Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0120

2010/120/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/120/PESK tal- 25 ta' Frar 2010 li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan u l-Pakistan

OJ L 49, 26.2.2010, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/120(1)/oj

26.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/120/PESK

tal-25 ta' Frar 2010

li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan u l-Pakistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Lulju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/612/PESK (1) li taħtar lis-Sinjur Ettore F. SEQUI bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Afganistan għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2008 sat-28 ta' Frar 2009.

(2)

Fis-16 ta’ Frar 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/135/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE għall-Afganistan sat-28 ta' Frar 2010.

(3)

Abbażi ta' reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2009/135/PESK, fil-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/467/PESK (3) li testendi l-mandat tar-RSUE għall-Afganistan biex jinkludi l-Pakistan.

(4)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż sal-31 ta' Marzu 2010.

(5)

Ir-RSUE għall-Afganistan u l-Pakistan ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2009/467/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sur Ettore F. SEQUI huwa b'dan appuntat bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Afganistan u l-Pakistan sal-31 ta' Marzu 2010.”;

(2)

l-Artikolu 2, punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

jappoġġa l-ħidma tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) fir-reġjun.”

(3)

l-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.”

(4)

l-Artikolu 5(1) u (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta' Marzu 2009 sal-31 ta' Marzu 2010 għandu jkun ta' EUR 2 830 000.”;

“2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eleġibbli mill-1 ta' Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.”

(5)

l-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-istruttura tat-tim tiegħu. It-tim għandu jinkludi t-tagħrif espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim tiegħu.”

(6)

l-Artikolu 9(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Id-delegazzjonijiet u/jew l-Istati Membri tal-Unjoni, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.”

(7)

l-Artikolu 10, punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport intermedju u tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.”

(8)

l-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Rapportar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment rapporti bil-fomm u bil-kitba lir-RGħ u lill-KPS. Kif meħtieġ, ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin (KAB).”

(9)

l-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni. Hu għandu jgħin sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti tal-Unjoni kollha fil-qasam jintużaw b'koerenza sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk tar-RSUE għall-Asja Ċentrali. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu jikkollabora wkoll ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.”

Artikolu 2

Ir-RSUE għandu jippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fi tmiem il-mandat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2010.

Ghall-Kunsill

Il-President

A. PÉREZ RUBALCABA


(1)  ĠU L 197, 25.7.2008, p.60.

(2)  ĠU L 46, 17.2.2009, p. 61.

(3)  ĠU L 151, 16.6.2009, p. 41.


Top