Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0810

Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)

OJ L 243, 15.9.2009, p. 1–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 012 P. 8 - 65

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/810/oj

15.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 243/1


REGOLAMENT (KE) Nru 810/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi

(Kodiċi dwar il-Viżi)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 62 (2) (a) u (b)(ii) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61 tat-Trattat, il-ħolqien ta’ żona fejn il-persuni jistgħu jiċċaqalqu b’mod liberu għandu jkun akkumpanjat minn miżuri fir-rigward tal-kontrolli fuq il-fruntieri esterni, l-asil u l-immigrazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 62(2) tat-Trattat, il-miżuri dwar il-qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-viżi għal soġġorni previsti ta’ mhux aktar minn tliet xhur, inklużi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi mill-Istati Membri.

(3)

Fir-rigward tal-politika dwar il-viżi, l-istabbiliment ta’ “korp komuni” ta’ leġislazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-konsolidazzjoni l-iżvilupp tal-acquis (id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni li jimplimentaw il-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 (2) u l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (3), huwa wieħed mill-komponenti fundamentali ta’ “aktar żvilupp tal-politika komuni dwar il-viżi bħala parti minn sistema fuq ħafna livelli li għandha l-għan li tiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u tittratta l-immigrazzjoni illegali permezz ta’ aktar armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali u tal-prattika ta’ trattament fil-missjonijiet konsulari lokali”, kif iddefinit fil-Programm tal-Aja: it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (4).

(4)

L-Istati Membri għandhom ikunu preżenti jew rappreżentati għall-finijiet ta’ viża fil-pajjiżi terzi kollha li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għal rekwiżiti ta’ viża. L-Istati Membri li m’għandhomx konsulat tagħhom stess f’pajjiż terz partikolari jew f’ċerta parti ta’ pajjiż terz partikolari għandhom jimpenjaw ruħhom biex jikkonkludu arranġamenti dwar rappreżentanza sabiex jiġi evitat sforz sproporzjonat min-naħa tal-applikanti għal viżi biex ikollhom aċċess għal konsulati.

(5)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tranżitu miż-żoni internazzjonali tal-ajruporti sabiex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali. Għaldaqstant ċittadini minn lista komuni ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu meħtieġa li jżommu viża għal tranżitu fl-ajruport. Madankollu, f’każijiet urġenti ta’ fluss massiv ta’ immigranti illegali, l-Istati Membri għandhom jitħallew jimponu tali rekwiżit lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi għajr dawk elenkati fil-lista komuni. Id-deċiżjonijiet individwali tal-Istati Membri għandhom jiġu eżaminati fuq bażi annwali.

(6)

L-arranġamenti għall-ilqugħ tal-applikanti għandhom isiru bir-rispett dovut lid-dinjità umana. L-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża għandhom jitwettqu b’mod professjonali u b’rispett u jkunu proporzjonati għall-objettivi segwiti.

(7)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwalità tas-servizz offrut lill-pubbliku huwa ta’ standard għoli u jsegwi prattika amministrattiva tajba. Huma għandhom jallokaw għadd adegwat ta’ persunal imħarreġ kif ukoll riżorsi suffiċjenti sabiex jiġi ffaċilitat kemm jista’ jkun il-proċess tal-applikazzjoni għall-viża. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipju ta’ “waqfa waħda” ikun applikat għall-applikanti kollha.

(8)

Dment li ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti, għandhom jinħarġu viżi bi dħul multiplu sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-konsulati tal-Istati Membri u biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar bla xkiel għal vjaġġaturi frekwenti jew regolari. Applikanti magħrufa mill-konsulat għall-integrità u l-affidabbiltà tagħhom għandhom kemm jista’ jkun possibbli jibbenefikaw minn proċedura simplifikata.

(9)

Minħabba r-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) kif stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (5) il-preżentazzjoni personali tal-applikant – mill-inqas għall-ewwel applikazzjoni – għandha tkun waħda mir-rekwiżiti bażiċi għall-applikazzjoni għal viża.

(10)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura tal-viża ta’ kull applikazzjoni sussegwenti, għandu jkun possibbli li jiġu kkupjati marki tas-swaba’ mill-ewwel daħla fil-VIS fi żmien 59 xahar. Ladarba dan il-perijodu ta’ żmien ikun għadda, il-marki tas-swaba’ għandhom jerġgħu jinġabru.

(11)

Kull dokument, data jew identifikatur bijometriku li jirċievi Stat Membru fil-proċess tal-applikazzjoni għal viża se jitqies bħala dokument konsulari skont il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24 ta’ April 1963 u se jiġi ttrattat b’mod adegwat.

(12)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (6) tapplika għall-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali konformement ma’ dan ir-Regolament.

(13)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura, għandhom ikunu previsti diversi forom ta’ kooperazzjoni bħar-rappreżentanza limitata, il-kolokazzjoni, Ċentri Komuni ta’ Applikazzjoni, rikors għal konsli onorarji u kooperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi, b’kont meħud b’mod partikolari tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data stipulati fid-Direttiva 95/46/KE. L-Istati Membri għandhom, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jiddeterminaw it-tip ta’ struttura organizzattiva li ser jużaw f’kull wieħed mill-pajjizi terzi.

