EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1272

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal- 11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku

OJ L 349, 29.12.2009, p. 1–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 025 P. 248 - 315

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2016; Imħassar b' 32016R1238

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1272/oj

29.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1272/2009

tal-11 ta' Diċembru 2009

li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 43(a), (aa), (ċ), (d), (f), (j), (k) u (l), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-intervent pubbliku għandu japplika għall-qamħ komuni, għall-qamħ tat-tip durum, għax-xgħir, għall-qamħirrun, għas-sorgu, għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa, għaz-zokkor abjad jew mhux raffinat prodott skont il-kwota, għal-laħam frisk jew imkessaħ tas-settur taċ-ċanga u l-vitella, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat.

(2)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 (2), jipprovdi li għaz-zokkor se jkun hemm skema tal-intervent pubbliku għas-snin tas-suq tal-2008/2009 u tal-2009/2010 biss. Sabiex tinżamm l-effettività ta' din l-iskema għas-settur taz-zokkor u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, ma jidhirx li huwa xieraq li wieħed iżid ir-regoli eżistenti dwar l-implimentazzjoni għas-settur taz-zokkor fir-regoli ddettaljati attwali għas-sena tas-suq tal-2009/2010.

(3)

Skema tal-intervent pubbliku għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tapplika biss meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet imsemmija f'dak ir-Regolament.

(4)

Sabiex tkun issimplifikata u tittejjeb l-effettività tal-mekkaniżmi ta' ġestjoni u ta' kontroll marbutin mal-iskema tal-intervent pubbliku, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni għall-prodotti kollha mniżżlin fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, ħlief għaz-zokkor.

(5)

L-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009, jillimita l-intervent pubbliku bi prezz fiss għall-qamħ tat-tip durum, għax-xgħir, għall-qamħirrun u għas-sorgu għall-ebda tunnellata għall-perjodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju u għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa għall-ebda tunnellata għall-perjodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Lulju.

(6)

L-Artikolu 13(1)(ċ) u (d) u l-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 72/2009, jillimitaw l-intervent pubbliku bi prezz fiss għall-butir għal 30 000 tunnellata, għat-trab tal-ħalib xkumat għal 109 000 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awwissu, u għall-qamħ komuni għal 3 miljun tunnellata għall-perjodu mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju.

(7)

Skont l-Artikoli 13(3) u 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li twessa’ l-applikazzjoni tal-iskema tal-intervent pubbliku permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti tal-prezzijiet li tmur lil hinn mil-limiti msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 72/2009, jekk l-iżvilupp tal-prezzijiet tas-suq ikun jiġġustifika t-tali azzjoni.

(8)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtoritajiet li għandhom f'idejhom l-intervent pubbliku fl-Istati Membri, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 f'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament, mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (l-FAEG), tal-miżuri ta' intervent fil-forma ta' operazzjonijiet tal-ħżin pubbliku, u mal-kontabilità tal-operazzjonijiet tal-ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri [verżjoni mhix uffiċjali] (3). Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, dawn l-awtoritajiet għandhom jissejħu “aġenziji tal-intervent”.

(9)

Sabiex ikun żgurat li l-iskema tal-intervent pubbliku taħdem bl-iktar mod sempliċi u effiċjenti possibbli fil-Komunità Ewropea kollha, fir-rigward tax-xiri ta' prodotti eleġibbli fuq naħa u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti meħudin mill-aġenziji tal-intervent fuq in-naħa l-oħra, għandhom jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet li għandhom jissodisfaw il-postijiet tal-ħżin. B'mod partikulari, għaċ-ċereali u għar-ross, sabiex ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, għandhom ikunu deċiżi r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni minn qabel taċ-ċentri tal-intervent mill-Istati Membri qabel ma dawn jintgħażlu mill-Kummissjoni. Sabiex ikun razzjonalizzat/issimplifikat il-mod kif jaħdem l-intervent, billi ma jibqgħux jintużaw faċilitajiet żgħar tal-ħżin li jistgħu jkunu mifruxin fuq reġjun sħiħ, għandha tkun stabbilita kapaċità minima tal-ħżin għaċ-ċentru tal-intervent u għall-postijiet tal-ħżin li jiffurmaw iċ-ċentru tal-intervent, imma din m'għandhiex tapplika f'każ li l-post tal-ħżin ikollu aċċess tajjeb għax-xmara, għall-baħar jew għal koinċidenza tal-ferrovija.

(10)

B'mod ġenerali, sabiex ikun hemm ġestjoni u kontroll iktar faċli tal-iskema, l-operaturi stabbiliti u rreġistrati għall-għanijiet tal-VAT fi Stat Membru biss għandhom jitħallew jieħdu sehem fl-iskema tal-intervent pubbliku.

(11)

Għall-għanijiet ta' xiri ta' ċereali u ross, jekk f'xi Stati Membri xi operaturi li jistgħu jieħdu sehem fl-iskema m'għandhomx numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT, l-operaturi rreġistrati fir-reġistru tal-azjendi agrikoli għandhom ikunu permessi jipparteċipaw ukoll fl-iskema ta' intervent pubbliku.

(12)

Billi l-prodotti li huma koperti mill-miżuri tal-intervent għandhom natura differenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni, maż-żmien tal-ħsad u mar-rekwiżiti tal-ħżin tagħhom, għandu jkun hemm kundizzjonijiet speċifiċi għalihom.

(13)

Sabiex ikun hemm kontroll effettiv tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella, b'mod partikulari għall-kundizzjonijiet tal-faċilitajiet tat-tneħħija tal-għadam u tal-faċilitajiet tal-ħżin, l-operaturi li huma eliġibbli biex jieħdu sehem fl-iskema tal-intervent pubbliku permezz ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għandhom jissodisfaw iktar kundizzjonijiet.

(14)

Iċ-ċereali u r-ross li jkun għadu fil-ħliefa li l-kwalità tagħhom ma tippermettix iktar użu jew ħżin xieraq m'għandhomx jiġu aċċettati għall-intervent. Għalhekk, għandhom jiġu ddefiniti l-metodi meħtieġa biex tkun stabbilita l-kwalità taċ-ċereali u tar-ross.

(15)

Ir-riskji preżenti meta jinqabżu l-limiti massimi tas-sustanzi li jniġġsu li jistgħu jiġu aċċettati jistgħu jiġu identifikati mill-aġenziji tal-ħlas jew mill-aġenziji tal-intervent abbażi tat-tagħrif li jagħtuhom l-offerenti ta' xiri u l-offerenti tal-prezzijiet, u abbażi tal-kriterji tal-analiżi tagħhom stess. Għalhekk, sabiex jiġu llimitati l-ispejjeż finanzjarji, huwa ġġustifikat li wieħed jitlob li ssir analiżi taħt ir-responsabbiltà tal-aġenziji qabel ma jittieħdu l-prodotti, biss meta din tkun abbażi ta' analiżi tar-riskju li tippermetti li tiġi ggarantita l-kwalità tal-prodotti meta dawn jidħlu fl-iskema tal-intervent.

(16)

Għall-prodotti tas-settur taċ-ċanga u l-vitella, il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà jridu jaqtgħu barra l dawk il-prodotti li mhumiex rappreżentattivi tal-produzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru u li ma jissodisfawx ir-regoli dwar is-saħħa u dawk veterinarji li jkunu fis-seħħ, kif ukoll lil dawk li huma itqal mill-piż normalment imfittex fis-suq.

(17)

Sabiex ikun eliġibbli għall-intervent, il-butir għandu jissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll il-kundizzjonijiet dwar il-kwalità u l-preżentazzjoni tiegħu, li għad iridu jiġu ddefiniti. Il-metodi tal-analiżi u r-regoli ddettaljati li jirregolaw il-kontroll tal-kwalità tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat għandhom ikunu speċifikati wkoll u, jekk ikun il-każ, għandha ssir dispożizzjoni dwar il-verifiki għar-radjuattività fil-butir u fit-trab tal-ħalib xkumat. Il-livelli massimi ta' din ir-radjuattività jeħtieġ li jkunu stabbiliti, fejn xieraq, mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Madanakollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw sistema fejn wieħed iwettaq verifika fuqu nnifsu, suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet.

(18)

Għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, sabiex ikun żgurat li l-arranġamenti tal-intervent jaħdmu sewwa, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-impriżi tal-manifattura u l-verifika tal-konformità magħhom. Sabiex ikun żgurat li l-arranġamenti jkunu effettivi, għandu jkun hemm dispożizzjoni biex tittieħed azzjoni jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jitħarsux. Billi l-butir u t-trab tal-ħalib xkumat jistgħu jinxtraw minn korp kompetenti ta' Stat Membru li ma jkunx dak li fih ikunu ġew prodotti, f'każijiet bħal dawn, il-korp kompetenti li jkun qed jixtri għandu jkun jista' jivverifika li jkunu tħarsu l-kundizzjonijiet marbutin mal-kwalità u l-preżentazzjoni.

(19)

Sabiex ikun hemm ġestjoni soda tal-iskema, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont minimu, kemm għax-xiri kif ukoll għall-bejgħ, li l-aġenzija tal-intervent ma tkunx tista' taċċetta offerta ta' xiri jew offerta tal-prezzijiet (offerta bi prezzijiet mhux iffissati minn qabel mix-xerrej) għal ammont li jkun iżgħar minnu. Madanakollu, jekk il-kundizzjonijiet u l-prattiki tan-negozju bl-ingrossa jew tar-regolamenti ambjentali li jkunu fis-seħħ fi Stat Membru jkunu jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta' kwantitajiet minimi li jkunu ikbar minn dawk stabbiliti, l-Istat Membru konċernat għandu jkollu d-dritt jitlob tali kwantitajiet minimi ikbar għax-xiri bi prezz fiss.

(20)

L-offerti ta' xiri u l-offerti tal-prezzijiet għandu jkun fihom it-tagħrif kollu meħtieġ biex ikunu vvalutati, u għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar il-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(21)

Għall-qamħ komuni, l-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, sabiex ikun hemm konformità mal-limiti ta' 3 000 000, 30 000 and 109 000 tunnellata rispettivament, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni dwar perjodu ta' riflessjoni, li fih, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-offerti ta' xiri, ikunu jistgħu jittieħdu miżuri speċjali li jkunu japplikaw b'mod partikulari għall-offerti li jkunu pendenti. Dawk il-miżuri jistgħu jikkonsistu fl-għeluq ta' intervent, fl-applikazzjoni ta' koeffiċjent tat-tnaqqis jew fiċ-ċaħda tal-offerti li jkunu pendenti. Dawn jeħtieġu azzjoni ta' malajr u l-Kummissjoni għandha tkun tista' tieħu l-miżuri meħtieġa kollha mingħajr dewmien.

(22)

Fuq il-bażi tal-offerti tal-prezzijiet li jkunu ntbagħtu, jista' jiġi ffissat ammont massimu għall-prezz. Madanakollu, jista' jkun hemm sitwazzjonijet fis-suq li fihom minħabba f'aspetti ekonomiċi jew aspetti oħrajn, l-offerti tal-prezzijiet kollha li jkunu ntbagħtu jkollhom ikunu miċħuda.

(23)

Kemm fil-każ tal-intervent bi prezz fiss, kif ukoll fil-każ ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għall-intervent pubbliku, hemm bżonn ta' garanzija sabiex tkun żgurata s-serjetà tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet u sabiex ikun żgurat li l-miżura jkollha l-effett mixtieq fuq is-suq. Għalhekk, għandhom ikunu adottati dispożizzjonijiet għar-rilaxx u t-telf tal-garanzija li tkun ingħatat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta' Lulju 1985 li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (4).

(24)

Sabiex ikun żgurat li l-iskema ta' intervent pubbliku taħdem b'mod ċar u effettiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli ġenerali marbutin mal-kunsinna tal-prodotti fil-post tal-ħżin magħżul mill-aġenzija tal-intervent. Barra minn hekk, għaċ-ċereali u għar-ross, kif ukoll għall-prodotti tal-ħalib, minħabba l-ispeċifiċitajiet ta' dawn is-setturi, jeħtieġ li jkun hemm regoli speċifiċi apparti dawk ġenerali.

(25)

Sabiex ikun hemm ġestjoni tajba tal-istokkijiet maħżuna, għandhom ikunu speċifikati l-obbligi tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mad-distanza massima sal-post tal-ħżin u mal-ispejjeż li għandhom jiġġarrbu meta tinqabeż din id-distanza. Madanakollu, minħabba d-differenzi fin-natura tal-prodotti, huwa ġġustifikat li wieħed jiffissa livelli differenti għad-distanzi massimi għaċ-ċereali u għar-ross meta mqabbla ma' dawk għall-prodotti tal-ħalib.

(26)

Sabiex jinħolqu regoli komuni, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li tgħid li l-verifiki fuq il-prodotti matul il-ħżin iridu jitwettqu kif imniżżel fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

(27)

Sabiex ikunu armonizzati r-regoli attwali li japplikaw għas-setturi differenti, għandu jkun hemm dispożizzjoni li tgħid li wara li l-prodotti jkunu twasslu sal-postijiet tal-ħżin, l-aġenzija tal-intervent għandha teħodhom biss skont ir-riżultat li joħroġ mill-verifiki u mill-analiżi rilevanti biex tkun stabbilita l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti li japplikaw għax-xiri. Abbażi ta' dawn il-verifiki u l-analiżi għandu jinħareġ reġistru tat-teħid tal-prodotti, iżda dan m'għandux isir iktar minn sittin jum wara l-aħħar jum stabbilit għall-kunsinna tal-prodotti. Jekk il-prodotti ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli, l-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet għandu jerġa' jieħu l-prodotti u jġarrab l-ispejjeż kollha relatati mat-teħid kundizzjonali li kien hemm matul il-perjodu li fih il-prodotti kienu maħżuna fil-postijiet tal-ħżin tal-intervent.

(28)

Sabiex ma jkun hemm l-ebda spekulazzjoni minħabba n-nuqqas kbir ta' stabbiltà tal-prezzijiet fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross, il-prodotti offruti għall-intervent iridu jkunu qed jinżammu fil-verità mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet meta dawn ikunu qed iressqu l-offerti ta' xiri jew l-offerti tal-prezzijiet; dan għandu jkun wieħed mir-rekwiżiti ewlenin sabiex l-iskema ta' intervent pubbliku tkun ta' benefiċċju. L-aġenziji tal-intervent għandhom jirċievu assigurazzjoni sodisfaċenti li l-kwantitajiet offruti qegħdin verament fil-post tal-ħżin mogħti fl-offerta ta' xiri jew fl-offerta tal-prezzijiet; f'dak ir-rigward, l-offerenti ta' xiri jew l-offerenti tal-prezzijiet għandhom jintalbu jressqu stqarrija dwar dan flimkien mal-offerti rispettivi tagħhom.

(29)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni sempliċi u effiċjenti tal-intervent, jeħtieġ li wieħed jistipula li l-lott ta' ċereali mressaq għall-intervent irid ikun omoġenju u li lott ta' ross irid ikun magħmul mill-istess tip.

(30)

Għaċ-ċereali u għar-ross, huwa xieraq li għall-intervent wieħed ma jaċċettax dawk il-prodotti li ma jkunux jistgħu jintużaw wara jew li ma jkunux jistgħu jinħażnu b'mod adegwat. Għal dan il-għan, iridu jiġu ddefiniti l-metodi li bihom wieħed jiddeċiedi dwar il-kwalità taċ-ċereali u tar-ross.

(31)

L-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 18(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 72/2009, jipprovdi li l-prezz tal-intervent taċ-ċereali għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti bla ħsara għaż-żidiet u għat-tnaqqis fil-prezz għal raġunijiet ta' kwalità. Huwa xieraq li wieħed isemmi d-differenza fil-prezzijiet ibbażata fuq il-kriterji ewlenin tal-kwalità għaċ-ċereali.

(32)

L-Artikolu 18(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-prezz tal-intervent għar-ross għandu jiġi ffissat għal kwalità standard u li jekk il-kwalità tar-ross offrut għall-intervent tkun differenti minn dik il-kwalità standard, il-prezz tal-intervent għandu jinbidel skont il-koeffiċjenti tat-tnaqqis u taż-żieda. L-applikazzjoni ta' dawk il-koeffiċjenti għandha tirrifletti d-differenzi fil-prezzijiet fis-suq tar-ross minħabba r-raġunijiet ta' kwalità. Għal dan il-għan, huwa xieraq li wieħed iqis il-karatteristiċi ewlenin tar-ross, li jippermettu valutazzjoni oġġettiva tal-kwalità.

(33)

Prodotti mixtrija mill-aġenziji tal-intervent skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 iridu jintużaw b'tali mod li ma jfixklux is-suq u b'tali mod li jiżgura l-istess aċċess għall-prodotti u l-istess trattament tax-xerrejja; il-proċedura tas-sejħa għall-offerti għandha tippermetti li jintlaħaq dan il-għan.

(34)

L-avviżi dwar is-sejħiet għall-offerti tal-prezzijiet għandhom jinkitbu u jiġu ppubblikati mill-aġenzija tal-intervent li jkollha l-istokk tal-intervent li jkun disponibbli għall-bejgħ b'tali mod li jkunu jinkludu t-tagħrif meħtieġ dwar il-karatteristiċi tal-prodotti u dwar il-post fejn huma maħżuna. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm provediment għal perjodu taż-żmien raġonevoli mid-data ta' din il-pubblikazzjoni u l-ewwel data tal-għeluq għat-tressiq tal-offerti tal-prezzijiet.

(35)

Il-ġestjoni tajba tal-istokkijiet tal-intervent teħtieġ li l-prodotti jerġgħu jinbiegħu malli jkunu disponibbli l-postijiet tal-bejgħ. Sabiex ikun żgurat aċċess ugwali għall-prodotti li jkunu għall-bejgħ, il-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw iċ-ċans li jeżaminaw, fuq spejjeż li jħallsu huma stess, kampjuni mill-prodotti li jkunu se jinbiegħu.

(36)

Sabiex l-offerti tal-prezzijiet ikunu jistgħu jitqabblu, għaċ-ċereali u għar-ross, l-offerti tal-prezzijiet għandhom jitressqu għal tip ta' ċereali jew ta' ross iddefinit. Għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex il-prezz tal-bejgħ jinbidel f'każijiet fejn iċ-ċereali u r-ross ma jkunux ta' dak it-tip partikulari.

(37)

Sabiex ikun żgurat li l-iskema ta' intervent pubbliku taħdem b'mod effiċjenti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli ġenerali marbutin mat-tneħħija tal-prodotti mill-ħażna. Għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, minħabba n-natura speċifika ta' dawn il-prodotti, jeħtieġ li jkun hemm regoli speċjali apparti dawk ġenerali.

(38)

Il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet tista' sseħħ sewwa biss jekk dawk ikkonċernati jressqu offerti tal-prezzijiet li jkunu ġenwini. Dak il-għan jista' jintlaħaq billi wieħed jintalab jipprovdi garanzija, u billi din tiġi rrilaxxata hekk kif jitħallas il-prezz tal-bejgħ saż-żmien stipulat.

(39)

L-aġenziji tal-intervent għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-offerti tal-prezzijiet li jistgħu jiġu aċċettati. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tiffissax prezz minimu tal-bejgħ jew le skont l-offerti tal-prezzijiet u skont il-qagħda tas-suq Komunitarju. L-aġenziji tal-intervent għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw l-offerti tal-prezzijiet għall-prodotti disponibbli għall-bejgħ skont dik id-deċiżjoni.

(40)

Sabiex jitħaffef il-bejgħ ta' kwantitajiet żgħar li l-Istati Membri jkun għad fadlilhom maħżuna u sabiex tkun żgurata ġestjoni soda tas-sistema, għandu jkun xieraq li wieħed jipprovdi li l-aġenzija tal-intervent, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, ikollha d-dritt tiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għall-bejgħ mill-ġdid billi tapplika r-regoli stabbiliti fir-rigward tal-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti miftuħin mill-Komunità mutatis mutandis, bil-ħsieb li jkun żgurat aċċess ugwali għall-partijiet kollha kkonċernati. Għall-istess raġunijiet, l-aġenzija tal-intervent għandu jkollha s-setgħa tpoġġi għall-bejgħ dirett dawk il-kwantitajiet li, wara li jkunu ġew iċċekkjati permezz ta' eżami viżiv fil-kuntest tat-tagħmil annwali tal-inventarju tal-istokk jew matul l-ispezzjoni wara t-teħid fl-intervent, ma jkunux jistgħu jerġgħu jiġu ppakkjati jew ikunu tħassru.

(41)

Sabiex ikun hemm ġestjoni effettiva tas-sistema, jeħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni li, permezz tagħha, l-Istati Membri jkunu jridu jgħarrfu lill-Kummissjoni kull tant żmien dwar il-qagħda tal-ħażniet, u dwar il-prodotti li jkunu deħlin fl-imħażen u ħerġin minnhom. Dan it-tagħrif irid jingħadda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni permezz ta' mezzi elettroniċi u bl-użu tal-formola li tkunu tqiegħdet għad-dispożizzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

(42)

Dan ir-Regolament jinkludi ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri tal-intervent mogħtija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2005 tal-5 ta' April 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (5). Għalhekk, dak ir-Regolament għandu jiġi emendat skont dan.

(43)

Minħabba li dan ir-Regolament għandu l-għan li jarmonizza d-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-prodotti koperti mill-intervent pubbliku, għandu jieħu post id-dispożizzjonijiet li hemm fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 75/91 tal-11 ta' Jannar 1991 li jistabilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għad-disponiment ta' ross fil-fosdqa [li jkun għadu fil-ħliefa] miżmum minn aġenziji ta' interventi (6), fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward interventi fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat (7), (KE) Nru 1669/2006 tat-8 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħżin taċ-ċanga (8), (KE) Nru 105/2008 tal-5 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar intervent fis-suq tal-butir (9), (KE) Nru 687/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta' ċereali mill-aġenziji li jħallsu jew l-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali (10), (KE) Nru 127/2009 tat-12 ta' Frar 2009 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f'idejn l-aġenziji ta' ħlas jew l-aġenziji intermedjarji [ta' intervent] (11) u (KE) Nru 670/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li jirrigwarda l-intervent pubbliku permezz ta' sejħa għall-offerti għax-xiri ta' qamħ durum jew ta' ross paddy [ross li jkun għadu fil-ħliefa], u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 428/2008 u (KE) Nru 687/2008 (12). Għalhekk, dawk ir-Regolamenti għandhom jitħassru.

(44)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni ta' Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

REGOLI KOMUNI U KUNDIZZJONIJIET MARBUTIN MAL-INTERVENT PUBBLIKU

KAPITOLU I

L-ambitu, id-definizzjoni u l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent u tal-postijiet tal-ħżin

Artikolu 1

L-ambitu u d-definizzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati dwar ix-xiri għall-intervent u l-bejgħ ta' prodotti mill-intervent għall-prodotti mniżżlin fl-Artikolu 10(1)(a), (b), (d), (e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Għandu japplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar il-ftuħ ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għax-xiri tal-prodotti u fir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar il-bejgħ tal-prodotti mill-intervent.

2.   Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, “aġenzija tal-intervent” għandha tfisser l-aġenzija tal-ħlas jew l-aġenzija maħtura mill-aġenzija tal-ħlas skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

Artikolu 2

L-għażla u l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent u tal-postijiet tal-ħżin

1.   Iċ-ċentri tal-intervent u l-postijiet tal-ħżin fejn jinħażnu l-prodotti mixtrija għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tal-aġenziji tal-intervent skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 884/2006, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwistjonijiet tar-responsabbiltajiet u tal-kontrolli, kif ipprovdut fl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament.

2.   Iċ-ċentri tal-intervent li l-Kummissjoni se tagħżilhom għaċ-ċereali u għar-ross skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu approvati minn qabel mill-aġenziji tal-intervent. Ċentru tal-intervent jista' jkun magħmul minn post tal-ħżin wieħed jew aktar f'reġjun partikulari ta' Stat Membru.

3.   Il-postijiet tal-ħżin ta' ċentru tal-intervent l-ewwel għandhom ikunu approvati mill-aġenziji tal-intervent. L-aġenziji tal-intervent għandhom jiżguraw li ċ-ċentri tal-intervent jew il-postijiet tal-ħżin jissodisfaw mill-inqas il-kundizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 3.

4.   It-tagħrif dwar iċ-ċentri tal-intervent u l-postijiet tal-ħżin tagħhom għandu jiġi aġġornat u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku, skont l-Artikolu 55 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Ir-rekwiżiti taċ-ċentri tal-intervent u tal-postijiet tal-ħżin

1.   Għaċ-ċereali u għar-ross:

(a)

kull ċentru tal-intervent għandu jkollu kapaċità minima tal-ħżin ta':

(i)

20 000 tunnellata għaċ-ċereali, għall-postijiet tal-ħżin kollha f'daqqa;

(ii)

10 000 tunnellata għar-ross, għall-postijiet tal-ħżin kollha f'daqqa;

(b)

kull post tal-ħżin għandu:

(i)

ikollu kapaċità minima tal-ħżin ta' 5 000 tunnellata għall-prodotti mixtrija mill-perjodu tal-intervent li jibda fl-2012/2013 ‘il quddiem;

(ii)

ikun mibni għall-ħżin taċ-ċereali jew tar-ross, jew għaż-żamma tagħhom f'kundizzjonijiet tajbin, jew ikun adattat għalhekk, kif imsemmi fil-paragrafu 3;

(iii)

ikun mgħammar bit-tagħmir tekniku meħtieġ biex jittieħdu ċ-ċereali u r-ross;

(iv)

ikun jista' jneħħi l-kwantitajiet sabiex ikun konformi mal-perjodu tat-tneħħija stabbilit fl-Artikolu 51(2).

Għall-għanijiet ta' dan il-paragrafu, il-“kapaċità minima tal-ħżin” ta' ċentru tal-intervent tfisser kapaċità minima li mhux bil-fors tkun dejjem disponibbli imma li tista' tintlaħaq malajr fil-perjodu li fih jista' jseħħ ix-xiri. Il-kapaċitajiet minimi ta' ħżin għandhom japplikaw għaċ-ċereali u għall-varjetajiet kollha tar-ross li għandhom jinxtraw.

F'każ li l-postijiet tal-ħżin ikollhom aċċess tajjeb għax-xmara, għall-baħar jew għal koinċidenza tal-ferrovija, m'għandhomx japplikaw il-kapaċitajiet minimi ta' ħżin stabbiliti fil-punt(b)(i) tal-ewwel subparagrafu.

2.   Għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, kull post tal-ħżin għandu jkollu kapaċità minima tal-ħżin ta' 400 tunnellata. Ir-rekwiżit tal-kapaċità minima tal-ħżin m'għandux japplika f'każ li l-post tal-ħżin ikollu aċċess tajjeb għax-xmara, għall-baħar jew għal koinċidenza tal-ferrovija.

3.   Fil-każ tat-trab tal-ħalib xkumat, tal-butir, taċ-ċereali u tar-ross, il-postijiet tal-ħżin għandhom:

(a)

ikunu xotti, miżmumin sewwa u ħielsa minn kwalunkwe annimal żgħir li jagħmel il-ħsara;

(b)

ikunu ħielsa minn irwejjaħ esterni;

(ċ)

ikunu jippermettu ventilazzjoni tajba, ħlief għall-imħażen tal-friża.

4.   Fil-każ tal-butir, l-aġenziji tal-intervent għandhom jistabbilixxu standards tekniċi li jipprovdu, b'mod partikulari, għal temperatura tal-ħżin ta' 15-iloĊ taħt iż-żero jew inqas, u għandhom jieħdu kull miżura oħra meħtieġa biex jiżguraw li l-butir ikun ikkonservat sewwa.

5.   Fil-każ tal-prodotti tas-settur taċ-ċanga u l-vitella, minn hawn ‘il quddiem imsejħin “ċanga”, il-postijiet tal-ħżin għandhom jingħażlu mill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-miżuri tal-intervent ikunu effettivi. Il-faċilitajiet f'dawn il-postijiet tal-ħżin għandhom jippermettu:

(a)

li jittieħed laħam bl-għadam;

(b)

li jiġi ffriżat il-laħam kollu li għandu jkun ippriżervat mingħajr iżjed ipproċessar;

(ċ)

li t-tali laħam jinħażen għal mill-anqas tliet xhur f'kundizzjonijiet teknikament sodisfaċenti.

Fir-rigward tal-laħam bl-għadam maħsub għat-tneħħija tal-għadam, jistgħu jintgħażlu biss dawk il-postijiet tal-ħżin li l-impjanti tagħhom tat-tqattigħ u tat-tkessiħ ma għandhom l-ebda rabta mal-biċċerija u/jew mal-offerent tal-prezzijiet rebbieħ u li huma mħaddma, immaniġġjati u li jħaddmu impjegati li m'għandhomx x'jaqsmu mal-biċċerija u/jew mal-offerent tal-prezzijiet rebbieħ. Madankollu, meta jkun hemm diffikultajiet prattiċi biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti fil-katina tal-proċessar, l-Istati Membri jistgħu japplikaw deroga minn dawn ir-rekwiżiti, basta jsaħħu l-kontrolli waqt l-aċċettazzjoni skont il-Parti III(5) tal-Anness III.

Għajr għal derogi speċifiċi li dwarhom hemm dispożizzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-imħażen tal-friża li jkunu fl-Istat Membru li jkun qiegħed jeżerċita l-ġuriżdizzjoni fuq l-aġenzija tal-intervent għandhom ikunu kapaċi jżommu ċ-ċanga kollha mingħajr għadam li tkun allokata mill-aġenzija tal-intervent għal mill-anqas tliet xhur f'kundizzjonijiet teknikament sodisfaċenti.

KAPITOLU II

L-aċċess għall-intervent pubbliku

Artikolu 4

L-eliġibbiltà tal-operaturi

1.   Kwalunkwe operatur stabbilit u rreġistrat għall-għanijiet tal-VAT fil-Komunità jista' jressaq offerta ta' xiri jew offerta tal-prezzijiet skont skema tal-intervent pubbliku.

Madanakollu, għall-għanijiet tax-xiri, għaċ-ċereali u għar-ross, jekk l-operatur ma jkollux reġistrazzjoni tal-VAT, ir-reġistrazzjoni f'reġistru tal-azjendi agrikoli tkun biżżejjed.

2.   Fil-każ taċ-ċanga għax-xiri, l-operaturi li ġejjin biss jistgħu jressqu offerti tal-prezzijiet:

(a)

biċċeriji tal-annimali bovini rreġistrati jew approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), ikun xi jkun l-istat legali tagħhom; kif ukoll

(b)

negozjanti tal-annimali jew tal-laħam li jsir il-qtil tal-annimali f'isimhom.

3.   Għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, l-impriżi approvati msemmija fl-Artikolu 10(1)(e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma eliġibbli biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-Parti III tal-Anness IV u fil-Parti III tal-Anness V.

Artikolu 5

Il-proċeduri biex jitressqu l-offerti ta' xiri u l-offerti tal-prezzijiet

1.   L-offerti ta' xiri jew l-offerti tal-prezzijiet, imressqin skont dan ir-Regolament, għandhom jużaw il-metodu mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi mill-Istat Membru kkonċernat.

2.   L-aġenziji tal-intervent jistgħu jitolbu li l-offerti elettroniċi, kemm dawk bi prezz iffissat minn qabel u kif ukoll dawk tal-prezzijiet, ikollhom magħhom firma elettronika avvanzata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jew firma elettronika li toffri assigurazzjonijiet ekwivalenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-funzjonalitajiet attribwiti lil firma, billi tapplika l-istess regoli u kundizzjonijiet bħal dawk applikati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonjiet tagħha dwar id-dokumenti elettroniċi u diġitalizzati, stabbiliti fid-Deċiżjoni 2004/563/KE, Euratom (15), u fir-regoli tal-implimentazzjoni tagħha.

TITOLU II

PROĊEDURA TAX-XIRI

Artikolu 6

It-tip ta' proċedura għax-xiri

1.   Ix-xiri ta' prodotti mniżżlin fl-Artikolu 10(1)(a), (b), (d), (e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jsir jew permezz tax-xiri bi prezz fiss jew permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti tal-prezzijiet skont l-Artikoli 12, 13 u 18 ta' dak ir-Regolament.

2.   L-offerti ta' xiri jew l-offerti tal-prezzijiet għall-qamħ komuni, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat jistgħu jitressqu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu matul il-perjodi tal-intervent stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

KAPITOLU I

Ir-regoli ġenerali

Taqsima I

Kundizzjonijiet komuni għax-xiri

Artikolu 7

L-eliġibbiltà tal-prodotti

1.   Sabiex ikunu eliġibbli għall-intervent pubbliku, minbarra r-rekwiżiti mniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-prodotti għandhom ikunu ta' kwalità tajba, ġusta u li tista' tinbiegħ fis-suq.

B'mod partikulari, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżlin f'dan ir-Regolament:

għaċ-ċereali: fl-Anness I, Parti I, II u III,

għar-rossi: fl-Anness II, Parti I u III,

għaċ-ċanga: l-Anness III, il-Part I, III, V u VI,

għall-butir: fl-Artikolu 28 u l-Anness IV, il-Parti I u IV,

għat-trab tal-ħalib xkumat: fl-Artikolu 28 u l-Anness V, il-Parti I, IV u V.

2.   Sabiex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà tal-prodotti, għandhom jitwettqu testijiet skont il-metodi mniżżlin:

għaċ-ċereali: fl-Anness I, il-Partijiet IV sa VIII u l-Part XII,

għar-rossi: fl-Anness II, il-Parti VI,

għaċ-ċanga: fl-Anness III, il-Parti III,

għall-butir: fl-Anness IV, il-Parti IV,

għat-trab tal-ħalib xkumat: fl-Anness V, il-Parti IV.

Artikolu 8

Il-kwantitajiet minimi ta' prodotti offruti

1.   Il-kwantitajiet minimi offruti għax-xiri bi prezz iffissat minn qabel jew permezz ta' sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għandhom ikunu:

(a)

għall-qamħ komuni, ix-xgħir, il-qamħirrun u s-sorgu: 80 tunnellata;

(b)

għall-qamħ tat-tip durum: 10 tunnellata;

(ċ)

għar-rossi: 20 tunnellata;

(d)

għaċ-ċanga: 10 tunnellata;

(e)

għall-butir: 20 tunnellata;

(f)

għat-trab tal-ħalib xkumat: 20 tunnellata.

