This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0728(01)
Commission Decision of 29 November 2010 establishing a questionnaire to be used for reporting on the implementation of Directive 2008/1/EC of the European Parliament and of the Council concerning integrated pollution prevention and control (IPPC) (notified under document C(2010) 8308) (Text with EEA relevance) (2010/728/EU)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8308) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2010/728/UE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8308) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2010/728/UE)
ĠU L 313, 30.11.2010, p. 13–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Imħassar b' 32011D0631
30.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Novembru 2010
li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC)
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8308)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/728/UE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/1/KE jitlob li r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva u l-effikaċja tagħha mqabbla mal-istrumenti ambjentali l-oħra tal-UE jiġu stabbiliti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (2). |
(2) |
L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2008/1/KE jipprovdi għall-integrazzjoni tar-rapport dwar id-dejta rappreżentattiva disponibbli dwar il-valuri ta’ limiti mar-rapport ġenerali tal-implimentazzjoni. |
(3) |
Id-Direttiva 91/692/KEE titlob illi r-rapport ikun imsejjes fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni bl-assistenza tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva. |
(4) |
L-ewwel rapport kopra l-perjodu mill-2000 sal-2002 inklużi. |
(5) |
It-tieni rapport kopra l-perjodu mill-2003 sal-2005 inklużi. |
(6) |
It-tielet rapport kopra l-perjodu mill-2006 sal-2008 inklużi. |
(7) |
Ir-raba’ rapport se jkopri l-perjodu mill-2009 sal-2011 inklużi. |
(8) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE u fl-użu tal-kwestjonarji preċedenti, il-kwestjonarju għall-perjodu mill-2009 sal-2011 jeħtieġ li jiġi adattat. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/194/KE (3) għandha tiġi sostitwita. |
(9) |
Il-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni espressa mill-Kumitat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE; |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jużaw l-kwestjonarju stabbilit fl-Anness għar-rappurtar dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE.
2. Ir-rapporti li għandhom jitressqu għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2006/194/KE tħassret.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.
ANNESS
PARTI 1
KWESTJONARJU DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2008/1/KE DWAR IL-PREVENZJONI U L-KONTROLL INTEGRATI TAT-TNIĠĠIS (IPPC)
Noti ġenerali:
Dan ir-raba’ kwestjonarju skont id-Direttiva 2008/1/KE jkopri l-perjodu mill-2009 sal-2011. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva u l-informazzjoni diġà miksuba permezz tal-ewwel tliet kwestjonarji, il-kwestjonarju preżenti jiffoka fuq il-bidliet u l-progress li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni proprja tad-Direttiva. Fir-rigward tal-aspetti tat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni se ssegwi l-azzjonijiet meħtieġa kollha biex tiżgura t-traspożizzjoni kompleta u propja tad-Direttiva fil-liġijiet nazzjonali, partikolarment permezz ta’ segwitu bir-reqqa tal-proċeduri dwar ksur legali.
Dan il-kwestjonarju ma jbiddilx ħafna mill-aspetti li jinsabu fid-Deċiżjoni 2006/194/KE sabiex jiżgura l-kontinwità u jippermetti li jsiru paraguni diretti mar-reazzjonijiet preċedenti. F’dawk il-każijiet fejn il-mistoqsijiet huma simili għal dawk tal-kwestjonarji preċedenti, tista’ ssir referenza sempliċiment għat-tweġibiet preċedenti fejn is-sitwazzjoni ma nbidlitx. Jekk kien hemm żviluppi ġodda, dawn għandhom jiġu deskritti fi tweġiba ġdida.
Waqt li tkun qed twieġeb il-kwestjonarju dwar mistoqsijiet speċifiċi dwar ir-regoli ġenerali vinkolanti, jew linji gwida uffiċjali maħruġa minn entitajiet amministrattivi, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni deskrittiva dwar it-tip ta’ regoli jew linji gwida u ħolqiet virtwali jew mezzi oħra ta’ aċċess għalihom, kif xieraq.
