Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0489

    2010/489/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Lulju 2010 dwar l-iffirmar ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili

    ĠU L 243, 16.9.2010, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/489/oj

    16.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 243/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-12 ta’ Lulju 2010

    dwar l-iffirmar ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili

    (2010/489/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni Ewropea, Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili mal-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2009 li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati.

    (2)

    Il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu fi stadju aktar tard.

    (3)

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ftehimiet bilaterali tagħhom mal-Brażil dwar l-istess suġġett jintemmu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim (1).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w) (i)l-Ftehim f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. LARUELLE


    (1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


    Top