(14)

Huwa meħtieġ li jsiru provvedimenti għal sitwazzjonijiet li fihom Stat Membru jiddeċiedi li jikkoopera mal-fornitur estern tas-servizzi għall-ġbir ta’ applikazzjonijiet. Tali deċiżjoni tista’ tittieħed jekk, f’ċirkostanzi partikolari jew għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni lokali, il-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn fil-forma ta’ rappreżentanza, rappreżentanza limitata, kolokazzjoni jew Ċentru Komuni għall-Applikazzjoni ma tkunx adatta għall-Istat Membru kkonċernat. Tali arranġamenti għandhom jiġi stabbiliti konformement mal-prinċipji ġenerali għall-ħruġ ta’ viżi, u mar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ta’ data mniżżlin fid-Direttiva 95/46/KE. Barra dan, għandu jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġi evitat il-visa shopping waqt l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ tali arranġamenti.

(15)

Fejn Stat Membru ddeċieda li jikkoopera ma’ fornitur estern tas-servizzi, huwa għandu jżomm il-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw applikazzjonijiet direttament fil-konsulati tiegħu jew uffiċċji konsulari.

(16)

Stat Membru għandu jikkoopera ma’ fornitur estern tas-servizzi abbażi ta’ strument legali li għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet preċiżi tiegħu, dwar aċċess dirett u totali għall-bini tiegħu, informazzjoni għall-applikanti, kunfidenzjalità u dwar iċ-ċirkostanzi, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għas-sospensjoni jew it-tmiem tal-kooperazzjoni.

(17)

Dan ir-Regolament, billi jippermetti lill-Istati Membri jikkooperaw ma’ fornituri esterni tas-servizzi għall-ġbir tal-applikazzjonijiet filwaqt li jistabbilixxi l-prinċipju ta’ “waqfa waħda” għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, joħloq deroga mir-regola ġenerali dwar il-preżentazzjoni personali f’missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari. Dan huwa bla ħsara għall-possibbiltà li l-applikant jissejjaħ għal intervista personali.

(18)

Il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen hija kruċjali għall-applikazzjoni armonizzata tal-politika komuni dwar il-viżi u biex issir valutazzjoni tajba tar-riskji migratorji u/jew ta’ sigurtà. Minħabba d-differenzi fiċ-ċirkostanzi lokali, l-applikazzjoni operattiva ta’ dispożizzjonijiet leġislattivi partikolari għandha tkun evalwata fost il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri f’postijiet individwali sabiex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet leġislattivi biex jiġu evitati il-visa shopping u trattament differenti tal-applikanti għal viża.

(19)

Id-data statistika hija mezz importanti għall-monitoraġġ tal-movimenti migratorji u tista’ sservi bħala għodda effiċjenti ta’ ġestjoni. Għalhekk, tali data għandha tkun ikkompilata b’mod regolari f’format komuni.

(20)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (7).

(21)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta emendi għall-Annessi ta’ dan ir-Regolament. Ladarba dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(22)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament fuq livell operattiv, għandhom jitfasslu Istruzzjonijiet dwar il-prattika u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri meta jipproċessaw l-applikazzjonijiet għal viża.

(23)

Għandu jiġi stabbilit sit Internet komuni għal viża ta’ Schengen biex titjieb il-viżibbiltà u l-immaġini uniformi tal-politika komuni dwar il-viżi. Tali sit ser iservi bħala mezz biex jipprovdi lill-pubbliku ġenerali bl-informazzjoni kollha rilevanti rigward l-applikazzjoni għal viża.

(24)

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri adatti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(25)

Ir-Regolament VIS, u r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 a’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen) (8) għandhom jiġu emendati sabiex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(26)

Ftehimiet bilaterali konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi li jimmiraw li jiffaċilitaw l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-viżi jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(27)

Meta Stat Membru jospita l-Logħob Olimpiku u l-Logħob Paralimpiku, għandha tapplika skema partikolari li tiffaċilita l-ħruġ ta’ viżi lill-membri tal-Familja Olimpika.

(28)

Ladarba l-għan dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment tal-proċeduri u kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għal tranżitu minn jew soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri li ma jeċċedux tliet xhur fi kwalunkwe perijodu ta’ sitt xhur, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u għaldaqstant jista’ jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(29)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(30)

Il-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew il-ħruġ ta’ viżi ma jaffettwawx ir-regoli li bħalissa jirregolaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar.

(31)

Konformement mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta minnu, u lanqas ma hija suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Minħabba li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara d-data ta’ adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(32)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (9) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (10) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(33)

Għandu jsir arranġament biex ir-rappreżentanti tal-Iżlanda u tan-Norveġja jkunu jistgħu jkunu assoċjati max-xogħol tal-kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi tagħha taħt dan ir-Regolament preżenti. Tali arranġament ġie kkontemplat fl-Iskambju ta’ Ittri bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda u n-Norveġja rigward kumitati li jassistu l-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha (11), anness għall-Ftehim imsemmi hawn fuq. Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill abbozz ta’ rakkomandazzjoni bil-ħsieb tan-negozjar ta’ dan l-arranġament.

(34)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (12), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (13) dwar il-konklużjoni ta’ dak il-Ftehim.

(35)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE (14) dwar l-iffirmar ta’ dak il-Protokoll.

