oqsma imsemmija fl-ewwel intestatura tal-Artikolu 11(2), ikunu għaddew b’riżultati negattivi matul l-ewwel 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen minn:
|
|
(f) |
ma jkunux intużaw għal tgħammir naturali mill-inqas matul 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġabra tas-semen u bejn id-data tal-ewwel kampjun imsemmi fil-punti 1.5 u 1.6 jew fil-punt (e) u sa tmiem il-perjodu tal-ġbir. |
9. Is-semen miġbur minn annimali maskili ovini u kaprini donaturi f’ċentru tal-ġbir tas-semen jew stabbiliment imsemmi fl-ewwel intestatura tal-Artikolu 11(2) soġġett għal projbizzjoni fuq ir-raġunijiet tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/68/KEE għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għal kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jew l-istabbiliment ma jkunx ġie restawrat mill-veterinarju uffiċjali skont id-Direttiva 91/68/KEE u s-semen maħżun ma jkunx għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa sabiex jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoeġni li jikkawżaw il-mard imniżżel fl-Anness B(I) mad-Direttiva 91/68/KEE.
KAPITOLU III
Rekwiżiti applikabbli għal semen, ova u embrijuni
I. Kundizzjonijiet għall-ġbir, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u t-trasport ta’ semen
|
1.1. |
Fejn, bla ħsara għad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-antibijotiċi jew taħlita ta’ antibijotiċi jiġu miżjuda ma’ attività batterċidjali li tkun mill-inqas ekwivalenti għal dik ta’ taħlitiet li ġejjin f’kull ml tas-semen: ġentamiċina (250 μg), tilosina (50 μg), linkomiċin-spektinomiċina (150/300 μg); peniċillina (500 IU), streptomiċina (500 μg), linkomiċin-spektinomiċina (150/300 μg); jew amikaċina (75 μg), divekaċina (25 μg), l-ismijiet tal-antibijotiċi miżjuda u l-konċentrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ddikjarati fiċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fir-raba’ indentatura tal-Artikolu 11(2). |
|
1.2. |
L-istrumenti kollha użati għall-ġbir, l-ipproċessar, il-preservazzjoni jew l-iffriżar ta’ semen għandhom jew jiġu diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, minbarra għal strumenti li jintużaw darba. |
|
1.3. |
Is-semen iffriżat għandu:
|
|
1.4. |
Is-semen li għandu jkun soġġett għall-kummerċ għandu:
|
II. Kundizzjonijiet għal ova u embrijuni
1. Il-ġbir u l-ipproċessar ta’ embrijuni derivati in vivo
L-embrijuni derivati in vivo għandhom jiġu konċeputi b’riżultat ta’ inseminazzjoni artifiċjali bis-semen li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u għandhom jinġabru, jiġu proċessati u preżervati skont dan li ġej:
|
1.1. |
L-embrijuni għandhom jinġabru u jiġu proċessati minn grupp approvat għall-ġbir tal-embrijuni, mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ kwalunkwe grupp ieħor ta’ embrijuni li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
|
1.2. |
L-embrijuni għandhom jinġabru f’post, li hu separat minn partijiet oħra tal-post jew qasam fejn l-embrijun jinġabar u li għandu jkun fi stat ta’ tiswija tajjeb u mibni b’materjali li jippermettu t-tindif u d-diżinfettar effettiv u faċli tiegħu. |
|
1.3. |
L-embrijuni għandhom jiġu proċessati (eżaminati, maħsula, trattati u mqiegħda fi stros, kapsuli jew imballaġġ ieħor identifikati u sterili) jew f’laboratorju li jinsab f’post permanenti jew laboratorju mobbli, li, fir-rigward ta’ speċi suxxettibbli, ikun jinsab f’żona li fiha ma kienx hemm tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-aħħar 30 jum f’radju ta’ 10 kilometri. |
