Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0424(05)

Deċiżjoni Nru H1 tat- 12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinament ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali (Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

OJ C 106, 24.4.2010, p. 13–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/13


DEĊIŻJONI Nru H1

tat-12 ta’ Ġunju 2009

dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinament ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2010/C 106/05

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-kwistjonijiet amministrattivi kollha jew il-kwistjonijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 87 u 91 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 64(7) u l-Artikoli 93 sa 97 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010 u r-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 (3) u (KEE) Nru 574/72 (4) għandhom jiġu revokati fl-istess jum, minbarra s-sitwazzjonijiet irregolati bl-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

(2)

Soġġett għall-Artikolu 87(8) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 94 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, fil-prinċipju, dikjarazzjonijiet li jitressqu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti għandhom ikomplu jiġu regolati bil-liġi li kienet applikabbli għalihom fiż-żmien li tressqu u d-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti għandhom japplikaw biss għal dikjarazzjonijiet li nfetħu wara d-dħul tagħhom fis-seħħ.

(3)

Id-Deċiżjonijiet Nru 74 sa 208 u r-Rakkomandazzjonijiet Nru 14 sa 23 tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti, li għadhom fis-seħħ, ma jibqgħux validi fid-data meta jiġu revokati r-Regolamenti (KEE) Nru 1408/74 u (KEE) Nru 574/72 u r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 jidħlu fis-seħħ.

(4)

Jeħtieġ li jiġu adattati ċerti Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet applikabbli skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 biex jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

(5)

Hemm bżonn ta’ trasparenza u gwida għall-istituzzjonijiet fl-applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva skont ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

(6)

Minħabba l-kumplessità legali u teknika, il-perjodu ta’ żmien ristrett u l-ħtieġa li jingħataw prijorità ċerti karigi tal-Kummissjoni Amministrattiva, uħud mid-Deċiżjonijiet mhumiex se jkunu lesti għall-pubblikazzjoni fil-ħin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, iżda biss fi stadju aktar tard.

(7)

Ċerti dispożizzjonijiet ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet applikabbli skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 huma inkorporati direttament fid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

(8)

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet li jirreferu għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 ma għandhomx japplikaw għal każijiet regolati bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

Madankollu, dawn id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet jibqgħu applikabbli fejn ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 jibqgħu fis-seħħ u jibqa’ jkollhom effett legali, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet skont l-Artikolu 90(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 96(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

2.

Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness ma għandhom jiġu sostitwiti b’ebda Deċiżjoni jew Rakkomandazzjoni fir-rigward tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

3.

Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness għandhom jiġu sostitwiti bid-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet ġodda indikati fir-rigward tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

4.

Id-Deċiżjonijiet elenkati fil-Parti C tal-Anness għandhom jiġu adattati mill-Kummissjoni Amministrattiva kemm jista’ jkun malajr biex dawn jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 minħabba li l-prinċipji f’dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu applikati wkoll fir-rigward ta’ dawn ir-Regolamenti.

5.

Id-dokumenti meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (jiġifieri, il-Formoli Elettroniċi, il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa u ċ-Ċertifikati ta’ Tibdil Provviżorju) maħruġa mill-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet u korpi oħrajn kompetenti tal-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 għandhom jibqgħu validi (minkejja l-fatt li r-referenzi ntrabtu mar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72) u għandhom jitqiesu mill-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet u l-korpi l-oħra ta’ Stati Membri oħrajn anki wara dik id-data, sakemm tiskadi d-data tagħhom ta’ validità jew sakemm jiġu rtirati jew jinbidlu bid-dokumenti maħruġa jew ikkomunikati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

6.

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Gabriela PIKOROVÁ


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.

(4)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.