(36)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (15). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(37)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 li tikkonċerna t-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (16). Għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tar-Regolament u mhijiex marbuta minnu jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(38)

Dan ir-Regolament, ħlief għall-Artikolu 3, jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jiżviluppaw l-acquis ta’ Schengen jew li b’mod ieħor huma relatati miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għal tranżitu mit-territorju tal-Istati Membri jew soġġorni previsti fihom, li ma jkunux ta’ iktar minn tliet xhur fi kwalunkwe perijodu ta’ sitt xhur.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz, li jrid ikun fil-pussess ta’ viża meta jaqsam il-fruntieri esterni tal-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit (17), u dan mingħajr preġudizzju:

(a)

għad-drittijiet ta’ moviment liberu li jgawdu minnhom ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni,

(b)

għad-drittijiet ekwivalenti li jgawdu ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, li, taħt ftehimiet bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u dawn il-pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, igawdu drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom.

3.   Dan ir-Regolament jelenka wkoll il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ tranżitu liberu stabbilit fl-Anness 9 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Avjazzjoni Ċivili ta’ Chicago u jistabbilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għall-finijiet ta’ tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti tal-Istati Membri.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhix ċittadina tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat;

(2)

“viża” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru bl-għan ta’:

(a)

tranżitu mit-territorju tal-Istati Membri jew soġġorn previst fihom ta’ tul ta’ mhux aktar minn tliet xhur fi kwalunkwe perijodu ta’ sitt xhur mill-ewwel data ta’ dħul fit-territorju tal-Istati Membri,

(b)

tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti tal-Istati Membri;

(3)

“viża uniformi” tfisser viża valida għat-territorju kollu tal-Istati Membri;

(4)

“viża b’validità territorjali limitata” tfisser viża valida għat-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ diversi Stati Membri, iżda mhux kollha;

(5)

“viża għal tranżitu fl-ajruport” tfisser viża valida għal tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali ta’ ajruport wieħed jew ta’ diversi ajruporti tal-Istati Membri;

(6)

“sticker tal-viża” tfisser il-format uniformi għall-viżi kif definit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (18);

(7)

“dokument tal-ivvjaġġar rikonoxxut” tfisser dokument tal-ivvjaġġar rikonoxxut minn Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri għall-fini li jitwaħħlu l-viżi;

(8)

“folja separata għat-twaħħil tal-viża” tfisser il-format uniformi għal formoli għat-twaħħil tal-viża maħruġin mill-Istati Membri lil persuni li għandhom dokumenti tal-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istat Membru li jfassal il-formola kif definit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 fuq format uniformi għall-formuli biex titwaħħal il-viża maħruġa mill-Istati Membri lill-persuni li jkollhom dokumenti għall-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istat Membru li jirrediġu l-formola (19);

(9)

“konsulat” tfisser missjoni diplomatika ta’ Stat Membru jew uffiċċju konsulari ta’ Stat Membru, awtorizzati li joħorġu l-viżi, u mmexxija minn uffiċjal konsulari ta’ karriera kif definit mill-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24 ta’ April 1963;

(10)

“applikazzjoni” tfisser applikazzjoni għal viża;

(11)

“intermedjarju kummerċjali” tfisser aġenzija amministrattiva privata, kumpannija tat-trasport jew aġenzija tal-ivvjaġġar (operaturi turistiċi u bejjiegħa bl-imnut).

TITOLU II

VIŻA GĦAL TRANŻITU FL-AJRUPORT

Artikolu 3

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi meħtieġa li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport

1.   Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness VII għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri.

2.   F’każijiet urġenti ta’ fluss massiv ta’ immigranti illegali, l-Istati Membri individwali jistgħu jeħtieġu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi diversi minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-tali deċiżjonijiet, qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ, u bl-irtirar ta’ tali rekwiżit ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport.

3.   Fil-qafas tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 52(1), dawk in-notifiki għandhom jiġu riveduti fuq bażi annwali bil-ħsieb li l-pajjiż terz ikkonċernat jiġi trasferit għal-lista mniżżla fl-Anness VII.

4.   Jekk il-pajjiż terż mhuwiex trasferit għall-lista mħejjia fl-Anness IV, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jżomm, sakemm il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 2 jiġu sodisfatti, jew jirtira r-rekwiżit ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport.

5.   Il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport prevista fil-paragrafi 1 u 2:

(a)

id-detenturi ta’ viża uniformi valida, viża nazzjonali ta’ żjarat fit-tul jew permess ta’ residenza maħruġin mill-Istat Membru;

(b)

iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom permessi ta’ residenza validi, u li huma elenkati fl-Anness V, maħruġin minn Andorra, il-Kanada, il-Ġappun, San Marino jew mill-Istati Uniti tal-Amerika li jiggarantixxu r-ritorn mingħajr kwalifika tad-detentur;

(c)

iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom viża valida għal Stat Membru jew għal Stat parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta’ Mejju 1992, il-Kanada, il-Ġappun, jew l-Istati Uniti tal-Amerika, jew meta huma jiġu lura minn dawk il-pajjiżi wara li jkunu użaw il-viża;

(d)

il-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 1(2)(a);

(e)

id-detenturi tal-passaporti diplomatiċi;

(f)

l-ekwipaġġ tat-titjiriet li huma ċittadini ta’ Parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

TITOLU III

PROĊEDURI U KONDIZZJONIJIET GĦALL-ĦRUĠ TA’ VIŻI

KAPITOLU I

Awtoritajiet li jipparteċipaw fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet

Artikolu 4

Awtoritajiet li huma kompetenti biex jieħdu sehem fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet

1.   L-applikazzjonijiet għal viża għandhom jiġu eżaminati mill-konsulati li għandhom ukoll jieħdu deċiżjoni dwarhom.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu eżaminati u tittieħed deċiżjoni dwarhom mal-fruntieri esterni tal-Istati Membri mill-awtoritajiet responsabbli għal kontrolli fuq il-persuni, skont l-Artikoli 35 u 36.