|
1.4. |
It-tagħmir kollu użat għall-ġbir, il-ġestjoni, il-ħasil, l-iffriżar u l-ħażna ta’ embrijuni għandu jkun jew sterilizzat jew imnaddaf u diżinfettat kif xieraq qabel l-użu skont il-Manwal IETS (3), jew ikun tagħmir li jintuża darba biss. |
|
1.5. |
Kull prodott bijoloġiku li ġej mill-annimali użat fil-mezzi u s-soluzzjonijiet għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħasil jew il-ħażna tal-embrijuni għandu jkun ħieles minn mikroorganiżmi patoġeniċi. Il-mezzi u s-soluzzjonijiet użati fil-ġbir, l-iffriżar u l-ħażna tal-embrijuni għandhom ikunu sterilizzati permezz ta’ metodi approvati skont il-Manwal IETS u kkontrollati b’mod li jiżgura li tinżamm l-isterilità. Jistgħu jiġu miżjuda l-antibijotiċi, meta xieraq, għal mezzi ta’ ġbir, proċessar, ħasil u ħażna skont il-Manwal IETS. |
|
1.6. |
L-aġenti krijoġeniċi użati għall-preżervazzjoni jew il-ħażna tal-embrijuni m’għandhomx ikunu ġew użati qabel għal prodotti oħra li ġejjin mill-annimali. |
|
1.7. |
Kull stro, kapsula jew imballaġġ ieħor tal-embrijuni għandu jkun identifikat b’mod ċar b’tikketti skont is-sistema standardizzata skont il-Manwal IETS. |
|
1.8. |
L-embrijuni għandhom jinħaslu skont il-Manwal IETS u jkollhom zona pellucida intatta qabel u minnufih wara l-ħasil. Il-proċedura tal-ħasil standard għandha tiġi modifikata biex tinkludi ħasil addizzjonali mat-tripsin tal-enzimi, skont il-Manwal IETS, meta l-inattività jew it-tneħħija ta’ ċerti vajrusis tkun meħtieġa. |
|
1.9. |
L-embrijuni minn annimali donaturi differenti m’għandhomx jinħaslu flimkien. |
|
1.10. |
Iż-zona pellucida ta’ kull embrijun għandha tiġi eżaminata fuq l-erja tal-wiċċ kollu tagħha f’mhux inqas minn tkabbir ta’ 40 × u ċċertifikata li hi intatta u ħielsa minn materjal li jeħel. |
|
1.11. |
L-embrijuni minn grupp li jkun għadda b’suċċess l-eżaminazzjoni stabbilita fil-punt 1.10 għandhom jitqiegħdu fi stro, kapsula jew imballaġġ ieħor sterili mmarkat skont il-punt 1.7 li għandu jiġi ssiġillat minnufih. |
|
1.12. |
Kull embrijun għandu, fejn xieraq, ikun iffriżat mill-aktar fis possibbli u jiġi maħżun f’post li hu taħt il-kontroll tal-veterinarju tal-grupp. |
|
1.13. |
Kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jissottometti għall-eżaminazzjoni uffiċjali għal kontaminazzjoni batterjali u virali kampjuni ta’ rutina ta’ embrijuni jew ova mhux vijabbli, fluwidi tal-ifflaxxjar jew fluwidi tal-ħasil li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu skont il-Manwal IETS. |
|
1.14. |
Kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jżomm rekord tal-attivitajiet tiegħu fir-rigward tal-ġbir tal-embrijuni għal perjodu ta’ sentejn wara li l-embrijuni jkunu s-soġġett ta’ kummerċ jew importazzjoni, inkluż:
|
2. Il-ġbir u l-ipproċessar ta’ ova, ovarji u tessuti oħra, bl-għan tal-produzzjoni ta’ embrijuni derivati in vitro
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1.1 sa 1.14 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ ova, ovarji u tessuti oħra għall-użu fil-fertilizzazzjoni in vitro u/jew koltura in vitro. Barra minn hekk, għandu japplika dan li ġej:
|
2.1. |
L-awtorità kompetenti għandu jkollha għarfien ta’, u awtorità fuq, il-qasam jew oqsma tal-oriġini tal-annimali donaturi. |
|
2.2. |