2.   Għax-xiri ta' prodotti bi prezz fiss, Stat Membru jista' jeħtieġ kwantitajiet minimi li jkunu ikbar minn dawn imniżżla fil-paragafu 1 jekk il-kundizzjonijiet u l-prattiki tan-negozju bl-ingrossa jew tar-regolamenti ambjentali li jkunu fis-seħħ f'dak l-Istat Membru partikulari jkunu jiġġustifikaw dan.

Artikolu 9

Il-garanzija

Meta, għax-xiri, titressaq offerta ta' xiri jew offerta tal-prezzijiet, għandha tingħata l-garanzija li ġejja lill-aġenzija tal-intervent li lilha tkun qed titressaq l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 2220/85:

(a)

għaċ-ċereali: EUR 20/tunnellata;

(b)

għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa: EUR 30/tunnellata;

(ċ)

għaċ-ċanga: EUR 300/tunnellata;

(d)

għall-butir: EUR 50/tunnellata;

(e)

għat-trab tal-ħalib xkumat: EUR 50/tunnellata.

Artikolu 10

Il-kundizzjonijiet għat-tressiq u għall-aċċettazzjoni tal-offerti, kemm dawk bi prezz iffissat minn qabel kif ukoll dawk tal-prezzijiet

1.   Sabiex l-aġenzija tal-intervent tkun tista' taċċettaha, l-offerta, kemm dik bi prezz iffissat minn qabel kif ukoll dik tal-prezzijiet, għandha titressaq fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun qiegħda titressaq, u għandu jkun fiha:

(a)

formola li jkun qiegħed għad-dispożizzjoni l-Istat Membru u li tkun tipprovdi tal-anqas it-tagħrif li ġej:

(i)

l-isem u l-indirizz tal-offerent ta' xiri jew tal-offerent tal-prezzijiet, u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT tiegħu fl-Istat Membru fejn iwettaq l-attività ewlenija tiegħu jew, jekk ma jkollux dan in-numru, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-azjenda agrikola tiegħu;

(ii)

il-prodott offrut, għaċ-ċereali u r-ross, il-kodiċi rilevanti tan-NM tiegħu u, għar-ross, b'indikazzjoni tat-tip u tal-varjetà;

(iii)

il-post fejn ikun qiegħed jinżamm il-prodott, apparti ċ-ċanga, meta ssir l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet;

(iv)

għaċ-ċereali u għar-ross, il-post tal-ħżin approvat ta' ċentru tal-intervent li għalih qiegħda ssir l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, bl-irħas spiża possibbli, filwaqt li jitqies l-Artikolu 29; dan il-post tal-ħżin m'għandux ikun il-post tal-ħżin fejn ikun qiegħed jinżamm il-prodott meta ssir l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet;

(v)

għaċ-ċereali u għar-ross, is-sena tal-ħsad u ż-żona jew iż-żoni tal-produzzjoni fil-Komunità;

(vi)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, id-data tal-produzzjoni;

(vii)

il-kwantità offruta fl-offerta ta' xiri jew fl-offerta tal-prezzijiet fil-limiti mniżżlin fl-Artikolu 8;

(viii)

għaċ-ċereali u għar-ross, il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott offrut;

(ix)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, l-isem u n-numru tal-approvazzjoni tal-impriżi;

(b)

id-dokumenti mehmużin li ġejjin:

(i)

prova li l-offerent ta' xiri jew dak tal-prezzijiet ikun ta l-garanzija msemmija fl-Artikolu 9;

(ii)

għaċ-ċereali u għar-ross stqarrija mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet li l-kwantità offruta qiegħda verament fil-post tal-ħżin speċifikat fil-punt (a)(iii) ta' dan il-paragrafu;

(iii)

għaċ-ċereali u għar-ross stqarrija mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet li l-prodotti joriġinaw fi ħdan il-Komunità u li l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet tirreferi għal lott omoġenju li, għar-ross, għandu jkun magħmul minn ross li jkun għadu fil-ħliefa tal-istess varjetà; kif ukoll

(iv)

għaċ-ċereali u għar-ross, stqarrija li fiha jingħataw id-dettalji dwar jekk twettqux trattamenti wara l-ħsad, l-isem tal-prodott użat, li kien applikat f'konformità mal-kundizzjonijiet tal-użu, u li l-prodott huwa awtorizzat skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (16).

2.   Minkejja l-paragrafu 1(a)(iv) ta' dan l-Artikolu, offerent ta' xiri jew offerent tal-prezzijiet jista' jitlob, fil-formola msemmija fil-paragrafu 1(a) tiegħu, li l-prodott jittieħed fil-post tal-ħżin fejn ikun qiegħed jinżamm meta titressaq l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, dejjem jekk il-post tal-ħżin ikun jissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikoli 3 u li, fir-rigward taċ-ċereali u tar-ross, ikun ġie approvat skont l-Artikolu 2(3).

3.   Fejn il-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti ta' xiri jew tal-offerti tal-prezzijiet ikun festa pubblika, l-offerti ta' xiri jew dawk tal-prezzijiet għandhom jitressqu l-aktar tard fl-aħħar jum tax-xogħol qabel il-festa pubblika.

4.   L-offerti ta' xiri jew dawk tal-prezzijiet imressqin nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f'festa pubblika għandhom jitqiesu li jkunu waslu għand l-aġenzija tal-intervent fl-ewwel jum tax-xogħol wara l-jum li fih ikunu tressqu.

5.   L-offerti ta' xiri jew dawk tal-prezzijiet ma jistgħux jiġu rtirati jew emendati wara li jitressqu.

6.   L-aġenzija tal-intervent għandha tirreġistra l-offerti ta' xiri jew dawk tal-prezzijiet li jistgħu jiġu aċċettati, kif ukoll il-kwantitajiet ikkonċernati, fil-jum li fih jaslulha dawn l-offerti.

7.   Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-aċċettazzjoni tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu ttrasferiti lil ħaddieħor.

Artikolu 11

Verifika tal-offerti ta' xiri jew tal-offerti tal-prezzijiet mill-aġenzija tal-intervent

1.   L-aġenziji tal-intervent għandhom jivverifikaw li l-offerti, kemm dawk bi prezz iffissat minn qabel kif ukoll dawk tal-prezzijiet, ikunu jistgħu jiġu aċċettati, abbażi tal-elementi meħtieġa, kif stipulat fl-Artikolu 10(1).

Jekk l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet ma tkunx tista' tiġi aċċettata, l-aġenzija tal-intervent għandha tgħarraf lill-operatur ikkonċernat b'dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol. Għall-offerti ta' xiri, jekk l-operatur ma jirċevix it-tali tagħrif, l-offerta titqies bħala waħda li tista' tiġi aċċettata.

2.   Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 10(1)(b)(ii), (iii) u (iv) jistgħu jiġu vverifikati għall-konformità wara li l-aġenzija tal-intervent tkun ivverifikat li l-offerti ta' xiri jew dawk tal-prezzijiet ikunu jistgħu jiġu aċċettati, jekk meħtieġ bl-għajnuna tal-aġenzija tal-intervent kompetenti għall-post tal-ħżin indikat mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet, skont l-Artikolu 32(3).

Taqsima II

Kundizzjonijiet speċifiċi għax-xiri bi prezz fiss

Artikolu 12

Il-proċedura għax-xiri ta' prodotti bi prezz fiss

1.   Ix-xiri tal-qamħ komuni, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss kif imsemmi fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I u ta' din it-Taqsima.

2.   L-offerti ta' xiri jistgħu jitressqu lill-aġenzija tal-intervent sa mill-bidu tal-perjodi mniżżlin fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 13

In-notifiki lill-Kummissjoni

1.   L-aġenziji tal-intervent għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' qamħ komuni, ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat li, matul il-ġimgħa ta' qabel, kienu s-suġġett ta' offerta ta' xiri u dwar it-tagħrif relatat.

2.   In-notifiki għandhom jintbagħtu:

(a)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat: sa mhux aktar tard mis-14:00 (ħin ta' Brussell) ta' kull nhar ta' Tnejn;

(b)

għall-qamħ tat-tip komuni: sa mhux aktar tard min-nofsinhar 12:00pm (ħin ta' Brussell) ta' kull nhar t’Erbgħa, bħala parti min-notifika msemmija fl-Artikolu 56(1).

3.   Meta, fil-każ tal-qamħ komuni, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, il-kwantitajiet offruti jkunu bdew joqorbu lejn il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 13(1)(a), (ċ) jew (d) jew fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar minn meta għandhom jibdew jgħarrfuha dwar il-kwantitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu kull jum tax-xogħol qabel is-14:00 (ħin ta' Brussell) fir-rigward tal-kwantitajiet tal-qamħ komuni, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat offruti għall-intervent matul il-jum tax-xogħol ta' qabel.

4.   In-notifiki m'għandux ikun fihom id-dejta msemmija fl-Artikolu 10(1)(a)(i) u fl-Artikolu 10(1)(a)(ix).

5.   In-notifiki għandhom isiru skont l-Artikolu 58.

Artikolu 14

Miżuri sabiex jiġu rrispettati l-limiti massimi tal-intervent

1.   Sabiex tikkonforma mal-limiti msemmija fl-Artikolu 13(1)(a), (ċ) u (d) u fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) ta' dak ir-Regolament:

(a)

li tagħlaq ix-xiri tal-intervent bi prezz fiss;

(b)

f'każ fejn l-aċċettazzjoni tal-kwantità sħiħa offruta f'jum partikulari tkun se twassal biex tinqabeż il-kwantità massima, li tistipula koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantità kollha fl-offerti li jkunu waslu f'dak il-jum mingħand kull offerent ta' xiri u li jkunu ġew mgħarrfa lill-Kummissjoni;

(ċ)

li tirrifjuta, fejn ikun xieraq, l-offerti li jkunu pendenti li jkunu tressqu lill-aġenziji tal-intervent tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dan fi żmien jumejn (2) tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(1) u fi żmien ħamest ijiem (5) tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(3).

2.   Għall-qamħ komuni, il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, offerent ta' xiri li għalih ikun japplika koeffiċjent tal-allokazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b) jista' jirtira l-offerta tiegħu fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol minn meta jidħol fis-seħħ ir-regolament li jistipula l-koeffiċjent tal-allokazzjoni.

Taqsima III

Kundizzjonijiet speċifiċi għax-xiri permezz tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti tal-prezzijiet

Artikolu 15

Il-proċedura għax-xiri ta' prodotti permezz tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti tal-prezzijiet

Ix-xiri ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jitwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I u ta' din it-Taqsima.

Artikolu 16

Il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet

1.   Proċedura ta' sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għax-xiri tal-prodotti tista' tinfetaħ skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, permezz ta' Regolament, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Regolament li jiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet”.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiftaħ, mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:

(a)

il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għax-xiri tal-qamħ komuni għal ammonti li jaqbżu l-kwantità massima offruta ta' 3 miljun tunnellata;

(b)

il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għax-xiri taċ-ċanga skont il-kategorija u l-Istat Membru, jew ir-reġjun tiegħu, abbażi taż-żewġ prezzijiet tas-suq ta' kull ġimgħa l-iżjed riċenti rreġistrati, skont l-Artikoli 12(1)(ċ) u 18(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   Ir-Regolament li jiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għandu, b'mod partikulari, ikun fih it-tagħrif li ġej:

(a)

il-prodotti koperti bil-kodiċi rilevanti tan-NM tagħhom, għaċ-ċereali u għar-ross, u, fil-każ tar-ross, b'indikazzjoni tat-tip u tal-varjetà tar-ross;

(b)

il-perjodu kopert (il-perjodu tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet) u, jekk meħtieġ, is-sottoperjodi differenti li fihom jistgħu jitressqu l-offerti tal-prezzijiet.

4.   F'ċirkustanzi speċjali tista' tinfetaħ, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, proċedura ristretta tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Fit-tali każijiet, ir-Regolament għandu jsemmi l-Istat Membru speċifiku jew ir-reġjun speċifiku tal-Istat Membru li jkun kopert bil-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet.

5.   F'dak li għandu x'jaqsam mar-ross, il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet tista' tkun limitata għal tip wieħed tar-ross jew aktar, kif iddefinit fil-Parti I, I.2 tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (“ross tal-ħabba tonda”, “ross tal-ħabba mezzana”, “ross tal-ħabba twila A” jew “ross tal-ħabba twila B”).

6.   Għall-għanijiet tal-Artikoli 12(1)(ċ) u 18(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

il-prezz medju tas-suq skont il-kategorija eliġibbli fi Stat Membru jew f'xi reġjun tiegħu għandu jqis il-prezzijiet tal-kwalitajiet U, R, u O, mogħtija fil-kwalità R3 bl-użu tal-koeffiċjenti stipulati fil-Parti II tal-Anness III għal dan ir-Regolament, fl-Istat Membru jew fir-reġjun tal-intervent konċernat;

(b)

il-prezz medju tas-suq għandu jiġi rreġistrat skont il-kundizzjonijiet u fir-rigward tal-kwanititajiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (17);

(ċ)

il-prezz medju tas-suq skont il-kategorija eliġibbli fi Stat Membru jew f'reġjun minn tiegħu għandu jkun il-medja tal-prezzijiet tas-suq għall-kwalitajiet kollha msemmija fil-punt (b), ippeżati bil-proporzjon li kull wieħed minnhom jirrappreżenta mit-total tal-qtil f'dak l-Istat Membru jew f'dak ir-reġjun.

Ir-Renju Unit għandu jkun magħmul minn żewġ reġjuni tal-intervent, kif ġej:

ir-reġjun numru I: il-Gran Britannja,

ir-reġjun numru II: l-Irlanda ta' Fuq.

7.   Għall-għanijiet tal-paragrafi 2 u 6 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bil-prezzijiet medji tas-suq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008 u l-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

It-tressiq u l-aċċettazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet

1.   Minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 10, offerta tal-prezzijiet għandha tkun tista' tiġi aċċettata jekk tindika prezz propost f'euro għal kull unità tal-kejl aġġustat għal mhux aktar minn żewġ ċifri wara l-punt deċimali, mingħajr il-VAT.

Fil-każ taċ-ċereali u tar-ross, il-prezz propost għal kull tunnellata għall-prodotti għandu jkun prezz li jikkorrispondi mal-kwalità minima taċ-ċereali jew mal-kwalità standard tar-ross, b'kunsinna fil-post tal-ħżin indikat mill-offerent tal-prezzijiet, u li ma jkunx inħatt.

Fil-każ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, il-prezz propost għandu jkun il-prezz għal kull 100 kilogramma ta' prodotti mwasslin fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin li għandu jintgħażel mill-aġenzija tal-intervent skont l-Artikoli 25 u 30(1).

Fil-każ taċ-ċanga, l-offerenti tal-prezzijiet għandhom jiddikjaraw il-prezz ikkwotat skont l-Artikolu 16(5)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2), mogħti għal kull 100 kilogramma tal-prodott tal-kwalità R3.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20(1) ta' dan ir-Regolament, il-prezz offrut għaċ-ċereali, għar-ross, għaċ-ċanga u għat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun ekwivalenti għall-prezz ta' referenza stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, imma mhux aktar minnu, u għall-butir, dan il-prezz għandu jkun sa 90 % tal-prezz ta' referenza msemmi fl-Artikolu 18(3) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 18

In-notifika lill-Kummissjoni dwar l-offerti tal-prezzijiet

1.   L-offerti tal-prezzijiet kollha li jistgħu jkunu aċċettati għandhom ikunu mgħarrfa lill-Kummissjoni mill-aġenziji tal-intervent, fil-limiti taż-żmien stipulati fir-Regolament li jiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet. Dawn in-notifiki għandu jkun fihom it-tagħrif relatat.

2.   In-notifiki m'għandux ikun fihom id-dejta msemmija fl-Artikolu 10(1)(a)(i) u fl-Artikolu 10(1)(a)(ix).

3.   L-aġenziji tal-intervent għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-prospetti nulli fil-limiti taż-żmien imsemmija fil-paragrafu 1.

4.   In-notifiki għandhom isiru skont l-Artikolu 58.

Artikolu 19

Deċiżjonijiet abbażi tal-offerti tal-prezzijiet

1.   Abbażi tal-offerti tal-prezzijiet mgħarrfa skont l-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz massimu għax-xiri jew tiddeċiedi li ma tiffissahx, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Fil-każ taċ-ċanga:

(a)

il-prezz massimu għax-xiri li jirrelata mal-kwalità R3 għandu jiġi ffissat skont il-kategorija;

(b)

jista' jiġi stabbilit prezz differenti għax-xiri għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun minn tiegħu ħalli jirrifletti l-prezzijiet medji tas-suq irreġistrati, b'applikazzjoni tal-Artikolu 12(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Meta jinħażnu kwalitajiet differenti mill-kwalità R3, il-prezz li għandu jitħallas lill-offerenti tal-prezzijiet rebbieħa għandu jitranġa billi jiġi applikat il-koeffiċjent tal-kwalità mixtrija kif stipulat fil-Parti II tal-Anness III.

3.   Id-deċiżjonijiet dwar l-intervent pubbliku msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Deċiżjonijiet individwali dwar l-offerti tal-prezzijiet

1.   Fejn ikun ġie stabbilit prezz massimu għax-xiri skont l-Artikolu 19(1), l-aġenziji tal-intervent għandhom jaċċettaw offerti tal-prezzijiet li jiswew daqs l-ammont massimu jew anqas minnu. L-offerti tal-prezzijiet l-oħra kollha għandhom jiġu rrifjutati.

2.   F'każ fejn ma jkun ġie stabbilit l-ebda prezz massimu għax-xiri, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti tal-prezzijiet kollha.

L-aġenziji tal-intervent m'għandhomx jaċċettaw offerti tal-prezzijiet li ma jkunux ġew innotifikati skont l-Artikolu 18.

3.   L-aġenziji tal-intervent għandhom jagħmlu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu wara li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-intervent pubbliku msemmija fl-Artikolu 19(3) u għandhom jgħarrfu lill-offerenti tal-prezzijiet dwar ir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tagħha.

Artikolu 21

Kriterji speċifiċi fis-settur taċ-ċanga

1.   Għaċ-ċanga, l-offerti tal-prezzijiet m'għandhomx jitqiesu jekk il-prezz offrut ikun ogħla mill-prezz medju tas-suq irreġistrat skont il-kategorija f'kull Stat Membru jew f'kull reġjun minn tiegħu, maqlub għall-kwalità R3 bl-użu tal-koeffiċjenti mogħtija fil-Parti II tal-Anness III, flimkien ma' 10 Euro għal kull 100 kilogramm ta' piż tal-karkassa.

2.   Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, l-offerti tal-prezzijiet għandhom jiġu rrifjutati jekk il-prezz offrut ikun ogħla mill-prezz massimu għax-xiri msemmi fl-Artikolu 19(2) għas-sottoperjodu kkonċernat tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet.

3.   Meta l-prezz għax-xiri mogħti lill-offerenti tal-prezzijiet ikun ogħla mill-prezz medju tas-suq kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-prezz mogħti għandu jitranġa billi jiġi mmultiplikat bil-koeffiċjent miksub bl-applikazzjoni tal-formola A fil-Parti VII tal-Anness III. Madankollu, dak il-koeffiċjent ma jistax:

(a)

ikun iżjed minn 1;

(b)

jirriżulta fi tnaqqis fil-prezz mogħti li jkun akbar mid-differenza bejn dak il-prezz u l-prezz medju tas-suq.

Jekk Stat Membru jkollu f'idejh tagħrif affidabbli u jkollu l-mezzi x-xierqa biex jivverifikah, jista' jiddeċiedi li jikkalkula l-koeffiċjent għal kull offerent tal-prezzijiet billi juża l-formola B fil-Parti VII tal-Anness III.

Artikolu 22

Limitazzjoni tax-xiri għaċ-ċanga

Fejn l-aġenziji tal-intervent jiġu offruti ċanga fi kwantitajiet akbar minn dawk li jistgħu jaħżnu minnufih, jistgħu jillimitaw ix-xiri għall-kwantitajiet li jistgħu jaħżnu fit-territorju tagħhom jew f'wieħed mir-reġjuni tal-intervent tagħhom kif iddefinit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(5).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess ugwali għall-partijiet kollha konċernati f'każ li jkun hemm it-tali limitazzjoni.

KAPITOLU II

Ir-rekwiżiti ewlenin u r-rilaxx jew it-telf tal-garanzija

Artikolu 23

Ir-rekwiżiti ewlenin

Dan li ġej għandu jikkostitwixxi r-rekwiżiti ewlenin skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85:

(a)

iż-żamma tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet;

(b)

il-kunsinna tal-prodotti fil-post tal-ħżin magħżul mill-aġenziji tal-intervent fi żmien perjodu stipulat fl-ordni tal-kunsinna skont l-Artikolu 25;

(ċ)

il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 7;

(d)

għaċ-ċereali u għar-ross, il-preżenza tal-prodotti fil-post tal-ħżin indikat fiż-żmien meta tkun tressqet l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet.

Artikolu 24

Ir-rilaxx u t-telf tal-garanzija

1.   Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 9 għandha tkun irrilaxxata hekk kif l-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet ikun wassal il-kwantità indikata fl-ordni tal-kunsinna skont l-Artikolu 25 fil-perjodu taż-żmien stipulat fiha u hekk kif tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 7.

2.   F'każ fejn il-prodotti ma jkunux konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 7, il-prodotti ma għandhomx jiġu aċċettati u l-garanzija għandha tintilef fir-rigward tal-kwantitajiet li ma jkunux ġew aċċettati.

3.   Ħlief għal każijiet ta' forza maġġuri, meta l-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet jonqos milli jwassal il-prodotti fil-perjodu taż-żmien stipulat fl-ordni tal-kunsinna, il-garanzija għandha tintilef fi proporzjon mal-kwantitajiet li ma jkunux twasslu u għandu jiġi kkanċellat ix-xiri tal-kwantitajiet li jkunu għadhom ma twasslux.

4.   Fejn l-offerti ta' xiri jew dawk tal-prezzijiet ma jkunux ammissibbli jew ma jkunux ġew aċċettati, il-garanziji għandhom jiġu rrilaxxati.

5.   Għaċ-ċereali u għar-ross, jekk l-aġenzija tal-intervent ma tkunx irċeviet evidenza sodisfaċenti li l-kwantitajiet offruti fl-offerta ta' xiri jew fl-offerta tal-prezzijiet kienu jinsabu fil-post tal-ħżin, kif ipprovdut fl-Artikolu 10(1)(b)(ii), il-garanzija għandha tintilef.

Għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, l-aġenziji tal-intervent għandhom iwettqu verifiki tal-kwantitajiet li jinsabu fil-postijiet tal-ħżin billi japplikaw, mutatis mutandis, ir-regoli u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 884/2006, fir-rigward tal-verifiki tal-kwantitajiet tal-prodotti li jinsabu b'mod fiżiku fil-postijiet tal-ħżin skont operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku, u b'mod iktar speċifiku dawk li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-Parti B(III) tal-Anness I għal dak ir-Regolament. Dawn il-verifiki għandhom jitwettqu fuq tal-anqas 5 % tal-offerti tal-prezzijiet u 5 % tal-kwantitajiet offruti bi prezz iffissat minn qabel, abbażi ta' analiżi tar-riskju.

6.   Fil-każ taċ-ċereali u tar-ross, jekk il-kwantità li tkun fil-fatt twasslet u ġiet aċċettata tkun anqas mill-kwantità mogħtija, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata kollha jekk id-differenza ma tkunx ta' aktar minn 5 %.

7.   Fil-każ taċ-ċanga, jekk il-kwantità li tkun fil-fatt twasslet u ġiet aċċettata tkun anqas mill-kwantità mogħtija, il-garanzija għandha:

(a)

tiġi rrilaxxata kollha jekk d-differenza ma tkunx ta' aktar minn 5 % jew minn 175 kilogramm;

(b)

għajr fil-każijiet ta' forza maġġuri, tintilef:

(i)

parti minnha – il-parti li tikkorrispondi mal-kwantitajiet li ma jkunux twasslu jew li ma jkunux ġew aċċettati jekk id-differenza ma tkunx ta' iżjed minn 15 %;

(ii)

kollha kemm hi fil-każijiet l-oħra skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

8.   Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata jekk ikun qed jiġi applikat l-Artikolu 14(2).

KAPITOLU III

Regoli komuni għall-kunsinni

Taqsima I

Il-kunsinni

Artikolu 25

Il-kunsinni u l-ordnijiet tal-kunsinna

Wara li tkun ivverifikat ammissibbiltà tal-offerta ta' xiri kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) u wara n-notifika skont l-Artikolu 20(3), l-aġenzija tal-intervent għandha toħroġ ordni ta' kunsinna, mingħajr ħsara għall-miżuri adottati skont l-Artikoli 14(1) u 19(1). L-ordni tal-kunsinna għandu jkollha data u numru u għandha tinkludi:

(a)

il-kwantità li għandha titwassal;

(b)

l-aħħar data għall-kunsinna tal-prodotti;

(ċ)

il-post tal-ħżin fejn għandhom jitwasslu l-prodotti;

(d)

il-prezz li bih tkun ġiet aċċettata l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet.

L-ordnijiet tal-kunsinna ma għandhomx jinħarġu għal kwantitajiet li ma jkunux ġew innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 13(1) u 18(1).

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kunsinna taċ-ċereali u tar-ross

1.   Jekk iċ-ċereali jew ir-ross ma jkunux jistgħu jitwasslu fil-post tal-ħżin taċ-ċentru tal-intervent indikat mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet, imsemmi fl-Artikolu 10(1)(a)(iv), l-aġenzija tal-intervent għandha tagħżel post tal-ħżin ieħor tal-istess ċentru tal-intervent jew post tal-ħżin ieħor ta' ċentru tal-intervent ieħor li jkun approvat, li fih għandha ssir il-kunsinna bl-anqas spiża possibbli.

2.   Il-kunsinna fil-post tal-ħżin għandha sseħħ sa mhux aktar tard minn tmiem it-tielet xahar li jiġi wara d-data tal-ħruġ tal-ordni tal-kunsinna kif imsemmi fl-Artikolu 25 u, fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju għaċ-ċereali u mill-31 ta' Awwissu għar-ross.

Madanakollu, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 35(2), il-kunsinna għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu għaċ-ċereali u mill-31 ta' Ottubru għar-ross.

3.   Il-kwantità mwassla għandha tintiżen fil-preżenza tal-offerent ta' xiri jew tal-offerent tal-prezzijiet u ta' rappreżentant tal-aġenzija tal-intervent li ma jkollu xejn x'jaqsam mal-offerent ta' xiri jew mal-offerent tal-prezzijiet.

Madanakollu, ir-rappreżentant tal-aġenzija tal-intervent jista' jkun ukoll il-bniedem li jieħu ħsieb il-maħżen. F'dak il-każ, l-aġenzija tal-intervent għandha hija stess twettaq spezzjoni li tinvolvi mill-anqas verifika volumetrika fi żmien 30 jum mid-data tat-teħid kundizzjonali tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 31(1); kull differenza bejn il-kwantità stabbilita bl-użin u l-kwantità stmata skont il-metodu volumetriku ma tistax taqbeż il-5 %.

Fejn ma tinqabiżx it-tolleranza, il-bniedem li jieħu ħsieb il-maħżen għandu jġarrab l-ispejjeż kollha relatati ma' kwalunkwe differenza osservata, waqt verifika tal-piż li ssir aktar tard, bejn il-piż innutat fil-verifika u l-piż imniżżel fil-kotba tal-kontabbiltà meta ttieħdu ċ-ċereali u r-ross.

Fejn tinqabeż it-tolleranza, iċ-ċereali u r-ross għandhom jintiżnu minnufih. L-ispejjeż tal-użin għandhom jiġġarrbu mill-bniedem li jieħu ħsieb il-maħżen, meta l-piż stabbilit ikun anqas minn dak irreġistrat, jew mill-Istat Membru, meta jkun aktar.

Artikolu 27

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kunsinna taċ-ċanga

1.   L-ispejjeż imġarrba għall-ħatt għandhom jitħallsu mill-offerent tal-prezzijiet rebbieħ.

2.   L-offerenti tal-prezzijiet rebbieħa għandhom iwasslu l-prodotti sa mhux aktar tard minn 17-il jum wara l-ewwel jum tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tar-regolament li jiffissal-prezz massimu għax-xiri.

Madanakollu, skont il-kwantitajiet mogħtija, l-aġenzija tal-intervent tista' ttawwal dak il-perjodu b'ġimgħa. It-twassil jista' jitqassam fuq iktar minn darba.

3.   Rekwiżiti speċifiċi għall-kunsinna taċ-ċanga kif stipulati fl-Anness III, il-Parti III.

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kunsinna tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat

1.   Il-Butir għandu jiġi ppakkettat u mwassal fi blokok ta' mill-anqas 25 kilogramma netti f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-Parti IV tal-Anness IV. Il-butir għandu jiġi ppakkettat f'materjal ġdid u b'saħħtu b'mod li tkun żgurata l-protezzjoni tiegħu matul it-trasport kollu, id-dħul fil-maħżen, il-ħżin u t-tneħħija mill-maħżen. Fuq il-pakkett għandu jkun hemm tal-anqas id-dettalji li ġejjin, fejn xieraq permezz ta' kodiċi:

(a)

in-numru tal-approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru tal-produzzjoni;

(b)

id-data tal-produzzjoni;

(ċ)

id-data tad-dħul fil-maħżen;

(d)

in-numru tal-produzzjoni tal-lott u n-numru tal-pakkett; in-numru tal-pakkett jista' jinbidel bin-numru tal-palit immarkat fuq il-palit;

(e)

il-kelmiet “krema ħelwa” jekk il-fażi milwiema tal-butir ikollha l-pH korrispondenti.

Stati Membri jistgħu jirrinunzjaw l-obbligu li juru d-data tad-dħul fil-maħżen fuq il-pakkett, bil-kundizzjoni li l-bniedem responsabbli għall-maħżen jobbliga ruħu li jżomm reġistru li fih id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu rreġistrati fid-data tad-dħul fil-ħżin.

2.   It-trab tal-ħalib xkumat għandu jitpoġġa f'boroż b'piż nett ta' 25 kilogramma netti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-Partijiet II u III tal-Anness V, u li fuqhom ikun hemm id-dettalji li ġejjin, fejn xieraq permezz ta' kodiċi:

(a)

in-numru tal-approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru tal-manifattura;

(b)

id-data jew, fejn xieraq, il-ġimgħa tal-manifattura;

(ċ)

in-numru tal-manifattura tal-lott;

(d)

id-deskrizzjoni “trab tal-ħalib xkumat f'forma ta' sprej”.

3.   L-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet rebbieħ għandu jwassal il-butir jew it-trab tal-ħalib xkumat fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin fi żmien 28 jum mid-data tal-ordni tal-kunsinna. It-twassil jista' jsir f'diversi drabi.

It-trab tal-ħalib xkumat u l-butir għandhom jitwasslu fuq palits ta' kwalità adattata għall-ħżin fit-tul, u li għandhom jinbidlu b'palits ekwivalenti.

L-ispejjeż kollha mġarrba għall-ħatt tal-butir jew tat-trab tal-ħalib xkumat fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin għandhom jitħallsu mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet rebbieħ.

Taqsima II

L-ispejjeż tat-trasport

Artikolu 29

L-ispejjeż tat-trasport taċ-ċereali u tar-ross

1.   L-ispiża għat-trasport taċ-ċereali u tar-ross sal-post tal-ħżin indikat mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet bħala l-post bl-irħas spiża possibbli, skont l-Artikolu 10(1)(a)(iv), għandha tiġġarrab mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet, meta d-distanza involuta tkun ta' 100 kilometru jew anqas. Jekk din id-distanza tinqabeż, l-ispejjeż tat-trasport lil hinn mill-100 kilometru għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-intervent.

2.   Jekk il-post tal-ħżin indikat mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet jinbidel mill-aġenzija tal-intervent, skont l-Artikolu 26(1), l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport, suġġetti għal limitu ta' 20 kilometru, għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-intervent. Madanakollu, l-ispejjeż tat-trasport lil hinn mill-100 kilometru għandhom xorta waħda jiġġarrbu kollha kemm huma mill-aġenzija tal-intervent. Dan il-paragrafu ma għandux japplika jekk ikun qed jiġi applikat l-Artikolu 31(2).

3.   L-ispejjeż li għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-intervent, imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jitħallsu lura mill-Kummissjoni, abbażi ta' rata mhux fissa, skont l-Artikolu 4(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

4.   L-ispejjeż tat-trasport involuti fil-bdil tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(2) għandhom jiġġarrbu biss mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet.

Artikolu 30

L-ispejjeż tat-trasport tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat

1.   L-aġenzija tal-intervent għandha tagħżel dak il-post tal-ħżin disponibbli li jkun l-iktar wieħed qrib il-post fejn ikunu maħżuna l-butir u t-trab tal-ħalib xkumat.

Madanakollu, l-aġenzija tal-intervent tista' tagħżel post tal-ħżin ieħor li jkun jinsab mhux aktar minn 350 kilometru 'l bogħod, dejjem jekk dik l-għażla tal-post tal-ħżin ma tirriżultax fi spejjeż addizzjonali tal-ħżin.

L-aġenzija tal-intervent tista' tagħżel post tal-ħżin li jkun jinsab iktar ‘il bogħod minn hekk jekk in-nefqa li tirriżulta, inklużi l-ispejjeż tal-ħżin u tat-transport, tkun irħas. F'dak il-każ, l-aġenzija tal-intervent għandha tavża minnufih lill-Kummissjoni dwar l-għażla tagħha.

2.   Meta l-aġenzija tal-intervent li tixtri l-butir jew it-trab tal-ħalib xkumat tkun fi Stat Membru li ma jkunx dak li fit-territorju tiegħu jkun maħżun il-butir jew it-trab tal-ħalib xkumat offrut, ma għandhiex titqies, fil-kalkolu tad-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1, id-distanza bejn il-maħżen tal-offerent ta' xiri jew tal-offerent tal-prezzijiet u l-fruntiera tal-Istat Membru tal-entità kompetenti li tkun qiegħda tixtri.