3.   Fit-territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ezaminati u tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-awtoritajiet nominati mill-IstatMembru kkonċernat.

4.   Stat Membru jista’ jeħtieġ l-involviment ta’ awtoritajiet diversi minn dawk nominati taħt il-paragrafi 1 u 2 fl-eżami tal-applikazzjonijiet u fit-teħid ta’ deċiżjoni dwarhom.

5.   Stat Membru jista’ jitlob li jiġi kkonsultat jew infurmat minn Stat Membru ieħor skont l-Artikoli 22 u 31.

Artikolu 5

Stat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni u jieħu deċiżjoni dwarha

1.   L-Istat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni għal viża uniformi u jieħu deċiżjoni dwarha għandu jkun:

(a)

l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jikkostitwixxi d-destinazzjoni unika taż-żjara(t),

(b)

jekk iż-żjara tinkludi aktar minn destinazzjoni waħda, l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jikkostitwixxi d-destinazzjoni prinċipali taż-żjara(t) fir-rigward tat-tul jew l-għan taż-żjara, jew

(c)

jekk ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata l-ebda destinazzjoni prinċipali, l-Istat Membru li l-applikant bi ħsiebu jaqsam il-fruntieri esterni tiegħu biex jidħol fit-territorju tal-Istati Membri.

2.   L-Istat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni għal viża uniformi għall-fini ta’ tranżitu u jieħu deċiżjoni dwarha għandu jkun:

(a)

fil-każ ta’ tranżitu minn Stat Membru wieħed biss, l-Istat Membru kkonċernat, jew

(b)

fil-każ ta’ tranżitu minn diversi Stati Membri, l-Istat Membru li l-applikant bi ħsiebu jaqsam l-fruntiera esterna tiegħu biex jibda t-tranżitu.

3.   L-Istat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni għal viża għal tranżitu fl-ajruport u jieħu deċiżjoni dwarha għandu jkun:

(a)

fil-każ ta’ tranżitu f’ajruport uniku, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab l-ajruport ta’ tranżitu, jew

(b)

fil-każ ta’ tranżitu doppju jew multiplu f’ajruport, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab l-ewwel ajruport ta’ tranżitu.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jipprevjenu li applikazzjoni ma tkunx tista’ tiġi eżaminata u tittieħed deċiżjoni dwarha minħabba li l-Istat Membru li huwa kompetenti skont il-paragrafi 1 sa 3 la huwa preżenti u lanqas huwa rappreżentat fil-pajjiż terz fejn l-applikant jippreżenta l-applikazzjoni skont l-Artikolu 6.

Artikolu 6

Kompetenza territorjali konsulari

1.   Applikazzjoni għal viża għandha tiġi eżaminata u tittieħed deċiżjoni dwarha mill-konsulat tal-Istat Membru kompetenti li l-applikant jirresjedi legalment fil-gurisdizzjoni tiegħu.

2.   Il-konsulat tal-Istat Membru kompetenti għandu jeżamina u jiddeċiedi dwar applikazzjoni mressqa minn ċittadin ta’ pajjiż terz preżenti legalment li madankollu ma jirresjedix fil-ġurisdizzjoni tiegħu, jekk il-konsulat iqis li l-applikant ikun iġġustifika li ressaq l-applikazzjoni fil-konsulat imsemmi.

Artikolu 7

Kompetenza għall-ħruġ ta’ viżi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti legalment fit- territorju ta’ Stat Membru

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma preżenti legalment fit-territorju ta’ Stat Membru u li huma meħtieġa jkollhom viża biex jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar għandhom japplikaw għal viża fil-konsulat tal-Istat Membru li hu kompetenti skont l-Artikolu 5(1) jew (2).

Artikolu 8

Arranġamenti dwar rappreżentanza

1.   Stat Membru jista’ jaqbel li jirrappreżenta Stat Membru ieħor li hu kompetenti skont l-Artikolu 5 għall-fini li jeżamina l-applikazzjonijiet u joħroġ il-viżi f’isem dak l-Istat Membru. Stat Membru jista’ wkoll jirrappreżenta Stat Membru wieħed jew aktar b’mod limitat biss għall-ġbir tal-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi.

2.   Meta jikkunsidra li jiċħad viża, il-konsulat tal-Istat Membru li qed jirrappreżenta għandu jippreżenta l-applikazzjoni lill-awtoritajiet relevanti tal-Istat Membru rappreżentat sabiex huma jkunu jistgħu jieħdu d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 23(1), (2) jew (3).