Meta jinġabru l-ovarji u tessuti oħra f’biċċerija, jew minn annimali individwali jew minn gruppi ta’ donaturi (‘ġabra ta’ grupp’), il-biċċerija għandha tkun uffiċjalment approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4) u taħt is-superviżjoni ta’ veterinarju li r-responsabbiltà tiegħu tkun li jiżgura li jitwettqu l-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem ta’ annimali donaturi potenzjali u li jiċċertifikawhom li huma ħielsa minn sinjali tal-mard kontaġġjuż rilevanti trasmissibbli lill-annimali. Il-biċċerija għandha, fir-rigward tal-ispeċi suxxettibbli, tkun tinsab f’żona li fiha ma kienx hemm tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-aħħar 30 jum f’radju ta’ 10 kilometri. |
|
2.3. |
Il-gruppi tal-ovarji m’għandhomx jinġiebu fil-laboratorju tal-ipproċessar qabel ma tkun tlestiet l-ispezzjoni post-mortem ta’ annimali donaturi. |
|
2.4. |
It-tagħmir għat-tneħħija u t-trasport ta’ ovarji u tessuti oħra għandu jitnaddaf u jiġi diżinfettat jew sterilizzat qabel l-użu u użat esklużivament għal dawn l-għanijiet. |
3. Proċessar ta’ embrijuni derivati in vitro
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1.1 sa 1.14 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-ipproċessar ta’ embrijuni derivati in vitro. Barra minn hekk, għandu japplika dan li ġej:
|
3.1. |
L-embrijuni derivati in vitro għandhom jiġu konċeputi b’riżultat tal-fertilizzazzjoni in vitro b’semen li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. |
|
3.2. |
Wara li jitlesta l-perjodu tal-koltura in vitro iżda qabel l-iffriżar, il-ħażna u t-trasport tal-embrijuni, għandhom jinħaslu u jgħaddu mit-trattamenti msemmija fil-punti 1.8, 1.10 u 1.11. |
|
3.3. |
L-embrijuni minn annimali donaturi differenti, fil-każ ta’ rkupru ta’ annimal individwali, jew mill-ġabriet tal-grupp differenti ma għandhomx jinħaslu flimkien. |
|
3.4. |
L-embrijuni minn annimali donaturi differenti, fil-każ ta’ rkupru ta’ annimali individwali, jew minn ġabriet ta’ gruppi differenti ma għandhomx jinħażnu fl-istess stro, kapsula jew imballaġġ ieħor. |
4. Proċessar ta’ embrijuni mikromanipulati
Qabel kwalunkwe mikromanipulazzjoni li tinkludi l-integrità taż-zona pellucida, l-embrijuni jew l-ova kollha għandhom jinġabru u jiġu proċessati skont il-kundizzjonijiet sanitarji stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3. Barra minn hekk, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
4.1. |
Meta titwettaq il-mikromanipulazzjoni tal-embrijun li tinvolvi l-penetrazzjoni taż-zona pellucida, dan għandu jsir f’faċilitajiet tal-laboratorju adattati taħt is-superviżjoni ta’ grupp approvat ta’ veterinarji. |
|
4.2. |
Kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jżomm rekords tal-attivitajiet tiegħu skont il-punt 1.14, inklużi dettalji tat-tekniċi tal-mikromanipulazzjoni li jinvolvu l-penetrazzjoni taż-zona pellucida u li tkun twettqet fuq l-embrijuni. Fil-każ ta’ embrijuni derivati minn fertilizzazzjoni in vitro, l-identifikazzjoni tal-embrijuni tista’ ssir fuq il-bażi ta’ grupp, iżda għandu jkun fiha dettalji dwar id-data u l-post tal-ġbir tal-ovarji u/jew l-ova. Għandu jkun possibbli wkoll li jiġi identifikat l-istabbiliment tal-oriġini tal-annimali donaturi. |
5. Ħażna tal-embrijuni
|
5.1. |
Kull ġabra tal-embrijuni u gruppi tal-produzzjoni għandhom jiżguraw li l-embrijuni jinħażnu f’temperaturi adattati f’postijiet tal-ħażna msemmija fil-punt 1.8 tat-Taqsima III tal-Kapitolu I. |