3.   Lil hinn mid-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1, l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-intervent b'rata ta' EUR 0,05 għal kull tunnellata u kull kilometru għat-trab tal-ħalib xkumat u ta' EUR 0,065 għal kull tunnellata u kull kilometru għall-butir. L-ispejjeż addizzjonali għandhom jiġġarrbu mill-aġenzija tal-intervent biss jekk it-temperatura tal-butir ma taqbiżx is-6 oC mal-wasla fil-maħżen tal-friża.

KAPITOLU IV

It-teħid tal-prodotti, il-kontrolli u l-kampjuni inizjali

Artikolu 31

It-teħid kundizzjonali tal-prodotti

1.   Id-data tat-teħid kundizzjonali għandha tkun:

(a)

dakinhar li fih il-kwantità kollha tasal fil-post tal-ħżin magħżul iżda mhux qabel l-għada ta' meta tkun inħarġet l-ordni tal-kunsinna għaċ-ċereali, ir-ross, il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat;

(b)

għal kull kunsinna ta' ċanga kif imsemmi fl-Artikolu 27, fid-data tad-dħul fil-punt tal-użin fl-impjant tat-tqattigħ tal-maħżen tal-intervent.

2.   L-aġenzija tal-intervent tista' tiddeċiedi li t-teħid taċ-ċereali, tar-ross, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat jista' jseħħ fil-maħżen fejn ikunu qegħdin jinżammu l-prodotti meta titressaq l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, dejjem jekk il-post tal-ħżin ikun jissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 3, u li, fir-rigward taċ-ċereali u tar-ross, ikun ġie approvat skont l-Artikolu 2(3). F'dak il-każ, it-teħid kundizzjonali tal-prodotti jseħħ l-għada ta' meta tinħareġ l-ordni tal-kunsinna.

3.   Il-prodotti għandhom jittieħdu mill-aġenzija tal-intervent jew mir-rappreżentant tagħha, li għandu jkun persuna li ma jkollha xejn x'taqsam mal-offerent ta' xiri jew mal-offerent tal-prezzijiet.

Artikolu 32

Il-miżuri ta' kontroll

1.   Mingħajr ħsara għall-verifiki meħtieġa minn dan ir-Regolament għat-teħid tal-prodotti, il-verifiki fuq l-istokkijiet tal-intervent għandhom jitwettqu skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

2.   Għaċ-ċereali, fejn il-verifiki pprovduti għandhom jitwettqu abbażi tal-analiżi tar-riskju msemmija fil-Parti I tat-tielet subparagrafu tal-Anness I għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-livell massimu tniġġiż li jista' jiġi aċċettat skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

Madanakollu, fil-każ tal-okratossina A u tal-aflatossina, jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun jista' jagħti prova li l-Kummissjoni tkun kuntenta biha li l-istandards kienu ntlaħqu mad-dħul, li tħarsu l-kundizzjonijiet normali tal-ħżin u li l-impenji l-oħra tal-bniedem li jieħu ħsieb il-maħżen kienu rrispettati, ir-responsabbiltà finanzjarja għandha taqa' fuq il-baġit tal-Komunità.

3.   Għaċ-ċereali u għar-ross, meta l-post tal-ħżin indikat skont l-Artikolu 10(1)(a)(iii) ikun jinsab fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih issir l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet u l-aġenzija tal-intervent li tkun irċeviet l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet tiddeċiedi li tagħmel verifika fuq il-post biex tivverifika li l-prodotti verament jinsabu hemmhekk, din l-aġenzija għandha tibgħat talba għal verifika u kopja tal-offerta ta' xiri jew tal-offerta tal-prezzijiet lill-aġenzija tal-intervent responsabbli għal dak il-post tal-ħżin. Il-verifika fuq il-post għandha ssir fil-perjodu stabbilit mill-aġenzija tal-intervent li tkun irċeviet l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet.

4.   Id-dispożizzjonijiet relatati mal-verifiki stipulati fl-Annessi għal dan ir-Regolament jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, b'mod partikulari f'każijiet fejn il-qagħda tas-suq tkun imfixkla serjament minħabba s-sustanzi li jniġġsu, jew fejn il-kontroll tal-livell tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-prodotti teħtieġ monitoraġġ speċifiku.

5.   L-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet għandu jġarrab l-ispejjeż tat-testijiet imwettqa fuq iċ-ċereali, skont il-metodoloġija msemmija fl-Anness I, il-Parti XII, kif ġej:

(i)

il-kalkolu tal-kontenut tat-tannin fis-sorgu;

(ii)

it-test tal-attività tal-amilażi (Hagberg);

(iii)

il-kalkolu tal-kontenut tal-proteini fil-qamħ tat-tip durum u fil-qamħ komuni;

(iv)

it-test ta' Zeleny;

(v)

it-test dwar kemm l-għaġina tista' tinħadem bil-magni;

(vi)

l-analiżi tas-sustanzi li jniġġsu.

6.   F'każijiet ta' nuqqas ta' ftehim dwar ir-riżultati, l-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mat-twettiq mill-ġdid tat-testijiet rilevanti neċessarji, f'każ biss li ma jkollux raġun.

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-teħid tal-prodotti f'post tal-ħżin tal-bniedem li jieħu ħsieb il-maħżen għaċ-ċereali u għar-ross

1.   Jekk it-teħid taċ-ċereali u tar-ross iseħħ fil-maħżen fejn ikunu qegħdin jinżammu l-prodotti meta titressaq l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, il-kwantità meħuda għandha tiġi stabbilita abbażi tar-reġistri tal-istokk, li għandhom jissodisfaw l-istandards professjonali li jippermettu li tiġi żgurta l-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, partikolarment l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 884/2006, sakemm:

(a)

ir-reġistri tal-istokk juru:

(i)

il-piż irreġistrat wara l-użin imwettaq f'perjodu ta' mhux aktar minn għaxar (10) xhur qabel it-teħid;

(ii)

il-karatteristiċi fiżiċi tal-kwalità fiż-żmien l-użin u, partikolarment, il-kontenut ta' ndewwa;

(iii)

it-trasferimenti li jista' jkun hemm bejn il-ħażniet fis-sajlos, u t-trattamenti mwettqa;

(b)

il-persuna li tieħu ħsieb il-maħżen jistqarr li l-lott offrut jikkorrispondi għal kollox mad-dettalji mogħtija fir-reġistri tal-istokk;

(ċ)

il-karatteristiċi tal-kwalità stabbiliti meta ntiżnu l-prodotti huma l-istess bħal dawk tal-kampjun rappreżentattiv magħmul mill-kampjuni meħudin mill-aġenzija tal-intervent jew mir-rappreżentant tagħha bir-rata ta' kampjun għal kull 60 tunnellata.

2.   Jekk ikun japplika l-paragrafu 1, il-piż li għandu jkun irreġistrat, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006, għandu jkun dak imniżżel fir-reġistri tal-istokk, irranġat, fejn xieraq, sabiex titqies kwalunkwe differenza li jista' jkun hemm bejn il-kontenut tal-indewwa u/jew il-perċentwali tal-impuritajiet varji (‘Schwarzbesatz’) irreġistrati meta ntiżnu l-prodotti u dawk stabbiliti abbażi tal-kampjun rappreżentattiv. Differenza bejn il-perċentwali tal-impuritajiet varji tista' titqies biss sabiex jitnaqqas il-piż imniżżel fir-reġistri tal-istokk.

L-aġenzija tal-intervent għandha twettaq verifika volumetrika oħra fi żmien 45 jum mid-data tat-teħid tal-prodotti. Id-differenza bejn il-kwantità stabbilita bl-użin u l-kwantità stmata skont il-metodu volumetriku ma tistax taqbeż il-5 %.

Fejn ma tinqabiżx it-tolleranza, il-persuna li tieħu ħsieb il-maħżen għandha jġarrab l-ispejjeż kollha relatati ma' kwalunkwe differenza osservata, waqt verifika tal-piż li ssir aktar tard, bejn il-piż innutat fil-verifika u l-piż imniżżel fil-kotba tal-kontabilità meta ttieħdu l-prodotti.

Fejn tinqabeż it-tolleranza, iċ-ċereali u r-ross għandhom jintiżnu minnufih. L-ispejjeż tal-użin għandhom jiġġarrbu mill-bniedem li jieħu ħsieb il-maħżen, meta l-piż stabbilit ikun anqas minn dak irreġistrat, jew mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija, meta jkun aktar, filwaqt li jitqiesu t-tolleranzi li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 tal-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

Artikolu 34

Ir-reġistru tat-teħid tal-prodotti

1.   Ir-reġistru tat-teħid tal-prodotti għandu jinħareġ mill-aġenzija tal-intervent wara li jkun ġie stabbilit, permezz tal-verifiki u tal-analiżi, li r-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 7 ġew issodisfati. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn 60 jum wara l-aħħar data għall-kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 25(b). Ir-reġistru għandu jindika:

(a)

id-data li fiha jkunu ġew ivverifikati l-kwantità u l-karatteristiċi minimi tal-prodotti;

(b)

il-piż imwassal u, fil-każ tar-ross, il-varjetà;

(ċ)

l-għadd ta' kampjuni li ttieħdu għall-kampjun rappreżentattiv għaċ-ċereali u għar-ross;

(d)

il-karatteristiċi tal-prodotti li joħorġu mill-analiżi;

(e)

l-entità responsabbli għall-analiżi u r-riżultati;

(f)

id-data tat-teħid kundizzjonali tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 31(1);

(g)

jekk ikun igħodd, għaċ-ċereali u għar-ross, il-kwantitajiet li ma jkunux ittieħdu. F'dan il-każ, l-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet għandu jkun mgħarraf kif xieraq.

2.   Ir-reġistru għandu jkun iddatat u għandu jintbagħat lill-offerent ta' xiri jew lill-offerent tal-prezzijiet, kif ukoll lill-bniedem li jieħu ħsieb il-maħżen.

Madanakollu, dan ir-reġistru jista' jkun irreġistrat fis-sistema tal-kontabilità tal-aġenzija tal-intervent u jista' jintbagħat b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 35

L-obbligi tal-offerent ta' xiri u tal-offerent tal-prezzijiet

1.   Fejn il-verifiki juru li l-prodotti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7, l-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet għandu:

(a)

jieħu lura l-prodotti kkonċernati, bi spejjeż tiegħu,

(b)

iħallas l-ispejjeż relatati minn meta l-prodotti jidħlu fil-maħżen sad-data ta' meta jitneħħew mill-maħżen.

L-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-ammonti standard tal-ispejjeż tad-dħul, tat-tneħħija u tal-ħżin skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

2.   F'każijiet fejn l-analiżi u l-kontrolli ma jippermettux li ċ-ċereali jew ir-ross jiġu offruti għall-intervent, l-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet, jista' jibdel il-kwantità li ma tissodisfax ir-rekwiżiti. F'dak il-każ, l-aġenzija tal-intervent tista' tibdel id-data tal-kunsinna, mingħajr ħsara għall-aħħar data għall-kunsinna stabbilita fl-Artikolu 26(2).

Artikolu 36

Kundizzjonijiet speċifiċi għaċ-ċanga – ir-rekwiżit tat-tneħħija tal-għadam

L-aġenzija tal-intervent għandha tiżgura li ċ-ċanga kollha li tinxtara jitneħħielha l-għadam li jkun fiha skont il-Parti IV tal-Anness III.

KAPITOLU V

Il-prezz tal-intervent u tax-xiri u l-ħlasijiet

Artikolu 37

Il-prezz għax-xiri taċ-ċanga

Il-prezz għax-xiri taċ-ċanga għandu jkun il-prezz ħieles fil-punt tal-użin tad-dħul tal-impjant tat-tqattigħ tal-post tal-ħżin.

Artikolu 38

Il-prezzijiet tal-intervent u l-prezz għax-xiri taċ-ċereali u tar-ross

1.   Għall-għanijiet tal-Artikoli 13(3), 18(1) u 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-settur taċ-ċereali il-prezz tal-intervent li għandu jitqies biex jiġi stabbilit il-prezz fiss għax-xiri għandu jkun il-prezz ta' referenza mogħti fl-Artikolu 8(1)(a) ta' dak ir-Regolament.

2.   Għaċ-ċereali u għar-ross, il-prezz li għandu jitħallas huwa kif ġej:

(a)

il-prezz li għandu jitħallas lill-offerent ta' xiri, fil-każ tax-xiri bi prezz fiss, għandu jkun il-prezz imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)

il-prezz li għandu jitħallas lill-offerent tal-prezzijiet rebbieħ, fil-każ ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet, għandu jkun il-prezz ikkalkulat mill-aġenzija tal-intervent abbażi tal-prezz offrut permezz tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet.

Fiż-żewġ każijiet, il-prezz għandu jitranġa billi titqies il-kwalità tal-prodotti, skont il-Partijiet IX, X u XI tal-Anness I f'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċereali u skont il-Partijiet II u III tal-Anness II f'dak li għandu x'jaqsam mar-ross.

3.   Għaċ-ċereali u għar-ross, jekk l-aġenzija tal-intervent, skont l-Artikolu 31(2), tieħu u taħżen il-prodotti fil-post tal-ħżin fejn ikunu qed jinżammu meta titressaq l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, għandu jkun hemm tnaqqis fil-prezz tax-xiri li għandu jitħallas. Dan it-tnaqqis għandu jkun magħmul:

(a)

mill-ispejjeż tat-trasport bejn il-post tat-teħid magħżul fil-verità mill-aġenzija tal-intervent u l-post tal-ħżin imsemmi fl-Artikolu 10(1)(a)(iv) fejn il-prodotti kellhom jitwasslu bl-irħas spiża possibbli; u

(b)

mill-ispejjeż tat-tneħħija mill-post tal-ħżin tal-intervent.

L-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu vvalutati abbażi tar-rati attwalment irreġistrati fl-Istat Membru konċernat.

Artikolu 39

Il-ħlasijiet

1.   Il-ħlasijiet għall-kwantitajiet meħudin skont l-Artikolu 34 għandhom isiru sa mhux aktar tard mill-65 jum wara d-data tat-teħid kundizzjonali msemmi fl-Artikolu 31.

2.   Għandu jsir ħlas għal dik il-kwantità li tkun fil-fatt twasslet u ġiet aċċettata biss. Madanakollu, jekk il-kwantità li tkun fil-fatt twasslet u ġiet aċċettata tkun akbar mill-kwantità mogħtija, għandu jsir ħlas għall-kwantità mogħtija biss.

TITOLU III

PROĊEDURA TA' BEJGĦ TA' PRODOTTI MILL-INTERVENT

KAPITOLU I

Il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet

Artikolu 40

Il-ftuħ tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet

1.   Il-prodotti meħudin u disponibbli għall-bejgħ għandhom jinbiegħu permezz ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet.

2.   Il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għandha tinfetaħ skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 permezz ta' Regolament, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘ir-Regolament li jiftaħ il-bejgħ’.

L-ewwel data tal-għeluq għat-tressiq tal-offerti tal-prezzijiet għandha tiġi stipulata mhux qabel minn sitt ijiem wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament għall-ftuħ tal-bejgħ.

3.   Il-proċeduri tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet jistgħu jinfetħu sabiex jinbiegħu mill-ġdid prodotti li jkunu maħżuna f'reġjun wieħed tal-Komunità jew tal-Istat Membru jew aktar.

4.   Ir-Regolament li jiftaħ il-bejgħ, b'mod partikulari, għandu jkun fih it-tagħrif li ġej:

(a)

il-prodotti koperti, għaċ-ċereali u r-ross, bil-kodiċi rilevanti tan-NM tagħhom u, għar-ross, b'indikazzjoni tat-tip u tal-varjetà u għaċ-ċanga, bid-deskrizzjoni rilevanti;

(b)

il-perjodu kopert (‘il-perjodu tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet’) u s-sottoperjodi differenti li fihom jistgħu jitressqu l-offerti tal-prezzijiet;

Flimkien ma' dan, ir-Regolament jista' jkun fih it-tagħrif li ġej:

(a)

il-kwantitajiet totali koperti mill-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet;

(b)

dispożizzjonijiet dwar l-ispejjeż tat-trasport għaċ-ċereali u għar-ross, jekk ikun igħodd.

5.   Il-proċeduri tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet jistgħu jkunu ristretti għal użi u/jew għal destinazzjonijiet speċifiċi, b'mod partikulari għall-ipproċessar taċ-ċereali f'alkoħol etiliku (il-bijoetanol) li jkun se jintuża biex jiġu prodotti l-fjuwils fil-Komunità.

Artikolu 41

L-avviż dwar is-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet u l-arranġamenti li għandhom x'jaqsmu magħha

1.   Kull aġenzija tal-intervent li żżomm stokkijiet tal-intervent disponibbli għall-bejgħ għandha tħejji avviż dwar is-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet u tippubblikah mill-inqas erbat ijiem qabel l-ewwel data għat-tressiq tal-offerti tal-prezzijiet.

2.   L-avviż għandu jindika b'mod partikulari:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-aġenzija tal-intervent li qed toħroġ l-avviż dwar is-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet;

(b)

ir-referenza għar-Regolament li jiftaħ il-bejgħ;

(ċ)

id-dati tal-għeluq għat-tressiq tal-offerti tal-prezzijiet għal kull sejħa parzjali għall-offerti tal-prezzijiet;

(d)

il-postijiet tal-ħżin, l-ismijiet u l-indirizzi ta' dawk li jieħdu ħsieb l-imħażen, il-kwantitajiet disponibbli u,

(i)

għaċ-ċereali u għar-ross, ippreżentati f'lottijiet tal-bejgħ stabbiliti b'tali mod li jiżguraw li l-offerenti tal-prezzijiet ikollhom l-istess aċċess għalihom, u l-kwalità ta' kull lott tal-bejgħ;

(ii)

għaċ-ċanga, id-data ta' meta tkun inxtrat, skont il-prodott u l-maħżen tal-friża;

(e)

l-istadju tal-kunsinna, kif imsemmi fl-Artikolu 42(1)(e) u t-tip ta' ppakkjar, jekk ikun igħodd;

(f)

kwalunkwe faċilità li hemm fil-post tal-ħżin għat-tagħbija fil-mezzi tat-trasport;

(g)

fil-każ ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għall-esportazzjoni taċ-ċereali u tar-ross, il-port jew il-post tal-ħruġ li jista' jintlaħaq bl-inqas spejjeż tat-trasport possibbli u li huwa mgħammar bit-tagħmir tekniku xieraq għall-esportazzjoni tal-prodotti offruti fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet;

(h)

għall-butir, l-avviż dwar is-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għandu jindika, jekk ikun xieraq, it-tip ta' butir imsemmi fl-Artikolu 28(1)(e) li għalih tkun qed titressaq l-offerta tal-prezzijiet.

3.   L-aġenzija tal-intervent għandha tiżgura li jkun hemm riklamar tajjeb dwar l-avviżi dwar is-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet, b'mod partikulari billi tqiegħedhom għall-wiri fl-uffiċċji ċentrali tagħha u fuq is-sit tal-Internet tagħha jew fuq dak tal-ministeru kompetenti.

4.   L-aġenzija tal-intervent għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex tippermetti lill-partijiet interessati:

(a)

jispezzjonaw u, ħlief għaċ-ċanga, jieħdu u jeżaminaw ukoll, fuq spejjeż li jħallsu huma stess, kampjuni mill-prodott li jkun se jinbiegħ qabel ma jressqu offerta tal-prezzijiet;

(b)

jikkonsultaw ir-riżultati tal-analiżi msemmija fil-Parti XII tal-Anness I, fil-Parti VI tal-Anness II, fil-Parti V tal-Anness IV u fil-Parti VI tal-Anness V.

5.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 2(g), il-portijiet ta' Rijeka u Split jistgħu jitqiesu bħala postijiet tal-ħruġ.

Artikolu 42

It-tressiq u l-aċċettazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet

1.   Offerta tal-prezzijiet għandha tkun tista' tiġi aċċettata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk tindika referenza għar-Regolament li jiftaħ il-bejgħ u d-data tal-iskadenza għas-sottoperjodu tat-tressiq tal-offerti tal-prezzijiet;

(b)

jekk tindika d-dejta tal-identifikazzjoni tal-offerent tal-prezzijiet: l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT;

(ċ)

jekk tindika l-prodotti, flimkien mal-kodiċi rilevanti tan-NM, jekk ikun meħtieġ għaċ-ċereali u għar-ross u bid-deskrizzjoni rilevanti għaċ-ċanga;

(d)

jekk tindika l-kwantità offruta fl-offerta tal-prezzijiet u, għaċ-ċereali u għar-ross, il-lott tal-bejgħ;

(e)

jekk tindika l-prezz offrut, f'euro, għal kull unità tal-kejl, aġġustat għal mhux aktar minn żewġ ċifri wara l-punt deċimali, mingħajr il-VAT, għall-prodott mgħobbi fil-mezz tat-trasport fil-każ taċ-ċereali u tar-ross jew imwassal fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin fil-każ tal-prodotti l-oħrajn;

(f)

jekk tkun relatata mill-anqas mal-kwantità minima msemmija fl-Artikolu 43(2) għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat;

(g)

jekk tindika l-post tal-ħżin fejn jinsab il-prodott u, għall-prodotti tal-ħalib, skont il-każ, post tal-ħżin alternattiv;

(h)

jekk tingħata prova li l-offerent tal-prezzijiet ikun ta l-garanzija msemmija fl-Artikolu 44;

(i)

jekk ma jkunx fiha kundizzjonijiet addizzjonali magħmula mill-offerent tal-prezzijiet ħlief għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament li jiftaħ il-bejgħ;

(j)

jekk titressaq fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun qiegħda titressaq.

2.   Għaċ-ċereali u għar-ross, il-prezz offrut għandu jsemmi l-kwalità minima jew standard iddefinita rispettivament fil-Parti II tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u fit-Taqsima A tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Fil-każ ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għall-esportazzjoni ta' ċereali msemmija fil-Parti II tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (18), l-offerti tal-prezzijiet għandhom ikunu jistgħu jiġu aċċettati biss jekk magħhom ikun hemm applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni.

Tista' ssir dispożizzjoni għall-offerti tal-prezzijiet imressqin skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 ma jkunux jistgħu jiġu aċċettati.

B'deroga mill-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġin permezz ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu, sabiex jiġi stabbilit il-perjodu ta' validità tagħhom, bħala liċenzji li nħarġu fid-data tal-għeluq għat-tressiq tal-offerti tal-prezzijiet.

3.   Għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, il-prezz offrut permezz tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għandu japplika għall-piż nett. Għaċ-ċanga, il-piż nett għandu jitqies bħala d-differenza bejn il-piż gross stabbilit fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża u l-piż medju tal-ippakkjar stabbilit qabel ma jintuża.

Għall-butir, l-offerti tal-prezzijiet għandu jkun fihom, jekk xieraq, indikazzjoni tat-tip ta' butir imsemmi fl-Artikolu 41(2)(h) li għalih tkun qiegħda titressaq l-offerta tal-prezzijiet.

4.   L-offerti tal-prezzijiet imressqin nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew f'festa pubblika għandhom jitqiesu li jkunu waslu għand l-entità kompetenti fl-ewwel jum tax-xogħol wara l-jum li fih ikunu tressqu.

5.   Fejn il-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti tal-prezzijiet ikun festa pubblika, l-offerti tal-prezzijiet għandhom jitressqu l-aktar tard fl-aħħar jum tax-xogħol qabel il-festa pubblika.

6.   L-offerti tal-prezzijiet ma jistgħux jiġu rtirati jew emendati wara li jitressqu.

Artikolu 43

Il-kwantità għal kull offerta tal-prezzijiet

1.   Għaċ-ċereali u għar-ross, l-offerta tal-prezzijiet għandha titressaq għall-kwantità kollha ta' lott tal-bejgħ, kif indikat fis-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet.

2.   L-offerta tal-prezzijiet għandha titressaq għal kwantità minima ta':

(a)

2 tunnellati għaċ-ċanga;

(b)

10 tunnellati għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat.

Jekk il-kwantità disponibbli fil-post tal-ħżin tkun ta' inqas mill-kwantità minima, il-kwantità disponibbli għandha tikkostitwixxi l-kwantità minima.

Artikolu 44

Il-garanziji

Meta titressaq offerta tal-prezzijiet għall-bejgħ tal-prodotti, għandha tingħata l-garanzija li ġejja lill-aġenzija tal-intervent fejn tkun qed titressaq l-offerta tal-prezzijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 2220/85:

(a)

għar-ross u ċ-ċereali: EUR 10/tunnellata;

(b)

għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat. EUR 60/tunnellata.

Artikolu 45

In-notifika lill-Kummissjoni dwar l-offerti tal-prezzijiet

1.   L-offerti tal-prezzijiet kollha li jistgħu jkunu aċċettati għandhom ikunu mgħarrfa lill-Kummissjoni mill-aġenziji tal-intervent, fil-limiti taż-żmien stipulati fir-Regolament li jiftaħ il-bejgħ.

2.   In-notifiki m'għandux ikun fihom id-dejta msemmija fl-Artikolu 42(1)(b).

3.   L-aġenziji tal-intervent għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-prospetti nulli fil-limiti taż-żmien imsemmija fil-paragrafu 1.

4.   In-notifiki għandhom isiru skont l-Artikolu 58.

Artikolu 46

Deċiżjoni abbażi tal-offerti tal-prezzijiet

1.   Abbażi tal-offerti tal-prezzijiet mgħarrfa skont l-Artikolu 45(1), il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew tiddeċiedi li ma tiffissahx, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, il-prezz minimu tal-bejgħ jista' jvarja skont il-post tal-prodotti offruti għall-bejgħ.

2.   Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 47

Deċiżjonijiet individwali dwar l-offerti tal-prezzijiet

1.   F'każ fejn ma jkun ġie stabbilit l-ebda prezz minimu tal-bejgħ, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti tal-prezzijiet kollha.

2.   Fejn ikun ġie stabbilit prezz minimu tal-bejgħ, l-aġenziji tal-intervent għandhom jirrifjutaw kwalunkwe offerta tal-prezzijiet li tkun irħas mill-prezz minimu tal-bejgħ.

L-aġenziji tal-intervent m'għandhomx jaċċettaw offerti tal-prezzijiet li ma jkunux ġew innotifikati skont l-Artikolu 45.

3.   L-aġenziji tal-intervent għandhom jadottaw id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 46(2). Għandhom jgħarrfu lill-offerenti tal-prezzijiet dwar ir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet fi żmien tliet ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għandhom jgħarrfu lill-offerenti tal-prezzijiet rebbieħa bil-kwantitajiet aċċettati u bil-prezz li għandu jitħallas, aġġustat għaċ-ċereali u għar-ross, b'żidiet jew tnaqqis stabbilit skont il-Parti IX, X u XI tal-Anness I, u l-Parti II u III(2) tal-Anness II, fejn il-kwalità tal-prodott tvarja mill-kwalità minima jew standard rispettivament.

4.   Fil-każ tal-esportazzjoni taċ-ċereali, fejn l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-esportazzjoni mressqa mill-offerent tal-prezzijiet rebbieħ skont l-Artikolu 42(2) tkun imsejsa fuq l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, l-aġenzija tal-intervent għandha tikkanċella l-bejgħ għal dawk il-kwantitajiet li għalihom ma tkunx inħarġet il-liċenzja skont dak l-Artikolu.

5.   Id-drittijiet u l-obbligi tal-offerent tal-prezzijiet rebbieħ ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu ttrasferiti lil ħaddieħor.

Artikolu 48

Regoli speċifiċi għall-allokazzjoni tal-prodotti tal-ħalib u taċ-ċanga

1.   Għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat, l-offerent tal-prezzijiet rebbieħ għandu jkun dak li joffri l-ogħla prezz. Jekk il-kwantità kollha disponibbli ma tiġix allokata, il-bqija għandha tingħata lill-offerenti tal-prezzijiet l-oħrajn abbażi tal-prezzijiet offruti permezz tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet, u tibda bl-ogħla prezz.

2.   Meta l-aċċettazzjoni ta' offerta tal-prezzijiet tista' twassal biex jingħataw kuntratti li jaqbżu l-kwantità disponibbli f'maħżen partikulari, il-kwantità disponibbli biss għandha tingħata lill-offerent tal-prezzijiet konċernat. Madanakollu, l-aġenzija tal-intervent tista' tagħżel imħażen oħra sabiex tintlaħaq il-kwantità mniżżla fl-offerta tal-prezzijiet, dejjem jekk l-offerent tal-prezzijiet jaqbel ma' dan.

3.   Meta l-aċċettazzjoni ta' żewġ offerti tal-prezzijiet jew aktar li jkunu qed joffru l-istess prezz għal prodott f'post tal-ħżin partikulari tista' twassal biex jingħataw kuntratti li jaqbżu l-kwantità disponibbli, l-għotja għandha ssir billi l-kwantità disponibbli tiġi allokata b'mod li jkun proporzjonat mal-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-offerta tal-prezzijiet. Madanakollu, jekk din l-allokazzjoni twassal għall-għoti ta' kwantitajiet li jkunu inqas minn dawk imsemmija fl-Artikolu 43(2), l-għotja għandha ssir billi tittella’ x-xorti.

4.   Meta, wara l-aċċettazzjoni tal-offerti tal-prezzijiet rebbieħa kollha, l-kwantità li jkun għad fadal fil-post tal-ħżin tkun inqas minn dik imsemmija fl-Artikolu 43(2), din il-kwantità li jkun għad fadal għandha tiġi offruta mill-aġenzija tal-intervent lill-offerenti tal-prezzijiet rebbieħa, u tibda minn dak li offra l-ogħla prezz. L-offerent tal-prezzijiet rebbieħ għandu jingħata l-għażla li jixtri l-kwantità li jkun għad fadal bil-prezz minimu tal-bejgħ.

5.   L-aġenzija tal-intervent għandha talloka l-butir jew it-trab tal-ħalib xkumat abbażi tad-data meta daħal fil-maħżen, u tibda mill-eqdem prodott tal-kwantità totali disponibbli fil-post tal-ħżin magħżul mill-offerent tal-prezzijiet jew, skont il-każ, mill-eqdem kwantità ta' butir ta' krema ħelwa jew qarsa minn dik disponibbli fil-post tal-ħżin tal-friża magħżul mill-offerent tal-prezzijiet.

6.   L-aġenziji tal-intervent ikkonċernati għandhom ibiegħu l-ewwel dik iċ-ċanga li jkun ilha maħżuna l-iktar.

Artikolu 49

Il-ħlasijiet

Qabel ma jitneħħa l-prodott u fil-perjodu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 51(2), l-offerenti tal-prezzijiet rebbieħa għandhom iħallsu lill-aġenzija tal-intervent l-ammont li jikkorrispondi mal-offerta tal-prezzijiet tagħhom, għal kull kwantità li jirtiraw, kif ikun ġie stabbilit u mgħarraf mill-aġenzija tal-intervent skont l-Artikolu 47(3).

Artikolu 50

Il-bejgħ min-naħa tal-Istati Membri

1.   Stat Membru li fih ma tkun infetħet l-ebda proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet skont l-Artikolu 40, jista' jiftaħ proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għall-bejgħ huwa stess meta l-kwantità totali li jkun għad baqagħlu fil-postijiet tal-ħżin tiegħu tkun ta' inqas minn:

(a)

għal kull ċereali: 5 000 tunnellata;

(b)

għar-rossi: 1 000 tunnellata;

(ċ)

għaċ-ċanga, għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat: 100 tunnellata.

2.   Għal proċedura tas-sejħiet għall-offerti tal-prezzijiet miftuħin minn Stat Membru skont il-paragrafu 1 għandu japplika dan it-Titolu, ħlief għall-Artikoli 40(2), 41(2)(b), 42(1)(a) u (f), 43, 45, 46(2), u t-Titolu IV. L-Artikolu 46(1) għandu japplika mutatis mutandis permezz ta' deċiżjoni tal-Istat Membru.

3.   L-Istati Membri jistgħu jpoġġu għall-bejgħ dirett dawk il-prodotti li, wara li jkunu ġew eżaminati b'mod viżiv mill-aġenziji tal-intervent fil-kuntest tat-tagħmil annwali tal-inventarju tal-istokk jew matul l-ispezzjoni, ma jkunux jistgħu jerġgħu jiġu ppakkjati jew ikunu tħassru, msemmija fil-paragrafi (1)(d) u (1)(f) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

Dan il-paragrafu għandu japplika fil-limiti tal-kwantitajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.   L-aġenziji tal-intervent għandhom jiżguraw aċċess ugwali għall-partijiet kollha kkonċernati.

KAPITOLU II

It-tneħħija mill-post tal-ħżin

Artikolu 51

L-ordni tat-tneħħija

1.   Ladarba l-ammont imsemmi fl-Artikolu 49 ikun tħallas, l-aġenzija tal-intervent għandha toħroġ ordni ta' tneħħija li tkun tindika:

(a)

il-kwantità li għaliha jkun tħallas l-ammont korrispondenti;

(b)

il-post tal-ħżin fejn ikun maħżun il-prodott;

(ċ)

l-aħħar data għat-tneħħija tal-prodott.

2.   L-offerent tal-prezzijiet rebbieħ għandu jneħħi l-prodott mogħti lilu fi żmien 30 jum min-notifika msemmija fl-Artikolu 47(3).

3.   Fuq talba tal-offerent tal-prezzijiet rebbieħ, l-aġenzija tal-intervent tista' tippermetti perjodu itwal għat-tneħħija tal-prodott mill-post tal-ħżin. Madanakollu, ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, jekk il-prodott ma jkunx tneħħa sad-data ta' skadenza msemmija fil-paragrafu 2, l-ispiża tal-ħżin għandha tiġġarrab mill-offerent tal-prezzijiet rebbieħ mill-għada tal-aħħar data għat-tneħħija tal-prodott. Barra minn hekk, ir-riskju tal-ħżin għandu jaqa' fuq l-offerent tal-prezzijiet.

Artikolu 52

It-tneħħija tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat

1.   Meta l-butir u t-trab tal-ħalib xkumat jitneħħew mill-post tal-ħżin, l-aġenzija tal-intervent għandha tpoġġihom fuq il-palits fiż-żona tat-tagħbija tal-post tal-ħżin.

