EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0481

2010/481/UE, Euratom: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom rigward ir-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju ta’ protezzjoni ċivili (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5090) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 236, 7.9.2010, p. 5–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 023 P. 73 - 85

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32014D0762

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/481/oj

7.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Lulju 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom rigward ir-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju ta’ protezzjoni ċivili

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5090)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/481/UE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom tat-8 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju ta’ Protezzjoni Ċivili (1), u partikolarment l-Artikolu 12 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom tad-29 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-kooperazzjoni msaħħa fl-interventi ta’ assistenza fil-protezzjoni ċivili (2) ġiet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/73/KE, Euratom (3) biex tinkorpora regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-protezzjoni ċivili Ewropea. Dawn ir-regoli jkopru l-karatteristiċi ewlenin tal-moduli tal-protezzjoni ċivili bħall-ħidmiet, il-kapaċitajiet u il-komponenti tagħhom, u l-ħin biex jiġu operattivi, u jiddefenixxu l-livell xieraq tal-awtosuffiċjenza u l-interoperabbiltà tagħhom.

(2)

Il-moduli tal-protezzjoni ċivili magħmula minn riżorsi nazzjonali minn Stat Membru wieħed jew aktar, fuq bażi volontarja, jikkostitwixxu kontribut għall-kapaċità ta’ rispons rapidu tal-protezzjoni ċivili mitlub mill-Kunsill Ewropew fil-Konklużjonijiet tal-laqgħa tiegħu tas-16 u 17 ta’ Ġunju 2005 u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2005 dwar id-diżastru tat-tsunami. Biex il-moduli tal-protezzjoni ċivili jkunu f’pożizzjoni jikkontribwixxu għar-rispons għal emerġenzi ewlenin, il-karatteristiċi ewlenin tagħhom għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti ġenerali.

(3)

Il-moduli tal-protezzjoni ċivili għandhom ikunu kapaċi jiffunzjonaw b’mod awtosuffiċjenti għal perjodu partikolari ta’ żmien. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti ġenerali għall-awtosuffiċjenza u, fejn xieraq, ir-rekwiżiti speċifiċi li jistgħu jvarjaw fil-funzjoni skont it-tip ta’ intervent jew it-tip ta’ modulu kkonċernat. Għandha tiġi kkunsidrata l-prassi komuni tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali bħal perjodi estiżi ta’ awtosuffiċjenza għal moduli ta’ tiftix u salvataġġ urban jew għall-qsim ta’ kompiti bejn il-pajjiż li qed joffri u dak li qed jitlob l-appoġġ fl-operazzjoni ta’ moduli li għandhom element tal-ajru.

(4)

Huma meħtieġa miżuri fil-livell tal-Unjoni u tal-istati parteċipanti sabiex tittejjeb l-interoperabbiltà tal-moduli tal-protezzjoni ċivili, notevolment fir-rigward tat-taħriġ u l-eżerċizzji.

(5)

Operazzjonijiet u eżerċizzji bi tnedija ta’ moduli riċenti tal-protezzjoni ċivili wrew il-bżonn li jinbidlu parzjalment il-kundizzjonijiet ġenerali taż-żewġ moduli elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/73/KE, Euratom, jiġifieri il-moduli “Tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta’ ajruplani” u “Sptar fuq il-post”.

(6)

L-operazzjonijiet riċenti tal-protezzjoni ċivili taw prova tal-bżonn li jiżdiedu u jiġu implimentati erba’ tipi ta’ moduli ġodda tal-protezzjoni ċivili biex tiġi rinfurzata l-kapaċità ta’ rispons rapidu tal-protezzjoni ċivili, jiġifieri l-moduli “Tifi tan-nar mill-art fil-foresti”, “Tifi tan-nar fil-foresti mill-art bl-użu tal-vetturi”, “Kontroll tal-għargħar” u “Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes”.

(7)

Id-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

L-emendi u ż-żieda ta’ dawk il-moduli provduti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat tal-Protezzjoni Ċivili,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom hija mibdula bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Kristalina GEORGIEVA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9.

(2)  ĠU L 87, 25.3.2004, p. 20.

(3)  ĠU L 20, 24.1.2008, p. 23.