|
5.2. |
L-embrijuni ffriżati għandhom, qabel jintbagħtu, jinħażnu f’kundizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum mid-data tal-ġbir jew il-produzzjoni tagħhom. |
6. Trasport tal-embrijuni
|
6.1. |
L-embrijuni li għandhom ikunu soġġetti għall-kummerċ għandhom jiġu trasportati lejn l-Istat Membru destinatarju f’kontenituri li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, jew kontenituri li jintużaw darba, u li jkunu ġew siġillati u mogħtija numru qabel ma jintbagħtu mill-postijiet tal-ħażna approvati. |
|
6.2. |
L-istros, il-kapsuli jew imballaġġ ieħor għandhom ikunu mmarkati b’mod li n-numru fuq l-istros, kapsuli jew imballaġġ ieħor ikun l-istess bħan-numru fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fit-tielet intestatura tal-Artikolu 11(3) u bil-kontenitur li fih ikunu maħżuna u trasportati. |
KAPITOLU IV
Rekwiżiti applikabbli għal donaturi femminili
1. Id-donaturi femminili għandhom jintużaw biss għall-ġbir tal-embrijuni jew l-ova jekk huma u l-istabbilimenti minn fejn joriġinaw ikunu jissodisfaw, b’mod li jissodisfa l-veterinarju uffiċjali, ir-rekwiżiti tad-Direttivi rilevanti dwar il-kummerċ fl-Unjoni f’annimali ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni għall-ispeċi kkonċernati.
2. Flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE, id-donaturi femminili ta’ speċi porċini għandhom, minbarra f’embrijuni derivati in vivo soġġetti għal trattament ta’ tripsin, jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-marda ta’ Aujeszky stabbiliti skont l-Artikolu 9 jew 10 ta’ dik id-Direttiva.
3. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/68/KEE għandhom japplikaw għal donaturi femminili ta’ speċi ovini u kaprini.
4. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 90/426/KEE, id-debbiet donaturi għandhom:
|
4.1. |
m’għandhomx jintużaw għal tgħammir naturali għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-ova jew l-embrijuni u bejn id-data tal-ewwel kampjun imsemmi fil-punti 4.2 u 4.3 u d-data tal-ġbir tal-ova u l-embrijuni; |
|
4.2. |
ikunu soġġetti b’riżultat negattiv ta’ test tal-immunodiffużjoni agar-gel (it-test Coggins) jew ELISA għal anemija infettiva taż-żwiemel b’riżultat negattiv imwettaq fuq kampjuni tad-demm meħuda inizjalment matul l-aħħar 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir ta’ ova jew embrijuni u mbagħad kull 90 jum matul il-perjodu tal-ġbir; |
|
4.3. |
ikunu soġġetti għal test għal metrotis kontaġġjuża taż-żwiemel bl-iżolament ta’ Taylorella equigenitalis imwettaq fuq kampjuni miġbura minn uċuħ mukużi tal-kavità klitorali u s-sinusite klitorali fuq żewġ perjodi tal-oestrus konsekuttivi, u matul wieħed mill-perjodi tal-oestrus kampjun ieħor tal-koltura addizzjonali meħuda miċ-ċerviċi endometriċi, kollha b’riżultati negattivi wara kultivazzjoni ta’ 7 sa 14-il jum.” |
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.
(2) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.
(3) Manwal tas-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferiment tal-Embrijuni – Gwida proċedurali u informazzjoni ġenerali għall-użu ta’ teknoloġija tat-trasferiment tal-embrijuni li tenfasizza l-proċeduri sanitarji, pubblikata mis-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferiment tal-Embrijuni 1111 North Dunlap Avenue, Savoy, Illinois 61874 USA (http://www.iets.org/).