2.   Ix-xerrej għandu jirritorna palits tal-istess kwalità lill-aġenzija tal-intervent mat-tneħħija mill-post tal-ħażin.

3.   L-ispejjeż tat-tagħbija u kwalunkwe spiża tat-tneħħija minn fuq il-palits għandhom jiġġarrbu mix-xerrej tal-butir jew tat-trab tal-ħalib xkumat. Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri abbażi ta' rata fissa u għandhom jiġu mgħarrfa lill-partijiet interessati jekk jintalbu.

KAPITOLU III

Ir-rekwiżiti ewlenin u r-rilaxx jew it-telf tal-garanzija

Artikolu 53

Ir-rekwiżiti ewlenin

Iż-żamma tal-offerti tal-prezzijiet wara l-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 40(4)(b) u l-ħlas tal-prezz skont l-Artikolu 49 għandhom jikkostitwixxu r-rekwiżiti ewlenin skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 54

Ir-rilaxx u t-telf tal-garanzija

1.   Għall-offerenti tal-prezzijiet li ma jintgħażlux, il-garanzija li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 44 għandha tiġi rrilaxxata minnufih wara d-deċiżjoni msemmija fl-Artikoli 46(2) u 50(2).

2.   Għall-offerenti tal-prezzijiet rebbieħa, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata għall-kwantitajiet li għalihom ikun tħallas il-prezz tal-bejgħ skont l-Artikolu 49.

3.   Ħlief għal każijiet ta' forza maġġuri, il-garanzija għandha tintilef fil-każ ta' dawk il-kwantitajiet li għalihom ma jkunx sar il-ħlas skont l-Artikolu 49 u l-bejgħ, għal dawk il-kwantitajiet mhux imħallsa, għandu jiġi kkanċellat.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IN-NOTIFIKI

Artikolu 55

L-aġenziji u ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u għar-ross

1.   Għaċ-ċereali u għar-ross, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar:

(a)

l-aġenziji tal-intervent approvati;

(b)

iċ-ċentri tal-intervent approvati;

(ċ)

il-postijiet tal-ħżin approvati taċ-ċentri tal-intervent; u

(d)

il-kwantità minima meħtieġa għax-xiri ta' prodotti bi prezz fiss, jekk din tkun tvarja mill-kwantitajiet speċifikati fl-Artikolu 8(1).

2.   In-notifiki għandhom isiru skont l-Artikolu 58.

3.   Il-lista tal-aġenziji tal-intervent, il-lista taċ-ċentri tal-intervent u tal-postijiet tal-ħżin tagħhom u l-aġġornamenti tagħhom għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku b'kull mezz xieraq permezz tas-sistemi tat-tagħrif implimentati mill-Kummissjoni, fosthom il-pubblikazzjoni fuq l-Internet.

Artikolu 56

In-notifiki ta' kull ġimgħa għaċ-ċereali u għar-ross

1.   Meta jkun miftuħ l-intervent u sakemm jitlesta x-xiri kollu, għat-tipi kollha ta' ċereali mniżżlin fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għar-ross, l-Istati Membri konċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard min-nofsinhar (ħin ta' Brussell) ta' kull nhar t’Erbgħa għall-ġimgħa ta' qabel dwar:

(a)

il-kwantitajiet ta' qamħ komuni offruti skont l-Artikolu 13;

(b)

il-kwantitajiet aċċettati fl-offerti tal-prezzijiet skont l-Artikolu 20(1);

(ċ)

il-kwantitajiet li għalihom japplika l-Artikolu 24(5);

(d)

il-kwantitajiet li huma suġġetti għat-teħid kundizzjonali tal-prodotti, skont l-Artikolu 31(1)(a).

2.   Għat-tipi kollha ta' ċereali mniżżlin fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għar-ross, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-qagħda tal-istokk, sa mhux aktar tard min-nofsinhar (ħin ta' Brussell) ta' kull nhar t’Erbgħa, għall-ġimgħa ta' qabel, dwar:

(a)

il-kwantitajiet maħżuna fil-bidu tas-sena tas-suq;

(b)

il-kwantitajiet kumulattivi meħuda mill-bidu tas-sena tas-suq;

(ċ)

il-kwantitajiet kumulattivi li jkunu ħarġu mill-postijiet tal-ħżin sa mill-bidu tas-sena tas-suq, identifikati skont it-tip ta' użu jew id-destinazzjoni, u l-kwantitajiet kumulattivi li jkunu ntilfu;

(d)

il-kwantitajiet kumulattivi assenjati (impenjati), identifikati skont it-tip ta' użu jew id-destinazzjoni;

(e)

il-kwantitajiet li jkunu qed jiġu offruti fi tmiem il-perjodu ta' rrappurtar ta' kull ġimgħa.

3.   Għal kull ċereali u għall-kwalitajiet taċ-ċereali meqjusin rilevanti għas-suq tal-Komunità, l-Istati Membri konċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard min-nofsinhar (ħin ta' Brussell) ta' kull nhar t’Erbgħa għall-ġimgħa ta' qabel, dwar il-prezzijiet rappreżentattivi tas-suq, mogħtija fil-munita nazzjonali għal kull tunnellata. Dawk il-prezzijiet għandhom jiġu kkalkulati b'mod regolari, indipendenti u trasparenti, u għandhom jirreferu, b'mod partikulari, għall-propertajiet kwalittattivi, għall-post tal-kwotazzjoni ta' kull prodott u għall-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni.

4.   Għal kull varjetà ta' ross meqjusa rilevanti għas-suq tal-Komunità, l-Istati Membri konċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard min-nofsinhar (ħin ta' Brussell) ta' kull nhar t’Erbgħa għall-ġimgħa ta' qabel, dwar il-prezzijiet rappreżentattivi tas-suq, mogħtija fil-munita nazzjonali għal kull tunnellata. Dawk il-prezzijiet għandhom jiġu kkalkulati b'mod regolari, indipendenti u trasparenti, u għandhom jirreferu, b'mod partikulari, għall-istadju tal-ipproċessar, għall-post tal-kwotazzjoni ta' kull prodott u għall-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni.

5.   In-notifiki għandhom isiru skont l-Artikolu 58.

Artikolu 57

In-notifiki ta' kull xahar

1.   L-aġenziji tal-intervent li jkollhom l-istokkijiet tal-intervent għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kull xahar sa mhux aktar tard mill-15-il jum, għax-xahar ta' qabel, dwar l-affarijiet li ġejjin:

(a)

għaċ-ċereali, ir-riżultati medji ppeżati tal-piż speċifiku, tal-kontenut tal-indewwa, tal-perċentwali ta' ħbub miksura u tal-kontenut ta' proteini rreġistrati għal-lottijiet ta' kull tip ta' ċereali meħud fil-livelli reġjonali ddefiniti fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 (19);

(b)

għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat:

(i)

il-kwantitajiet ta' kull prodott maħżun fl-aħħar tax-xahar ikkonċernat u l-kwantitajiet li jkunu daħlu u ħarġu mill-postijiet tal-ħżin matul dak ix-xahar;

(ii)

it-tqassim tal-kwantitajiet ta' kull prodott li jkun ħareġ mill-postijiet tal-ħżin matul ix-xahar ikkonċernat, skont ir-regolamenti li huma koperti bihom;

(iii)

it-tqassim skont kemm għandhom żmien il-kwantitajiet maħżuna fi tmiem ix-xahar ikkonċernat;

(ċ)

għaċ-ċanga:

(i)

il-kwantitajiet ta' kull prodott maħżun fl-aħħar tax-xahar ikkonċernat u l-kwantitajiet li jkunu daħlu u ħarġu mill-postijiet tal-ħżin matul dak ix-xahar;

(ii)

it-tqassim tal-kwantitajiet ta' kull prodott li jkun ħareġ mill-postijiet tal-ħżin matul ix-xahar ikkonċernat, skont ir-regolamenti li huma koperti bihom;

(iii)

il-kwantitajiet ta' kull prodott mingħajr għadam koperti b'kuntratti tal-bejgħ konklużi matul ix-xahar ikkonċernat;

(iv)

il-kwantitajiet ta' kull prodott mingħajr għadam koperti b'ordnijiet ta' rtirar jew b'dokumenti simili maħruġin matul ix-xahar ikkonċernat;

(v)

il-kwantitajiet ta' kull prodott mingħajr għadam miksub minn ċanga bl-għadam mixtrija matul ix-xahar ikkonċernat;

(vi)

l-istokkijiet li dwarhom ma ttieħdux impenji u l-istokkijiet fiżiċi ta' kull prodott mingħajr għadam fi tmiem ix-xahar ikkonċernat, flimkien mad-dettalji dwar kemm ilhom maħżuna l-istokkijiet li dwarhom ma ttieħdux impenji.

(d)

għall-prodotti kollha, il-ftuħ ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet, il-kwantitajiet mogħtija u l-prezzijiet minimi tal-bejgħ stabbiliti f'każ li jkun qed jiġi applikat l-Artikolu 50.

2.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(b):

(a)

“il-kwantitajiet li jkunu daħlu” tfisser il-kwantitajiet li jkunu nħażnu b'mod fiżiku, kemm jekk ikunu ttieħdu mill-aġenzija tal-intervent u kif ukoll jekk le;

(b)

“il-kwantitajiet li jkunu ħarġu” tfisser il-kwantitajiet li jkunu tneħħew, jew, jekk ikunu ttieħdu mix-xerrej qabel ma tneħħew, il-kwantitajiet li jkunu ttieħdu.

3.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(ċ):

(a)

“l-istokkijiet li dwarhom ma ttieħdux impenji” tfisser l-istokkijiet li għadhom mhumiex koperti b'kuntratt tal-bejgħ;

(b)

“l-istokkijiet fiżiċi” tfisser l-istokkijiet li dwarhom ma ttieħdux impenji flimkien mal-istokkijiet koperti b'kuntratt tal-bejgħ imma li għadhom ma ttieħdux.

4.   Għan-notifiki skont dan l-Artikolu, l-aġenziji tal-intervent għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-prospetti nulli.

5.   In-notifiki għandhom isiru skont l-Artikolu 58.

Artikolu 58

Il-metodu li japplika għall-obbligi tan-notifiki

1.   Meta jkun hemm referenza għal dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni permezz ta' mezzi elettroniċi billi jużaw il-formola li l-Kummissjoni tkun qiegħdet għad-dispożizzjoni tagħhom.

2.   Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom jiġu ddefiniti abbażi ta' mudelli jew ta' metodi li l-Kummissjoni tkun qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-mudelli u l-metodi għandhom jiġu adattati u aġġornati wara li l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-awtoritajiet kompetenti konċernati jkunu ġew infurmati, kif xieraq.

3.   In-notifiki għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti magħżulin mill-Istati Membri.

TITOLU V

EMENDI, REVOKI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 59

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 562/2005

Il-Kapitolu I tar-Regolament (KE) Nru 562/2005 għandu jitħassar.

Artikolu 60

Ir-revoki

Ir-Regolamenti li ġejjin għandhom jitħassru:

(a)

Ir-Regolament (KE) Nru 1669/2006 sa minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament;

(b)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 214/2001 u (KE) Nru 105/2008 sa mill-1 ta' Marzu 2010;

(ċ)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 687/2008, (KE) Nru 127/2009 u (KE) Nru 670/2009 sa mill-1 ta' Lulju 2010 'l quddiem fir-rigward taċ-ċereali;

(d)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 75/91 u (KE) Nru 670/2009 sa mill-1 ta' Settembru 2010 fir-rigward tar-ross.

Dawn ir-Regolamenti mħassra għandhom jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-offerti ta' xiri jew dawk tal-prezzijiet imressqa skont dawn ir-Regolamenti. Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika għal-ħżin u l-użu tal-prodotti fil-każijiet kollha.

Artikolu 61

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu għandu japplika minn:

(a)

l-1 ta' Marzu 2010 għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat;

(b)

l-1 ta' Lulju 2010 għaċ-ċereali; u

(ċ)

l-1 ta' Settembru 2010 għar-ross.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.

(4)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.

(5)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 11.

(6)  ĠU L 9, 12.1.1991, p. 15.

(7)  ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100.

(8)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 6.

(9)  ĠU L 32, 6.2.2008, p. 3.

(10)  ĠU L 192, 19.7.2008, p. 20.

(11)  ĠU L 42, 13.2.2009, p. 3.

(12)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 22.

(13)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(14)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(15)  ĠU L 251, 27.7.2004, p. 9.

(16)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(17)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.

(18)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(19)  ĠU L 88, 3.4.1990, p. 1.


ANNESS I

IĊ-ĊEREALI

PARTI I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għaċ-ċereali.

Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 7(1) fir-rigward taċ-ċereali għandhom ikunu, partikolarment, dawn li ġejjin:

(a)

iċ-ċereali għandhom il-kulur tipiku taċ-ċereali inkwistjoni;

(b)

iċ-ċereali ma għandhom l-ebda riħa stramba u organiżmi li jagħmlu l-ħsara ħajjin (fosthom id-dud irqiq) fi kwalunkwe stadju tal-iżvilupp tagħhom;

(ċ)

iċ-ċereali jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta' kwalità stipulati fil-Parti II ta' dan l-Anness; u

(d)

il-livell ta' sustanzi li jniġġsu, fosthom ir-radjuattività, ma jaqbiżx il-livelli massimi permessi mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

Il-livell massimu tas-sustanzi li jniġġsu li ma għandux jinqabeż għandu jkun kif ġej:

(a)

għall-qamħ komuni u għall-qamħ tat-tip durum, il-livelli permessi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 (1), inklużi r-rekwiżiti f'dak li għandu x'jaqsam mal-livell tat-tossina Fusarium fil-qamħ komuni u fil-qamħ tat-tip durum stabbiliti fil-punti 2.4 sa 2.7 tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2);

(b)

għax-xgħir, għall-qamħirrun u għas-sorgu, il-livelli stabbiliti fid-Direttiva 2002/32/KE.

L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw il-livelli tas-sustanzi li jniġġsu, inkluża tar-radjuattività, abbażi ta' analiżi tar-riskju, filwaqt li jqisu b'mod partikulari t-tagħrif li jkun tahom l-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet u l-impenji ta' dan tal-aħħar f'dak li għandu x'jaqsam mal-konformità mal-istandards stabbiliti, speċjalment fid-dawl tar-riżultati tal-analiżi.

Barra minn hekk, f'każ fejn l-analiżi jindikaw li l-indiċi Zeleny ta' lott tal-qamħ komuni jkun ta' bejn 22 u 30, sabiex dan il-qamħ jitqies li huwa tajjeb, ġust u ta' kwalità li tista' tinbiegħ fis-suq, l-għaġina miksuba minnu trid titqies li ma twaħħalx u li hi tajba biex tinħadem mill-magni.

PARTI II

Ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità msemmija fil-Parti I

 

Il-qamħ tat-tip durum

Il-qamħ komuni

Ix-xgħir

Il-qamħirrun

Is-sorgu

A.

Il-kontenut massimu tal-indewwa

14,5  %

14,5  %

14,5  %

13,5  %

13,5  %

B.

Il-perċentwali massimu tal-elementi li mhumiex ċereali bażiċi ta' kwalità mhix mittiefsa:

12 %

12 %

12 %

12 %

12 %

1.

Ħbub miksura

6 %

5 %

5 %

5 %

5 %

2.

Impuritajiet li huma magħmulin mill-ħbub (għajr dawk indikati fil-punt 3)

5 %

7 %

12 %

5 %

5 %

li minnhom:

 

 

 

 

 

(a)

ħbub nexfin

(b)

ċereali oħrajn

3 %

5 %

(ċ)

ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara

(d)

ħbub bi rħus li jkunu tilfu l-kulur

(e)

ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu

0,50  %

0,50  %

3 %

0,50  %

0,50  %

3.

Ħbub imtebbgħin u/jew ħbub affettwati mill-fusarjożi, li minnhom

5 %

ħbub affettwati mill-fusarjożi

1,5  %

4.

Ħbub bin-nebbieta

4 %

4 %

6 %

6 %

6 %

5.

Impuritajiet varji (“Schwarzbesatz”), li minnhom:

3 %

3 %

3 %

3 %

3 %

(a)

żrieragħ minn barra:

li jagħmlu l-ħsara

0,10  %

0,10  %

0,10  %

0,10  %

0,10  %

żrieragħ oħrajn

(b)

ħbub bil-ħsara: li minnhom:

ħbub li ġratilhom ħsara minn tisħin spontanju jew tisħin estrem wisq waqt it-tnixxif

0,05  %

0,05  %

żrieragħ oħrajn

(ċ)

materjal estranju

(d)

ħlief

(e)

sadid

0,05  %

0,05  %

(f)

ħbub imħassrin

(g)

insetti mejtin u biċċiet ta' insetti

C.

Il-perċentwal massimu ta' ħbub li tilfu l-aspett żġieġi tagħhom kompletament jew parzjalment

27 %

D.

Kontenut massimu ta' tannin (*)

1 %

E.

Il-piż minimu speċifiku (f'kilogrammi għal kull ettolitru)

78

73

62

F.

Kontenut minimu ta' proteini (*)

11,5  %

10,5  %

G.

Il-ħin minimu tal-waqgħa skont Hagberg (f'sekondi)

220

220

H.

L-indiċi Zeleny minimu (f'millilitri)

22

“—”

Ebda dispożizzjoni speċifika applikabbli.

Materja oħra għajr ċereali bażiċi ta' kwalità mhix mittiefsa għandha tkun kif iddefinit fil-Parti III ta' dan l-Anness.

Il-ħbub taċ-ċereali bażiċi u ta' ċereali oħrajn li jkollhom il-ħsara, li jkunu affettwati mis-sadid (mill-marda tar-rmied) jew li jitħassru għandhom jiġu kklassifikati bħala ta' “impuritajiet varji” saħansitra jekk ikollhom difetti li jaqgħu fi ħdan kategoriji oħrajn.

PARTI III

1.   DEFINIZZJONI TA' MATERJALI OĦRAJN GĦAJR IĊ-ĊEREALI BAŻIĊI TA' KWALITÀ MHIX MITTIEFSA

1.1.   Ħbub miksura

Kull ħabba li l-endosperma tagħha tkun parzjalment mikxufa għandha titqies bħala ħabba miksura. Il-ħbub li saritilhom il-ħsara bid-dris u l-ħbub li minnhom ikun tneħħa r-raħs ukoll jagħmlu parti minn dan il-grupp.

Għall-qamħirrun, “il-ħbub miksura” tfisser biċċiet tal-ħbub jew ħbub li jgħaddu minn għarbiel b'toqob tondi li jkollhom dijametru ta' 4,5 millimetri.

Għas-sorgu, “il-ħbub miksura” tfisser biċċiet tal-ħbub jew ħbub li jgħaddu minn għarbiel b'toqob tondi li jkollhom dijametru ta' 1,8 millimetri.

1.2.   Impuritajiet tal-ħbub

(a)   Ħbub nexfin

Ħbub li, wara li mill-kampjun ikun tneħħa l-materjal kollu l-ieħor imsemmi f'dan l-Anness, jgħaddu minn għeriebel b'toqob li jkollhom id-daqs li ġej: toqob ta' 2,0 millimetri għall-qamħ komuni, ta' 1,9 millimetri għall-qamħ tat-tip durum, u ta' 2,2 millimetri għax-xgħir.

Madanakollu, minkejja din id-definizzjoni:

għax-xgħir li ġej mill-Estonja, mil-Latvja, mill-Finlandja u mill-Iżvezja li jkollu piż speċifiku ta' mill-inqas 64 kilogramm għal kull ettolitru u jkun offrut għall-intervent f'dawk l-Istati Membri, jew

għax-xgħir b'kontenut tal-indewwa ta' 12,5 % jew inqas, “il-ħbub nexfin” tfisser ħbub li, wara li mill-kampjun ikun tneħħa l-materjal kollu l-ieħor imsemmi f'dan l-Anness, jgħaddu minn għeriebel b'toqob ta' 2,0 millimetri.

Barra minn hekk, il-ħbub li saritilhom il-ħsara bil-ġlata u l-ħbub li jkun għadhom ma sarux (il-ħbub ħodor) ukoll jagħmlu parti minn dan il-grupp.

(b)   Ċereali oħrajn

Il-ħbub kollha li ma jagħmlux parti mill-ispeċi taċ-ċereali li minnha jkun ittieħed il-kampjun.

(ċ)   Ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara

Il-ħbub li jkunu tnaqqru. Il-ħbub imdewda wkoll jagħmlu parti minn dan il-grupp.

(d)   Ħbub bi rħus li jkunu tilfu l-kulur, ħbub imtebbgħin u ħbub affettwati mill-fusarjożi

Il-ħbub bi rħus li jkunu tilfu l-kulur huma dawk il-ħbub li fihom it-tegument ikun ta' lewn kannella jew kannella jagħti fl-iswed u li fihom ir-raħs ikun normali u ma jkunx beda jnebbet. Għall-qamħ komuni, se jingħata każ tal-ħbub bi rħus li jkunu tilfu l-kulur biss jekk dawn jaqbżu t-8 %.

Għall-qamħ tat-tip durum:

il-ħbub li jkunu tilfu l-kulur, u saru minn kannella sa kannella jagħti fl-iswed, fi mkejjen oħra għajr fir-raħs innifsu għandhom jitqiesu bħala ħbub imtebbgħin,

il-ħbub affettwati mill-fusarjożi huma ħbub li l-perikarpu tagħhom huwa mniġġes bil-Fusarium mycelium; dawn it-tipi ta' ħbub jidhru kemmxejn nexfin, imkemmxin u jkollhom irqajja' roża jew bojod imxerrdin 'l hawn u 'l hemm ta' għamla li ma tkunx iddefinita sew.

(e)

Il-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu huma dawk li juru sinjali esterni ta' ħruq imma li mhumiex ħbub bil-ħsara.

1.3.   Ħbub bin-nebbieta

Il-ħbub bin-nebbieta huma dawk li fihom wieħed ikun jista' jara sewwa, b'għajnejh biss, ix-xenxul iż-żgħir jew il-pjumetta. Madanakollu, meta l-kontenut ta' kampjun ikun qed jiġi vvalutat, jeħtieġ li titqies id-dehra tal-kampjun b'mod ġenerali. F'xi tipi ta' ċereali, ir-raħs ikun imqabbeż 'il barra, per eżempju fil-qamħ tat-tip durum, u t-tegument tar-raħs jinqasam meta l-lott taċ-ċereali jitħarrek. Dawn il-ħbub jixbhu lil dawk bin-nebbieta, imma ma għandhomx jiddaħħlu f'dak il-grupp. Il-ħbub bin-nebbieta huma biss dawk li fihom ir-raħs ikun għadda minn tibdiliet li jidhru b'mod ċar, li jagħmluha faċli li wieħed jagħżel il-ħbub bin-nebbieta minn dawk normali.

1.4.   Impuritajiet varji (“Schwarzbesatz”)

(a)   Żrieragħ minn barra

“Iż-żrieragħ minn barra” huma ż-żrieragħ ta' pjanti, kemm dawk ikkultivati kif ukoll dawk li mhumiex, minbarra dawk taċ-ċereali. Dawn jinkludu ż-żrieragħ li mhux ta' min jiġborhom, iż-żrieragħ li jistgħu jintużaw għall-għalf u ż-żrieragħ li jagħmlu l-ħsara.

“Iż-żrieragħ li jagħmlu l-ħsara” tfisser żrieragħ li huma velenużi għall-bniedem u għall-annimali, żrieragħ li jfixklu jew li jtellfu l-proċessi tat-tindif u tat-tħin taċ-ċereali u żrieragħ li jaffettwaw il-kwalità tal-prodotti pproċessati miċ-ċereali.

(b)   Ħbub bil-ħsara

“Il-ħbub bil-ħsara” huma dawk li ma baqgħux tajbin għall-konsum mill-bniedem u, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħbub għall-għalf, għall-għalf tal-baqar, minħabba t-taħsir, il-moffa, il-batterji jew minħabba xi ħaġ'oħra.

Il-ħbub bil-ħsara jinkludu wkoll il-ħbub li saritilhom il-ħsara mill-produzzjoni spontanja tas-sħana jewinkella minħabba li jkunu ssaħħnu żżejjed meta kienu qed jitnixxfu. Dawn il-ħbub “imsaħħnin” jew “mimsusin mill-marda tal-ħruq” huma ħbub li kibru għal kollox u li fihom it-tegument ikollu lewn kannella li jagħti fil-griż sa iswed, filwaqt li meta taqsamha, minn ġewwa l-qalba tagħhom ikollha lewn isfar jagħti fil-griż sa kannella jagħti fl-iswed.

Il-ħbub li jkunu sfaw attakkati mid-dudu tal-qamħ għandhom jitqiesu bħala ħbub bil-ħsara biss meta aktar minn nofs il-wiċċ tal-ħabba jkollu lewn griż sa iswed minħabba l-attakk kriptogamiku sekondarju. F'każijiet fejn anqas minn nofs il-wiċċ tal-ħabba jkun tilef lewnu, dawn jeħtiġilhom ikunu kklassifikati mal-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara.

(ċ)   Materjal minn barra

Għandu jitqies bħala materjal minn barra kwalunkwe materjal f'kampjun taċ-ċereali li jibqa' f'għarbiel b'toqob ta' 3,5 millimetri (ħlief għall-ħbub ta' ċereali oħra u l-ħbub taċ-ċereali bażiku li jkunu pjuttost kbar), kif ukoll il-materjal li jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' millimetru (1,0). Iż-żrar, ir-ramel, il-biċċiet tat-tiben u l-impuritajiet l-oħrajn fil-kampjuni li jgħaddu minn għarbiel b'toqob ta' 3,5 millimetri u ma jgħaddux minn għarbiel b'toqob ta' millimetru (1,0) huma inklużi wkoll.

Din id-definizzjoni ma tapplikax għall-qamħirrun. Għall-qamħirrun, il-materjal kollu f'kampjun li jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' millimetru (1) għandu jitqies bħala materjal minn barra, flimkien mal-materjal imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

(d)

Il-ħliefa (għall-qamħirrun: il-biċċiet taċ-ċifċiegħa).

(e)

Is-sadid (il-mard tar-rmied).

(f)

Ħbub imħassrin.

(g)

Insetti mejtin u biċċiet tal-insetti.

1.5.

L-annimali u l-insetti ħajjin li jagħmlu l-ħsara

1.6.   Ħbub li tilfu l-aspett żġieġi tagħhom

Il-ħbub tal-qamħ tat-tip durum li tilfu l-aspett żġieġi tagħhom huma ħbub li l-qalba tagħhom ma tistax titqies li hi kollha kemm hi żġiġija.

2.   FATTURI SPEĊIFIĊI LI GĦANDHOM JITQIESU F'KULL TIP TA' ĊEREALI BIEX JIĠU DDEFINITI L-IMPURITAJIET

2.1.   Il-qamħ tat-tip durum

L-impuritajiet tal-ħbub tfisser il-ħbub nexfin, il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara, il-ħbub bi rħus li jkunu tilfu l-kulur, il-ħbub imtebbgħin tal-ħbub affettwati mill-fusarjożi, u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu.

Impuritajiet varji tfisser iż-żrieragħ minn barra, il-ħbub bil-ħsara, il-materjal minn barra, il-ħliefa, is-sadid (il-marda tar-rmied), il-ħbub imħassrin, l-insetti mejtin u l-biċċiet tal-insetti.

2.2.   Il-qamħ komuni

L-impuritajiet tal-ħbub tfisser il-ħbub nexfin, il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara, il-ħbub bi rħus li jkunu tilfu l-kulur, u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu.

Impuritajiet varji tfisser iż-żrieragħ minn barra, il-ħbub bil-ħsara, il-materjal minn barra, il-ħliefa, is-sadid (il-marda tar-rmied), il-ħbub imħassrin, l-insetti mejtin u l-biċċiet tal-insetti.

2.3.   Ix-xgħir

L-impuritajiet tal-ħbub tfisser il-ħbub nexfin, il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara, u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu.

Impuritajiet varji tfisser iż-żrieragħ minn barra, il-ħbub bil-ħsara, il-materjal minn barra, il-ħliefa, l-insetti mejtin u l-biċċiet tal-insetti.

2.4.   Il-qamħirrun

L-impuritajiet tal-ħbub tfisser il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara, u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu.

Għall-qamħirrun, il-materjal kollu f'kampjun li jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' millimetru (1,0) għandu jitqies bħala materjal minn barra.

Iż-żrieragħ minn barra, il-ħbub bil-ħsara, il-materjal minn barra, il-ħliefa, l-insetti mejtin u l-biċċiet tal-insetti kollha se jitqiesu bħala impuritajiet varji.

2.5.   Is-sorgu

L-impuritajiet tal-ħbub tfisser il-ħbub ta' ċereali oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara, u l-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu.

Impuritajiet varji tfisser iż-żrieragħ minn barra, il-ħbub bil-ħsara, il-materjal minn barra, il-ħliefa, l-insetti mejtin u l-biċċiet tal-insetti.

PARTI IV

Il-metodi użati sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-kwalità taċ-ċereali offruti għall-intervent.

Sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-kwalità taċ-ċereali offruti għall-intervent, għandhom jintużaw il-metodi li ġejjin:

(a)

il-metodu standard sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-materjali l-oħra għajr iċ-ċereali bażiċi ta' kwalità mhix mittiefsa għandu jkun dak mogħti fil-Parti V ta' dan l-Anness;

(b)

il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula l-kontenut tal-indewwa għandu jkun dak mogħti fil-Parti VI ta' dan l-Anness. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll metodi oħra bbażati fuq il-prinċipju mogħti fl-Anness V, il-metodu ISO 712:1998 jew metodu bbażat fuq it-teknoloġija tal-infra-aħmar. Fil-każ ta' xi tilwima, għandhom jiġu aċċettati biss ir-riżultati li joħorġu meta wieħed juża l-metodu mogħti fil-Parti V ta' dan l-Anness;

(ċ)

il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula l-kontenut tat-tannin fis-sorgu għandu jkun il-metodu ISO 9648:1988;

(d)

il-metodu standard sabiex wieħed jiddeċiedi dwar kemm l-għaġina miksuba mill-qamħ komuni ma twaħħalx u kemm hi tajba biex tinħadem mill-magni għandu jkun dak mogħti fil-Parti VII ta' dan l-Anness;

(e)

il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula l-kontenut tal-proteini fil-qamħ komuni mitħun għandu jkun dak rikonoxxut mill-Għaqda Internazzjonali tal-Kimika taċ-Ċereali (l-IKĊ), li l-istandards tagħha huma mniżżlin fl-Intestatura Nru 105/2, imsejħa: “il-metodu sabiex wieħed jikkalkula l-kontenut tal-proteini fiċ-ċereali u fil-prodotti magħmulin miċ-ċereali”;

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jużaw kull metodu ieħor. F'dan il-każ, iridu jibagħtu lill-Kummissjoni xhieda li l-IKĊ tirrikonoxxi illi l-metodu kkonċernat jagħti riżultati ekwivalenti;

(f)

il-metodu sabiex wieħed jikkalkula l-indiċi tal-ammont ta' sediment skont Zeleny għall-qamħ komuni mitħun għandu jikkonforma mal-metodu ISO 5529:1992;

(g)

il-metodu sabiex wieħed jikkalkula l-ħin tal-waqgħa skont Hagberg (it-test tal-attività tal-amilażi) għandu jikkonforma mal-metodu ISO 3093:2004;

(h)

il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula r-rata tat-telf tal-aspett żġieġi tal-qamħ tat-tip durum għandu jkun dak mogħti fil-Parti VIII ta' dan l-Anness;

(i)

il-metodu standard sabiex wieħed jikkalkula l-piż speċifiku għandu jikkonforma mal-metodu ISO 7971/2:1995;

(j)

il-metodi għat-teħid tal-kampjuni u l-metodi ta' analiżi ta' referenza sabiex wieħed jikkalkula r-rati tal-mikotoksin għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 u mogħtija fl-Annessi I u II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (3).

PARTI V

Il-metodu standard sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-materjali l-oħrajn għajr iċ-ċereali bażiċi ta' kwalità mhix mittiefsa

1.

Għall-qamħ komuni, il-qamħ tat-tip durum u x-xgħir, kampjun medju ta' 250 gramma għandu jingħadda minn żewġ għeriebel, wieħed b'toqob tawwalin ta' 3,5 millimetri u l-ieħor b'toqob tawwalin ta' millimetru (1,0), għal nofs minuta kull darba.

Biex ikun żgurat ċaqliq kontinwu, tajjeb li jintuża għarbiel mekkaniku, per eż. mejda li tivvibra b'għeriebel imwaħħlin magħha.

Il-materjal li jibqa' fl-għarbiel b'toqob tawwalin ta' 3,5 millimetri u dak li jgħaddi mill-għarbiel b'toqob tawwalin ta' millimetru (1,0) għandu jintiżen flimkien u jitqies bħala materjal minn barra. F'każ fejn il-materjal li jibqa' fl-għarbiel b'toqob tawwalin ta' 3,5 millimetri jkun jinkludi partijiet li jagħmlu parti mill-grupp taċ-“ċereali oħrajn” u ħbub taċ-ċereali bażiku li jkunu pjuttost kbar, dawk il-partijiet jew il-ħbub għandhom jerġgħu jiddaħħlu fil-kampjun mgħarbul. Matul it-tgħarbil fl-għarbiel b'toqob tawwalin ta' millimetru (1,0), wieħed għandu jiċċekkja sewwa wkoll jekk fil-kampjun hemmx annimali u insetti ħajjin li jagħmlu l-ħsara.

Mill-kampjun mgħarbul, għandu jittieħed kampjun ta' 50 sa 100 gramma bl-użu ta' separatur. Dan il-kampjun parzjali għandu jintiżen.

Il-kampjun parzjali mbagħad għandu jinfirex fuq mejda u, bl-użu ta' pinzetta jew ta' spatula tal-qarn, minnu għandhom jinħarġu l-ħbub miksura, iċ-ċereali l-oħra, il-ħbub bin-nebbieta, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara, il-ħbub li saritilhom il-ħsara bil-ġlata, il-ħbub bi rħus li jkunu tilfu l-kulur, il-ħbub imtebbgħin, iż-żrieragħ minn barra, is-sadid (il-mard tar-rmied), il-ħbub bil-ħsara, il-ħbub imħassrin, il-ħliefa, l-annimali u l-insetti ħajjin li jagħmlu l-ħsara u l-insetti mejtin.