ANNESS

“ANNESS II

Kundizzjonijiet ġenerali għall-moduli Ewropej tal-protezzjoni ċivili  (1)

1.   Ippumpjar b’kapaċità qawwija

Kompiti

Forniment ta’ ppumpjar:

f’żoni mgħarrqa,

biex jiġi assistit it-tifi tan-nar bit-twassil tal-ilma.

Kapaċitajiet

Forniment ta’ ppumpjar b’mezz mobbli u pompi b’kapaċità qawwija:

b’kapaċità totali tal-anqas 1 000  m3/siegħa u;

b’kapaċità mnaqqsa ta’ ppumpjar għal differenza ta’ 40 metru fl-għoli.

Ħila biex:

jiffunzjona f’żoni u art li mhumiex faċilment aċċessibbli,

jippompja ilma bit-tajn, li fih mhux aktar minn 5 fil-mija ta’ elementi solidi li l-qies tal-biċċiet taghom ikun sa 40 mm,

jippompja ilma sa 40 grad °C għal operazzjonijiet itwal,

iwassal l-ilma fuq distanza ta’ 1 000  metru.

Elementi prinċipali

Pompi b’kapaċità medja u qawwija.

Manek u rbit tal-pajpijiet kompatibbli ma’ standards differenti, inkluż l-istandard Storz.

Biżżejjed persunal biex jaqdi l-kompitu, fejn meħtieġ, fuq bażi kontinwa.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Ħila li jintuża għal perjodu ta’ 21 jum.


2.   Purifikazzjoni tal-ilma

Kompiti

Forniment ta’ ilma għax-xorb, minn sorsi ta’ ilma tal-wiċċ, skont l-istandards applikabbli u tal-anqas skont il-livell tal-istandards tal-WHO.

Jitwettaq kontroll tal-kwalità tal-ilma mill-punt tas-sors tat-tagħmir tal-purifikazzjoni.

Kapaċitajiet

Purifikazzjoni ta’ 225 000  litru ilma kuljum.

Kapaċità ta’ ħżin ekwivalenti għall-produzzjoni ta’nofs jum.

Elementi prinċipali

Faċilità mobbli tal-purifikazzjoni tal-ilma.

Faċilità mobbli tal-ħżin tal-ilma.

Laboratorju mobbli tal-post.

Irbit tal-pajpijiet kompatibbli ma’ standards differenti, inkluż l-istandard Storz.

Biżżejjed persunal biex iwettaq il-kompitu, fejn meħtieġ, fuq bażi kontinwa.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Ħila li jintuża għal perjodu ta’ 12-il ġimgħa.


3.   Tiftix u salvataġġ medji urbani

Kompiti

Tiftix, lokalizzar u salvataġġ tal-vittmi (2) lokalizzati taħt it-terrapien (bħal bini mġarraf u inċidenti tat-trasport).

Forniment tal-ewwel għajnuna ta’ salvataġġ tal-ħajja, sakemm isir it-trasferiment għal aktar kura.

Kapaċitajiet

Il-modulu għandu jkollu l-ħila jwettaq li ġej, filwaqt li jqis il-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali, bħal-linji gwida tal-Grupp Internazzjonali għall-Pariri dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ (INSARAG):

tiftix bil-klieb tat-tiftix u/jew tagħmir tekniku tat-tfittix,

salvataġġ, inkluż irfigħ,

qtugħ ta’ konkos,

irbit tekniku bil-ħbula,

irfid bażiku,

detezzjoni u iżolament ta’ hazmat (3),

għajnuna avvanzata ta’ salvataġġ tal-ħajja (4).

Ħila li jiffunzjona fuq sit wieħed 24 siegħa kull jum għal 7 ijiem.

Elementi prinċipali

Ġestjoni (kmand, kooperazzjoni/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtaġġ, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà).

Tiftix (tiftix tekniku u/jew tiftix bil-klieb, detezzjoni ta’ hazmat, iżolament ta’ hazmat).

Salvataġġ (tkissir u ksur, qtugħ, irfigħ u ċaqliq, irfid, irbit tekniku bil-ħbula).

Mediku, inkluż kura tal-pazjienti u tal-persunal tal-iskwadra u l-klieb tat-tfittxija.