ANNESS

PARTI A

(Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet li jirreferu għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 mingħajr suċċessur fir-rigward tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

Id-Deċiżjonijiet:

 

Id-Deċiżjoni 74

 

Id-Deċiżjoni 76

 

Id-Deċiżjoni 79

 

Id-Deċiżjoni 81

 

Id-Deċiżjoni 85

 

Id-Deċiżjoni 89

 

Id-Deċiżjoni 91

 

Id-Deċiżjoni 115

 

Id-Deċiżjoni 117

 

Id-Deċiżjoni 118

 

Id-Deċiżjoni 121

 

Id-Deċiżjoni 126

 

Id-Deċiżjoni 132

 

Id-Deċiżjoni 133

 

Id-Deċiżjoni 134

 

Id-Deċiżjoni 135

 

Id-Deċiżjoni 136

 

Id-Deċiżjoni 137

 

Id-Deċiżjoni 142

 

Id-Deċiżjoni 143

 

Id-Deċiżjoni 145

 

Id-Deċiżjoni 146

 

Id-Deċiżjoni 148

 

Id-Deċiżjoni 151

 

Id-Deċiżjoni 152

 

Id-Deċiżjoni 156

 

Id-Deċiżjoni 167

 

Id-Deċiżjoni 171

 

Id-Deċiżjoni 173

 

Id-Deċiżjoni 174

 

Id-Deċiżjoni 176

 

Id-Deċiżjoni 178

 

Id-Deċiżjoni 180

 

Id-Deċiżjoni 192

 

Id-Deċiżjoni 193

 

Id-Deċiżjoni 197

 

Id-Deċiżjoni 198

 

Id-Deċiżjoni 199

 

Id-Deċiżjoni 201

 

Id-Deċiżjoni 202

 

Id-Deċiżjoni 204

Rakkomandazzjonijiet:

 

Ir-Rakkomandazzjoni 15

 

Ir-Rakkomandazzjoni 16

 

Ir-Rakkomandazzjoni 17

 

Ir-Rakkomandazzjoni 19

 

Ir-Rakkomandazzjoni 20

 

Ir-Rakkomandazzjoni 23

PARTI B

(Id-Deċiżjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet sostitwiti li jirreferu għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 u s-suċċessuri tagħhom fir-rigward tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.)

Deċiżjonijiet skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

Deċiżjonijiet li jikkorrispondu skont ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009

Id-Deċiżjoni 75

ID-DEĊIŻJONI P1

Id-Deċiżjoni 83

ID-DEĊIŻJONI U1

Id-Deċiżjoni 96

ID-DEĊIŻJONI P1

Id-Deċiżjoni 99

ID-DEĊIŻJONI H1

Id-Deċiżjoni 100

ID-DEĊIŻJONI H1

Id-Deċiżjoni 101

ID-DEĊIŻJONI H1

Id-Deċiżjoni 105

ID-DEĊIŻJONI P1

Id-Deċiżjoni 139

ID-DEĊIŻJONI H1

Id-Deċiżjoni 140

ID-DEĊIŻJONI H1

Id-Deċiżjoni 160

ID-DEĊIŻJONI U2

Id-Deċiżjoni 181

ID-DEĊIŻJONI A2

Id-Deċiżjoni 189

ID-DEĊIŻJONI S1

Id-Deċiżjoni 190

ID-DEĊIŻJONI S2

Id-Deċiżjoni 191

ID-DEĊIŻJONI S1

Id-Deċiżjoni 194

ID-DEĊIŻJONI S3

Id-Deċiżjoni 195

ID-DEĊIŻJONI S3

Id-Deċiżjoni 196

ID-DEĊIŻJONI S3

Id-Deċiżjoni 200

ID-DEĊIŻJONI H3

Id-Deċiżjoni 203

ID-DEĊIŻJONI S1

Id-Deċiżjoni 205

ID-DEĊIŻJONI U3

Id-Deċiżjoni 207

ID-DEĊIŻJONI F1


Rakkomandazzjonijiet skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

Rakkomandazzjonijiet li jikkorrispondu skont ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009

Ir-Rakkomandazzjoni 18

IR-RAKKOMANDAZZJONI U1

Ir-Rakkomandazzjoni 21

IR-RAKKOMANDAZZJONI U2

Ir-Rakkomandazzjoni 22

IR-RAKKOMANDAZZJONI P1

PARTI C

(Id-Deċiżjonijiet li jirreferu għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 li għad iridu jiġu adattati mill-Kummissjoni Amministrattiva)

 

Id-Deċiżjoni 138:

 

Id-Deċiżjonijiet 147 u 150

 

Id-Deċiżjoni 170 (inkluża 185)

 

Id-Deċiżjoni 175

 

Id-Deċiżjoni 206

 

Id-Deċiżjoni 208


Top