F'każ fejn il-kampjun parzjali jinkludi ħbub li jkun għadhom fil-ħliefa, il-ħliefa għandha titneħħielhom bl-idejn u l-ħliefa li tinkiseb b'dan il-mod għandha titqies bħala biċċa ta' ħliefa. Iż-żrar, ir-ramel u l-biċċiet tat-tiben għandhom jitqiesu bħala materjal minn barra.

Il-kampjun parzjali għandu jingħadda għal nofs minuta minn għarbiel b'toqob ta' 2,0 millimetri għall-qamħ komuni, ta' 1,9 millimetri għall-qamħ tat-tip durum, u ta' 2,2 millimetri għax-xgħir. Il-materjal li jgħaddi minn dan l-għarbiel għandu jitqies bħala l-ħbub nexfin. Il-ħbub li saritilhom il-ħsara bil-ġlata u l-ħbub ħodor li jkun għadhom ma sarux għandhom ukoll jagħmlu parti mill-grupp tal-“ħbub nexfin”.

2.

Kampjun medju ta' 500 gramma fil-każ tal-qamħirrun u ta' 250 gramma fil-każ tas-sorgu għandu jingħarbel għal nofs minuta f'għarbiel b'toqob tawwalin ta' millimetru (1,0). Iċċekkja jekk fil-kampjun hemmx annimali u insetti ħajjin li jagħmlu l-ħsara u insetti mejtin.

Bl-użu ta' pinzetta jew ta' spatula tal-qarn, oħroġ mill-materjal li jibqa' fl-għarbiel b'toqob tawwalin ta' millimetru (1,0) iż-żrar, ir-ramel, il-biċċiet tat-tiben u l-materjal minn barra l-ieħor.

Żid il-materjal minn barra li jkun inħareġ b'dan il-mod mal-materjal li jkun għadda mill-għarbiel b'toqob tawwalin ta' millimetru (1,0), u iżinhom flimkien.

Bl-użu ta' separatur, mill-kampjun li għadda mill-għarbiel ħejji kampjun parzjali ta' 100 sa 200 gramma fil-każ tal-qamħirrun u ta' 25 sa 50 gramma fil-każ tas-sorgu. Iżen dan il-kampjun parzjali. Ifirxu bħala saff irqiq fuq il-mejda. Bl-użu ta' pinzetta jew ta' spatula tal-qarn, oħroġ il-biċċiet taċ-ċereali l-oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara, il-ħbub li saritilhom il-ħsara bil-ġlata, il-ħbub bin-nebbieta, il-ħbub minn barra, il-ħbub bil-ħsara, il-ħliefa, l-annimali u l-insetti ħajjin li jagħmlu l-ħsara u l-insetti mejtin.

Imbagħad għaddi dan il-kampjun parzjali minn għarbiel b'toqob tondi li għandhom dijametru ta' 4,5 millimetri għall-qamħirrun u minn għarbiel b'toqob tondi li għandhom dijametru ta' 1,8 millimetri għas-sorgu. Il-materjal li jgħaddi minn dan l-għarbiel għandu jitqies bħala l-ħbub miksura.

3.

Gruppi ta' materjali oħra għajr iċ-ċereali bażiċi ta' kwalità mhix mittiefsa, iddeterminati skont il-metodi msemmija fil-punti 1 u 2 għandhom jintiżnu b'attenzjoni kbira sal-eqreb 0,01 gramma u jitqassmu skont il-perċentwali fil-kampjun medju. Id-dettalji mniżżlin fir-rapport tal-analiżi għandhom jingħataw sal-eqreb 0,1 %. Iċċekkja jekk hemmx annimali u insetti ħajjin li jagħmlu l-ħsara.

Bħala regola ġenerali, kull kampjun għandu jiġi analizzat darbtejn. Ir-riżultati taż-żewġ analiżi m'għandhomx ivarjaw b'iktar minn 10 % fir-rigward tal-ammont totali tal-materjal imsemmi hawn fuq.

4.

L-apparat li għandu jintuża għall-ħidmiet imsemmija fil-punti 1, 2 u 3 huwa kif ġej:

(a)

separatur tal-kampjuni, per eżempju apparat sura ta' kon jew bl-iskanalaturi;

(b)

miżien ta' preċiżjoni jew miżien għal kejl mikroskopiku (“assay balance”);

(ċ)

għeriebel b'toqob tawwalin ta' millimetru (1,0), 1,8 millimetri, 1,9 millimetri, 2,0 millimetri, 2,2 millimetri u 3,5 millimetri u għeriebel b'toqob tondi li għandhom dijametru ta' 1,8 millimetri u 4,5 millimetri. L-għeriebel jistgħu jitwaħħlu ma' mejda li tivvibra.

PARTI VI

Il-metodu standard sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-kontenut tal-indewwa

1.   Il-prinċipju

Il-prodott jitnixxef f'temperatura ta' 130 sa 133 Ċ u fi pressjoni atmosferika normali, għal perjodu li jkun stabbilit skont id-daqs tal-partikoli.

2.   L-ambitu

Dan il-metodu ta' tnixxif japplika għaċ-ċereali misħuqa sa ma jsiru partikoli li tal-inqas 50 % minnhom jgħaddu minn għarbiel b'toqob ta' 0,5 millimetri u li ma jħallux frak fl-għarbiel b'toqob tondi ta' millimetru (1,0) li jammontaw għal aktar minn 10 %. Japplika wkoll għad-dqiq.

3.   L-apparat

Miżien ta' preċiżjoni.

Misħaq magħmul minn materjal li ma jixrobx l-indewwa, li jitnaddaf faċilment, li jippermetti li s-sħiq isir malajr u b'mod indaqs mingħajr tisħin żejjed, li jillimita l-kuntatt mal-arja ta' barra għall-inqas possibbli, u li jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 2 (per eżempju mitħna b'rombli li jkunu jinqalgħu).

Reċipjent tal-metall li ma jikkorrodix jew tal-ħġieġ, b'għatu li jagħlaq tajjeb biżżejjed b'mod adegwat; wiċċ ta' ħidma li jippermetti li l-kampjun li jkun se jiġi ttestjat jinfirex f'saff ta' 0,3 grammi għal kull ċentimetru kwadru (cm2).

Forn iżotermiku għat-tisħin, imsaħħan bl-elettriku, li jkollu temperatura ta' bejn il-130 u l-133oĊ (4), u li jkollu ventilazzjoni adegwata (5).

Nixxiefa bi platt tal-metall, jew fin-nuqqas tal-metall, taċ-ċaqquf (oħxon u mtaqqab), li jkun fiha desikkant adegwat.

4.   Il-proċedura

It-tnixxif

Iżen, sal-eqreb milligramma (1), kwantità kemmxejn akbar minn 5 grammi taċ-ċereali misħuqa bi ħbub żgħar jew minn 8 grammi tal-qamħirrun misħuq fir-reċipjent li jkun diġà ntiżen. Qiegħed ir-reċipjent forn tat-tisħin, imsaħħan għal temperatura ta' bejn l-130 u l33 Ċ. Dan għandu jsir kemm jista' jkun malajar sabiex it-temperatura ma tilħqax tinżel wisq. Ħalli ċ-ċereali ta' ħbub żgħar jinxfu għal sagħtejn u l-qamħirrun għal erba' sigħat wara li l-forn tat-tisħin jerġa jilħaq temperatura ta' bejn il-130 u l-133 Ċ. Neħħi r-reċipjent mill-forn tat-tisħin, u malajr erġa' qiegħed l-għatu, ħalliħ jiksaħ bejn 30 u 45 minuta ġewwa nixxiefa u wara iżen (sal-eqreb milligramm (1)).

5.   Il-metodu tal-kalkolu u l-formoli

E

=

il-massa inizjali tal-kampjun tat-test, fi grammi

M

=

il-massa tal-kampjun tat-test wara li jkun tħejja, fi grammi

M'

=

il-massa tal-kampjun tat-test wara li jkun insaħaq, fi grammi

m

=

il-massa tal-kampjun tat-test niexef, fi grammi.

Il-kontenut tal-indewwa bħala perċentwali tal-prodott huwa daqs:

mingħajr tħejjija minn qabel: (E – m) × 100/E,

bi tħejjija minn qabel: ((M' – m)M/M' + E – M) × 100/E = 100 (1 – Mm/EM')

It-testijiet għandhom isiru tal-anqas darbtejn.

6.   Ir-repetizzjoni

Id-differenza bejn il-valuri miksubin miż-żewġ kalkoli, imwettqin mill-istess analista fl-istess ħin jewinkella ftit ħin wara xulxin, ma għandhiex taqbeż iż-0,15-il gramma ta' ndewwa għal kull 100 gramma tal-kampjun. Jekk dan il-valur jinqabeż, għandhom jerġgħu jsiru l-kalkoli.

PARTI VII

Il-metodu sabiex wieħed jiddeċiedi dwar kemm l-għaġina miksuba mill-qamħ komuni ma twaħħalx u kemm hi tajba biex tinħadem mill-magni

1.   It-titlu

Metodu għat-test tal-ħami tad-dqiq tal-qamħ.

2.   L-ambitu

Il-metodu japplika għad-dqiq mitħun b'mod sperimentali mill-qamħ sabiex jiġi prodott il-ħobż bil-ħmira.

3.   Il-prinċipju

Issir għaġna mid-dqiq, mill-ilma, mill-ħmira, mill-melħ u miz-zokkor tal-kannamieli, f'apparat speċifikat tat-taħlit. Wara li l-għaġna tinqasam u tiġi rrumblata, il-biċċiet jitħallew joqogħdu għal 30 minuta; imbagħad jingħataw il-forma, jitqiegħdu fuq il-pjanċi tal-ħami, u jinħmew wara perjodu fiss li fih jitħallew joqogħdu għall-aħħar darba. Tittieħed nota tal-karatteristiċi tal-għaġna. Il-ħobżiet jiġu ġġudikati skont il-volum u l-għoli tagħhom.

4.   L-ingredjenti

4.1.   Il-ħmira

Ħmira niexfa attiva tat-tip Saccharomyces cerevisiae tat-tip DHW-Hamburg-Wansbeck jew prodott li għandu l-istess karatteristiċi tagħha.

4.2.

L-ilma tal-vit

4.3.   Taħlita taz-zokkor, melħ u aċidu assorbiku

Ħoll 30 gramma ±0,5 grammi ta' klorur tas-sodju (ta' grad kummerċjali), 30 gramma ±0,5 grammi ta' zokkor tal-kannamieli (ta' grad kummerċjali), u 0,040 grammi ±0,001 grammi ta' aċidu assorbiku fi 800 gramma ± 5 grammi ta' ilma. Ħejji taħlita friska kuljum.

4.4.   It-taħlita taz-zokkor

Ħoll 5 grammi ±0,1 gramma ta' zokkor tal-kannamieli (ta' grad kummerċjali) f'95 gramma ± 1 gramma ta' ilma. Ħejji taħlita friska kuljum.

4.5.   Dqiq tax-xgħir b'enzimi attivi

Ta' grad kummerċjali.

5.   It-tagħmir u l-apparat

5.1.   Il-kamra tal-ħami

Ikkontrollata biex tinżamm temperatura ta' 22 sa 25oĊ ġo fiha.

5.2.   Il-friġġ

Biex tinżamm temperatura ta' 4 Ċ ± 2 Ċ.

5.3.   Il-bilanċ

Li jiflaħ tagħbija massima ta' 2 kilogrammi, u bi preċiżjoni ta' 2 grammi.

5.4.   Il-bilanċ

Li jiflaħ tagħbija massima ta' 0,5 kilogrammi, u bi preċiżjoni ta' 0,1 grammi.

5.5.   Il-bilanċ analitiku

Bi preċiżjoni ta' 0,1 × 10-3 grammi.

5.6.   It-tagħmir tat-taħlit

Stephan UMTA 10, bi driegħ għat-taħlit (“mixing arm”) tal-mudell “Detmold” (Stephan Soehne GmbH) jew tagħmir simili li jkollu l-istess karatteristiċi.

5.7.   Il-post fejn l-għaġna titħalla toqgħod

Ikkontrollata biex tinżamm temperatura ta' 30 Ċ ± 1 Ċ.

5.8.   Kaxex tal-plastik miftuħin

Magħmula mill-“polymethylmethacrylate” (“Plexiglas”, Perspex). Dimensjonijiet interni: 25 ċentimetru b'25 ċentimetru bi 15-il ċentimetru għoli, u b'materjal bi ħxuna ta' 0,5 ċentimetri ±0,05 ċentimetri.

5.9.   Folji kwadri tal-plastik

Magħmula mill-“polymethylmethacrylate” (“Plexiglas”, Perspex). Mill-inqas 30 ċentimetru bi 30 ċentimetru, u bi ħxuna ta' 0,5 ċentimetri ±0,05 ċentimetri.

5.10.   Il-mudellatur

Omoġenizzatur tal-ballun tad-ditta Brabender (Brabender OHG) jew tagħmir simili li jkollu l-istess karatteristiċi.

6.   It-teħid tal-kampjuni

Isir skont l-istandard nru 101 tal-IKĊ.

7.   Il-proċedura

7.1.   Il-kalkolu ta' kemm jinxtorob l-ilma

Ikkalkula kemm jinxtorob ilma skont l-istandard nru 115/1 tal-IKĊ.

7.2.   Il-kalkolu taż-żieda tad-dqiq tax-xgħir

Ikkalkula l-ħin tal-waqgħa tad-dqiq skont il-metodu ISO 3093-1982. Jekk il-ħin tal-waqgħa jkun ta' aktar minn 250, ikkalkula kemm ikun meħtieġ li jiżdied dqiq tax-xgħir biex dan il-ħin jinġieb bejn il-200 u l-250, billi tuża sensiela ta' taħlitiet tad-dqiq ma' kwantitajiet dejjem akbar ta' dqiq tax-xgħir (il-punt 4.5). Jekk il-ħin tal-waqgħa jkun ta' inqas minn 250, ma jkun meħtieġ li jiżdied l-ebda dqiq tax-xgħir.

7.3.   Ir-riattivazzjoni tal-ħmira niexfa attiva

Irranġa t-temperatura tat-taħlita taz-zokkor (il-punt 4.4) biex din tkun ta' 35oĊ ± 1 Ċ. Ferra' parti waħda, bil-piż, tal-ħmira niexfa attiva f'erba' partijiet, bil-piż, ta' din it-taħlita moderata taz-zokkor. Tħawwadhiex. Dawwarha fuq fuq jekk ikun hemm bżonn.

Ħalliha toqgħod għal 10 minuti ± 1 minuta, imbagħad ħawwadha sakemm tinkiseb sospensjoni omoġenja. Uża din is-sospensjoni fi żmien 10 minuti.

7.4.   L-aġġustament tat-temperatura tad-dqiq u tal-likwidu tal-għaġna

It-temperatura tad-dqiq u tal-ilma jeħtieġ li titranġa sabiex, wara t-taħlit, l-għaġna jkollha temperatura ta' 27oĊ ± 1 Ċ.

7.5.   Il-kompożizzjoni tal-għaġina

Bi preċiżjoni ta' 2 grammi, iżen 10 y għal kull 3 grammi dqiq abbażi tal-indewwa eżistenti (korrispondenti għal kilogramm (1) dqiq abbażi ta' ndewwa ta' 14 %), fejn “y” hija l-kwantità ta' dqiq użat fit-test bil-farinografu (ara l-Istandard Nru 115/1 tal-IKĊ).

Bi preċiżjoni ta' 0,2 grammi, iżen il-kwantità ta' dqiq tax-xgħir meħtieġa biex il-ħin tal-waqgħa jinġieb bejn 200 u 250 (il-punt 7.2).

Iżen 430 gramma ± 5 grammi tat-taħlita taz-zokkor, melħ u aċidu assorbiku (il-punt 4.3) u żid l-ilma għal massa totali (x–9) 10 y għal kull 3 grammi (ara l-punt 10,2), fejn “x” hija l-kwantità ta' ilma użat fit-test bil-farinografu (ara l-Istandard Nru 115/1 tal-IKĊ). Din il-massa totali (li s-soltu tkun ta' bejn 450 u 650 gramma) għandha tintlaħaq bi preċiżjoni ta' 1,5 grammi.

Iżen 90 gramma ± 1 gramma tas-sospensjoni tal-ħmira (ara l-punt 7.3).

Ħu nota tal-massa totali tal-għaġina (P), li hija s-somma tal-mases tad-dqiq, tat-taħlita taz-zokkor, melħ u aċidu assorbiku flimkien mal-ilma, tas-sospensjoni tal-ħmira u tad-dqiq tax-xgħir.

7.6.   It-taħlit

Qabel tibda, l-apparat tat-taħlit ġibu f'temperatura ta' 27 Ċ ± 1oĊ billi tuża kwantità xierqa ta' ilma li jkollu temperatura adegwata.

Qiegħed l-ingredjenti likwidi tal-għaġina fl-apparat tat-taħlit u fil-wiċċ poġġi d-dqiq u d-dqiq tax-xgħir.

Qabbad l-apparat tat-taħlit (b'veloċità ta' 1, u b'1 400 dawra kull minuta), u ħallih jaħdem għal 60 sekonda. Għoxrin sekonda wara li jinbeda t-taħlit, dawwar żewġ dawriet il-barraxa mwaħħla mal-għatu taż-żinġla tat-taħlit.

Kejjel it-temperatura tal-għaġina. Jekk ma tkunx bejn is-26 Ċ u t-28oĊ, armi l-għaġina u għaġen waħda ġdida wara li tirranġa t-temperaturi tal-ingredjenti.

Ħu nota tal-karatteristiċi tal-għaġina billi tuża wieħed mit-termini li ġejjin:

ma twaħħalx u tista' tinħadem mill-magni, jew

twaħħal u ma tistax tinħadem bil-magni.

Biex titqies bħala “għaġina li ma twaħħalx u li tista' tinħadem mill-magni”, fi tmiem l-għaġna, l-għaġina għandha tifforma massa koerenti li bilkemm teħel mal-ġnub tar-reċipjent u mal-fus tal-apparat tat-taħlit. Għandek tkun tista', b'moviment wieħed u mingħajr telf apprezzabbli, tiġbor l-għaġina bl-id u tneħħiha miż-żinġla tat-taħlit.

7.7.   Il-qsim u l-irrumblar

Bi preċiżjoni ta' 2 grammi, iżen tliet biċċiet ta' għaġina skont il-formola:

p

=

0,25 P, fejn:

p

=

il-massa tal-biċċa għaġina,

P

=

il-massa totali tal-għaġina.

Irrombla mill-ewwel il-biċċiet tal-għaġina għal 15-il sekonda fil-mudellatur (il-punt 5.10) u qiegħedhom għal nofsiegħa ± 2 minuti fuq il-folji kwadri tal-plastik (il-punt 5.9), mgħottijin bil-kaxex tal-plastik maqlubin rashom 'l isfel (il-punt 5.8) fil-post fejn l-għaġna titħalla toqgħod (il-punt 5.7).

Traxxaxx dqiq fuq l-għaġina.

7.8.   L-għoti tal-forma

Poġġi l-biċċiet tal-għaġina li jkunu fuq il-folji tal-plastik mgħottijin bil-kaxex maqlubin rashom 'l isfel għal darb'oħra fil-mudellatur (il-punt 5.10) u erġa' rrombla kull biċċa għal 15-il sekonda. Ikxef il-biċċiet tal-għaġina biss eżatt qabel ma tibda tirrumblahom. Ħu nota mill-ġdid tal-karatteristiċi tal-għaġina billi tuża wieħed mit-termini li ġejjin:

ma twaħħalx u tista' tinħadem mill-magni, jew

twaħħal u ma tistax tinħadem bil-magni.

Biex titqies bħala “għaġina li ma twaħħalx u li tista' tinħadem mill-magni”, l-għaġina bil-kemm għandha teħel mal-ġnub tar-reċipjent, jew m'għandha teħel xejn miegħu, b'tali mod li tkun tista' ddur b'mod ħieles fuqha nnifisha u tifforma ballun regolari hija u titħaddem il-magna. Fi tmiem il-ħidma, l-għaġina ma għandhiex teħel mal-ġnub tar-reċipjent fejn tkun qed tiġi ffurmata meta jitneħħielu l-għatu.

8.   Ir-rapport tat-test

Ir-rapport tat-test għandu jkun fih:

il-karatteristiċi tal-għaġina fi tmiem it-taħlit u meta tkun qed tiġi ffurmata,

il-ħin tal-waqgħa tad-dqiq mingħajr iż-żieda tad-dqiq tax-xgħir,

kwalunkwe anomalija li tkun ġiet osservata.

Barra minn hekk, għandu jkun fih ukoll:

il-metodu li jkun intuża,

id-dettalji kollha meħtieġa biex jiġi identifikat il-kampjun.

9.   Rimarki ġenerali

9.1.

Il-formola sabiex wieħed jikkalkula l-kwantità ta' ingredjenti likwidi tal-għaġina tissejjes fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

Iż-żjieda ta' “x” millilitri ta' ilma mal-ekwivalenti ta' 300 gramma dqiq bi ndewwa ta' 14 % tipproduċi l-konsistenza meħtieġa. Minħabba li fit-test tal-ħami jintuża kilogramm dqiq (abbażi ta' ndewwa ta' 14 %), filwaqt li “x” huwa bbażat fuq 300 gramma dqiq, għat-test tal-ħami jeħtieġ li “x” jiġi diviż bi tlieta u mmultiplikat b'10 grammi ta' ilma, b'hekk 10 x għal kull 3 grammi.

It-taħlita ta' 430 gramma taz-zokkor, melħ u aċidu assorbiku fiha 15-il gramma melħ u 15-il gramma zokkor. Din it-taħlita ta' 430 gramma tiżdied mal-ingredjenti likwidi tal-għaġina. B'hekk, biex iżżid 10 x għal kull 3 grammi ta' ilma mal-għaġina, jeħtieġ li jiżdiedu (10 x/3 + 30) gramma ta' ingredjenti likwidi magħmulin mit-taħlita ta' 430 gramma taz-zokkor, melħ u aċidu assorbiku flimkien ma' kwantità addizzjonali tal-ilma.

Għalkemm parti mill-ilma miżjud mas-sospensjoni tal-ħmira jinxtorob mill-ħmira, din is-sospensjoni jkun fiha wkoll ilma “ħieles”. Wieħed jissupponi, b'mod arbitrarju, li 90 gramma ta' sospensjoni tal-ħmira fiha 60 gramma ta' ilma “ħieles”. Il-kwantità tal-ingredjenti likwidi jeħtiġilha tkun ikkoreġuta għal dawn is-60 gramma ta' ilma “ħieles” fis-sospensjoni tal-ħmira, allura finalment jeħtieġ li jiżdiedu 10 x/3 flimkien ma' 30 gramma u minnhom jitnaqqsu 60 gramma. Dan jista' jsir kif ġej: Minn dan toħroġ il-formola mogħtija fil-punt 7.5, (10 x/3 + 30) – 60 = 10 x/3 – 30 = (x/3 – 3) 10 = (x – 9) 10/3. Jekk, per eżempju, fit-test bil-farinografu instabet żjieda tal-ilma “x” ta' 165 millilitru, dan il-valur jeħtieġ li jinbidel fil-formola, b'tali mod li mat-taħlita ta' 430 gramma taz-zokkor, melħ u aċidu assorbiku jeħtieġlu jiżdied l-ilma sabiex ikun hemm massa totali ta':

(165 – 9) 10/3 = 156 × 10/3 = 520 gramma.

9.2.

Il-metodu mhuwiex direttament applikabbli għall-qamħ. Il-proċedura li wieħed għandu jsegwi għad-definizzjoni tal-karattersitiċi tal-ħami tal-qamħ hija kif ġej:

Naddaf il-kampjun tal-qamħ u kkalkula l-kontenut tal-indewwa tal-qamħ imnaddaf. Jekk il-kotenut tal-indewwa jkun ta' bejn 15,0 % u 16,0%, il-qamħ m'għandux jintmess. Jekk il-kontenut tal-indewwa jkun lil hinn minn din il-firxa, irranġa l-kontenut tal-indewwa għal 15,5 % ±0,5 % tal-anqas tliet sigħat qabel it-tħin.

Itħan il-qamħ fi dqiq bl-użu ta' mitħna tal-laboratorju tat-tip Bühler MLU 202 jew ta' mitħna tat-tip Brabender Quadrumat Senior jew bl-użu ta' tagħmir simili li jkollu l-istess karatteristiċi.

Agħżel proċedura tat-tħin li tirrendi, b'rata minima ta' estrazzjoni ta' 72 %, dqiq b'kontenut ta' rmied ta' bejn iż-0,50 u ż-0,60 % abbażi tal-materja niexfa.

Ikkalkula l-kontenut ta' rmied tad-dqiq skont l-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 u l-kontenut tal-indewwa skont dan ir-Regolament. Ikkalkula r-rata

tal-estrazzjoni permezz tal-formola:

E = (((100 – f) F)/(100 – w) W) × 100 %

fejn:

E

=

ir-rata tal-estrazzjoni,

f

=

l-indewwa tad-dqiq,

w

=

il-kontenut ta' ndewwa tal-qamħ,

F

=

il-massa tad-dqiq prodott bil-kontenut tal-indewwa f,

W

=

il-massa ta' dqiq mitħun bil-kontenut tal-indewwa w.

Nota

:

Tagħrif dwar l-ingredjenti u t-tagħmir li għandu jintuża huwa ppubblikat fid-Dokument tal-31 ta' Marzu 1977 maħruġ mill-Instituut voor Graan, Meel en Brood, TNO – Postbus 15, Wageningen, Netherlands (l-Olanda), li jġib in-numru T/77 300.

PARTI VIII

Il-kalkolu tar-rata tat-telf tal-aspett żġieġi

1.   Il-prinċipju

Tintuża biss parti mill-kampjun sabiex wieħed jikkalkula l-perċentwali tal-ħbub li jkunu tilfu l-aspett żġieġi tagħhom għal kollox jew b'mod parzjali. Il-ħbub jinqatgħu permezz ta' apparat għall-qtigħ tal-ħbub tat-tip Pohl jew bi strument ekwivalenti.

2.   It-tagħmir u l-apparat

l-apparat għall-qtigħ tal-ħbub tat-tip Pohl jew strument ekwivalenti,

pinzetta, lanzetta,

trej jew dixx.

3.   Il-proċedura

(a)

Il-kalkolu jsir fuq kampjun ta' 100 gramma wara s-separazzjoni ta' kwalunkwe materjal ieħor għajr iċ-ċereali bażiċi ta' kwalità mhix mittiefsa.

(b)

Ifrex il-kampjun fuq trej u qassmu sew b'mod omoġenju.

(ċ)

Daħħal pjanċa fl-apparat għall-qtigħ tal-ħbub u ifrex ponn ħbub fuq ix-xibka. Tektek sewwa biex tiżgura li f'kull toqba jkun hemm ħabba waħda biss. Niżżel il-parti li tiċċaqlaq biex iżżomm il-ħbub f'posthom u mbagħad aqtagħhom.

(d)

Ħejji biżżejjed pjanċi biex tiżgura li jinqatgħu mill-inqas 600 ħabba.

(e)

Għodd in-numru ta' ħbub li jkunu tilfu l-aspett żġieġi tagħhom għal kollox jew b'mod parzjali.

(f)

Ikkalkula l-perċentwali tal-ħbub li jkunu tilfu l-aspett żġieġi tagħhom għal kollox jew b'mod parzjali.

4.   L-espressjoni tar-riżultati

I

=

il-massa tal-materjali l-oħra għajr iċ-ċereali bażiċi ta' kwalità mhix mittiefsa, fi grammi.

M

=

il-perċentwali ta' ħbub imnaddfa eżaminati li jkunu tilfu l-aspett żġieġi tagħhom għal kollox jew b'mod parzjali.

5.   Ir-riżultat

Il-perċentwali tal-ħbub li jkunu tilfu l-aspett żġieġi tagħhom għal kollox jew b'mod parzjali fil-parti ttestjata tal-kampjun huwa ta'

(M × (100 – I))/100 = …

PARTI IX

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz

Tabella I

Iż-żidiet fil-prezz għall-kontenut tal-indewwa

Il-qamħirrun u s-sorgu

Ċereali oħrajn

Il-kontenut tal-indewwa

(f'perċentwali)

Iż-żidiet

(f'Euro għal kull tunnellata)

Il-kontenut tal-indewwa

(f'perċentwali)

Iż-żidiet

(f'Euro għal kull tunnellata)

13,4

0,1

13,3

0,2

13,2

0,3

13,1

0,4

13,0

0,5

12,9

0,6

12,8

0,7

12,7

0,8

12,6

0,9

12,5

1,0

12,4

0,1

12,4

1,1

12,3

0,2

12,3

1,2

12,2

0,3

12,2

1,3

12,1

0,4

12,1

1,4

12,0

0,5

12,0

1,5

11,9

0,6

11,9

1,6

11,8

0,7

11,8

1,7

11,7

0,8

11,7

1,8

11,6

0,9

11,6

1,9

11,5

1,0

11,5

2,0

11,4

1,1

11,4

2,1

11,3

1,2

11,3

2,2

11,2

1,3

11,2

2,3

11,1

1,4

11,1

2,4

11,0

1,5

11,0

2,5

10,9

1,6

10,9

2,6

10,8

1,7

10,8

2,7

10,7

1,8

10,7

2,8

10,6

1,9

10,6

2,9

10,5

2,0

10,5

3,0

10,4

2,1

10,4

3,1

10,3

2,2

10,3

3,2

10,2

2,3

10,2

3,3

10,1

2,4

10,1

3,4

10,0

2,5

10,0

3,5


Tabella II

It-tnaqqis fil-prezz għall-kontenut tal-indewwa

Il-qamħirrun u s-sorgu

Ċereali oħrajn

Il-kontenut tal-indewwa

(f'perċentwali)

It-tnaqqis

(f'Euro għal kull tunnellata)

Il-kontenut tal-indewwa

(f'perċentwali)

It-tnaqqis

(f'Euro għal kull tunnellata)

13,5

1,0

14,5

1,0

13,4

0,8

14,4

0,8

13,3

0,6

14,3

0,6

13,2

0,4

14,2

0,4

13,1

0,2

14,1

0,2


Tabella III

It-tnaqqis fil-prezz għal piż speċifiku

Iċ-ċereali

Il-piż speċifiku

(f'kilogrammi għal kull ettolitru)

It-tnaqqis fil-prezz

(f'Euro għal kull tunnellata)

Il-qamħ komuni

Inqas minn 76 sa 75

0,5

 

Inqas minn 75 sa 74

1,0

 

Inqas minn 74 sa 73

1,5

Ix-xgħir

Inqas minn 64 sa 62

1,0


Tabella IV

It-tnaqqis fil-prezz għall-kontenut tal-proteini

Il-kontenut tal-proteini (6)

(N × 5,7 )

It-tnaqqis fil-prezz

(f'Euro għal kull tunnellata)

Inqas minn 11,5 sa 11,0

2,5

Inqas minn 11,0 sa 10,5

5

PARTI X

Metodu prattiku sabiex wieħed jikkalkula t-tnaqqis li għandhom japplikaw l-aġenziji tal-intervent għall-prezz tas-sorgu

1.   Id-dejta bażika

P

=

il-perċentwali ta' tannin fil-prodott mhux ipproċessat,

0,4 %

=

il-perċentwali ta' tannin li jekk jinqabeż irid jiġi applikat it-tnaqqis, 11 % (7) = it-tnaqqis li jikkorrispondi ma' ammont ta' tannin ta' 1 % fil-materja niexfa.

2.   Il-kalkolu tat-tnaqqis

It-tnaqqis, f'Euro, li għandu jiġi applikat għall-prezz ta' referenza, għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

11 (P – 0,40)

Image

Image

PARTI XI

Il-kalkolu taż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 38 għandhom jingħataw f'Euro u japplikaw għall-prezz tal-intervent għaċ-ċereali offruti għall-intervent billi jkunu mmultiplikati bis-somma tal-perċentwali stabbiliti taż-żidiet u tat-tnaqqis, kif ġej:

(a)

f'każ fejn il-kontenut tal-indewwa taċ-ċereali offruti għall-intervent ikun ta' inqas minn 13 % għall-qamħirrun u għas-sorgu u minn 14 % għal ċereali oħra, iż-żidiet fil-prezz li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk imniżżlin fit-Tabella I tal-Parti IX ta' dan l-Anness. F'każ fejn il-kontenut tal-indewwa ta' dawn iċ-ċereali offruti għall-intervent ikun ta' iktar minn 13 % u minn 14 % rispettivament, it-tnaqqis fil-prezz li għandu jiġi applikat għandu jkun dak imniżżel fit-Tabella II tal-Parti IX ta' dan l-Anness;

(b)

f'każ fejn il-piż speċifiku taċ-ċereali offruti għall-intervent ikun differenti mill-proporzjon tal-piż mal-volum ta' 76 kilogramma għal kull ettolitru għall-qamħ komuni, u ta' 64 kilogramma għal kull ettolitru għax-xgħir, it-tnaqqis fil-prezz li għandu jiġi applikat għandu jkun dak imniżżel fit-Tabella III tal-Parti IX ta' dan l-Anness;

(ċ)

f'każ li l-perċentwali ta' ħbub miksura jaqbeż it-3 % għall-qamħ tat-tip durum, il-qamħ komuni u x-xgħir u l-4 % għall-qamħirrun u s-sorgu, għandu jiġi applikat tnaqqis ta' 0,05 Euro għal kull punt perċentwali addizzjonali ta' 0,1;

(d)

f'każ li l-perċentwali ta' impuritajiet tal-ħbub jaqbeż it-2 % għall-qamħ tat-tip durum, l-4 % għall-qamħirrun u s-sorgu, u l-5 % għall-qamħ komuni u x-xgħir, għandu jiġi applikat tnaqqis ta' 0,05 Euro għal kull punt perċentwali addizzjonali ta' 0,1;

(e)

f'każ li l-perċentwali tal-ħbub bin-nebbieta jaqbeż it-2,5 %, għandu jiġi applikat tnaqqis ta' 0,05 Euro għal kull punt perċentwali addizzjonali ta' 0,1;

(f)

f'każ li l-perċentwali tal-impuritajiet varji (“Schwarzbesatz”) jaqbeż iż-0,5 % għall-qamħ tat-tip durum u l-1 % għall-qamħ komuni, ix-xgħir, il-qamħirrun u s-sorgu, għandu jiġi applikat tnaqqis ta' 0,1 Euro għal kull punt perċentwali addizzjonali ta' 0,1;

(g)

f'każ li l-perċentwali tal-ħbub li tilfu l-aspett żġieġi tagħhom fil-qamħ tat-tip durum jaqbeż l-20 %, għandu jiġi applikat tnaqqis ta' 0,2 Euro għal kull punt perċentwali addizzjonali jew għal parti minnu;

(h)

f'każ li l-kontenut tal-proteini fil-qamħ komuni ikun ta' inqas minn 11,5 %, it-tnaqqis li għandu jiġi applikat għandu jkun dak imniżżel fit-Tabella IV tal-Parti IX ta' dan l-Anness;

(i)

f'każ li l-kontenut tat-tannin fis-sorgu offrut għall-intervent ikun ogħla minn 0,4 % tal-materja niexfa, it-tnaqqis li għandu jiġi applikat għandu jiġi kkalkulat skont il-metodu mogħti fil-Parti X ta' dan l-Anness.