Il-Kummissjoni biħsiebha tuża l-pjattaforma tar-ReportNet (jew is-suċċessur tiegħu jekk dan ikun il-każ) biex tagħmel Għodda Elettronika ta’ Rappurtar msejsa fuq dan il-kwestjonarju disponibbli għall-Istati Membri. Skont dan, il-Kummissjoni tirrakkomanda bis-sħiħ l-użu tiegħu biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti tar-rappurtar sabiex jitnaqqsu l-piżijiet u tissawwar analiżi tar-reazzjonijiet
1. Deskrizzjoni ġenerali
1.1. |
Saru xi bidliet sinifikanti mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar (mill-2006 sal-2008) fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew subnazzjonali u għas-sistema/i għall-għoti tal-permessi li jimplimentaw id-Direttiva 2008/1/KE? Jekk iva, iddeskrivi dawn il-bidliet u r-raġunijiet għalihom, u pprovdi referenzi għal-leġiżlazzjoni l-ġdida. |
1.2. |
Fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE, l-Istati Membri għaddew minn xi diffikultajiet minħabba d-disponnibilità jew il-kapaċità limitata tar-riżorsi tal-persunal? Jekk iva, iddeskrivi dawn id-diffikultajiet kif ukoll xi pjan biex jiġu indirizzati. |
2. Għadd ta’ stallazzjonijiet u permessi (l-Artikolu 2(3) u 2(4) u l-Artikolu 4)
2.1. |
Agħti d-dettalji tal-għadd ta’ stallazzjonijiet kif definiti bid-Direttiva 2008/1/KE u l-permessi bit-tip ta’ attività fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar, billi tuża l-mudell u n-noti stabbiliti fil-Parti 2. |
2.2. |
Identifikazzjoni tal-stallazzjonijiet tal-IPPC. Jekk disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi ħolqa għall-informazzjoni aġġornata aċċessibbli mill-pubbliku li jkun fiha l-ismijiet, il-post u l-attività ewlenija (l-Anness I) tal-istallazzjonijiet tal-IPPC fl-Istat Membru tiegħek. Jekk din l-informazzjoni mhijiex disponibbli pubblikament, jekk jogħġbok ressaq lista tal-istallazzjonijiet individwali kollha fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar (ismijiet, postijiet u attività ewlenija tal-IPPC). Jekk din il-lista mhijiex disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi spjegazzjoni dwar għaliex huwa hekk. |
3. Applikazzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 6)
3.1. |
Iddeskrivi xi regoli ġenerali vinkolanti, dokumenti ta’ gwida jew formoli ta’ applikazzjoni prodotti biex ikun żgurat li l-applikazzjonijiet fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa bl-Artikolu 6, jew b’mod ġenerali jew dwar kwistjonijiet speċifiċi (eż. metodoloġija għall-valutazzjoni ta’ emissjonijiet sinifikanti mill-istallazzjonijiet). |
4. Koordinazzjoni tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permessi (l-Artikoli 7 u 8)
4.1. |
Iddeskrivi xi bidliet li saru mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar fl-istruttura ta’ organizzazzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi, partikolarment dwar il-livelli ta’ awtoritajiet kompetenti u distribuzzjoni ta’ kompetenzi. |
4.2. |
Hemm xi diffikultajiet partikolari biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni kompleta tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permessi kif mitlub bl-Artikolu 7, speċjalment meta jkun hemm iktar minn awtortità waħda kompetenti involuta? Iddeskrivi xi leġiżlazzjoni jew dokumenti ta’ gwida maħruġa dwar din il-kwistjoni. |
4.3. |
X’dispożizzjonijiet legali, proċeduri jew gwida qed jintużaw biex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jagħtu permess f’każijiet meta l-istallazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/1/KE? Jekk disponibbli, agħti informazzjoni dwar l-għadd u ċ-ċirkustanzi fejn ġew irrifjutati l-permessi. |
5. Il-konvenjenza u s-suffiċjenza tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikoli 3(1)(d), 3(1)(f), 9, 17(1), 17(2))
5.1. |
Iddeskrivi xi regoli ġenerali vinkolanti jew linji gwida speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti li nħarġu mill-kwistjonijiet li ġejjin:
|
5.2. |
Kwistjonijiet marbuta mad-Dokumenti ta’ Referenza BAT (BREFs) stabbiliti skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/1/KE:
|
5.3. |
Kwistjonijiet oħra dwar il-kundizzjonijiet għall-permessi:
|
6. Dejta rappreżentattiva disponibbli (l-Artikolu 17(1))
6.1. |
Ipprovdi d-dejta rappreżentattiva disponibbli fuq il-valuri ta’ limitu stabbiliti għal kategoriji speċifiċi ta’ attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2008/1/KE u, jekk xieraq, dwar l-aqwa tekniki dispponibbli minn fejn jiġu dawk il-valuri, kif ukoll dwar il-prestazzjoni assoċjata tal-ambjent. Il-Kummissjoni se tissuġġerixxi gwida għat-tweġibiet ta’ din il-mistoqsija li timmira lejn żewġ setturi partikolari. Id-dejta rrappurtata se tiġi vvalutata biex tqabbel, safejn huwa possibbli, il-valuri ta’ limitu stabbiliti, il-prestazzjoni miksuba u, fejn possibbli, il-livell tal-emissjonjiet marbuta mal-BAT fil-BREFs. |