Awtosuffiċjenza

Tal-anqas 7 ijiem ta’ operazzjonijiet.

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Operattiv fi żmien 32 siegħa fil-pajjiż milqut.


4.   Tiftix u salvataġġ urban intensiv

Kompiti

Tiftix, lokalizzar u salvataġġ tal-vittmi (5) lokalizzati taħt it-terrapien (bħal bini mġarraf u inċidenti tat-trasport).

Forniment tal-ewwel għajnuna ta’ salvataġġ tal-ħajja, sakemm isir it-trasferiment għal aktar kura.

Kapaċitajiet

Il-modulu għandu jkollu l-ħila jwettaq li ġej, filwaqt li jqis il-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali, bħal-linji gwida INSARAG:

tiftix bil-klieb tat-tiftix u tagħmir tekniku tat-tfittix,

salvataġġ, inkluż irfigħ tqil,

qtugħ tal-konkos rinfurzat u strutturi tal-ħadid,

irbit tekniku bil-ħbula,

irfid avvanzat,

detezzjoni u iżolament ta’ hazmat (6),

għajnuna avvanzata ta’ salvataġġ tal-ħajja (7).

Ħila li jiffunzjona fuq aktar minn sit wieħed 24 siegħa kuljum għal 10 ijiem.

Elementi prinċipali

Ġestjoni (kmand, kooperazzjoni/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtaġġ, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà).

Tiftix (tiftix tekniku, tiftix bil-klieb, detezzjoni ta’ hazmat, iżolament ta’ hazmat).

Salvataġġ (tkissir u ksur, qtugħ, irfigħ u ċaqliq, irfid, irbit tekniku bil-ħbula).

Mediku, inkluż kura tal-pazjienti u tal-persunal tal-iskwadra u l-klieb tat-tfittxija. (8).

Awtosuffiċjenza

Tal-anqas 10 ijiem ta’ operazzjoni.

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Operattiv fi żmien 48 siegħa fil-pajjiż milqut.


5.   Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta’ ħelikopters

Kompiti

Jgħin fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ tifi tan-nar mill-ajru.

Kapaċitajiet

Tliet ħelikopters b’kapaċità ta’ 1 000  litru kull wieħed.

Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

Elementi prinċipali

Tliet ħelikopters bl-ekwipaġġ, biex jiġi ggarantit li tal-anqas żewġ ħelikopters huma operattivi fi kwalunkwe ħin.

Persunal tekniku.

4 bramel tal-ilma jew 3 kits tar-rilaxx.

Sett tal-manutenzjoni.

Sett ta’ spare parts.

Żewġ winċijiet għas-salvataġġ.

Tagħmir tal-komunikazzjoni:

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 3 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.


6.   Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani

Kompiti

Jgħin fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ tifi tan-nar mill-ajru.

Kapaċitajiet

Żewġ ajruplani b’kapaċità ta’ 3 000  litru kull wieħed.

Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

Elementi prinċipali

Żewġ ajruplani.

Minimu ta’ erba’ gruppi ta’ persunal.

Persunal tekniku.

Apparat għall-manutenzjoni fuq il-post.

Tagħmir tal-komunikazzjoni.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 3 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.


7.   Kariga medika avvanzata

Kompiti

Jagħmel il-profil (bil-livell tal-gravità tal-ġrieħi) tal-pazjenti fuq is-sit tad-diżastru.

Jistabbilizza l-kundizzjoni tal-pazjent u jħejjih għat-trasport lejn l-aktar faċilità tas-saħħa adegwata għat-trattament aħħari.

Kapaċitajiet

Iwettaq analiżi tal-gravità tal-ġrieħi għal tal-anqas 20 pazjent fis-siegħa.

Skwadra medika kapaċi tistabbilizza 50 pazjent kull 24 siegħa ta’ attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

Disponibbiltà ta’ provvisti għat-trattament ta’ 100 pazjent bi ġrieħi minuri kull 24 siegħa.

Elementi prinċipali

Skwadra medika kull xift ta’ 12-il siegħa:

analiżi tal-gravità tal-ġrieħi: infermier u/jew tabib,

kura intensiva: tabib u infermier,

ġrieħi gravi, imma mhux periklu tal-mewt: tabib u 2 infermiera,

evakwazzjoni: infermier,

persunal speċjalizzat ta’ appoġġ: 4.