PARTI XII

Il-metodoloġija għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għaċ-ċereali

1.

Għal kull lott taċ-ċereali, il-karatteristiċi dwar il-kwalità għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta' kampjun rappreżentattiv tal-lott offrut, li jkun magħmul minn kampjuni meħudin bir-rata ta' darba għal kull kunsinna, għal mill-inqas kull 60 tunnelleta.

2.

L-aġenzija tal-intervent għandha tanalizza, taħt ir-responsabbiltà tagħha, il-karatteristiċi tal-kampjuni meħudin fi żmien għoxrin (20) ġurnata tax-xogħol minn meta jkun ittieħed il-kampjun rappreżentattiv.

3.

Il-metodi ta' referenza użati sabiex wieħed jistabbilixxi l-kwalità taċ-ċereali għall-intervent huma stabbiliti fil-Parti IV, V, VI u VII ta' dan l-Anness.

4.

L-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet għandu jiġi mgħarraf bir-riżultati tal-analiżi permezz tar-reġistru tat-teħid tal-prodotti msemmi fl-Artikolu 34.

5.

F'każ li jkun hemm xi tilwim, l-aġenzija tal-intervent għandha twettaq mill-ġdid it-testijiet meħtieġa fuq iċ-ċereali involuti.


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(*)  Bħala perċentwal tal-materja niexfa.

(3)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12.

(4)  It-temperatura tal-arja ta' ġol-forn għat-tisħin.

(5)  Il-kapaċità tiegħu għat-tisħin għandha tkun tali li, meta jkun aġġustat minn qabel għal temperatura ta' 130 sa 133oĊ, dik it-temperatura tista' terġa' tintlaħaq f'anqas minn 45 minuta wara li fih ikunu tqiegħdu l-għadd massimu ta' kampjuni tat-test biex jitnixxfu fl-istess waqt. Il-ventilazzjoni għandha tkun tali li, meta jitnixxfu għal sagħtejn iċ-ċereali bi ħbub żgħar (il-qamħ komuni, il-qamħ tat-tip durum, ix-xgħir u s-sorgu) u għal erba' sigħat il-qamħirrun, ir-riżultati mill-kampjuni kollha tat-test tas-smid, jew, skont il-każ, tal-qamħirrun, li l-forn għat-tisħin ikun jista' jkollu fih ivarjaw b'inqas minn 0,15 % mir-riżultati miksuba wara li ċ-ċereali bi ħbub żgħar jitnixxfu għal tliet sigħat u l-qamħirrun jitnixxef għal ħames sigħat.

(6)  Bħala perċentwali tal-materja niexfa.

(7)  It-tnaqqis li għandu jiġi applikat fil-prezz tas-sorgu abbażi tal-kontenut ta' tannin f'1 000 gramma ta' materja niexfa:

(a)

Enerġija metaboliżabbli mit-tjur f'1 000 gramma ta' materja niexfa ta' sorgu b'kontenut teoretiku ta' 0 % tannin: 3 917 K kalorija;

(a)

Tnaqqis ta' enerġija metaboliżabbli mit-tjur f'1 000 gramma ta' materja niexfa ta' sorgu għal kull punt perċentwali ieħor ta' tannin: 419 K kaloriji;

(ċ)

Differenza, espressa f'punti perċentwali, bejn il-kontenut massimu ta' tannin stipulat għas-sorgu aċċettabbli għall-intervent u l-kontenut ta' tannin stipulat għall-kwalità standard: 1,0 – 0,30 = 0,70;

(d)

Differenza, espressa f'punti perċentwali, bejn l-enerġija tas-sorgu metaboliżabbli mit-tjur li jkun fih 1,0 % tannin u l- enerġija ta' sorgu metaboliżabbli mit-tjur bl-istess kontenut ta' tannin bħal fil-kwalità standard (0,30 %)

(e)

Tnaqqis korrispondenti għal 1 % ta' kontenut ta' tanin fil-materja niexfa, iżjed minn 0,30 %


ANNESS II

IR-ROSS

PARTI I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà ross li jkun għadu fil-ħliefa

Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 7(1) fir-rigward tar-ross għandhom ikunu, partikolarment, dawn li ġejjin:

(a)

ross li jkun għadu fil-ħliefa jkun ħieles mill-irwejjaħ u ma jkunx fih insetti ħajjin;

(b)

il-kontenut ta' ndewwa li ma jkunx jaqbeż l-14,5 %;

(c)

ir-rendiment mit-tħin ma jkunx ta' iktar minn ħames punti taħt ir-rendiment bażiku mniżżel fil-Parti III ta' dan l-Anness;

(d)

il-perċentwali tal-impuritajiet varji, il-perċentwali ta' ħbub tar-ross ta' varjetajiet oħra u l-perċentwali ta' ħbub li m'humiex konformi mal-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma jaqbżux il-perċentwali massimi stabbiliti fil-Parti IV ta' dan l-Anness, skont it-tip ta' ross;

(e)

il-livell tar-radjuattività ma jaqbiżx il-livelli massimi permessi mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, “impuritajiet varji” tfisser materjal ieħor minbarra r-ross.

PARTI II

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz

1.

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 38 għandhom jingħataw f'Euro għal kull tunnellata u japplikaw għall-prezz tal-intervent għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa offrut għall-intervent billi jkunu mmultiplikati bis-somma tal-perċentwali stabbiliti taż-żidiet u tat-tnaqqis, kif ġej:

(a)

f'każ li l-kontenut tal-indewwa tar-ross li jkun għadu fil-ħliefa offrut għall-intervent ikun jaqbeż it-13 %, il-perċentwali tat-tnaqqis fil-prezz tal-intervent tiegħu għandu jkun daqs id-differenza bejn il-perċentwal tal-kontenut tal-indewwa tar-ross li jkun għadu fil-ħliefa offrut għall-intervent, ikkalkulat sa punt deċimali, u 13 %;

(b)

f'każ li r-rendiment mit-tħin tar-ross ikun differenti mir-rendiment bażiku mit-tħin għal dik il-varjetà partikulari kif imniżżel fil-Parti III(1) ta' dan l-Anness, iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li għandhom jiġu applikati għal kull varjetà tar-ross għandhom ikunu dawk mogħtija fil-Parti III(2) ta' dan l-Anness;

(c)

f'każ li d-difetti fil-ħbub tar-ross li jkun għadu fil-ħliefa jaqbżu t-tolleranzi permessi għall-kwalità standard tar-ross li jkun għadu fil-ħliefa, il-perċentwali tat-tnaqqis fil-prezz tal-intervent li għandu jiġi applikat skont it-tip ta' ross għandu jkun dak imniżżel fil-Parti V ta' dan l-Anness;

(d)

f'każ li l-perċentwali tal-impuritajiet varji fir-ross li jkun għadu fil-ħliefa jaqbeż iż-0,1 %, dan ir-ross għandu jinxtara bi tnaqqis fil-prezz tal-intervent ta' 0,02 % għal kull żieda ta' 0,01 % fid-differenza;

(e)

f'każ li lott ta' ross li jkun għadu fil-ħliefa jkun offrut għall-intervent għal varjetà partikulari iżda jkun jinkludi ħbub ta' varjetajiet oħra li jaqbżu t-3 %, il-lott għandu jinxtara bi tnaqqis ta' 0,1 % fil-prezz tal-intervent għal kull żieda ta' 0,1 % fid-differenza.

2.

Iż-żidiet u t-tnaqqis imsemmija fil-punt 1 għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-medja ppeżata tar-riżultati tat-testijiet imwettqa fuq il-kampjuni rappreżentattivi kif iddefiniti fil-Parti VI ta' dan l-Anness.

PARTI III

Il-kriterji għar-rendiment mit-tħin

1.   Ir-rendiment bażiku mit-tħin

Deskrizzjoni tal-varjetà

Ir-rendiment ta' ħbub sħaħ

(f'perċentwali)

Ir-rendiment totali

(f'perċentwali)

Argo, Selenio, Couachi

66

73

Alpe, Arco, Balilla,, Balilla Sollana, Bomba,,, Elio, Flipper,, Lido,,,, Sara,, Thainato, Thaiperla, Veta, Guadiamar

65

73

Ispaniki A, Makedonia

64

73

Bravo, Europa, Loto, Riva, Rosa Marchetti, Savio, Veneria

63

72

Ariete, Bahia, Carola, Cigalon, Cripto, Drago, Eolo, Gladio, Graldo, Koral, Mercurio, Niva, Onda, Padano, Panda, Ribe, S. Andrea, Saturno, Senia, Smeraldo, Dion, Zeus

62

72

Strymonas

62

71

Baldo, Redi, Roma, Tebre, Volano

61

72

Thaibonnet, Puntal

60

72

Evropi,

60

70

Arborio, Rea

58

72

Carnaroli, Elba, Vialone Nano

57

72

Axios

57

67

Roxani

57

66

Varjetajiet mingħajr isem

64

72

2.   Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz marbutin mar-rendiment mit-tħin

Ir-rendiment mit-tħin ta' ħbub sħaħ tar-ross li jkun għadu fil-ħliefa

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz għal kull punt ta' rendiment

Rendiment ogħla minn dak bażiku

Żieda ta' 0,75  %

Rendiment inqas minn dak bażiku

Tnaqqis ta' 1 %

Ir-rendiment totali mit-tħin tar-ross li jkun għadu fil-ħliefa

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz għal kull punt ta' rendiment

Rendiment ogħla minn dak bażiku

Żieda ta' 0,60  %

Rendiment inqas minn dak bażiku

Tnaqqis ta' 0,80  %

PARTI IV

Il-perċentwali massimi

Id-difetti tal-ħbub

Ross tal-ħabba tonda bil-kodiċi tan-NM

1006 10 92

Ross tal-ħabba mezzana u tal-ħabba twila A bil-kodiċi tan-NM

1006 10 94 u 1006 10 96

Ross tal-ħabba twila B bil-kodiċi tan-NM

1006 10 98

Ħbub bajdanin

6

4

4

Ħbub imtarrżin bl-aħmar

10

5

5

Ħbub imtebbgħin u bit-tikek

4

2,75

2,75

Ħbub ambra

1

0,50

0,50

Ħbub sofor

0,175

0,175

0,175

Impuritajiet varji

1

1

1

Ħbub tar-ross ta' varjetajiet oħra

5

5

5

PARTI V

It-tnaqqis fil-prezz għall-ħbub difettużi

 

Il-perċentwali ta' ħbub difettużi li jwassal għal tnaqqis fil-prezz tal-intervent

Il-perċentwali tat-tnaqqis (1) applikabbli għad-differenza addizzjonali lil hinn mil-limitu minimu

Id-difetti tal-ħbub

Ross tal-ħabba tonda bil-kodiċi tan-NM

1006 10 92

Ross tal-ħabba mezzana u tal-ħabba twila A bil-kodiċi tan-NM

1006 10 94 u 1006 10 96

Ross tal-ħabba twila B bil-kodiċi tan-NM

1006 10 98

Ħbub bajdanin

minn 2 % sa 6 %

minn 2 % sa 4 %

minn 1,5  % sa 4 %

1 % għal kull differenza addizzjonali ta' 0,5  %

Ħbub imtarrżin bl-aħmar

minn 1 % sa 10 %

minn 1 % sa 5 %

minn 1 % sa 5 %

1 % għal kull differenza addizzjonali ta' 1 %

Ħbub imtebbgħin u bit-tikek

minn 0,50  % sa 4 %

minn 0,50  % sa 2,75  %

minn 0,50  % sa 2,75  %

0,8  % for each additional 0,25  % discrepancy

Ħbub ambra

minn 0,05  % sa 1 %

minn 0,05  % sa 0,50  %

minn 0,05  % sa 0,50  %

1,25 % għal kull differenza addizzjonali ta' 0,25  %

Ħbub sofor

minn 0,02  % sa 0,175  %

minn 0,02  % sa 0,175  %

minn 0,02  % sa 0,175  %

6 % għal kull differenza addizzjonali ta' 0,125  %

PARTI VI

Il-metodoloġija għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa

1.

Sabiex ikunu vverifikati r-rekwiżiti tal-kwalità kif stabbiliti fil-Parti I ta' dan l-Anness, l-aġenzija tal-intervent għandha tieħu kampjuni fil-preżenza tal-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet jew ta' aġent tiegħu/tagħha awtorizzat kif xieraq.

Għandhom jinġabru tliet kampjuni rappreżentattivi ta' mill-inqas kilogramma l-wieħed. Dawn għandhom jingħataw, wieħed kull wieħed, lil:

(a)

l-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet,

(b)

il-post tal-ħżin fejn għandu jseħħ it-teħid tal-prodotti,

(c)

l-aġenzija tal-intervent.

Biex jinħadmu l-kampjuni rappreżentattivi, l-għadd ta' kampjuni individwali li għandhom jittieħdu għandu jinkiseb billi ssir diviżjoni tal-kwantità offruta b’10 tunnellati. Kull kampjun individwali għandu jiżen l-istess. Il-kampjuni rappreżentattivi għandhom ikunu magħmulin mit-total tal-kampjuni individwali, maqsum bejn tlieta.

Ir-rekwiżiti tal-kwalità għandhom ikunu vverifikati billi jintuża l-kampjun rappreżentattiv maħsub għall-maħżen fejn għandu jseħħ it-teħid tal-prodotti.

2.

Għandhom jittieħdu kampjuni rappreżentattivi għal kull kunsinna parzjali (bit-trakk, bil-barkun, bil-vagun tal-ferrovija), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.

Qabel ma tiddaħħal fil-maħżen tal-intervent, l-eżami ta' kull kunsinna parzjali jista' jkun limitat għal verifika tal-kontenut tal-indewwa u tal-livell tal-impurità u għal verifika li m'hemm l-ebda insetti ħajjin fiha. Madanakollu, jekk iktar tard meta l-verifika tiġi ffinalizzata, jirriżulta li l-kunsinna parzjali ma tkunx tissodisfa r-rekwiziti minimi tal-kwalità, it-teħid tal-kwantità konċernata għandu jiġi rrifjutat. Jekk l-aġenzija tal-intervent fi Stat Membru tkun tista' tivverifika r-rekwiżiti minimi kollha tal-kwalità għal kull kunsinna parzjali qabel ma tiddaħħal fil-maħżen, għandha tirrifjuta li tieħu kull kunsinna parzjali li ma tkunx tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

3.

Il-verifika dwar il-livell tar-radjuattività titwettaq biss jekk ikun il-każ u għal perjodu taż-żmien limitat.

4.

L-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet għandu jiġi mgħarraf bir-riżultati tal-analiżi permezz tar-reġistru tat-teħid tal-prodotti msemmi fl-Artikolu 34.

5.

F'każ li jkun hemm xi tilwim, l-aġenzija tal-intervent għandha twettaq mill-ġdid it-testijiet meħtieġa fuq iċ-ċereali involuti, bl-ispejjez tagħhom jiġġarrbu mill-parti li titlef il-kawża.

Issir analiżi ġdida minn laboratorju rikonoxxut mill-aġenzija tal-intervent abbażi ta' kampjun rappreżentattiv ġdid li jkun magħmul minn kampjuni tal-istess daqs miżmumin mill-offerent ta' xiri jew l-offerent tal-prezzijiet u mill-aġenzija tal-intervent. F'każijiet fejn il-lott offrut kien twassal f'kunsinni parzjali, ir-riżultat għandu jingħata bil-medja ppeżata tar-riżultati tal-analiżi ta' kampjuni rappreżentattivi ġodda meħudin għall kull waħda mill-kunsinni parzjali.


(1)  Kull differenza hija kkalkulata mill-perċentwali tal-ħbub difettużi, sa żewġ punti wara l-punt deċimali.


ANNESS III

IĊ-ĊANGA

PARTI I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għaċ-ċanga

1.

Il-prodotti mniżżlin fil-Parti V ta' dan l-Anness u li jaqgħu fi ħdan il-kategoriji li ġejjin, iddefiniti fil-punt II tal-Anness V(A) għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistgħu jinxtraw għall-ħażna:

(a)

il-laħam tal-bhejjem żgħar maskili mhux imsewwija li għandhom inqas minn sentejn (il-Kategorija A);

(b)

il-laħam tal-bhejjem maskili msewwija (il-Kategorija C).

2.

Il-karkassi u n-nofsijiet tal-karkassi jistgħu jinxtraw biss meta:

(a)

jkunu kisbu l-marka tas-saħħa msemmija fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(b)

ma jkollhom l-ebda karatteristika li trendi l-prodotti miksubin minnhom mhux tajbin għall-ħażna jew għall-użu sussegwenti;

(ċ)

ma jkunux ġejjin minn bhejjem maqtulin minħabba miżuri ta' emerġenza;

(d)

ikunu joriġinaw fil-Komunità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2);

(e)

ikunu ġejjin minn bhejjem imrobbija skont ir-rekwiżiti veterinarji fis-seħħ;

(f)

ma jaqbżux il-livelli massimi tar-radjuattività permessi mir-Regolamenti tal-Komunità;

(g)

ikunu ġejjin minn karkassi li ma jiżnux iżjed minn 340 kilogramma.

Il-verifika dwar il-livell tar-radjuattività titwettaq biss jekk ikun il-każ u għal perjodu ta' żmien limitat.

3.

Il-karkassi u n-nofsijiet tal-karkassi jistgħu jinxtraw biss meta:

(a)

jitressqu, fejn xieraq, wara li jkunu tqattgħu fi kwarti bl-ispejjeż imġarrbin mill-parti konċernata, skont il-Parti V ta' dan l-Anness għal dan ir-Regolament. B'mod partikulari, il-partijiet kollha tal-karkassa għandhom jiġu spezzjonati sabiex tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 2 ta' dik il-Parti. Jekk ma jikkonformawx ma' kwalunkwe wieħed minn dawn ir-rekwiżiti, il-partijiet għandhom jiġu rrifjutati; meta kwart minnhom jiġi rrifjutat minħabba li ma jikkonformax mat-tali kundizzjonijiet tal-preżentazzjoni u b'mod partikulari fejn preżentazzjoni mhix sodisfaċenti ma tistax tittejjeb matul il-proċedura tal-aċċettazzjoni, il-kwart l-ieħor tal-istess nofs tal-karkassa għandu jiġi rrifjutat ukoll;

(b)

ikunu kklassifikati skont l-iskala Komunitarja li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. L-aġenziji tal-intervent għandhom jirrifjutaw kull prodott li huma ma jqisux li ġie kklasifikat skont din l-iskala wara li jkunu wettqu spezzjoni ddettaljata tal-partijiet kollha tal-karkassa;

(ċ)

ikunu identifikati, l-ewwel nett, bil-marki li jindikaw il-kategorija, il-klassi tal-konformità u l-grad tal-kisi bix-xaħam u, t-tieni nett, b'numru tal-identifikazzjoni jew tal-qatla. Il-marki li jindikaw il-kategorija, il-klassi tal-konformità u l-kisi bix-xaħam għandhom ikunu jistgħu jinqraw sewwa u għandhom jiġu ttimbrati bl-użu ta' linka li mhix velenuża, li ma terħix u li ma titħassarx skont proċedura approvata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-ittri u ċ-ċifri jridu jkunu miktubin f'daqs ta' mill-anqas 2 ċentimetri. Il-marki għandhom jintagħmlu fuq il-muskolu tal-ġenbejn fil-livell tar-raba' għadma tas-sinsla tal-ġenb fuq ir-robbu ta' wara u bejn wieħed u ieħor minn 10 sa 30 ċentimetru mit-tarf l-imqatta’ tal-isternu fuq ir-robbu ta' quddiem. In-numru tal-identifikazzjoni jew tal-qatla għandu jiġi mmarkat fin-nofs tan-naħa ta' ġewwa ta' kull kwart bl-użu ta' timbru jew ta' pinna li timmarka u li ma titħassarx awtorizzati mill-aġenzija tal-intervent;

(d)

jkollhom tikketta skont is-sistema mdaħħla bir-Regolament (KE) Nru 1760/2000tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

PARTI II

Il-koeffiċjenti tal-bidla

Il-kwalità

Il-koeffiċjent

U2

1,058

U3

1,044

U4

1,015

R2

1,015

R3

1,000

R4

0,971

O2

0,956

O3

0,942

O4

0,914

PARTI III

Il-kundizzjonijiet u l-verifiki għat-teħid tal-prodotti

1.

Il-prodotti għandhom jitwasslu f'kunsinni ta' kwantità bejn l-10 u l-20 tunnellata. Madanakollu, il-kwantità tista' tkun ta' inqas minn 10 tunnellati biss jekk il-kunsinna tkun tal-bilanċ aħħari tal-offerta oriġinali jew jekk l-offerta oriġinali tkun tniżżlet għal inqas minn 10 tunnellati.

Il-prodotti mwasslin għandhom jiġu aċċettati u jittieħdu suġġetti għall-verifika mill-aġenzija tal-intervent li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti I(2)(e) ta' dan l-Anness u b'mod partikulari n-nuqqas tas-sustanzi pprojbiti skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE (4) għandhom jiġu vverifikati permezz tal-analiżi ta' kampjun, li d-daqs u t-teħid tiegħu huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti.

2.

Meta l-ebda spezzjoni preliminari ma titwettaq minnufih qabel ma ssir it-tagħbija fil-post tat-tagħbija tal-biċċerija u qabel ma din tinġarr lejn il-maħżen tal-intervent, in-nofsijiet tal-karkassi għandhom jiġu identifikati kif ġej:

(a)

meta jkunu sempliċiment immarkati, il-marki jridu jkunu konformi mal-Parti I(3)(ċ) ta' dan l-Anness, u għandu jimtela dokument li jispeċifika n-numru tal-identifikazzjoni jew tal-qatla u d-data tal-qatla tan-nofs tal-karkassa;

(b)

meta dawn ikollhom ukoll tikketta, it-tikketti jridu jkunu konformi mal-Artikolu 6(4), (5) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008.

Meta n-nofsijiet tal-karkassi jitqattgħu fi kwarti, dan it-tqattigħ fi kwarti għandu jitwettaq skont il-Parti VI ta' dan l-Anness. Bil-ħsieb li jiġu aċċettati, il-kwarti għandhom jitqassmu skont il-karkassa jew in-nofs tal-karkassa fil-ħin li jittieħdu. Meta n-nofsijiet tal-karkassi ma jitqattgħux fi kwarti qabel ma jinġarru lejn il-maħżen tal-intervent, dawn għandhom jitqattgħu skont il-Parti VI ta' dan l-Anness hekk kif jaslu hemmhekk.

Fil-punt tal-aċċettazzjoni, kull kwart għandu jiġi identifikat b'tikketta li tkun konformi mal-Artikolu 6(4), (5) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008. Fuq it-tikketti għandu jkun hemm ukoll il-piż tal-kwart u n-numru tal-kuntratt. It-tikketti għandhom jiġu mehmuża direttament mal-għeruq tal-qasba tas-sieq/tax-xikel tal-ispalla fuq ir-robbu ta' quddiem u r-robbu ta' wara jew mal-għerq tal-faxxa tal-għonq mal-falda tar-robbu ta' quddiem u tar-robbu ta' wara mingħajr l-użu ta' rbit tal-metall jew tal-plastik.

Il-proċedura tal-aċċettazzjoni għandha tinvolvi verifika sistematika tal-preżentazzjoni, il-klassifika, il-piż u t-tikkettar ta' kull kwart imwassal. Għandha tiġi ċċekkjata wkoll it-temperatura ta' robbu ta' wara ta' kull karkassa. B'mod partikulari, l-ebda karkassa ma għandha tiġi aċċettata meta din tkun tiżen iktar mill-piż massimu stabbilit fil-Parti I(2)(g) ta' dan l-Anness.

3.

Tista' titwettaq spezzjoni preliminari minnufih qabel ma ssir it-tagħbija fil-post tat-tagħbija tal-biċċerija. Din għandha tkopri l-piż, il-klassifika, il-preżentazzjoni u t-temperatura tan-nofsijiet tal-karkassi. B'mod partikulari, l-ebda karkassa ma għandha tiġi aċċettata meta din tkun tiżen iktar mill-piż massimu stabbilit fil-Parti I(2)(g) ta' dan l-Anness. Il-prodotti rrifjutati għandhom jiġu mmarkati bħala tali u ma jistgħux jerġgħu jiġu ppreżentati għall-ispezzjoni preliminari jew għall-aċċettazzjoni.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikopru kunsinni li jkun fihom sa 20 tunnellata ta' nofsijiet tal-karkassi kif stabbilit mill-aġenzija tal-intervent. Madanakollu, meta l-offerta tkun tinvolvi l-kwarti, l-aġenzija tal-intervent tista' tippermetti kunsinna ta' aktar minn 20 tunnellata ta' nofsijiet tal-karkassi. Meta jiġu rrifjutati iktar minn 20 % tal-għadd totali ta' nofsijiet tal-karkassi fi kwalunkwe kunsinna spezzjonata, għandha tiġi rrifjutata l-kunsinna kollha skont il-punt 6.

Qabel ma n-nofsijiet tal-karkassi jinġarru lejn il-maħżen tal-intervent, għandhom jitqattgħu fi kwarti skont il-Parti VI ta' dan l-Anness. Kull kwart għandu jintiżen b'mod sistematiku u jiġi identifikat b'tikketta li tkun konformi mal-Artikolu 6(4), (5) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008. Fuq it-tikketti għandu jkun hemm ukoll il-piż tal-kwart u n-numru tal-kuntratt. It-tikketti għandhom jiġu mehmuża direttament mal-għeruq tal-qasba tas-sieq/tax-xikel tal-ispalla fuq ir-robbu ta' quddiem u r-robbu ta' wara jew mal-għerq tal-faxxa tal-għonq mal-falda tar-robbu ta' quddiem u tar-robbu ta' wara mingħajr l-użu ta' rbit tal-metall jew tal-plastik.

Imbagħad, il-kwarti minn kull karkassa għandhom jitqiegħdu fi gruppi għall-għanijiet tal-proċedura tal-aċċettazzjoni skont il-karkassa jew in-nofs tal-karkassa fil-ħin tat-teħid tal-prodotti.

Kull kunsinna għandu jkollha magħha, sal-punt tal-aċċettazzjoni, lista għall-verifika tal-kontrolli li jkun fiha d-dettalji kollha tan-nofsijiet tal-karkassi jew tal-kwarti, inkluż l-għadd tan-nofsijiet tal-karkassi jew tal-kwarti li jkunu ġew ippreżentati u li jkunu ġew aċċettati jew irrifjutati. Il-lista għall-verifika tal-kontrolli għandha tingħata lill-uffiċjal li jaċċetta l-kunsinna.

Mal-mezz tat-trasport għandu jiġi mehmuż siġill qabel ma dan iħalli l-biċċerija. In-numru tas-siġill għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa jew fuq il-lista għall-verifika tal-kontrolli.

Il-proċedura tal-aċċettazzjoni għandha tinkludi verifiki tal-preżentazzjoni, tal-klassifika, tal-piż, tat-tikkettar u tat-temperatura tal-kwarti mwasslin.

4.

L-ispezzjoni preliminari u l-aċċettazzjoni tal-prodotti offruti għall-intervent għandhom jitwettqu minn uffiċjal tal-aġenzija tal-intervent jew minn persuna awtorizzata minnu li tkun klassifikatur ikkwalifikat, li ma tkunx involuta fil-klassifika fil-biċċerija u li ma jkollha x'taqsam xejn mal-offerent tal-prezzijiet rebbieħ. Din l-indipendenza għandha tiġi żgurata b'mod partikulari billi t-tali uffiċjali jduru minn maħżen tal-intervent għall-ieħor b'mod perjodiku.

Fil-ħin tat-teħid tal-prodotti, il-piż totali tal-kwarti f'kull kunsinna għandu jiġi rreġistrat u r-reġistru għandu jinżamm mill-aġenzija tal-intervent.

L-uffiċjal li jaċċetta l-kunsinna għandu jimla dokument li jkun fih id-dettalji kollha tal-piż u tal-għadd ta' prodotti li jkunu ġew ippreżentati u li jkunu ġew aċċettati jew irrifjutati.

5.

Ir-rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu mal-identifikazzjoni, il-kunsinna u l-verifiki għat-teħid tal-laħam bl-għadam maħsub għat-tneħħija tal-għadam fl-imħażen tal-intervent li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(5) it-tieni subparagrafu għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

fil-ħin tat-teħid kif imsemmi fil-paragrafu 1, ir-robbu ta' quddiem u r-robbu ta' wara jridu jkunu identifikati bl-ittri “INT” immarkati fuq in-naħa ta' ġewwa u n-naħa ta' barra għat-tneħħija tal-għadam f'konformità mal-istess regoli bħal dawk stipulati fil-Parti I(3)(c) ta' dan l-Anness għall-immarkar tal-kategorija u n-numru tal-qatla u l-postijiet fejn dawn il-marki jridu jsiru; madankollu, l-ittri “INT” għandhom ikunu mmarkati fuq in-naħa ta' ġewwa ta' kull kwart fil-livell tat-tielet jew ir-raba' kustilja tar-robbu ta' quddiem u tas-seba’ jew it-tminn kustilja tar-robbu ta' wara;

(b)

ix-xaħam tan-natka għandu jibqa' mwaħħal sal-ħin tat-teħid tal-prodotti u jrid jitneħħa qabel ma dawn jintiżnu;

(ċ)

il-prodotti mwassla għandhom jitqassmu f'kunsinni kif spjegat fil-punt 1 ta' din il-Parti.

Fejn il-karkassi jew il-kwarti mmarkati “INT” jinstabu barra miż-żoni risevati għalihom, l-Istat Membru għandu jagħmel inkjesta, jieħu l-miżuri xierqa u jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

6.

Fejn iżjed minn 20 % ta' kunsinna ppreżentata tiġi rrifjutata, f'termini ta' għadd ta' nofsijiet tal-karkassi jew kwarti ppreżentati, il-kunsinna kollha għandha tiġi rrifjutata u l-prodotti kollha għandhom jiġu mmarkati bħala rrifjutati u ma jistgħux jerġgħu jiġu ppreżentati għall-spezzjoni preliminarja jew aċċetazzjoni.

PARTI IV

It-tneħħija tal-għadam

I.   Kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-tneħħija tal-għadam

1.

It-tneħħija tal-għadam tista' titwettaq biss fl-impjanti tat-tqattigħ irreġistrati jew approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li jkollhom friżer wieħed jew aktar qawwija li jmissu magħhom.

Fuq it-talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tagħti deroga mill-obbligi koperti mill-ewwel subparagrafu għal perjodu taż-żmien limitat. Hija u tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi attwali fl-impjanti u fit-tagħmir, ir-rekwiżiti tas-saħħa u tal-kontroll u l-għan tal-armonizzazzjoni gradwali f'dan il-qasam.

2.

Il-qatgħat mingħajr għadam għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u r-rekwiżiti tal-Parti VIII ta' dan l-Anness għal dan ir-Regolament.

3.

L-għadam ma jistax jibda jitneħħa qabel ma tkun ittieħdet il-kunsinna kkonċernata.

4.

L-ebda laħam ieħor ma jista' jkun preżenti fis-sala tat-tqattigħ meta l-laħam taċ-ċanga tal-intervent ikun qiegħed jitneħħielu l-għadam, jew meta jkun qiegħed jitqatta’ jew jiġi ppakkjat. Madanakollu, il-laħam tal-majjal jista' jkun preżenti fis-sala tat-tqattigħ fl-istess ħin li fihom ikun hemm il-laħam taċ-ċanga, dejjem jekk dan jiġi pproċessat f'linja differenti tal-produzzjoni.

5.

L-attivitajiet kollha tat-tneħħija tal-għadam għandhom isiru bejn is-7 ta' filgħodu u s-6 ta' filgħaxija; l-għadam m'għandux jitneħħa nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd u fil-festi pubbliċi. Dawn is-sigħat jistgħu jiżdiedu b'sagħtejn, dejjem jekk ikun hemm l-awtoritajiet tal-ispezzjoni.

Jekk l-għadam ma jkunx jista' jitneħħa kollu fil-jum li fih jittieħdu l-prodotti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwaħħlu siġilli mal-kmamar tal-friża fejn il-prodotti jkunu qegħdin jinħażnu. Dawn is-siġilli jistgħu jinkisru biss mill-istess awtoritajiet meta terġa' tibda t-tneħħija tal-għadam.

II.   Il-kuntratti u l-ipeċifikazzjonijiet

1.

It-tneħħija tal-għadam għandha ssir b'kuntratt, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-aġenziji tal-intervent skont l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom.

2.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-aġenziji tal-intervent għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti li l-impjanti tat-tqattigħ għandhom jissodisfaw, u għandhom jispeċifikaw l-impjant u t-tagħmir meħtieġ, kif ukoll jiżguraw illi jitħarsu r-regoli Komunitarji dwar it-tħejjija tal-qatgħat.

B'mod partikulari, huma għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet dettaljati li jkopru t-tneħħija tal-għadam, u jispeċifikaw il-metodu tat-tħejjija, tal-irqim, tal-ippakkjar, tal-iffriżar u tal-ippriżervar tal-qatgħat bil-għan li dawn jittieħdu mill-aġenzija tal-intervent.

III.   Il-monitoraġġ tat-tneħħija tal-għadam

1.

L-aġenziji tal-intervent għandhom jiżguraw li jitwettaq monitoraġġ fiżiku ma jaqta’ xejn tal-ħidmiet kollha tat-tneħħija tal-għadam.