3.   Il-ġbir u t-trasmissjoni ta’ fajls u data lill-Istat Membru rappreżentat għandhom jitwettqu b’konformità mar-regoli rilevanti tal-protezzjoni tad-data u regoli tas-sigurtà.

4.   Għandu jiġi stabbilit arranġament bilaterali bejn l-Istat Membru rappreżentant u l-Istat Membru rappreżentat li fih l-elementi li ġejjin:

(a)

għandu jispeċifika t-tul ta’ tali rappreżentanza, anki jekk temporanju, u l-proċeduri għat-tmiem tagħha;

(b)

għandu jun jista’, b’mod partikolari meta l-Istat Membru rappreżentat ikollu konsulat fil-pajjiż terz ikkonċernat, jipprovdi għal uffiċċji, persunal u ħlasijiet mill-Istat Membru rappreżentat;

(c)

għandu jun jista’ jistabbilixxi li l-applikazzjonijiet minn ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom jiġu trasmessi mill-Istat Membru rappreżentant lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru rappreżentat għal konsultazzjoni minn qabel, kif previst fl-Artikolu 22;

(d)

b’deroga mill-paragrafu 2, għandu jun jista’ jawtorizza lill-konsulat tal-Istat Membru rappreżentant li jiċħad il-ħruġ ta’ viża wara l-eżami tal-applikazzjoni.

5.   L-Istati Membri li m’għandhomx konsulat tagħhom stess f’pajjiż terz għandhom jimpenjaw ruħhom li jikkonkludu arranġamenti dwar rappreżentanza ma’ Stati Membri li għandhom konsulati f’dak il-pajjiż.

6.   Bil-ħsieb li jkun żgurat li infrastruttura ta’ trasport fqira jew distanzi twal f’reġjun speċifiku jew żona ġeografika ma jeħtieġux sforz sproporzjonat min-naħa tal-applikanti tal-viża biex ikollhom aċċess għal konsulat, l-Istati Membri li m’għandhomx konsulat tagħhom stess f’dak ir-reġjun jew dik iż-żona għandhom jimpenjaw ruħhom li jikkonkludu arranġamenti dwar rappreżentanza mal-Istati Membri li għandhom konsulati f’dak ir-reġjun jew dik-iż-żona.

7.   L-Istat Membru rappreżentat għandu jinnotifika l-arranġamenti dwar rappreżentanza jew it-tmiem ta’ tali arranġamenti lill-Kummissjoni qabel ma huma jidħlu fis-seħħ jew qabel ma jintemmu.

8.   Fl-istess ħin, il-konsulat tal-Istat Membru rappreżentant għandu jinforma kemm lill-konsulati tal-Istati Membri l-oħrajn kif ukoll lid-delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-ġurisdizzjoni kkonċernata dwar l-arranġamenti dwar rappreżentanza jew it-tmiem ta’ arranġamenti bħal dawn qabel ma jidħlu fis-seħħ jew qabel ma jintemmu.

9.   Jekk il-konsulat tal-Istat Membru rappreżentant jiddeċiedi li jikkoopera ma’ fornitur ta’ servizzi esterni skont l-Artikolu 43 jew ma’ intermedjarji kummerċjali akkreditati, skont l-Artikolu 45, tali kooperazzjoni għandha tinkludi l-applikazzjonijiet koperti mill-arranġamenti dwar rappreżentanza. L-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru rappreżentat għandhom ikunu infurmati minn qabel dwar il-modilitajiet ta’ din il-kooperazzjoni.

KAPITOLU II

L-applikazzjoni

Artikolu 9

Modalitajiet prattiċi għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal viża

1.   L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati mhux aktar minn tliet xhur qabel il-bidu taż-żjara prevista. Id-detenturi ta’ viżi bi dħul multiplu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni qabel l-iskadenza tal-viża valida għal perijodu ta’ mill-anqas sitt xhur.

2.   L-applikanti jistgħu jkunu meħtieġa jiksbu appuntament għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni. Il-ħatra għandha, bħala regola, isseħħ fi żmien ġimagħtejn mid-data meta ntalbet il-ħatra.

3.   F’każijiet ta’ urġenza ġġustifikati, l-applikanti għandhom jitħallew mill-konsulat jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom jew mingħajr appuntament, jew għandu jingħata appuntament minnufih.

4.   L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati fil-konsulat mill-applikant jew mill-intermedjarji kummerċjali akkreditati, kif previst fl-Artikolu 45(1), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, jew skont l-Artikoli 42 jew 43.

Artikolu 10

Regoli ġenerali għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni

1.   L-applikanti għandhom jidhru personalment meta jippreżentaw applikazzjoni, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13, 42, 43 u 45.

2.   Il-konsulati jistgħu jirrinunzjaw r-rekwiżit imsemmifil-paragrafu 1 meta l-applikant hu magħruf minnhom għall-integrità u l-kredibbiltà tiegħu.