Tined:

tinda/tined b’żoni interkonnessi għall-analiżi tal-gravità tal-ġrieħi, il-kura medika u l-evakwazzjoni,

tinda/tined għall-persunal.

Post ta’ kontroll.

Depożitu ta’ provvista loġistika u medika.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Operattiv siegħa wara l-wasla fuq il-post.


8.   Kariga medika avvanzata bil-kirurġija

Kompiti

Jagħmel il-profil (bil-livell tal-gravità tal-ġrieħi) tal-pazjenti fuq is-sit tad-diżastru.

Iwettaq kirurġija biex jikkontrolla d-dannu.

Jistabbilizza l-kundizzjoni tal-pazjenti u jħejjihom għat-trasport lejn l-aktar faċilità tas-saħħa adegwata għat-trattament aħħari.

Kapaċitajiet

Iwettaq analiżi tal-gravità tal-ġrieħi għal tal-anqas 20 pazjent fis-siegħa.

Skwadra medika kapaċi tistabbilizza 50 pazjent kull 24 siegħa ta’ attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

Skwadra kirurġika kapaċi twettaq kirurġija għall-kontroll tal-ħsara fuq 12-il pazjent kull 24 siegħa ta’ attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

Disponibbiltà ta’ provvisti għat-trattament ta’ 100 pazjent bi ġrieħi minuri kull 24 siegħa.

Elementi prinċipali

Skwadra medika kull xift ta’ 12-il siegħa:

analiżi tal-gravità tal-ġrieħi: infermier u/jew tabib,

kura intensiva: tabib u infermier,

kirurġija: 3 kirurgi, 2 infermiera għall-operazzjonijiet, anestetista, infermier anestetista,

ġrieħi gravi, imma mhux periklu tal-mewt: tabib u 2 infermiera,

evakwazzjoni: infermier,

persunal speċjalizzat ta’ appoġġ: 4.

Tined:

tinda/tined b’żoni interkonnessi għall-analiżi tal-gravità tal-ġrieħi, il-kura medika u l-evakwazzjoni,

tinda/tined għall-persunal,

tinda/tined għall-persunal.

Post ta’ kontroll.

Depożitu ta’ provvista loġistika u medika.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq f’massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Operattiv siegħa wara l-wasla fuq il-post.


9.   Sptar fil-post

Kompiti

Forniment ta’ kura, inizjali u/jew ta’ segwiment, medika u għat-trawma, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida internazzjonali rikonoxxuti għall-użu ta’ sptar fil-post, bħal-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew tar-Red Cross.

Kapaċitajiet

10 sodod għall-pazjenti bi trawma qawwija, bil-possibbiltà li titkabbar il-kapaċità.

Elementi prinċipali

Skwadra medika għal:

analiżi tal-gravità tal-ġrieħi,

kura intensiva,

kirurġija,

ġrieħi gravi, imma mhux fil-periklu tal-mewt,

evakwazzjoni,

persunal speċjalizzat ta’ appoġġ,

u tal-anqas tkopri li ġej: ġeneralista, tobba tal-emerġenza, ortopedista, pedjatra, anestetista, spiżjar, ostetriku, uffiċjal tas-saħħa, tekniku tal-laboratorju, tekniku tar-raġġi X.

Tined:

tined xierqa għall-attivitajiet mediċi,

tined għall-persunal.

Post ta’ kontroll.

Depożitu ta’ provvista loġistika u medika.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 7 ijiem wara t-talba.

Operattiv fuq is-sit 12-il siegħa mill-wasla fis-sit.

Operattiv tal-anqas għal 15-il jum.


10.   Evakwazzjoni medika mill-ajru tal-vittmi tad-diżastru

Kompiti

Trasport tal-vittmi tad-diżastru lejn faċilitajiet tas-saħħa għall-kura medika.

Kapaċitajiet

Kapaċità ta’ trasport ta’ 50 pazjent kull 24 siegħa.

Kapaċità ta’ titjiriet lejl u nhar.

Elementi prinċipali

Ħelikopters/ajruplani bi streċers.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq f’massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.