7. Regoli ġenerali vinkolanti (l-Artikolu 9(8))
7.1. |
Għal liema kategoriji ta’ stallazzjonijiet u liema rekwiżiti, jekk hemm, ġew stabbiliti regoli ġenerali vinkolanti, kif ipprovdut bl-Artikolu 9(8)? Ipprovdi referenza għar-regoli ġenerali vinkolanti. X’forma jieħdu dawn ir-regoli (eż. min jistabbilixxihom u xi stat legali għandhom)? Meta jiġu applikati dawn ir-regoli, xorta ssir dispożizzjoni biex jiġi kkunsidrati l-fatturi lokali (msemmija fl-Artikolu 9(4))? |
7.2. |
Jekk magħrufa, kemm-il stallazzjoni (kemm bħala għadd assolut jew bħala perċentwali) kienet soġġetta għal dawn ir-regoli sa tmiem il-perjodu ta’ rappurtar? |
8. Standards ta’ kwalità ambjentali (l-Artikolu 10)
8.1. |
Inqalgħu każijiet fejn japplika l-Artikolu 10 u l-użu tal-aqwa tekniki disponibbli mhuwiex biżżejjed biex jissodisfa l-istandard ta’ kwalità ambjentali (kif definit fl-Artikolu 2(7))? Jekk iva, agħti eżempji ta’ dawn il-każijiet u l-miżuri addizzjonali meħuda. |
9. Bidliet għall-istallazzjonijiet (l-Artikoli 12 u 2(10))
9.1. |
L-awtorijtajiet kompetenti kif jiddeċiedu fil-prattika, skont l-Artikolu 12, jekk “bidla fl-operat”“jistax ikollha konsegwenzi fuq l-ambjent” (l-Artikolu 2(10)), u jekk din il-bidla hijiex “bidla sostanzjali” li “jista’ jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq il-bnedmin jew fuq l-ambjent” (l-Artikolu 2(11))? Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet legali, gwida jew proċeduri rilevanti. |
10. Kunsiderazzjoni mill-ġdid u aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 13)
10.1. |
Il-frekwenza ta’ kunsiderazzjoni mill-ġdid u, fejn meħtieġ, l-aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 13) hija speċifikata fil-liġi nazzjonali jew subnazzjonali, jew hija determinata b’mezzi oħra, bħal limiti ta’ ħin fil-permessi? Jekk iva, x’inhuma dawk il-mezzi l-oħra? Agħti referenza għal-leġiżlazzjoni legali, gwida jew proċeduri rilevanti. |
10.2. |
X’inhi l-frekwenza rappreżentattiva għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi? F’każijiet fejn hemm id-differenzi bejn l-istallazzjonijiet jew is-setturi, ipprovdi informazzjoni illustrattiva jekk disponibbli. |
10.3. |
F’hiex jikkonsisti l-proċess ta’ kunsiderazzjoni mill-ġdid u l-aġġornament ta’ kundizzjonijiet għall-permessi? Kif inhi implimentata d-dispożizzjoni għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi f’każijiet ta’ bidliet sostanzjali fl-aħjar tekniki implimentati? Agħti referenza għal-leġiżlazzjoni legali, gwida jew proċeduri rilevanti. |
11. Konformità mal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 14)
11.1. |
Fil-prattika, kif inhu implimentat ir-rekwiżit tal-Artikolu 14 li l-operaturi jinfurmaw b’mod regolari lill-awtoritajiet bir-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx? Agħti referenza għal xi regolamenti, proċeduri jew linji gwida speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti dwar dan is-suġġett. |
11.2. |
Jitressaq rapport ta’ monitoraġġ perjodiku mill-operaturi kollha? Ipprovdi informazzjoni dwar il-frekwenza rappreżentattiva għat-tressiq ta’ din l-informazzjoni. F’każijiet ta’ differenzi bejn is-setturi, ipprovdi informazzjoni illustrattiva, jekk disponibbli. |
11.3. |
Jekk għadha ma ġietx imressqa fir-rappurtar skont ir-Rakkomandazzjoni li tipprovdi kriterji minimi għal spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni disponibbli dwar stallazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2008/1/KE, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
12. Informazzjoni u parteċipazzjoni tal-pubbliku (l-Artikoli 15, 16)
12.1. |
X’bidliet sinifikanti kien hemm, jekk fil-fatt kien hemm, mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċedura għall-permessi, kif meħtieġ bid-Direttiva 2008/1/KE (l-Artikoli 15 u 16)? X’kien l-effett ta’ dawn ir-rekwiżiti fuq l-awtoritajiet kompetenti, l-applikanti għall-permessi u l-pubbliku konċernat? |
13. Kooperazzjoni transkonfinali (l-Artikolu 18)
13.1. |
Kien hemm waqtiet fil-perjodu ta’ rappurtar fejn intużaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18 fir-rigward tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni transkonfinali? Ipprovdi eżempji illustrattivi tal-proċeduri ġenerali li ntużaw. |
14. Effikaċja tad-Direttiva
14.1. |
Ġeneralment, l-Istati Membri kif jaraw l-effikaċja tad-Direttiva 2008/1/KE, inter alia fil-paragun ma’ strumenti ambjentali tal-UE oħra? Imsejsa fuq studji u analiżi rilevanti, jekk disponibbli, x’kienu l-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali stmati (inklużi l-ispejjeż amministrattivi u ta’ konformità) tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE? Agħti referenza għal dawn l-istudji u l-analiżi. |