3.   Meta jippreżenta applikazzjoni, l-applikant għandu:

(a)

jippreżenta formola tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 11;

(b)

jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar skont l-Artikolu 12;

(c)

jippreżenta ritratt skont l-istandards stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1683/95 jew, fejn il-VIS hija operattiva konformement mal-Artikolu 48 tar-Regolament VIS, skont l-istandards mniżżlin fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;

(d)

jippermetti t-teħid tal-marki tas-swaba’ tiegħu skont l-Artikolu 13, fejn meħtieġ;

(e)

iħallas it-tariffa tal-viża skont l-Artikolu 16;

(f)

jipprovdi dokumenti ta’ sostenn skont l-Artikolu 14 u l-Anness II;

(g)

fejn meħtieġ, jipprovdi prova tal-pussess ta’ assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, skont l-Artikolu 15.

Artikolu 11

Il-formola tal-applikazzjoni

1.   Kull applikant għandu jippreżenta formola tal-applikazzjoni kompluta u ffirmata, kif stipulat fl-Anness I. Il-persuni inklużi fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant għandhom jippreżentaw formola tal-applikazzjoni separata. Il-minuri għandhom jippreżentaw formola tal-applikazzjoni ffirmata minn persuna li qiegħda teżerċita awtorità ta’ ġenitur permanenti jew temporanja jew tutela legali.

2.   Il-konsulati għandhom jagħmlu l-formola tal-applikazzjoni disponibbli b’mod mifrux għall-pubbliku u faċilment aċċessibbli għall-applikanti mingħajr ħlas.

3.   Il-formola għandha tkun disponibbli fil-lingwi li ġejjin:

(a)

il-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li għalih qiegħda tintalab il-viża,

(b)

il-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż ospitant,

(c)

il-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż ospitant u l-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li għalih qiegħda tintalab il-viża, jew

(d)

fil-każ ta’ rappreżentanza, il-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru rappreżentant.

Barra mil-lingwi msemmijin fil-punt a), il-formola tista’ ssir disponibbli f’lingwa oħra mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

4.   Jekk il-formola tal-applikazzjoni ma tkunx disponibbli fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-pajjiż ospitant, għandu jkun hemm disponibbli separatament traduzzjoni tagħha f’dawk il-lingwi għall-applikanti.

5.   It-traduzzjoni tal-formola tal-applikazzjoni fil-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż ospitant għandha ssir skont il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen skont l-Artikolu 48.

6.   Il-konsulat għandu jinforma lill-applikanti dwar il-lingwa/i li jistgħu jintużaw meta jimlew il-formola tal-applikazzjoni.

Artikolu 12

Dokument tal-ivvjaġġar

L-applikant għandu jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar validu li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-validità tiegħu għandha testendi mill-anqas tliet xhur wara d-data prevista tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri jew, fil-każ ta’ diversi żjarat, wara l-aħħar data prevista tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri. Madankollu, f’każ ta’ emerġenza ġġustifikat, dan l-obbligu jista’ jiġi rinunzjat;

(b)

għandu jkun fih mill-anqas żewġ paġni vojta;

(c)

għandu jkun inħareġ fl-għaxar snin preċedenti.

Artikolu 13

Identifikaturi bijometriċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru l-identifikaturi bijometriċi tal-applikant li jkunu jikkonsistu f’ritratt tiegħu u għaxar marki tas-swaba’ tiegħu konformement mas-salvagwardji stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

2.   Fil-mument ta’ preżentazzjoni tal-ewwel applikazzjoni, l-applikant għandu jkun meħtieġ jidher personalment. F’dak il-ħin għandhom jinġabru l-identifikaturi bijometriċi tal-applikant, li ġejjin:

ritratt, skannjat jew meħud fi żmien l-applikazzjoni, u

għaxar marki tas-swaba’ meħudin ċatti u miġbura b’mod diġitali.

3.   Meta l-marki tas-swaba’ miġbura mill-applikant bħala parti minn applikazzjoni aktar bikrija jkunu ddaħħlu għall-ewwel darba fil-VIS anqas minn 59 xahar qabel id-data tal-applikazzjoni l-ġdida, huma għandhom jiġu kkopjati għall-applikazzjoni sussegwenti.

Madankollu, f’każ ta’ dubji raġonevoli dwar l-identità tal-applikanti, il-konsulat għandu jiġbor l-marki tas-swaba’ fil-perijodu speċifikat fl-ewwel subparagrafu.

Barra minn hekk, jekk fil-waqt li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, ma jistax jiġi kkonfermat minnufih li l-marki tas-swaba’ inġabru fil-perijodu speċifikat fl-ewwel subparagrafu, l-applikant jista’ jitlob li jinġabru.

4.   Konformement mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament VIS, ir-ritratt mehmuż ma’ kull applikazzjoni għandu jiddaħħal fil-VIS. L-applikant mhux ser ikun meħtieġ jidher personalment għal dan l-iskop.

Ir-rekwiżiti tekniċi għar-ritratt għandhom ikunu konformi mal-istandards internazzjonali kif stabbiliti fid-dokument 9303 parti 1, is-sitt edizzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).

5.   Il-marki tas-swaba’ għandhom jittieħdu skont l-istandards ICAO u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/648/KE tat-22 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards għall-karatteristiċi bijometriċi relatati mal-iżvilupp tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (20).