11.   Kenn temporanju ta’ emerġenza

Kompiti

Forniment ta’ kenn temporanju ta’ emerġenza, inkluż is-servizzi essenzjali, prinċipalment fil-fażijiet inizjali ta’ diżastru b’koordinazzjoni mal-istrutturi eżistenti, l-awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali, sakemm l-inkarigu jiġi ttrasferit lill-awtoritajiet lokali jew organizzazzjonijiet umanitarji, fejn il-kapaċità tibqa’ tkun neċessarja għal perjodi itwal.

Meta jsir it-trasferiment, jitħarreġ il-persunal rilevanti (lokali u/jew internazzjonali) qabel ma jitlaq dan il-modulu.

Kapaċitajiet

Kamp tat-tinda mgħammar għal 250 persuna.

Elementi prinċipali

Jitqiesu l-linji gwida internazzjonali rikonoxxuti, bħal-linji gwida SPHERE:

tined bit-tisħin (għall-kundizzjonijiet xitwin) u sodod tal-kampjiet b’borża tal-irqad u/jew kutra,

ġeneraturi tal-enerġija u tagħmir għat-tidwil,

faċilitajiet sanitarji u ta’ iġjene,

distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb, skont l-istandards tal-WHO,

kenn għal attivitajiet soċjali bażiċi (posibbiltà ta’ armar).

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq f’massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Ġeneralment, il-missjoni għandha ddum l-aktar 4 ġimgħat, jew meta meħtieġ ikun inbeda proċess ta’ trasferiment tal-inkarigu.


12.   Detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN)

Kompiti

Twettiq/konferma tal-valutazzjoni inizjali, inkluż:

id-deskrizzjoni tal-perikli jew ir-riskji,

id-determinazzjoni taż-żona kontaminata,

il-valutazzjoni jew konferma tal-miżuri protettivi diġà meħuda.

Twettiq ta’ kampjunar kwalifikat.

Immarkar taż-żona kontaminata.

Previżjoni tas-sitwazzjoni, monitoraġġ, valutazzjoni dinamika tar-riskji, inkluż rakkomandazzjonijiet għal twissija u miżuri oħra.

Forniment ta’ appoġġ għal tnaqqis immedjat tar-riskju.

Kapaċitajiet

L-identifikazzjoni u detezzjoni ta’ perikli kimiċi u radjoloġiċi permezz ta’ kombinazzjoni ta’ tagħmir li jinżamm fl-idejn, mobbli jew ibbażat fil-laboratorji:

kapaċità ta’ detezzjoni ta’ radjazzjoni alfa, beta u gamma u ta’ identifikazzjoni ta’ iżotopi komuni,

kapaċità ta’ identifikazzjoni, u fejn possibbli, ta’ twettiq ta’ analiżi semikwantitattiva ta’ kimiċi komuni industrijali tossiċi u aġenti rikonoxxuti użati għall-gwerer.

Kapaċità tal-ġbir, ipproċessar u tħejjija ta’ kampjuni bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi għal aktar analiżi fi bnadi oħra (9).

Kapaċità li jiġu applikati mudelli xjentifiċi xierqa għall-previżjoni tal-perikli u li jiġu kkonfermati mudelli permezz ta’ monitoraġġ kontinwu.

Forniment ta’ appoġġ għal tnaqqis immedjat tar-riskju:

limitar tal-periklu,

newtralizzar tal-periklu,

forniment ta’ appoġġ tekniku lil skwadri jew moduli oħra.

Elementi prinċipali

Laboratorju kimiku u radjoloġiku, mobbli fuq il-post.

Tagħmir ta’ detezzjoni li jinżamm fl-idejn jew mobbli.

Tagħmir għall-kampjunar fuq il-post.

Sistemi ta’ mmudellar għat-tifrix.

Stazzjon mobbli meteoroloġiku.

Materjal għall-immarkar.

Dokumentazzjoni ta’ referenza u aċċess għal sorsi desinjati ta’ għarfien espert xjentifiku.

Trażżin sikur għall-kampjuni u l-iskart.

Faċilitajiet ta’ dikontaminazzjoni għall-persunal.