15. Kummenti ġenerali
15.1. |
Jeżistu xi kwistjonijiet partikolari dwar l-implimentazzjoni li joħolqu tħassib fl-Istat Membru tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
PARTI 2
MUDELL GĦAT-TWEĠIBA GĦALL-MISTOQSIJA 2.1
TIP TA’ STALLAZZJONI |
|
|
|
|||||||||||||
Kodiċi |
Attività ewlenija operata fl-istallazzjoni kif stabbilita fl-Anness I għad-Direttiva 2008/1/KE |
|
|
|
|
|
||||||||||
1. |
Enerġija |
|
|
|
|
|
||||||||||
1.1. |
Kombustjoni |
|
|
|
|
|
||||||||||
1.2. |
Raffinar taż-żejt minerali u gass |
|
|
|
|
|
||||||||||
1.3. |
Fran tal-kokk |
|
|
|
|
|
||||||||||
1.4. |
Gassifikazzjoni u likwefazzjoni tal-faħam |
|
|
|
|
|
||||||||||
2. |
Metalli |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.1. |
Inkaljar/tagħqid tal-minerali metalliċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.2. |
Produzzjoni ta’ ħadid jew azzar mhux ipproċessati |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.3 (a) |
Magni tar-rumblar bis-sħun (hot-rolling mills) |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.3 (b) |
Ferreriji |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.3 (c) |
Applikazzjoni ta’ passati protettivi tal-metall |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.4. |
Funderiji |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.5 (a) |
Produzzjoni ta’ metalli mhux maħduma mhux tal-ħadid |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.5 (b) |
Tidwib ta’ metalli mhux tal-ħadid |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.6. |
Trattament mill-wiċċ ta’ metalli u materjali tal-plastik |
|
|
|
|
|
||||||||||
3. |
Minerali |
|
|
|
|
|
||||||||||
3.1. |
Produzzjoni ta’ siment jew ġir |
|
|
|
|
|
||||||||||
3.2. |
Produzzjoni ta’ asbestos |
|
|
|
|
|
||||||||||
3.3. |
Manifattura tal-ħġieġ |
|
|
|
|
|
||||||||||
3.4. |
Tidwib tal-minerali |
|
|
|
|
|
||||||||||
3.5. |
Manifattura taċ-ċeramika |
|
|
|
|
|
||||||||||
4. |
Kimiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.1. |
Produzzjoni ta’ kimiċi organiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.2. |
Produzzjoni ta’ kimiċi inorganiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.3. |
Produzzjoni tal-fertilizzanti |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.4. |
Produzzjoni ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti/bijoċidi |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.5. |
Produzzjoni tal-farmaċewtiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.6. |
Produzzjoni ta’ splussivi |
|
|
|
|
|
||||||||||
5. |
Skart |
|
|
|
|
|
||||||||||
5.1. |
Rimi jew irkupru ta’ skart perikoluż |
|
|
|
|
|
||||||||||
5.2. |
Ħruq ta’ skart muniċipali |
|
|
|
|
|
||||||||||
5.3. |
Rimi ta’ skart mhux perikoluż |
|
|
|
|
|
||||||||||
5.4. |
Miżbliet |
|
|
|
|
|
||||||||||
6. |
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.1 (a) |
Produzzjoni tal-polpa |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.1 (b) |
Produzzjoni ta’ karta u kartun |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.2. |
Trattament minn qabel jew tiżbigħ ta’ fibri jew tessuti |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.3. |
Ikkunzar tal-ġlud |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.4 (a) |
Biċċeriji |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.4 (b) |
Trattament u pproċessar ta’ prodotti tal-ikel |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.4 (c) |
Trattament u pproċessar tal-ħalib |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.5. |
Rimi jew riċiklaġġ ta’ karkassi tal-annimali |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.6 (a) |
Trobbija intensiva tat-tjur |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.6 (b) |
Trobbija intensiva ta’ majjali għall-produzzjoni |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.6 (c) |
Trobbija intensiva ta’ ħnieżer femminili |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.7. |
Trattament tal-wiċċ bl-użu ta’ solventi orġaniċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.8. |
Produzzjoni tal-karbonju jew elettrografit |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.9. |
Qbid tan-nixxigħat tas-CO2 (Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
|
|
|
|
|
||||||||||
Totali |
|
|
|
|
|
|
Noti ta’ spjegazzjoni għall-mudell:
Minbarra fejn indikat mod ieħor, iċ-ċifri għandhom jirriflettu is-sitwazzjoni kif tkun fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar (il-31 ta’ Diċembru 2011).
