EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0068
2010/68/: Commission Decision of 2 February 2010 on the clearance of the accounts of the paying agencies of Malta concerning expenditure in the field of rural development measures financed by the European Agricultural Guarantee Fund (EAGF) for the 2008 financial year (notified under document C(2010) 468)
2010/68/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2010 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas ta' Malta dwar in-nefqa fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) għas-sena finanzjarja 2008 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 468)
2010/68/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2010 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas ta' Malta dwar in-nefqa fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) għas-sena finanzjarja 2008 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 468)
OJ L 36, 9.2.2010, p. 27–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Frar 2010
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas ta' Malta dwar in-nefqa fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) għas-sena finanzjarja 2008
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 468)
(It-test bil-Malti biss huwa awtentiku)
(2010/68/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 30 u 39 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/366/KE (2) approvat il-kontijiet tal-aġenziji kollha tal-ħlas għas-sena finanzjarja 2008, ħlief dawk tal-aġenzija tal-ħlas Maltija MRRA. |
(2) |
Wara t-trażmissjoni ta' tagħrif ġdid u wara li saru aktar verifiki, il-Kummissjoni issa tista’ tiddeċiedi dwar in-nefqa fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali, dwar l-integrità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet imressqin mill-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRRA”. |
(3) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nefqa li ma ġietx effettwata skont ir-regoli Komunitarji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas ta' Malta “MRRA” dwar in-nefqa fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) għas-sena finanzjarja 2008, b’dan qed jiġu approvati.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lill-Istat Membru skont din id-Deċiżjoni fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali li japplikaw f'Malta huma stipulati fl-Annessi I u II.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Malta.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 111, 5.5.2009, p. 35.
ANNESS I
Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Ħlas
Sena finanzjarja 2008 - Nefqa tal-Iżvilupp Rurali tal-FAEG fl-Istati Membri ġodda
Ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lill-Istat Membru
SM |
|
2008 - Nefqa għall-Aġenziji tal-Ħlas li għalihom il-kontijiet huma |
Total a + b |
Tnaqqis |
Total |
Ħlas interim lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru |
|
approvati |
diżapprovati |
|||||||
= nefqa ddikjarata fid-dikjarazzjoni annwali |
= total tal-ħlasijiet interim imħallsa lura lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
|||||||
|
|
a |
b |
c = a + b |
d |
e = c + d |
f |
g = e – f |
MT |
EUR |
2 241 670,14 |
0,00 |
2 241 670,14 |
0,00 |
2 241 670,14 |
2 241 670,14 |
0,00 |
ANNESS II
Nefqa approvata mill-miżura tal-iżvilupp rurali tal-FAEG għas-sena finanzjarja 2008 fl-Istati Membri ġodda
Differenzi bejn kontijiet annwali u dikjarazzjonijiet ta' nefqa
SM |
No |
Miżuri |
Nefqa 2008 Anness I kolonna “a” |
Tnaqqis Anness I kolonna “d” |
Ammont approvat għall-2008 Anness I kolonna “e” |
MT |
No |
Miżuri |
i |
ii |
iii = i + ii |
|
1 |
Żoni żvantaġġati |
975,33 |
0,00 |
975,33 |
|
2 |
Agri-ambjent |
663 097,97 |
0,00 |
663 097,97 |
|
3 |
Konformità mal-istandards |
1 511 921,23 |
0,00 |
1 511 921,23 |
|
4 |
Grupp tal-Produtturi |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
5 |
Assistenza teknika |
55 916,31 |
0,00 |
55 916,31 |
|
6 |
Għajnuna komplementari mill-Istat |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
7 |
Miżura Ad hoc |
9 759,30 |
0,00 |
9 759,30 |
Total |
2 241 670,14 |
0,00 |
2 241 670,14 |