Dan il-monitoraġġ jista' jiġi ddelegat lill-korpi li ma jkollhom x'jaqsmu xejn man-negozjanti, mal-biċċiera u ma' dawk li jieħdu ħsieb l-imħażen ikkonċernati. F'dawn il-każijiet, l-aġenziji tal-intervent għandhom jiżguraw li l-uffiċjali tagħhom iwettqu spezzjoni għall-għarrieda tat-tneħħija tal-għadam tal-laħam kopert b'kull offerta. Matul dawn l-ispezzjonijiet, għandhom jitwettqu verifiki aleatorji fuq il-kaxex tal-kartun li jkun fihom il-qatgħat qabel u wara l-iffriżar u l-kwantitajiet użati għandhom jitqabblu, minn naħa waħda, mal-kwantitajiet prodotti, u min-naħa l-oħra, mal-għadam, max-xaħam u mat-tirqim. Dawn il-verifiki għandhom ikopru mill-anqas 5 % tal-kaxex tal-kartun li jkunu mtlew matul il-jum b'qatgħa partikulari u, f'każ li jkun hemm biżżejjed kaxex, minimu ta' ħames kaxex tal-kartun għal kull qatgħa.

2.

Ir-rbiegħ ta' quddiem u ta' wara għandu jitneħħielhom l-għadam b'mod separat. Għal kull jum tat-tneħħija tal-għadam:

(a)

għandu jitqabbel l-għadd ta' qatgħat mal-għadd ta' kaxex tal-kartun mimlija;

(b)

għandha timtela formola li turi, b'mod separat, ir-rendimenti mit-tneħħija tal-għadam tar-rbiegħ ta' quddiem u ta' wara.

IV.   Kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw it-tneħħija tal-għadam

1.

Matul it-tneħħija tal-għadam, l-irqim u l-ippakkjar ta' qabel l-iffriżar, it-temperatura interna tal-laħam taċ-ċanga ma għandha fl-ebda ħin taqbeż is-7 Ċ.

Il-qatgħat ma jistgħux jinġarru qabel ma jkunu ffriżati bil-qawwa, għajr skont id-derogi li dwarhom hemm dispożizzjoni fit-Taqsima (I), il-punt (1) ta' din il-Parti.

2.

It-tikketti kollha u l-materjal barrani kollu għandhom jitneħħew għal kollox eżatt qabel ma jibda jitneħħa l-għadam.

3.

Għandhom jitneħħew sewwa l-għadam, l-għeruq, il-qrieqeċ, il-faxxa tal-għonq u l-faxxa tad-dahar (ligamentum nuchae) u t-tessuti konnettivi l-ħorox kollha. L-irqim tal-qatgħat irid ikun limitat għat-tneħħija tax-xaħam, tal-qrieqeċ, tal-għeruq, tal-kapsuli tal-ġogi u għal irqim ieħor speċifikat. Irid jitneħħa kull tessut tan-nerv u limfatiku li jidher.

4.

Il-vini u l-arterji u l-emboli l-kbar u ż-żoni maħmuġin iridu jitneħħew b'attenzjoni kbira u bl-inqas irqim possibbli.

V.   L-ippakkjar tal-qatgħat

1.

Il-qatgħat għandhom jiġu ppakkjati minnufih wara li jkun tneħħielhom l-għadam b'tali mod li l-ebda parti mil-laħam ma tiġi f'kuntatt dirett mal-kaxxa tal-kartun, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Parti VIII għal dan l-Anness.

2.

Il-politin użat sabiex jinksew il-kaxex tal-kartun u l-folji jew il-boroż tal-politin użati sabiex fihom jitgeżwru l-qatgħat irid ikollhom ħxuna ta' mill-inqas 0.05 millimetri u jridu jkunu adattati għat-tgeżwir tal-oġġetti tal-ikel.

3.

Il-kaxxi tal-kartun, il-palits u l-gaġeġ li jintużaw iridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti IX ta' dan l-Anness.

VI.   Il-ħażna tal-qatgħat

L-aġenziji tal-intervent għandhom jiżguraw li l-laħam taċ-ċanga kollu mixtri mingħajr għadam jinħażen b'mod separat u li jkun jista' jiġi identifikat b'mod faċli skont is-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet, skont il-qatgħa u x-xahar tal-ħażna.

Il-qatgħat miksubin għandhom jinħażnu f'imħażen tal-friża fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qiegħed jeżerċita l-ġuriżdizzjoni fuq l-aġenzija tal-intervent.

VII.   L-ispejjeż tat-tneħħija tal-għadam

Il-kuntratti msemmija fit-Taqsima II ta' din il-Parti u l-ħlasijiet magħmula skontha għandhom ikopru l-ħidmiet u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikulari:

(a)

l-ispejjeż ta' kull trasport tal-prodotti bl-għadam lejn l-impjant tat-tqattigħ wara l-aċċettazzjoni;

(b)

it-tneħħija tal-għadam, l-irqim, l-ippakkjar u l-iffriżar bil-qawwa;

(ċ)

l-ħażna, it-tagħbija u l-ġarr tal-qatgħat iffriżati u t-teħid tagħhom mill-aġenziji tal-intervent fl-imħażen tal-friża li huma jkunu għażlu;

(d)

l-ispejjeż tal-materjali, b'mod partikulari dawk tal-ippakkjar;

(e)

il-valur ta' kull għadma, biċċa xaħam u tirqima li l-aġenziji tal-intervent ikunu ħallew fl-impjanti tat-tqattigħ.

VIII.   Limiti ta' żmien

It-tneħħija tal-għadam, l-irqim u l-ippakkjar għandhom jitlestew fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-qatla. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti iqsar taż-żmien.

L-iffriżar bil-qawwa għandu jitwettaq minnufih hekk kif isir l-ippakkjar, u għandu f'kull każ jinbeda fl-istess jum; il-kwantità tal-laħam li jkun tneħħielu l-għadam ma tistax taqbeż il-kapaċità ta' kuljum tal-friżers qawwijin.

It-temperatura interna tal-laħam li jkun tneħħielu l-għadam għandha titnaqqas għal 7oĊ taħt iż-żero jew iktar fi żmien 36 siegħa matul l-iffriżar bil-qawwa.

IX.   Ir-rifjut tal-prodotti

1.

Meta l-verifiki speċifikati fit-Taqsima III, il-Punt 1 ta' din il-Parti jiżvelaw li l-impjant tat-tneħħija tal-għadam ikun kiser il-Punti 1 sa 8 għal din il-Parti fir-rigward ta' qatgħa partikolari, dawn il-verifiki għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru 5 % oħra tal-kaxex tal-kartun mimlija matul il-jum konċernat. Meta jinkixfu iktar kontravenzjonijiet, għandhom jiġu ċċekkjati kampjuni addizzjonali li jammontaw għal 5 % tal-għadd totali ta' kaxex tal-kartun tal-qatgħat rilevanti. Meta, fir-raba' kontroll tal-5 %, tal-inqas 50 % mill-kaxex tal-kartun jinstabu li qed jiksru dawk l-Artikoli, għandha tiġi ċċekkjata l-produzzjoni kollha ta' dik il-qatgħa matul dak il-jum. Madanakollu, m'għandux ikun meħtieġ li wieħed jiċċekkja l-produzzjoni tal-jum kollu jekk mill-anqas 20 % tal-kaxex tal-kartun ta' qatgħa partikulari jinstabu li qed jiksru dawk l-Artikoli.

2.

Meta, abbażi tal-punt 1, inqas minn 20 % tal-kaxex tal-kartun ta' qatgħa partikulari jinstabu li qed jiksru dawk l-Artikoli, il-kontenut kollu ta' dawk il-kaxex għandu jiġi rrifjutat u ma ghandu jsir l-ebda ħlas għalihom. L-impjant tat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija tal-intervent ammont li jkun daqs il-prezz muri fil-Parti X ta' dan l-Anness, għall-qatgħat li jkunu ġew irrifjutati.

Jekk mill-anqas 20 % tal-kaxex tal-kartun ta' qatgħa partikulari jinstabu li jkunu qed jiksru dawk l-Artikoli, l-aġenzija tal-intervent għandha tirrifjuta l-produzzjoni kollha ta' dak il-jum ta' din il-qatgħa partikolari u ma għandu jkun dovut l-ebda ħlas. L-impjant tat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija tal-intervent ammont li jkun daqs il-prezz muri fil-Parti X ta' dan l-Anness, għall-qatgħat li jkunu ġew irrifjutati.

Jekk mill-anqas 20 % tal-kaxex tal-kartun ta' diversi qatgħat prodotti matul il-jum jinstabu li jkunu qed jiksru dawk l-Artikoli, l-aġenzija tal-intervent għandha tirrifjuta l-produzzjoni kollha ta' dak il-jum u ma għandu jkun dovut l-ebda ħlas. L-impjant tat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija tal-intervent ammont li jkun daqs il-prezz li l-aġenzija tkun ħallset lill-offerent tal-prezzijiet rebbieħ skont l-Artikoli 19(2), 27, 37 u 39 għal-laħam bl-għadam oriġinali mixtri u li, wara li jkun tneħħielu l-għadam ikun ġie rrifjutat, b'dak il-prezz miżjud b’20 %.

Meta japplika t-tielet subparagrafu, l-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx japplikaw.

3.

B'deroga mill-Punti 1 u 2, f'każijiet fejn, minħabba negliġenza serja jew frodi, l-impjant tat-tneħħija tal-għadam ikun naqas milli jħares it-Taqsimiet I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII u IX ta' din il-Parti:

(a)

l-aġenzija tal-intervent għandha tirrifjuta l-prodotti kollha miksuba wara t-tneħħija tal-għadam matul il-jum li fih ikun ġie stabbilit in-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq u ma għandu jkun dovut l-ebda ħlas,

(b)

l-impjant tat-tneħħija tal-għadam għandu jħallas lill-aġenzija tal-intervent ammont li jkun daqs il-prezz li l-aġenzija tkun ħallset lill-offerent tal-prezzijiet rebbieħ skont l-Artikoli 19(2), 27, 37 u 39 għal-laħam bl-għadam oriġinali mixtri u li, wara li jkun tneħħielu l-għadam ikun ġie rrifjutat skont il-punt (a), b'dak il-prezz miżjud b“20 %.

PARTI V

Il-klassifikazzjoni tal-prodotti

 

BELGIQUE/BELGIË

Carcasses, demi-carcasses: Hele dieren, halve dieren:

Catégorie A, classe U2/

Categorie A, klasse U2

Catégorie A, classe U3/

Categorie A, klasse U3

Catégorie A, classe R2/

Categorie A, klasse R2

Catégorie A, classe R3/

Categorie A, klasse R3

 

БЪЛГАРИЯ

Tрупове, половинки трупове:

категория А, клас R2

категория А, клас R3

 

ČESKÁ REPUBLIKA

Jatečně upravená těla, půlky jatečně upravených těl:

Kategorie A, třída R2

Kategorie A, třída R3

 

DANMARK

Hele og halve kroppe:

Kategori A, klasse R2

Kategori A, klasse R3

 

DEUTSCHLAND

Ganze oder halbe Tierkörper:

Kategorie A, Klasse U2

Kategorie A, Klasse U3

Kategorie A, Klasse R2

Kategorie A, Klasse R3

 

EESTI

Rümbad, poolrümbad:

Kategooria A, klass R2

Kategooria A, klass R3

 

EIRE/IRELAND

Carcases, half-carcases:

Category C, class U3

Category C, class U4

Category C, class R3

Category C, class R4

Category C, class O3

 

ΕΛΛΑΔΑ

Ολόκληρα ή μισά σφάγια:

Κατηγορία A, κλάση R2

Κατηγορία A, κλάση R3

 

ESPAÑA

Canales o semicanales:

Categoría A, clase U2

Categoría A, clase U3

Categoría A, clase R2

Categoría A, clase R3

 

FRANCE

Carcasses, demi-carcasses:

Catégorie A, classe U2

Catégorie A, classe U3

Catégorie A, classe R2/

Catégorie A, classe R3/

Catégorie C, classe U2

Catégorie C, classe U3

Catégorie C, classe U4

Catégorie C, classe R3

Catégorie C, classe R4

Catégorie C, classe O3

 

ITALIA

Carcasse e mezzene:

Categoria A, classe U2

Categoria A, classe U3

Categoria A, classe R2

Categoria A, classe R3

 

ΚΥΠΡΟΣ

Ολόκληρα ή μισά σφάγια:

Κατηγορία A, κλάση R2

 

LATVIJA

Liemeņi, pusliemeņi:

A kategorija, R2 klase

A kategorija, R3 klase

 

LIETUVA

Skerdenos ir skerdenų pusės:

A kategorija, R2 klasė

A kategorija, R3 klasė

 

LUXEMBOURG

Carcasses, demi-carcasses:

Catégorie A, classe U2

Catégorie A, classe U3

Catégorie A, classe R2

Catégorie A, classe R3

 

MAGYARORSZÁG

Hasított test vagy hasított féltest:

A kategória, R2 osztály

A kategória, R3 osztály

 

MALTA

Karkassi u nofs karkassi:

Kategorija A, klassi R3

 

NEDERLAND

Hele dieren, halve dieren:

Categorie A, klasse R2

Categorie A, klasse R3

 

ÖSTERREICH

Ganze oder halbe Tierkörper:

Kategorie A, Klasse U2

Kategorie A, Klasse U3

Kategorie A, Klasse R2

Kategorie A, Klasse R3

 

POLSKA

Tusze, półtusze:

Kategoria A, klasa R2

Kategoria A, klasa R3

 

PORTUGAL

Carcaças ou meias-carcaças

Categoria A, classe U2

Categoria A, classe U3

Categoria A, classe R2

Categoria A, classe R3

 

ROMÂNIA

Carcase, jumătăți de carcase

categoria A, clasa R2

categoria A, clasa R3

 

SLOVENIJA

Trupi, polovice trupov:

Kategorija A, razred R2

Kategorija A, razred R3

 

SLOVENSKO

Jatočné telá, jatočné polovičky:

kategória A, akostná trieda R2

kategória A, akostná trieda R3

 

SUOMI/FINLAND

Ruhot, puoliruhot/Slaktkroppar, halva slaktkroppar:

Kategoria A, luokka R2/Kategori A, klass R2

Kategoria A, luokka R3/Kategori A, klass R3

 

SVERIGE

Slaktkroppar, halva slaktkroppar:

Kategori A, klass R2

Kategori A, klass R3

 

UNITED KINGDOM

I.

Great Britain

 

Carcases, half-carcases:

Category C, class U3

Category C, class U4

Category C, class R3

Category C, class R4

II.

Northern Ireland

 

Carcases, half-carcases:

Category C, class U3

Category C, class U4

Category C, class R3

Category C, class R4

Category C, class O3

PARTI VI

Id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-karkassi, għan-nofsijiet tal-karkassi u għall-kwarti

1.

Il-karkassi u n-nofsijiet tal-karkassi, friski jew imkessħin (bil-kodiċi tan-NM 0201), tal-bhejjem maqtulin mhux iżjed minn sitt ijiem u mhux anqas minn jumejn qabel.

2.

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

karkassa: il-ġisem kollu tal-bhima maqtula mdendla mill-ġanċ tal-biċċerija mill-għerq tax-xikel tal-ispalla wara t-tneħħija tad-demm, it-tneħħija tal-imsaren u t-tqaxxir tal-ġilda, ppreżentat:

mingħajr ir-ras u mingħajr is-saqajn; ir-ras trid tkun separata mill-karkassa mill-ġog atlojdo-oċċipitali u s-saqajn għandhom jinqatgħu minn mal-ġogi karpometakarpali u tarsometatarsali,

mingħajr l-organi li jinstabu fil-vojt toraċiku u dak addominali, u mingħajr il-kliewi, ix-xaħam tal-kliewi u x-xaħam pelviku,

mingħajr l-organi sesswali u l-muskoli mwaħħlin magħhom,

mingħajr ir-rita l-irqiqa u r-rita l-ħoxna,

mingħajr id-denb u mingħajr l-ewwel għadma tal-koċċide,

mingħajr in-nerv tas-sinsla,

mingħajr ix-xaħam tan-natka u mingħajr ix-xaħam tal-falda li tmiss magħha,

mingħajr il-linja l-bajda (linea alba) tal-muskolu addominali,

mingħajr ix-xaħam fuq in-naħa ta' ġewwa tan-naħa l-għolja tal-koxxa,

mingħajr il-vina ġugulari u mingħajr ix-xaħam li jmiss magħha, bl-għonq maqtugħ skont ir-rekwiżiti veterinarji,

mingħajr ma jitneħħa l-muskolu tal-għonq, ix-xaħam tas-sidra ma għandux ikun eħxen minn ċentimetru (1);

(b)

nofs ta' karkassa: il-prodott miksub meta wieħed jissepara l-karkassa msemmija fil-punt (a) b'mod simetriku min-nofs tal-għadam ċervikali, tad-dahar, tal-ġenbejn u tal-ossu sagru u min-nofs tal-isternu u s-simfisi iskjopubiku. Matul l-ipproċessar tal-karkassi, l-għadam tad-dahar u tal-ġenbejn ma jridux jiġu żlogati ħafna; il-muskoli u l-għeruq assoċjati magħhom ma tridx issirilhom ħsara serja mis-srieraq jew mis-skieken.

(ċ)

l-irbiegħ ta' quddiem: maqtugħin mill-karkassa wara li tkun birdet,

qatgħa dritta ta' ħames kustilji;

(d)

l-irbiegħ ta' wara:

maqtugħin mill-karkassa wara li tkun birdet,

qatgħa dritta ta' tmien kustilji.

3.

Il-prodotti speċifikati fil-punti 1 u 2 jridu jiġu minn karkassa li jkun tneħħielha d-demm sewwa, ta' bhima li tkun insalħet kif suppost, bil-wiċċ tal-karkassa ma jkunx qed jitqaxxar, jew ikun imtebba” jew imbenġel b'xi mod; ix-xaħam tal-wiċċ ma jridx ikun imqatta’ jew imneħħi b'ebda mod sinifikanti. Il-plewra ma jridx ikollha ħsara għajr sabiex tiffaċilita d-dendil tar-rbiegħ ta' quddiem. Il-karkassi ma jridu jkunu mħammġa bl-ebda sors li jniġġes, b'mod partikulari bil-ħmieġ tal-imsaren jew bi tbajja’ sinifikanti tad-demm.

4.

Il-prodotti speċifikati fil-punt 2(c) u (d) iridu jiġu minn karkassi jew minn nofsijiet ta' karkassi li jissodisfaw ir-rekwiżiti mogħtija fil-punt 2(a) u (b).

5.

Il-prodotti speċifikati fil-punti 1 u 2 iridu jitkessħu minnufih wara l-qatla għal perjodu ta' mill-inqas 48 siegħa sabiex it-temperatura interna tagħhom fl-aħħar tal-perjodu tat-tkessiħ ma taqbiżx is-7oĊ fuq iż-żero. Din it-temperatura trid tinżamm sakemm jittieħdu.

PARTI VII

Il-koeffiċjenti msemmija fl-Artikolu 21(3)

Il-Formola A

Il-koeffiċjent n = (a/b)

Fejn:

a

=

il-medja tal-prezzijiet medji tas-suq irreġistrati fl-Istat Membru jew fir-reġjun tiegħu ikkonċernat għall-ġimagħtejn jew għat-tliet ġimgħat wara dik li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-offerta,

b

=

il-prezz medju tas-suq irreġistrat fl-Istat Membru jew fir-reġjun tiegħu ikkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 21(1), li japplika għas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet ikkonċernata.

Il-Formola B

Il-koeffiċjent n’ = (a’/b’)

Fejn:

a’

=

il-medja tal-prezzijiet tax-xiri mħallsa mill-offerent tal-prezzijiet għal bhejjem tal-istess kwalità u kategorija bħal dawk li jkunu tqiesu għall-kalkolu tal-prezz medju tas-suq matul il-ġimagħtejn jew it-tliet ġimgħat wara dik li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-offerta,

b’

=

il-medja tal-prezzijiet tax-xiri mħallsa mill-offerent tal-prezzijiet għall-bhejjem li jkunu tqiesu għall-kalkolu tal-prezz medju tas-suq matul il-ġimagħtejn użati biex ikun stabbilit il-prezz medju tas-suq li japplika għas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet ikkonċernata.

PARTI VIII

L-ispeċifikazzjonijiet għat-tneħħija tal-għadam tal-laħam tal-intervent

1.   IL-QATGĦAT TAR-ROBBU TA' WARA

1.1.   Deskrizzjoni tal-qatgħat

1.1.1.   Ix-xikel tal-ispalla tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 11)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: neħħi b'qasma li tgħaddi mill-ġog tar-riġel u li tissepara n-naħa l-għolja tal-koxxa u l-kustilja tal-flett billi ssegwi l-qasma naturali, u tħalli l-muskolu tal-għarqub imqabbad max-xikel tal-ispalla. Neħħi l-għadam tax-xikel tal-ispalla (it-tibja u l-għaksa bejn id-difer u l-qasba tas-sieq fir-riġel warrani tal-bhima).

It-tirqim: orqom it-truf tal-għeruq lura sal-laħam.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru b'mod individwali fil-politin qabel ma jiġu ppakkjati f'kaxex tal-kartun miksijin bil-politin.

1.1.2.   Il-falda l-ħoxna tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 12)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: issepara min-naħa l-għolja tal-koxxa b'qasma dritta “l isfel sal-linja tal-wirk u matulha u mill-kustilja tal-flett billi tkompli taqta ‘l-isfel tul il-linja tal-qasma naturali; il-kappell għandu jitħalla mwaħħal b'mod naturali.

It-tirqim: neħħi l-galletta tal-irkoppa, il-kapsula tal-ġog u l-għerq; il-kisi tax-xaħam ta' barra ma għandu fl-ebda punt ikun ta' iktar minn ċentimetru.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru b'mod individwali fil-politin qabel ma jiġu ppakkjati f'kaxex tal-kartun miksijin bil-politin.

1.1.3.   In-naħa l-għolja tal-koxxa tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 13)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: issepara mill-kustilja tal-flett u mix-xikel tal-ispalla b'qasma li ssegwi l-linja tal-qasma naturali u aqla’ minn mal-wirk; neħħi l-għadma tal-koxxa warranija ta' fejn denb il-bhima.

It-tirqim: neħħi t-tarf ta' wara l-organu ġenitali, il-kartilaġni li tmiss miegħu u l-glandola (ingwinali superfiċjali) tal-iskrotu; neħħi l-qarquċa u t-tessuti konnettivi assoċjati mal-għadma pelvika; il-kisi tax-xaħam ta' barra ma għandu fl-ebda punt ikun ta' iktar minn ċentimetru.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru b'mod individwali fil-politin qabel ma jiġu ppakkjati f'kaxex tal-kartun miksijin bil-politin.

1.1.4.   Il-kustilja tal-flett tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 14)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: issepara min-naħa l-għolja tal-koxxa u mix-xikel tal-ispalla b'qasma li ssegwi l-linja tal-qasma naturali; neħħi l-wirk.

It-tirqim: neħħi l-qarquċa t-tqila li tmiss mal-ġog tal-għadma, il-glandola limfatika tal-fieragħ ta' wara l-irkoppa, u x-xaħam u l-għerq ta' magħha; il-kisi tax-xaħam ta' barra ma għandu fl-ebda punt ikun ta' iktar minn ċentimetru.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru b'mod individwali fil-politin qabel ma jiġu ppakkjati f'kaxex tal-kartun miksijin bil-politin.

1.1.5.   Il-flett tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 15)

It-tqattigħ: neħħi t-tul kollu tal-flett billi tħoll ir-ras (il-‘butt end’) mill-għadma tal-ġenbejn (l-ilju) u billi timxi matul il-flett li jmiss mal-għadam, biex b'hekk teħles il-flett mil-lonża.

It-tirqim: neħħi l-glandola u x-xaħam. Ħalli l-ħjut u l-muskolu l-kbir intatti u mqabbda għal kollox. Wieħed għandu joqgħod attent ferm huwa u jaqta”, jorqom u jippakkja din il-qatgħa ta' valur.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: il-flettijiet iridu jiġu ppakkjati bir-reqqa għal tulhom, bit-truf l-irqaq mat-truf il-ħoxnin b'mod alternattiv, bil-ħjut iħarsu “l fuq, u ma jridux jintwew.

Dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru b'mod individwali fil-politin qabel ma jiġu ppakkjati f'kaxex tal-kartun miksijin bil-politin.

1.1.6.   In-naħa warranija ta' fejn denb il-bhima tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 16)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: issepara minn mal-kustilja tal-flett/mal-falda l-ħoxna b'qatgħa dritta minn punt li jkun bejn wieħed u ieħor ħames ċentimetri mit-tarf ta' wara tal-ħames għadma tal-ossu sagru, billi tgħaddi bejn wieħed u ieħor ħames ċentimetri mit-tarf ta' quddiem tal-għadma tal-koxxa warranija ta' fejn denb il-bhima, filwaqt li toqgħod attent li ma taqtax il-falda l-ħoxna.

Issepara mil-lonża b'qatgħa bejn l-aħħar għadma tal-ġenbejn u l-ewwel għadma tal-ossu sagru, u b'hekk teħles it-tarf ta' quddiem tal-għadma pelvika. Neħħi l-għadam u l-qarquċa.

It-tirqim: neħħi r-roqgħa tax-xaħam fuq in-naħa ta' ġewwa taħt il-muskolu tal-għajn. Il-kisi tax-xaħam ta' barra ma għandu fl-ebda punt ikun ta' iktar minn ċentimetru. Wieħed għandu joqgħod attent ferm huwa u jaqta”, jorqom u jippakkja din il-qatgħa ta' valur.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru b'mod individwali fil-politin qabel ma jiġu ppakkjati f'kaxex tal-kartun miksijin bil-politin.

1.1.7.   Il-lonża tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 17)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: issepara min-naħa warranija ta' fejn denb il-bhima b'qatgħa dritta bejn l-aħħar għadma tal-ġenbejn u l-ewwel għadma tal-ossu sagru. Issepara mill-kustilja ta' quddiem (ta’ ħames għadmiet) b'qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilja. Neħħi għal kollox l-għadam tas-sinsla. Neħħi l-kustilji u l-għadam vertebrali (“feather bones”) billi tneħħihom waħda waħda.

It-tirqim: neħħi kull speċi ta' qarquċa li jkun baqa’ wara li jkun tneħħa l-għadam. L-għerq għandu jitneħħa. Il-kisi tax-xaħam ta' barra ma għandu fl-ebda punt ikun ta' iktar minn ċentimetru. Wieħed għandu joqgħod attent ferm huwa u jaqta’, jorqom u jippakkja din il-qatgħa ta' valur.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru b'mod individwali fil-politin qabel ma jiġu ppakkjati f'kaxex tal-kartun miksijin bil-politin.

1.1.8.   Il-falda tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 18)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: neħħi l-falda kollha minn mal-qatgħa dritta tar-robbu ta' wara li fiha tmien kustilji b'qatgħa mill-punt fejn il-falda tkun intefgħet lura, billi ssegwi l-qasma naturali ‘l isfel madwar il-wiċċ tal-muskoli ta' wara sa punt li hu orizzontali għan-nofs tal-aħħar għadma tal-ġenbejn.

Kompli aqta’ ‘l isfel f'linja dritta parallela mal-flett, tul it-tlettax u s-sitt kustilja, it-tnejn inklużi, matul linja li tgħaddi b'mod parallel mat-tarf tad-dahar tax-xewka tad-dahar, sabiex il-qatgħa ‘l isfel kollha ma tkunx iżjed minn ħames ċentimetri mill-ponta laterali tal-muskolu tal-għajn.

Neħħi l-għadam u l-qarquċa kollha billi tneħħihom waħda waħda. Il-falda kollha trid tibqa’ f'biċċa waħda.

It-tirqim: neħħi t-tessuti konnettivi l-ħorox li jgħattu l-“goose skirt”, filwaqt li tħalli l-“goose skirt” intatt. Orqom ix-xaħam sabiex il-perċentwali totali ta' xaħam (estern u tal-interstizju) li jidher ma jaqbiżx it-30 %.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: il-falda kollha tista' tintewa darba biss għall-ippakkjar. Ma għandhiex tinqata’ jew titrembel. Meta tkun ippakkjata, il-parti ta' ġewwa tal-falda u l-“goose skirt” għandhom ikunu jidhru sew. Qabel l-ippakkjar, kull kaxxa għandha tinkesa bil-politin sabiex il-qatgħat ikunu jistgħu jitgeżwru kompletament.

1.1.9.   Il-kustilja ta' quddiem (ta’ ħames għadmiet) tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 19)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: din il-qatgħa għandha tiġi sseparata minn mal-lonża b'qatgħa dritta bejn il-ħdax u l-għaxar kustilja u għandha tinkludi s-sitt sal-għaxar kustilji, it-tnejn inklużi. Neħħi l-muskoli ta' bejn il-kustilji u l-plewra f'folja rqiqa flimkien mal-għadam tal-kustilji. Neħħi s-sinsla u l-qarquċa, inkluż it-tarf tal-iskapula (l-għadma tal-ispalla).

It-tirqim: neħħi l-faxxa tad-dahar (il-ligamentum nuchae). Il-kisi tax-xaħam ta' barra ma għandu fl-ebda punt ikun ta' iktar minn ċentimetru. Il-kappell għandu jitħalla mqabbad.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru b'mod individwali fil-politin qabel ma jiġu ppakkjati f'kaxex tal-kartun miksijin bil-politin.

2.   IL-QATGĦAT TAR-ROBBU TA' QUDDIEM

2.1.   Deskrizzjoni tal-qatgħat

2.1.1.   Il-qasba tas-sieq tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 21)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: neħħi b'qatgħa madwar il-ġog li jissepara l-għadma tal-qasba tas-sieq (ir-radjus) u l-omeru. Neħħi l-għadma tal-qasba tas-sieq (ir-radjus).

It-tirqim: orqom it-truf tal-għeruq lura sal-laħam.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru b'mod individwali fil-politin qabel ma jiġu ppakkjati f'kaxex tal-kartun miksijin bil-politin.

Il-qasab tas-saqajn m'għandhomx jiġu ppakkjati mal-ixkla tal-ispalel.

2.1.2.   L-ispalla tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 22)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: issepara l-ispalla minn mar-robbu ta’ quddiem billi taqta’ linja li ssegwi l-qasma naturali madwar it-tarf tal-ispalla u l-qarquċa fit-tarf tal-iskapula (l-għadma tal-ispalla), filwaqt li tkompli taqta’ madwar il-qasma sabiex l-ispalla tintrefa’ mill-ħofra naturali tagħha. Neħħi l-iskapula (l-għadma tal-ispalla). Il-muskolu ta' taħt l-iskapula (l-għadma tal-ispalla) għandu jintefa’ lura iżda jitħalla mqabbad sabiex l-għadma tkun tista' titneħħa sewwa faċilment. Neħħi l-omeru.

It-tirqim: neħħi l-qarquċa, l-għeruq u l-kapsuli tal-ġogi; orqom ix-xaħam sabiex il-perċentwal totali ta' xaħam (estern u tal-interstizju) li jidher ma jaqbiżx l-10 %.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru b'mod individwali fil-politin qabel ma jiġu ppakkjati f'kaxex tal-kartun miksijin bil-politin.

2.1.3.   Is-sidra tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 23)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: issepara mir-robbu ta' quddiem billi taqta’ linja dritta perpendikulari ma' nofs l-ewwel kustilja. Neħħi l-muskoli ta' bejn il-kustilji u l-plewra billi tneħħihom waħda waħda, flimkien mal-kustilji, mal-għadma tas-sider u mal-qarquċa. L-għata (id-“deckle”) għandha titħalla mwaħħla mas-sidra. Ix-xaħam ta' taħt l-għata (id-“deckle”) u l-isternu għandu jitneħħa.

It-tirqim: orqom ix-xaħam sabiex il-perċentwal totali ta' xaħam (estern u tal-interstizju) li jidher ma jaqbiżx it-30 %.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: kull qatgħa għandha titgeżwer b'mod individwali fil-politin u tiġi ppakkjata f'kaxxa tal-kartun li tkun miksija bil-politin sabiex il-qatgħat ikunu jistgħu jitgeżwru kompletament.

2.1.4.   Ir-robbu ta' quddiem tal-laħam tal-intervent (il-kodiċi INT 24)

It-tqattigħ u t-tneħħija tal-għadam: il-qatgħa li tibqa’ wara li jitneħħew is-sidra, l-ispalla u l-ġarretta hi kklassifikata bhala robbu ta' quddiem.

Neħħi l-għadam tal-kustilji billi tneħħihom waħda waħda. L-għadam tal-għonq għandhom jitneħħew sewwa.

Il-muskolu l-kbir għandu jitħalla mqabbad ma' din il-qatgħa.

It-tirqim: l-għeruq, il-kapsuli tal-ġogi u l-qarquċa għandhom jitneħħew. Orqom ix-xaħam sabiex il-perċentwali totali ta' xaħam (estern u tal-interstizju) li jidher ma jaqbiżx l-10 %.

It-tgeżwir u l-ippakkjar: dawn il-qatgħat għandhom jitgeżwru b'mod individwali fil-politin qabel ma jiġu ppakkjati f'kaxex tal-kartun miksijin bil-politin.

3.   L-IPPAKKJAR TA' ĊERTI QATGĦAT INDIVIDWALI B'MOD LI JKUNU SSIĠĠILLATI MINGĦAJR ARJA

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu li l-qatgħatjiġu ppakkjati b'mod li ikunu ssiġġillati mingħajr arja minflok ma jitgeżwru b'mod individwali kif ipprovdut fil-punt 1 għall-qatgħat bil-kodiċi INT bin-numri 12, 13, 14, 15, 16, 17 u 19.

PARTI IX

Id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-kaxex tal-kartun, il-palits u l-gaġeġ

I.   Il-kaxex tal-kartun

1.

Il-kaxex tal-kartun għandhom ikunu ta' standards u piż kummerċjali u għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu stivati fuq palits.

2.

Il-kaxex tal-kartun użati ma jistax ikollhom fuqhom l-isem tal-biċċerija jew tal-impjant tat-tqattigħ li minnhom ikunu ġejjin il-prodotti.

3.

Il-kaxex tal-kartun għandhom jintiżnu waħda waħda wara li jkunu mtlew; il-kaxex tal-kartun mimlijin b'piż iffissat minn qabel mhumiex awtorizzati.