Il-ġbir tad-dejta f’dan il-mudell se jkun imsejjes fuq l-“għadd ta’ stallazzjonijiet” u l-“għadd ta’ bidliet sostanzjali” li jużaw definizzjonijiet operazzjonali ta’ “stallazzjoni” fl-Artikolu 2(3) u “bidla sostanzjali” fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2008/1/KE.
It-“tip ta’ stallazzjoni” tirreferi għall-attività ewlenija li ssir fl-istallazzjoni. L-istallazzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati biss taħt attività unika waħdanija, kif ukoll meta diversi attivitajiet tal-IPPC ikunu qed jiġu operati fl-istallazzjoni.
Iktar gwida u spjegazzjoni fir-rigward tad-dejta misjuba fit-Tabella huma mogħtija fin-noti ta’ hawn taħt. L-Istati Membri huma mitluba jimlew it-Tabella safejn huwa possibbli.
A. GĦADD TA’ STALLAZZJONIJIET
1. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet tal-IPPC: għadd totali ta’ stallazzjonijiet (kemm eżistenti kif ukoll ġodda) li joperaw fl-Istati Membri fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar minkejja l-istat fl-għoti tal-permess tagħhom. |
2. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess li huwa f’konformità kompleta mad-Direttiva: għadd totali ta’ stallazzjonijiet tal-IPPC koperti b’permess wieħed jew iktar mogħti(ja) skont id-Direttiva dwar l-IPPC (inklużi l-permessi tal-IPPC li reġgħu ġew ikkunsidrati mill-ġdid/aġġornati) minkejja meta nħareġ/inħarġu l-permess(i) jew jekk il-permess ġiex ikkunsidrat mill-ġdid, aġġornat, jew emendat/imġedded minħabba xi raġuni. Biex jingħadd l-għadd ta’ stallazzjonijiet li għandhom jiġu rrappurtati, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-istat tal-permess(i) li jkopri/u kull stallazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar. Jekk jogħġbok, innota li l-għadd jirreferi għal stallazzjonijiet, mhux permessi (b’rikonoxximent li stallazzjoni waħda tista’ tkun koperta b’diversi permessi jew viċe versa). Regola ta’ konsistenza: Id-differenza bejn 1 u 2 għandha tindika l-għadd ta’ stallazzjonijiet li għal xi raġuni mhumiex koperti kompletament b’permess tal-IPPC (proċedura mhux konkluża, kopertura mhux kompleta tal-attivitajiet kollha, eċċ …). Meta din iċ-ċifra tkun differenti minn żero, din tindika ksur potenzjali tad-dispożizzjonijiet tal-IPPC. |
B. BIDLIET SOSTANZJALI
3. |
Għadd ta’ bidliet sostanzjali meħuda matul il-perjodu ta’ rappurtar mingħajr permess skont l-Artikolu 12(2): għadd ta’ bidliet sostanzjali magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti li kienu implimentati effettivament mill-operaturi mingħajr permess kif mitlub mill-Artikolu 12(2). Meta din iċ-ċifra tkun differenti minn żero, din tindika ksur potenzjali tad-dispożizzjonijiet tal-IPPC. |
C. PERMESS IKKUNSIDRAT MILL-ĠDID U AĠĠORNAT
4. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet tal-IPPC li għalihom ġie kkunsidrat mill-ġdid il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13: għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess wieħed jew iktar li ġew ikkunsidrati mill-ġdid skont l-Artikolu 13. |
5. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet tal-IPPC li għalihom ġie aġġornat il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13: għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess wieħed jew iktar li ġew aġġornati skont l-Artikolu 13. |