Persunal u tagħmir protettiv adegwat għas-sostenn ta’ operazzjoni f’ambjent kontaminat u/jew nieqes mill-ossiġenu, inkluż tuti xierqa li jissiġillaw kontra l-gass.

Provvista ta’ tagħmir tekniku għat-trażżin u n-newtralizzazzjoni ta’ periklu.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.


13.   Tiftix u salvataġġ f’kundizzjonijiet CBRN

Kompiti

Tiftix u salvataġġ speċjali bl-użu ta’ ilbies protettiv.

Kapaċitajiet

Tiftix u salvataġġ speċjali bl-użu ta’ tuti protettivi, skont ir-rekwiżiti tal-moduli ta’ tiftix u salvataġġ urban medju u qawwi kif xieraq.

Tliet persuni li jaħdmu simultanjament f’żona ta’ periklu.

Intervent kontinwu għal 24 siegħa.

Elementi prinċipali

Materjal għall-immarkar.

Trażżin sigur u sikur għall-iskart.

Faċilitajiet ta’ dekontaminazzjoni għall-persunal u għall-vittmi salvati.

Persunal u tagħmir protettiv adegwat għas-sostenn ta’ operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ f’ambjent ikkontaminat, skont ir-rekwiżiti tal-moduli ta’ tiftix u salvataġġ urban medju u qawwi kif xieraq.

Provvista ta’ tagħmir tekniku għat-trażżin u n-newtralizzazzjoni ta’ periklu.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.


14.   Tifi tan-nar fil-foresti mill-art

Kompiti

Jikkontribwixxi fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ mezzi mill-art.

Kapaċitajiet

Riżorsi umani suffiċjenti għal operazzjoni kontinwa matul 7 ijiem.

Kapaċità li jopera f’żoni b’aċċess ristrett.

Kapaċità li jintramaw linji twal ta’ pajpijiet bil-pompi, minimu 2 km, u/jew jagħmlu linji ta’ difiża kontinwament.

Elementi prinċipali

Persunal tat-tifi tan-nar imħarreġ biex iwettaq il-ħidmiet imsemmija hawn fuq u b’taħriġ addizzjonali fis-sigurtà u s-sikurezza li jieħu kont tat-tipi differenti ta’ nirien li l-modulu jista’ jissejjaħ għalih.

Għodda manwali biex isiru l-linji ta’ difiża.

Pajpijiet, tankijiet portabbli u pompi biex tiġi stabbilita l-linja.

Adaptors biex jiġu mqabbda l-pajpijiet inkluż l-istandard Storz.

Tankijiet tal-ilma li jinġarru fuq id-dahar.

Tagħmir li jista’ jintrabat jew jiġi mniżżel minn ħelikopter.

Proċeduri ta’ evakwazzjoni għall-persunal tat-tifi tan-nar iridu jiġu miftiehma mal-istat li jirċevihom.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq massimu f’6 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità li jaħdmu kontinwament matul 7 ijiem.


15.   Tifi tan-nar fil-foresti mill-art bl-użu tal-vetturi

Kompiti

Jikkontribwixxi fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ vetturi.

Kapaċitajiet

Riżorsi umani u vetturi suffiċjenti għal operazzjonijiet kontinwi b’minimu ta’ 20 persunal tat-tifi tan-nar f’kull ħin.

Elementi prinċipali

Persunal tat-tifi tan-nar imħarreġ fil-ħidmiet imsemmija hawn fuq.

4 vetturi b’kapaċità ta’ off-road.

Tankijiet ta’ kull vettura li jesgħu mill-anqas 2 000  litru.

Adaptors biex jiġu mqabbda l-pajpijiet inkluż l-istandard Storz.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq massimu f’6 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Kapaċità li jaħdmu kontinwament matul 7 ijiem.

Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu jitwasslu biss bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.


16.   Trażżin ta’ għargħar

Kompiti

Rinfurzar ta’ strutturi eżistenti u bini ta’ barrieri ġodda biex jiġi evitat aktar għargħar mix-xmajjar, baċiri u kanali b’livell tal-ilma li jkun qed jiżdied.

