Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0153

2010/153/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Marzu 2010 li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimethylfumarate ma jitqiegħdux jew ikunu disponibbli fis-suq (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1337) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 63, 12.3.2010, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 046 P. 92 - 92

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/153/oj

12.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Marzu 2010

li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimethylfumarate ma jitqiegħdux jew ikunu disponibbli fis-suq

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1337)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/153/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE (2) titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimethylfumarate (DMF) ma jitqiegħdux jew ikunu disponibbli fis-suq.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/251/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena.

(3)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba s’issa u n-nuqqas ta’ miżura permanenti li tindirizza l-prodotti tal-konsumatur li fihom id-DMF, hemm bżonn li tiġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE għal 12-il xahar u li tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mid-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/251/KE huwa mibdul b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli sal-15 ta’ Marzu 2011.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2010 u għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 74, 20.3.2009, p. 32.


Top