EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0491

2010/491/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Lulju 2009 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità, tal-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

OJ L 243, 16.9.2010, p. 66–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 012 P. 193 - 194

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/491/oj

16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 243/66


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Lulju 2009

dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità, tal-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

(2010/491/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 62(2)(a) u l-Artikolu 66 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 21(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (1) jipprevedi li pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen jipparteċipaw f’dik l-Aġenzija. Il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom għandhom ikunu speċifikati f’arraġamenti ulterjuri li ser jiġi konklużi bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi.

(2)

Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Marzu 2008, ġew konklużi n-negozjati mal-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein għal Arranġament dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, l-Arranġament inizjalat fid-19 ta’ Jannar 2009 għandu jiġi ffirmat u jiġu approvati d-Dikjarazzjonijiet Konġunti mehmuża.

(4)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Billi din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen skont id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 5 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jekk hijiex sejra timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). L-Irlanda għaldaqstant mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti mehmuża huma b’dan approvati f’isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tal-Arranġament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw l-Arranġament f’isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(3)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.


Top