Kapaċitajiet

Kapaċità li l-ilma jitwaqqaf permezz ta’ barrieri b’għoli minimu ta’ 0.8 metru bl-użu ta’:

materjali li jippermettu l-bini ta’ barriera twila 1 000  metru,

aktar materjali jsiru disponibbli fis-sit.

Kapaċità ta’ rinfurzar ta’ barrieri eżistenti.

Kapaċità li jopera f’minimu ta’ 3 postijiet fl-istess ħin f’żona aċċessibbli mit-trakkijiet.

Operattiv 24/7.

Superviżjoni u manutenzjoni ta’ barrieri u digi.

Kapaċità li jaħdem mal-persunal lokali.

Elementi prinċipali

Materjal biex jinbnew barrieri li minnhom ma jgħaddix l-ilma għal distanza totali ta’ 1 000  metru (ir-ramel għandu jsir disponibbli mill-awtoritajiet lokali).

Biċċiet tal-fojl/plastik (jekk meħtieġa sabiex l-ilma ma jgħaddix minn barriera eżistenti, jiddependi mill-kostruzzjoni tal-barriera).

Magna li timla l-ixkejjer tar-ramel.

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq massimu fi 12 il-siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu jitwasslu biss bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

Kapaċità li jkun operattiv tal-anqas għal 10 ijiem.


17.   Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes

Kompiti

Tiftix u salvataġġ mill-ilma u assistenza lil persuni maqbuda fl-għargħar bl-użu ta’ dgħajjes.

Għoti tal-ewwel għajnuna u twassil tal-ewwel neċessitajiet kif meħtieġ.

Kapaċitajiet

Kapaċità ta’ tiftix ta’ persuni f’żoni urbani u rurali.

Kapaċità ta’ salvataġġ ta’ persuni f’żoni mgħarrqa inkluża kura medika fil-livell tal-ewwel rispons.

Kapaċità li jaħdmu flimkien f’tiftix mill-ajru (ħelikopters u ajruplani).

Kapaċità li jwasslu l-ewwel neċessitajiet tal-ħajja f’żoni mgħarrqa:

trasport ta’ tobba, mediċini eċċ.,

ikel u ilma.

Il-modulu jrid ikollu mill-anqas 5 dgħajjes u l-kapaċità li jġorr 50 persuna b’total, eskluż il-persunal tal-Modulu.

Id-dgħajjes iridu jkunu mfassla għall-użu f’kundizzjonijiet ta’ klima kiesħa u jridu jkunu kapaċi jimxu kontra l-kurrent bi fluss ta’ mill-anqas 10 knots.

Operattiv 24/7.

Elementi prinċipali

Id-dgħajjes iridu jkunu mfassla għal:

kundizzjonijiet ta’ ilma baxx (> 0,5 m),

użu f’kundizzjonijiet ta’ riħ qawwi,

użu bi nhar u bil-lejl,

għandhom ikunu mgħammra skont l-istandards ta’ sigurtà internazzjonali inklużi ġkieket tas-salvataġġ għall-passiġġieri.

Persunal imħarreġ għal salvataġġ mgħaġġel mill-ilma. (M’hemmx bżonn ta’ għaddasa, salvataġġ mill-wiċċ biss).

Awtosuffiċjenza

Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

Użu

Disponibbiltà għat-tluq massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu biss jitwasslu bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

Kapaċità li jkun operattiv tal-anqas għal 10 ijiem.”


(1)  Il-lista ta’ moduli ta’ protezzjoni ċivili u r-rekwiżiti relatati stabbiliti f’din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu emendati biex jinkludu tipi oħra ta’ moduli ta’ protezzjoni ċivili li jikkunsidraw l-esperjenza miksuba mill-Mekkaniżmu.

(2)  Vittmi ħajjin.

(3)  Kapaċità bażika, kapaċitajiet aktar estensivi inklużu fil-modulu ‘tad-detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari’.

(4)  Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.

(5)  Vittmi ħajjin.

(6)  Kapaċità bażika, kapaċitajiet aktar estensivi inklużu fil-modulu ‘tad-detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari’.

(7)  Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.

(8)  Suġġett għat-termini ta’ liċenzja medika u veterinarja.

(9)  Dan il-proċess għandu, fejn possibli, iqis ir-rekwiżiti evidenzjarji tal-istat li jagħmel it-talba.


Top