4.

Il-piż nett tal-qatgħat għal kull kaxxa tal-kartun ma jistax jaqbeż it-30 kilogramma.

5.

Dawk il-qatgħat tal-istess tip biss, identifikati bl-isem sħiħ tagħhom jew bil-kodiċi tal-Komunità u li jiġu mill-istess kategorija ta' bhima jistgħu jitqegħdu fl-istess kaxxa tal-kartun; il-kaxex tal-kartun fl-ebda ċirkustanza ma jista' jkun fihom biċċiet tax-xaħam jew kwalunkwe tirqim ieħor.

6.

Il-kaxex tal-kartun għandhom ikollhom is-siġilli li ġejjin:

tikketti tal-aġenzija tal-intervent fiż-żewġ trufijiet,

tikketti tal-ispezzjoni veterinarja uffiċjali fin-nofs tan-naħa ta' quddiem u ta' wara, iżda fuq quddiem biss fil-każ ta' kaxex magħmulin minn biċċa kartuna waħda.

Dawn it-tikketti għandu jkollhom numru tas-serje u għandhom jitwaħħlu b'tali mod li dawn jiċċarrtu u jinqerdu hekk kif il-kaxxa tal-kartun tinfetaħ.

7.

It-tikketti tal-aġenzija tal-intervent għandu jkollhom fuqhom in-numru tal-kuntratt, it-tip u l-għadd ta' qatgħat, il-piż nett u d-data tal-ippakkjar; it-tiketti ma jistgħux ikunu inqas minn 20 x 20 ċentimetru. It-tikketti tal-ispezzjoni tal-veterinarju jridu juru n-numru tal-approvazzjoni tal-impjant tal-qtugħ.

8.

In-numri tas-serje fuq it-tikketti msemmija fil-punt 6 għandhom jiġu rreġistrati għal kull kuntratt u għandu jkun possibbli li wieħed iqabbel l-għadd ta' kaxex tal-kartun użati mal-għadd ta' tikketti maħruġa.

9.

Il-kaxex tal-kartun għandhom ikunu marbutin b'erba' ċineg, tnejn għat-tul u tnejn għall-wisa’, ppustjati bejn wieħed u ieħor 10 ċentimetri ‘l ġewwa minn kull kantuniera.

10.

It-tikketti mqattgħin matul l-ispezzjoni għandhom jinbidlu b'tikketti nnumerati skont is-serje, tnejn għal kull kaxxa tal-kartun, li l-aġenzija tal-intervent tkun ħarġet lill-awtoritajiet kompetenti.

II.   Il-palits u l-gaġeġ

1.

Kaxex tal-kartun li għandhom x'jaqsmu ma' sejħiet għall-offerti tal-prezzijiet differenti u li jkun fihom qatgħat differenti għandhom jinħażnu fuq palits separati skont is-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet jew skont ix-xahar, u skont il-qatgħa. Dawn il-palits għandhom jiġu identifikati b'tikketti li juru n-numru tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet, it-tip ta' qatgħa, il-piż nett tal-prodott, it-tara u l-għadd ta' kaxex tal-kartun għal kull qatgħa.

2.

Il-post fejn jinstabu l-palits u l-gaġeġ għandu jintwera fuq pjanta tal-maħżen.

PARTI X

Prezzijiet individwali tal-qatgħat irrifjutati tal-laħam tal-intervent għall-għanijiet tal-ewwel u tat-tieni subparagrafu tal-Parti IV, it-Taqsima IX(2) ta' dan l-Anness

(EURO kull tunnelata)

Il-flett tal-laħam tal-intervent

22 000

Il-lonża tal-laħam tal-intervent

14 000

In-naħa l-għolja tal-koxxa tal-laħam tal-intervent In-naħa warranija ta' fejn denb il-bhima tal-laħam tal-intervent

10 000

Il-kustilja tal-flett tal-laħam tal-intervent Il-falda l-ħoxna tal-laħam tal-intervent Il-kustilja ta' quddiem tal-laħam tal-intervent (b'ħames kustilji)

8 000

L-ispalla tal-laħam tal-intervent Ir-robbu ta' quddiem tal-laħam tal-intervent

6 000

Is-sidra tal-laħam tal-intervent Ix-xikel tal-ispalla tal-laħam tal-intervent Il-ġarretta tal-laħam tal-intervent

5 000

Il-falda tal-laħam tal-intervent

4 000

PARTI XI

Il-kontrolli fuq il-prodotti

1.

L-aġenziji tal-intervent għandhom jiżguraw li l-laħam kopert b'dan ir-Regolament ikun imqiegħed u maħżun b'tali mod li jkun aċċessibbli faċilment u li jkun skont id-dispożizzjonijiet tal-Parti IV, it-Taqsima VI, l-ewwel subparagrafu ta' dan ir-Regolament.

2.

It-temperatura tal-ħażna ma tistax togħla iżjed minn 17-iloĊ taħt iż-żero.

3.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw l-ippriżervar sodisfaċenti, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità u mal-kwantità, tal-prodotti maħżuna u għandhom jibdlu l-pakketti bil-ħsara minnufih. Għandhom jipprovdu kopertura kontra r-riskji rilevanti permezz ta' assigurazzjoni fl-għamla jew ta' obbligu kuntrattwali fuq dawk li jieħdu ħsieb l-imħażen jew ta' kopertura komprensiva fuq ir-responsabbiltà tal-aġenzija tal-intervent. L-Istati Membri jistgħu jaġixxu wkoll bhala assiguraturi tagħhom infushom.

4.

Matul il-ħażna, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki regolari fuq kwantitajiet sinifikanti tal-prodotti maħżuna wara li jkunu ngħataw l-offerti taħt is-sejħiet għall-offerti tal-prezzijiet magħmulin matul ix-xahar.

Waqt dawn il-verifiki, kull prodott li jinstab li ma jħarisx ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament għandu jiġi rrifjutat u mmarkat bħala tali. Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-penalitajiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, jekk ikun meħtieġ, jirkupraw il-ħlasijiet mill-partijiet responsabbli.

Dawn il-verifiki għandhom jitwettqu minn uffiċjali li ma jirċevux ordnijiet mid-dipartiment li jixtri l-laħam.

5.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa f'dak li għandu x'jaqsam mat-traċċabbiltà u l-ħażna sabiex il-prodotti maħżuna jkunu jistgħu jitneħħew mill-ħażna u jintużaw wara b'mod li jkun kemm jista' jkun effiċjenti, filwaqt li jitqies b'mod partikulari kwalunkwe rekwiżit li jkollu x'jaqsam mal-istat tas-saħħa veterinarja tal-bhejjem ikkonċernati.


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(4)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3.


ANNESS IV

IL-BUTIR

PARTI I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-butir

1.

L-aġenzija tal-intervent għandha tixtri biss butir li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tal-punti 3, 4, 5 u 6 ta' din il-Parti u tal-Artikolu 28(1) ta' dan ir-Regolament.

2.

Il-kriterji sabiex l-impriżi msemmija fl-Artikolu 10(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiġu approvati huma mniżżlin fil-Parti III ta' dan l-Anness.

3.

L-aġenzija tal-intervent għandha tiċċekkja l-kwalità tal-butir billi tuża l-metodi deskritti fil-Parti IV ta' dan l-Anness u abbażi ta' kampjuni meħudin skont ir-regoli mogħtija fil-Parti V ta' dan l-Anness. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu, suġġett għal ftehim bil-miktub mal-Kummissjoni, jistabbilixxu sistema fejn wieħed iwettaq verifika fuqu nnifsu taħt is-sorveljanza tagħhom stess, għal ċerti rekwiżiti tal-kwalità u fil-każ ta' ċerti impriżi approvati.

4.

ll-livelli tar-radjuattività fil-butir ma għandhomx jaqbżu l-livelli massimi permessi, fejn applikabbli, mir-regoli Komunitarji.

Il-livell tat-tniġġis radjuattiv tal-butir għandu jsirlu monitoraġġ biss jekk is-sitwazzjoni tkun teħtieġu, u matul il-perjodu meħtieġ biss.

5.

Il-butir għandu jkun inħadem fil-31 ġurnata qabel il-jum li fih l-entità kompetenti tkun irċeviet l-offerta għall-bejgħ bi prezz fiss, jew, fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, fil-31 ġurnata qabel id-data tal-għeluq tas-sottoperjodu tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet.

6.

Meta l-butir ikun offrut għall-intervent fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn kien prodott, ix-xiri għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat mogħti mill-entità kompetenti tal-Istat Membru tal-produzzjoni.

Iċ-ċertifikat għandu jitressaq lill-entità kompetenti tal-Istat Membru li jkun qed jixtri sa mhux aktar tard minn 35 ġurnata wara l-jum li fih tkun waslet l-offerta ta' xiri jew wara d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet u għandu jkun fih it-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 28(1)(a), (b) u (d) ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' konferma li l-butir kien prodott direttament u b'mod esklussiv minn krema pasturizzata skont it-tifsira tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, f'impriża approvata fil-Komunità.

7.

Meta l-Istat Membru tal-produzzjoni jkun wettaq il-verifiki msemmija fil-punt 3 ta' din il-Parti, iċ-ċertifikat għandu jkun fih ukoll ir-riżultati ta' dawk il-verifiki u għandu jikkonferma li l-prodott konċernat huwa butir li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. F'dak il-każ, l-ippakkjar imsemmi fil-Parti VI(6) ta' dan l-Anness għandu jkun issiġillat permezz ta' tikketta nnumerata maħruġa mill-entità kompetenti tal-Istat Membru tal-produzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jkollu n-numru tat-tikketta.

PARTI II

It-teħid tal-butir u l-verifiki inizjali tiegħu

1.

Il-butir għandu jinħażen għal perjodu ta' prova. Dan il-perjodu għandu jkun ta' 30 ġurnata li jibdew mill-ġurnata li fih il-butir ikun ittieħed.

2.

L-aġenzija tal-intervent għandha teħtieġ li l-butir jitqiegħed u jinżamm maħżun fuq il-palits, b'tali mod li jkun f'lottijiet li jintgħarfu faċilment u li jkunu aċċessibbli malajr.

PARTI III

Il-kriterji għall-approvazzjoni tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 10(1)(e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (parti li tgħodd kemm għall-butir kif ukoll għat-trab tal-ħalib xkumat)

1.

L-impriżi msemmija fl-Artikolu 10(1)(e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom ikunu approvati biss jekk:

(a)

huma approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u għandhom it-tagħmir tekniku xieraq;

(b)

jintrabtu li jżommu reġistri permanenti fil-forma stabbilita mill-entità kompetenti ta' kull Stat Membru, li fihom iniżżlu l-fornitur u l-oriġini tal-materja prima, għall-butir, il-kwantitajiet tal-butir miksub u għat-trab tal-ħalib, il-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat, tax-xorrox tal-butir u tax-xorrox miksub u l-ippakkjar, l-identifikazzjoni u d-data tal-ħruġ ta' kull lott tal-produzzjoni maħsuba għall-intervent pubbliku;

(ċ)

jaqblu li jibagħtu l-produzzjoni tagħhom tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat li jista' jkun offrut għall-intervent għal spezzjoni uffiċjali speċifika;

(d)

jintrabtu li jgħarrfu lill-entità kompetenti, mill-anqas jumejn tax-xogħol minn qabel, li jkun beħsiebhom jipproduċu l-butir u t-trab tal-ħalib xkumat għall-intervent pubbliku; madanakollu, l-Istat Membru jista' jistabbilixxi terminu iqsar ta' żmien.

2.

Sabiex tkun żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-entità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet fuq il-post għall-għarrieda, abbażi tal-iskeda tal-produzzjoni tal-butir u t-trab tal-ħalib xkumat għall-intervent tal-impriżi konċernati.

Huma għandhom jagħmlu mill-anqas:

(a)

spezzjoni waħda għal kull perjodu ta' 28 ġurnata ta' produzzjoni għall-intervent b'mill-anqas spezzjoni waħda kull sena, biex jeżaminaw ir-reġistri msemmija fil-punt 1(b);

(b)

spezzjoni waħda kull sena, biex tkun ivverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet l-oħra għall-approvazzjoni msemmija fil-punt 1.

3.

L-approvazzjoni għandha tkun irtirata jekk il-kundizzjonijiet minn qabel stabbiliti fil-punt 1(a) ma jibqgħux jitħarsu. L-approvazzjoni tista' terġa' tingħata fuq talba tal-impriża kkonċernata wara perjodu ta' mill-anqas sitt xhur, wara spezzjoni sewwa.

Ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, meta impriża tinstab li ma kinitx konformi ma' xi wieħed mill-impenji tagħha msemmija fil-punt 1(b), (c) u (d), l-approvazzjoni għandha tkun sospiża għal perjodu ta' bejn xahar u 12-il xahar skont kemm tkun gravi l-irregolarità.

L-Istat Membru m'għandux jimponi s-sospensjoni msemmija fejn jinstab li l-irregolarità ma twettqitx apposta jew bħala riżultat ta' negliġenza serja u jekk ma tkunx importanti wisq fir-rigward tal-effettività tal-ispezzjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-punt 2.

4.

Għandu jsir rapport dwar l-ispezzjonijiet imwettqa skont il-punti 2 u 3, li jispeċifika:

(a)

id-data tal-ispezzjoni;

(b)

kemm ikunu damu l-ispezzjonijiet;

(ċ)

il-ħidmiet imwettqin.

Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli.

PARTI IV

Ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni, il-karatteristiċi tal-kwalità u l-metodi analitiċi

Il-butir huwa emulsjoni solida, l-aktar tat-tip ta' ilma fiż-żejt, bil-karatteristiċi tal-kompożizzjoni u tal-kwalità li ġejjin:

Il-parametri

Il-karatteristiċi tal-kontenut u tal-kwalità

Xaħam

Minimu ta' 82 %

Ilma

Massimu ta' 16 %

Solidi bla xaħam

Massimu ta' 2 %

Aċidi bix-xaħam liberi

Massimu ta' 1,2 mmole għal kull 100 gramma xaħam

Valur tal-perossidu

Massimu ta' 0,3 meq ta' ossiġnu għal kull 1 000  gramma xaħam

Koliformi

Mhux traċċabbli fi gramma (1)

Xaħam bla ħalib

Mhux traċċabbli b'analiżi tat-trigliċeride

Karatteristiċi sensorji

Mill-anqas erba' minn ħames punti għad-dehra, it-togħma u l-konsistenza

Tixrid tal-ilma

Mill-anqas erba' punti

Il-metodi ta' referenza li għandhom ikunu applikati għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 213/2001 (ĠU L 37, 7.2.2001, p. 1) u 273/2008 (ĠU L 88, 29.3.2008, p. 1).

PARTI V

It-teħid ta' kampjuni għal analiżi kimika u mikrobijoloġika u għall-evalwazzjoni sensorja

1.   L-analiżi kimika u mikrobijoloġika

Il-kwantità tal-butir

(f'kilogrammi)

L-għadd minimu ta' kampjuni

(ta' iktar minn 100 gramma)

≤ 1 000

2

> 1 000 ≤ 5 000

3

> 5 000 ≤ 10 000

4

> 10 000 ≤ 15 000

5

> 15 000 ≤ 20 000

6

> 20 000 ≤ 25 000

7

> 25 000

7 + 1 għal kull 25 000  kilogramma jew parti minnhom

It-teħid ta' kampjuni għall-analiżi mikrobijoloġika għandu jsir b'mod mhux settiku.

Sa ħames kampjuni ta' 100 gramma l-wieħed jistgħu jingħaqdu f'kampjun wieħed għall-analiżi wara li jitħalltu sewwa.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu b'mod aleatorju minn partijiet differenti tal-kwantità offruta qabel jew waqt il-ħin tad-dħul fil-maħżen tal-friża magħżul mill-entità kompetenti.

It-tħejjija ta' kampjun kompost tal-butir (għall-analiżi kimika):

(a)

billi tuża sonda nadifa u xotta tal-butir jew strument simili adattat, ħu estratt tal-butir ta' mill-anqas 30 gramma u qiegħdu f'kontenitur tal-kampjuni. Imbagħad il-kampjun kompost għandu jiġi ssiġġillat u mibgħut fil-laboratorju għall-analiżi;

(b)

fil-laboratorju, il-kampjun kompost għandu jissaħħan fil-kontenitur oriġinali mhux miftuħ għal temperatura ta' 30 Ċ u għandu jitħawwad ta' spiss sakemm tinkiseb emulsjoni fluwida omoġenja ħielsa minn biċċiet mhux imrattba. Il-kontenitur għandu jkun mimli minn nofsu sa żewġ terzi minnu.

Għal kull produttur li joffri l-butir għall-intervent, għandhom ikunu analizzati żewġ kampjuni kull sena għax-xaħam bla ħalib.

2.   L-evalwazzjoni sensorja

Il-kwantità tal-butir

(f'kilogrammi)

L-għadd minimu ta' kampjuni

1 000 ≤ 5 000

2

> 5 000 ≤ 25 000

3

> 25 000

3 + 1 għal kull 25 000  kilogramma jew parti minnhom

Il-kampjuni għandhom jittieħdu b'mod aleatorju minn partijiet differenti tal-kwantità offruta bejn it-30 u l-45 jum wara t-teħid kundizzjonali tal-butir u għandhom jiġu kklassifikati.

Kull kampjun għandu jkun eżaminat waħdu skont l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 278/2008. Ma jistgħux jittieħdu kampjuni mill-ġdid jew issir evalwazzjoni mill-ġdid.

3.   Linji ta' gwida li għandhom ikunu segwiti meta l-kampjuni jkun fihom xi difetti

(a)

l-analiżi kimika u mikrobijoloġika:

meta jkunu analizzati kampjuni waħidhom, jistgħu jitħallew jgħaddu kampjun wieħed li jkun fih xi difett minn fost ħamsa sa 10 kampjuni jew żewġ kampjuni li kull wieħed minnhom ikun fih difett wieħed biss minn fost 11 sa 15-il kampjun. Meta kampjun ikun fih xi difett, għandhom jittieħdu żewġ kampjuni ġodda minn waħda miż-żewġ naħat tal-kampjun li jkun fih id-difett u dawn għandhom ikunu eżaminati għall-parametru kkonċernat. F'każ fejn l-ebda wieħed miż-żewġ kampjuni ma jissodisfa l-ispeċifikazzjoni, il-kwantità ta' butir bejn iż-żewġ kampjuni oriġinali fuq iż-żewġ naħat tal-kampjun li jkun fih id-difett għandha titwarrab mill-kwantità offruta.

Il-kwantità li għandha titwarrab meta l-kampjun il-ġdid ikun fih xi difett:

Image

meta jkunu analizzati kampjuni komposti u dawn jinstabu li jkun fihom xi difetti fir-rigward ta' parametru wieħed, il-kwantità rrappreżentata mill-kampjun kompost ikkonċernat għandha titwarrab mill-kwantità offruta. Il-kwantità rrappreżentata minn kampjun kompost wieħed tista' tkun ikkalkulata billi wieħed jissuddividi l-kwantità offruta qabel ma l-kampjuni jkunu ttieħdu b'mod aleatorju minn kull parti tagħha;

(b)

l-evalwazzjoni sensorja:

meta kampjun ma jgħaddix mill-evalwazzjoni sensorja, il-kwantità ta' butir bejn żewġ kampjuni viċini fuq iż-żewġ naħat tal-kampjun li ma jkunx għadda għandha titwarrab mill-kwantità offruta;

(ċ)

meta l-kampjuni jkun fihom difett sensorju u difett kimiku jew mikrobijoloġiku, il-kwantità kollha għandha titwarrab.


ANNESS V

IT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT

PARTI I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għat-trab tal-ħalib xkumat

1.

L-aġenzija tal-intervent għandha tixtri biss trab tal-ħalib xkumat li huwa konformi mal-Artikolu 10(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, mal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness u mal-Artikolu 28(2).

2.

Il-kriterji sabiex l-impriżi msemmija fl-Artikolu 10(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiġu approvati huma mniżżlin fil-Parti III tal-Anness IV.

3.

L-aġenziji tal-intervent għandhom jiċċekkjaw il-kwalità tat-trab tal-ħalib xkumat billi jużaw il-metodi analitiċi mogħtija fil-Parti IV ta' dan l-Anness abbażi ta' kampjuni meħudin skont ir-regoli mogħtija fil-Parti VI ta' dan l-Anness. Il-verifiki għandhom jistabbilixxu li, ħlief għall-materja prima awtorizzata użata għall-aġġustament tal-proteina kif imsemmi fl-Anness I(4)(b) għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE (1), it-trab tal-ħalib xkumat ma jkunx fih prodotti oħra, b'mod partikulari x-xorrox tal-butir jew ix-xorrox, kif iddefinit fil-Parti IV ta' dan l-Anness.

L-aġġustament tal-proteina, jekk applikabbli, għandu jsir fil-fażi likwida. Il-materjal użat għall-aġġustament tal-proteina għandu joriġina fi ħdan il-Komunità.

Madanakollu, jekk il-Kummissjoni taqbel, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema fejn wieħed iwettaq verifika fuqu nnifsu taħt is-sorveljanza tagħhom stess, għal ċerti rekwiżiti tal-kwalità u fil-każ ta' ċerti impriżi approvati.

4.

ll-livelli tar-radjuattività fit-trab tal-ħalib xkumat ma għandhomx jaqbżu l-livelli massimi permessi, fejn applikabbli, mir-regoli Komunitarji. Il-livell tat-tniġġis radjuattiv tal-prodott għandu jsirlu monitoraġġ biss jekk is-sitwazzjoni tkun teħtieġu, u matul il-perjodu meħtieġ biss.

5.

It-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun ġie mmanifatturat fil-31 ġurnata qabel il-jum li fih l-aġenzija tal-intervent tkun irċeviet l-offerta għall-bejgħ bi prezz fiss, jew, fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, fil-31 ġurnata qabel id-data tal-għeluq tas-sottoperjodu kkonċernat tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet. Jekk it-trab tal-ħalib xkumat jinħażen f'sajlos li jkun fihom iktar minn ġurnata waħda tal-produzzjoni, dan irid ikun ġie mmanifatturat matul it-tliet ġimgħat ta' qabel il-ġimgħa li fiha tkun waslet l-offerta għall-bejgħ bi prezz fiss jew, fil-każ tal-offerti tal-prezzijiet, fl-erba' ġimgħat ta' qabel id-data tal-għeluq tas-sottoperjodu tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet.

6.

Meta t-trab tal-ħalib xkumat ikun offrut għall-intervent fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn kien ġie mmanifatturat, ix-xiri għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni, sa mhux aktar tard minn 35 jum wara l-jum li fih tkun waslet l-offerta ta' xiri jew wara d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet, ta' ċertifikat mogħti mill-entità kompetenti tal-Istat Membru tal-manifattura.

Iċ-ċertifikat għandu jkun fih it-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 28(2)(a), (b) u (c), flimkien ma' konferma li t-trab tal-ħalib xkumat kien prodott mill-ħalib f'impriża approvata fil-Komunità u li l-aġġustament tal-proteina, jekk applikabbli, seħħ fil-fażi likwida, kif stabbilit fl-Artikolu 10(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Meta l-Istat Membru tal-manifattura jkun wettaq il-verifiki msemmija fil-punt 2 t’hawn fuq, iċ-ċertifikat għandu jkun fih ukoll ir-riżultati ta' dawk il-verifiki u għandu jikkonferma li l-prodott ikkonċernat huwa trab tal-ħalib xkumat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. F'dak il-każ, il-boroż imsemmijin fl-Artikolu 28 għandhom ikunu ssiġillati permezz ta' tikketta nnumerata maħruġa mill-aġenzija tal-intervent tal-Istat Membru tal-manifattura. In-numru għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt.

PARTI II

It-teħid tat-trab tal-ħalib xkumat u l-verifiki inizjali tiegħu

L-aġenzija tal-intervent għandha teħtieġ li t-trab tal-ħalib xkumat jitqiegħed u jinżamm maħżun fuq il-palits, b'tali mod li jkun f'lottijiet li jintgħarfu faċilment u li jkunu aċċessibbli malajr.

PARTI III

Il-kriterji għall-approvazzjoni tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 10(1)(e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Għandha tapplika l-Parti III tal-Anness IV għal dan ir-Regolament.

PARTI IV

Ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni, il-karatteristiċi tal-kwalità u l-metodi analitiċi

Il-parametri

Il-karatteristiċi tal-kontenut u tal-kwalità

Il-kontenut tal-proteina

Minimu ta' 34,0  % tal-materja niexfa bla xaħam

Il-kontenut tax-xaħam

Massimu ta' 1,00  %

Il-kontenut tal-ilma

Massimu ta' 3,5  %

L-aċidità titratabbli f'millilitri ta' soluzzjoni tas-sodju idrossidu deċinormali

Massimu ta' 19,5  ml

Kontenut tal-ħalib

Massimu ta' 150 mg/100 gramma

L-addittivi

L-ebda sejbien

It-test tal-“phosphatase”

Negattiv, jiġifieri mhux aktar minn 350 mU ta' attività tal-“phosphatase” għal kull litru ta' ħalib rikostitwit

L-indiċi tas-solubilità

Massimu ta' 0,5  millilitru (24 oĊ)

L-indiċi tal-partiċelli maħruqa

Massimu ta' 15,0  milligramma, jiġifieri minimu ta' diska B

Il-kontenut tal-mikro-organiżmi

Massimu ta' 40 000 għal kull gramma

Is-sejbien tal-koliformi

Negattiv f’0,1  grammi

Is-sejbien tax-xorrox tal-butir (2)

Negattivi (3)

Is-sejbien tax-xorrox tat-tames (4)

L-ebda sejbien

Is-sejbien ta' xorrox aċiduż (5)

L-ebda sejbien

It-togħma u r-riħa

Nodfa

Id-dehra

Kulur abjad jew li jagħti kemm kemm fl-isfar, mingħajr impuritajiet u partiċelli kkuluriti

Sustanzi antimikrobiċi

Negattivi (6)

Il-metodi ta' referenza li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 273/2008 (ĠU L 88, 29.3.2008, p. 1).

PARTI V

Il-kundizzjonijiet tal-ippakkjar

1.

It-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun ippakkjat f'boroż ġodda, nodfa, nexfin u sħaħ b'piż nett ta' 25 kilogramm.

2.

Il-boroż irid ikollhom mill-anqas tliet saffi, li flimkien jikkorrispondu mill-anqas għal medja ta' TEA ta' 420 J għal kull metru kwadru (/m2).

It-tieni saff għandu jkun miksi b'saff ta' politin ta' mill-anqas 15-il gramma għal kull metru kwadru (/m2).

Ġewwa s-saffi tal-karti, borża tal-politin li tkun ħoxna mill-anqas 0.08 millimetri għandha tkun mgħaqqda mal-qiegħ.

3.

Il-boroż iridu jkunu konformi mal-istandard EN 770.

4.

Waqt il-mili, it-trab irid jiġi ppressat sewwa “l isfel. Trab waħdu mhux ippressat għall-ebda raġuni m'għandu jitħalla jidħol bejn is-saffi differenti.

PARTI VI

It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi tat-trab tal-ħalib xkumat offrut għall-intervent

1.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu skont il-proċedura stabbilita fl-Istandard Internazzjonali ISO 707. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodu ieħor ta' teħid tal-kampjuni dejjem jekk dan ikun iħares il-prinċipji tal-istandard imsemmi hawn fuq.

2.

L-għadd ta' pakketti li għandhom jingħażlu għall-verifiki għal kull kampjun:

(a)

għal offerti li jkun fihom sa 800 borża ta' 25 kilogramm il-waħda: mill-inqas tmienja,

(b)

għal offerti li jkun fihom iktar minn 800 borża ta' 25 kilogramm il-waħda: mill-inqas tmienja, u waħda għal kull 800 borża iktar jew parti minnhom.

3.

Il-piż tal-kampjun: minn kull pakkett għandhom jittieħdu kampjuni ta' mill-anqas 200 gramma.

4.

It-tpoġgija tal-kampjuni fi gruppi: m'għandhomx jingħaqdu iktar minn disa' kampjuni f'daqqa f'kampjun globali.

5.

L-analiżi tal-kampjuni: kull kampjun globali jrid jgħaddi minn analiżi biex ikunu vverifikati l-karatteristiċi kollha tal-kwalità stabbiliti fil-Parti III ta' dan l-Anness.

6.

Meta l-kampjuni jkun fihom xi difetti:

(a)

meta kampjun kompost ikun fih difett f'dak li għandu x'jaqsam ma' parametru wieħed, il-kwantità minn fejn ikun ittieħed il-kampjun għandha titwarrab;

(b)

meta kampjun kompost ikun fih xi difett li għandu x'jaqsam ma' aktar minn parametru wieħed, il-kwantità minn fejn ikun ittieħed il-kampjun għandha titwarrab u għandhom jittieħdu kampjuni mill-kwantitajiet li jkun għad baqa” mill-istess impjant; l-analiżi ta' dawk il-kampjuni għandha tkun deċiżiva. F'dak il-każ:

l-għadd ta' kampjuni mogħti fil-punt 2 għandu jkun irduppjat,

meta kampjun kompost ikun fih xi difett f'dak li għandu x'jaqsam ma' parametru wieħed jew aktar, il-kwantità minn fejn ikun ittieħed il-kampjun għandha titwarrab.


(1)  ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19.

(2)  “Ix-xorrox tal-butir” tfisser il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-butir li jinkiseb wara li titħawwad il-krema u jinfired ix-xaħam solidu.

(3)  In-nuqqas ta' xorrox tal-butir tista' tiġi stabbilita jew permezz ta' spezzjoni fuq il-post tal-impjant tal-produzzjoni mwettqa mingħajr avviż minn qabel mill-inqas darba fil-ġimgħa jew permezz ta' analiżi fil-laboratorju tal-prodott aħhari li jindika l-massimu ta' 69.31 milligramma ta' FEDP għal kull 100 gramma.

(4)  “Ix-xorrox” tfisser il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-ġobon jew tal-kaseina li jinkiseb permezz tal-azzjoni tal-aċidi, tat-tames u/jew ta' proċessi kimiċi u fiżiċi.

(5)  “Ix-xorrox” tfisser il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-ġobon jew tal-kaseina li jinkiseb permezz tal-azzjoni tal-aċidi, tat-tames u/jew ta' proċessi kimiċi u fiżiċi. Il-metodu li għandu jiġi applikat għandu jkun approvat mill-aġenzija tal-intervent.

(6)  Il-ħalib mhux ipproċessat użat għall-manifattura tat-trab tal-ħalib xkumat għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima IX tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.


Lista tal-annessi

ANNESS I

IĊ-ĊEREALI

Parti I

Il-kriterji tal-eleġibbiltà għaċ-ċereali.

Parti II

Ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità msemmija fil-Parti I

Parti III

Definizzjoni ta' materjali oħrajn għajr iċ-ċereali bażiċi ta' kwalità mhix mittiefsa

Parti IV

Il-metodi użati sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-kwalità taċ-ċereali offruti għall-intervent

Parti V

Il-metodu standard sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-materjali l-oħra għajr iċ-ċereali bażiċi ta' kwalità mhix mittiefsa

Parti VI

Il-metodu standard sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-kontenut tal-indewwa

Parti VII

Il-metodu sabiex wieħed jiddeċiedi dwar kemm l-għaġina miksuba mill-qamħ komuni ma twaħħalx u kemm hi tajba biex tinħadem mill-magni

Parti VIII

Il-kalkolu tar-rata tat-telf tal-aspett żġieġi

Parti IX

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz

Parti X

Metodu prattiku sabiex wieħed jikkalkula t-tnaqqis li għandhom japplikaw l-aġenziji tal-intervent għall-prezz tas-sorgu

Parti XI

Il-kalkolu taż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz

Parti XII

Il-metodoloġija għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għaċ-ċereali

ANNESS II

IR-ROSS

Parti I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà ross li jkun għadu fil-ħliefa

Parti II

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezzijiet

Parti III

Il-kriterji għar-rendiment mit-tħin

Parti IV

Il-perċentwali massimi

Parti V

It-tnaqqis fil-prezz għall-ħbub difettużi

Parti VI

Il-metodoloġija għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għar-ross li jkun għadu fil-ħliefa

ANNESS III

IĊ-ĊANGA

Parti I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għaċ-ċanga

Parti II

Il-koeffiċjenti tal-bidla

Parti III

Il-kundizzjonijiet u l-verifiki għat-teħid tal-prodotti

Parti IV

It-tneħħija tal-għadam

Parti V

Il-klassifikazzjoni tal-prodotti

Parti VI

Id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-karkassi, għan-nofsijiet tal-karkassi u għall-kwarti

Parti VII

Il-koeffiċjenti msemmija fl-Artikolu 21(3)

Parti VIII

L-ispeċifikazzjonijiet għat-tneħħija tal-għadam tal-laħam tal-intervent

Parti IX

Id-Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kaxex tal-kartun, il-palits, u l-gaġeġ

Parti X

Prezzijiet individwali tal-qatgħat irrifjutati tal-laħam tal-intervent għall-għanijiet tal-ewwel u tat-tieni subparagrafu tal-Parti IV it-Taqsima (IX)(2) għal dan l-Anness

Parti XI

Il-kontrolli fuq il-prodotti

ANNESS IV

IL-BUTIR

Parti I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-butir

Parti II

It-teħid tal-butir u l-verifiki inizjali tiegħu

Parti III

Il-kriterji għall-approvazzjoni tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 10(1)(e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (parti li tgħodd kemm għall-butir kif ukoll għat-trab tal-ħalib xkumat)

Parti IV

Ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni, il-karatteristiċi tal-kwalità u l-metodi analitiċi

Parti V

It-teħid ta' kampjuni għal analiżi kimika u mikrobijoloġika u għall-evalwazzjoni sensorja

ANNESS V

IT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT

Parti I

Il-kriterji tal-eliġibbiltà għat-trab tal-ħalib xkumat

Parti II

It-teħid tat-trab tal-ħalib xkumat u l-verifiki inizjali tiegħu

Parti III

Il-kriterji għall-approvazzjoni tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 10(1)(e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Parti IV

Ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni, il-karatteristiċi tal-kwalità u l-metodi analitiċi

Parti V

Il-kundizzjonijiet tal-ippakkjar

Parti VI

It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi tat-trab tal-ħalib xkumat offrut għall-intervent

Top