6.   L-identifikaturi bijometriċi għandhom jinġabru minn persunal kkwalifikat u debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(1), (2) u (3). Taħt is-superviżjoni tal-konsulati, l-identifikaturi bijometriċi jistgħu wkoll jinġabru minn persunal kwalifikat u debitament awtorizzat ta’ konslu onorarju kif imsemmi fl-Artikolu 42 jew ta’ fornitur estern tas-servizzi kif imsemmi fl-Artikolu 43. L-Istat jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom, f’każ ta’ dubju, jipprovdu għall-possibbiltà ta’ verifika tal-marki tas-swaba’ li ttieħdu mill-fornitur estern tas-servizzi.

7.   L-applikanti li ġejjin għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’:

(a)

tfal li jkollhom anqas minn 12-il sena;

(b)

persuni li għalihom huwa fiżikament impossibbli li jitteħdulhom il-marki tas-swaba’. Jekk ikun possibbli li jittieħdu l-marki ta’ inqas minn għaxar swaba’, għandu jittieħed in-numru massimu ta’ marki tas-swaba’. Madankollu, jekk l-impossibbiltà tkun temporanja, l-applikant għandu jkun meħtieġ li jagħti l-marki tas-swaba’ fl-applikazzjoni li jmiss. L-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(1), (2) u (3) għandhom ikunu intitolati jitolbu aktar ċarezza fir-rigward tar-raġunijiet ta’ impossibbiltà temporanja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri adatti li jiggarantixxu d-dinjità tal-applikant fil-każ li jkun hemm diffikultajiet fir-reġistrazzjoni;

(c)

il-kapijiet tal-Istat jew gven u membri tal-gvern nazzjonali akkumpanjati minn żwieġhom, u l-membri tad-delegazzjoni uffiċjali tagħhom meta mistienda mill-gvernijiet tal-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal skop uffiċjali;

(d)

sovrani u membri għolja oħrajn ta’ familja rjali, meta jkunu mistiedna minn gvernijiet ta’ Stati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal skop uffiċjali.

8.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 7, id-daħla “mhux applikabbli” m’għandhiex tiġi introdotta fil-VIS konformement mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar il-VIS.

Artikolu 14

Dokumenti ta’ sostenn

1.   Meta japplika għal viża uniformi, l-applikant għandu jippreżenta:

(a)

dokumenti li jindikaw l-fini tal-vjaġġ;

(b)

dokumenti relatati mal-akkomodazzjoni, jew prova ta’ biżżejjed mezzi biex ikopri l-akkomodazzjoni tiegħu;

(c)

dokumenti li jindikaw li l-applikant għandu biżżejjed mezzi finanzjarji ta’ sussistenza kemm għat-tul tas-soġġorn previst kif ukoll għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tiegħu ta’ oriġini jew ta’ residenza jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew li huwa f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi legalment, skont l-Artikolu 5(1)(c) u (3) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;

(d)

informazzjoni li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-intenzjoni tal-applikant li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tiskadi l-viża li għaliha saret l-applikazzjoni.

2.   Meta japplika għal viża għal tranżitu fl-ajruport, l-applikant għandu jippreżenta:

(a)

dokumenti rigward il-vjaġġ ‘il barra lejn id-destinazzjoni finali wara t-tranżitu previst fl-ajruport;

(b)

informazzjoni li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-intenzjoni tal-applikant li ma jidħolx fit-territorju tal-Istati Membri.

3.   L-Anness II jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta’ dokumenti ta’ sostenn li l-konsulat jista’ jeħtieġ mill-applikant sabiex jivverifika jekk ikunux ġew issodisfatti l-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafi 1 u 2.

4.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-applikanti jippreżentaw prova ta’ sponsorizzazzjoni u/jew ta’ akkomodazzjoni privata billi jimlew formola mfassla minn kull Stat Membru. Dik il-formola għandha tindika b’mod partikolari:

(a)

jekk l-għan tagħha huwiex li tipprovdi prova ta’ sponsorizzazzjoni u/jew ta’ akkomodazzjoni;

(b)

jekk l-ospitant huwiex individwu, kumpannija jew organizzazzjoni;

(c)

l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-ospitant;

(d)

l-applikant(i) mistiednin;

(e)

l-indirizz tal-akkomodazzjoni;

(f)

it-tul u l-għan tas-soġġorn;

(g)

irbit familjari possibbli mal-ospitant.

Minbarra l-lingwa/i uffiċjali tal-Istati Membri, il-formola għandha titfassal mill-anqas f’lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-formola għandha tipprovdi lill-persuna li qiegħda tiffirma l-formola bl-informazzjoni skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament dwar il-VIS.Għandu jiġi notifikat kampjun tal-formola lill-Kummissjoni.

5.   Fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen, għandha tiġi vvalutata l-ħtieġa li jiġu kkompletati u armonizzati l-listi tad-dokumenti ta’ sostenn f’kull ġurisdizzjoni sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali.

6.   Il-Konsulati jistgħu jirrinunzjaw waħda jew aktar mir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 fil-każ ta’ applikanti li huma jafu li huma ta’ integrità u kredibbiltà, b’mod partikolari l-użu legali ta’ viżi preċedenti, jekk m’hemm l-ebda dubju li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5(1) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen meta jsir il-qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

Artikolu 15

Assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar

1.   L-applikanti għal viża uniformi għal dħul wieħed jew tnejn għandhom jipprovaw li għandhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida li tkopri kwalunkwe kwalunkwe spiża li tista’ tinqala’ marbuta mar-ripatrijazzjoni għal raġunijiet mediċi, attenzjoni medika urġenti u/jew trattament ta’ emerġenza jew mewt, fi sptar matul is-soġġorn(i) tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri.

2.   L-applikanti għal viża uniformi għal aktar minn żewġ daħliet (“dħul multiplu”) għandhom jipprovaw li għandhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida li tkopri l-perijodu tal-ewwel żjara prevista tagħhom.

Barra minn hekk, dawn l-applikanti għandhom jiffirmaw id-dikjarazzjoni, imniżżla fil-formola tal-applikazzjoni, li tiddikjara li huma konxji mir-rekwiżit li jkollhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar għal soġġorni sussegwenti.

3.   L-assigurazzjoni għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Istati Membri u tkopri l-perijodu kollu tas-soġġorn jew tat-tranżitu previst tal-persuna. Il-kopertura minima għandha tkun ta’ EUR 30 000.

Meta tinħareġ viża b’validità territorjali limitata li tkopri t-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, il-kopertura tal-assigurazzjoni għandha tkun valida tal-anqas fl-Istati Membri kkonċernati.

4.   Fil-prinċipju, l-applikanti għandhom jagħmlu assigurazzjoni fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom. Fejn dan mhux possibbli, huma għandhom jagħmlu assigurazzjoni fi kwalunkwe pajjiż ieħor.

Meta persuna oħra tagħmel assigurazzjoni f’isem l-applikant, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

5.   Huma u jivvalutaw jekk l-assigurazzjoni hijiex adegwata, il-konsulati għandhom jaċċertaw li l-pretensjonijiet kontra l-kumpannija tal-assigurazzjoni jkunux rekuperabbli fi Stat Membru.

6.   Ir-rekwiżit tal-assigurazzjoni jista’ jitqies li ġie sodisfatt meta jkun ġie stabbilit li wieħed jista’ jassumi livell adegwat ta’ assigurazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni professjonali tal-applikant. L-eżenzjoni mill-preżentazzjoni tal-prova tal-assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar tista’ tikkonċerna lil gruppi professjonali partikolari, bħall-baħrin, li diġà huma koperti minn assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar bħala riżultat tal-attivitajiet professjonali tagħhom.

7.   Id-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li jkollhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida.

Artikolu 16

It-tariffa tal-viża

1.   L-applikanti għandhom iħallsu tariffa tal-viża ta’ EUR 60.

2.   Tfal mill-età ta’ sitt snin sa mhux aktar minn 12-il sena għandhom iħallsu tariffa tal-viża ta’ EUR 35.

3.   It-tariffa tal-viża għandha tiġi riveduta sabiex tkun tirrifletti l-ispejjeż amministrattivi.

4.   It-tariffa tal-viża għandha tiġi rinunzjata għal applikanti li jagħmlu parti minn waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

it-tfal taħt sitt snin;

(b)

it-tfal tal-iskola, l-istudenti, l-istudenti fil-livell postuniversitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu soġġorni għall-fini ta’ studju jew ta’ taħriġ edukattiv;

(c)

riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jivvjaġġaw għall-iskop li jwettqu riċerka xjentifika kif definit fir-Rakkomandazzjoni Nru 2005/761/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ mill-Istati Membri ta’ viżi uniformi ta’ soġġorn qasir għal riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jivvjaġġaw fil-Komunità għall-iskop li jwettqu riċerka xjentifika (21);

(d)

ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ li m’għandhomx aktar minn ħamsa u għoxrin sena li jipparteċipaw f’seminars, konferenzi, avvenimenti kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ.

5.   It-tariffa tal-viża tista’ tiġi rinunzjata għal:

(a)

tfal mill-età ta’ sitt snin sa mhux aktar minn tnax-il sena;

(b)

detenturi ta’ passaporti diplomatiċi u ta’ servizz;

(c)

parteċipanti li m’għandhomx aktar minn ħamsa u għoxrin sena li jipparteċipaw f’seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ.

Fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jarmonizzaw l-applikazzjoni ta’ dawn l-eżenzjonijiet.

6.   F’każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa tal-viża li għandha tiġi imposta tista’ tiġi rinunzjata jew imnaqqsa meta din il-miżura sservi biex tippromwovi interessi kulturali jew sportivi kif ukoll interessi fil-qasam tal-politika estera, il-politika tal-iżvilupp u oqsma oħrajn ta’ interess pubbliku vitali jew għal raġunijiet umanitarji.

7.   It-tariffa tal-viża għandha tiġi imposta f’Euro, fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz jew fil-munita li hi normalment użata fil-pajjiż terz fejn qiegħda tiġi preżentata l-applikazzjoni u għandha tkun mingħajr il-possibbiltà ta’ rifużjoni minbarra fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 18(2) u 19(3).

Meta l-ammont tat-tariffa tal-viża jkun impost f’munita li mhijiex l-Euro, l-ammont tat-tariffa tal-viża impost f’dik il-munita għandu jkun determinat u rivedut b’mod regolari fl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju ta’ referenza esterna tal-EURO stabblita mill-Bank Ċentrali Ewropew. L-ammont impost jista’ jiżdied sal-eqreb ċifra u l-konsulati għandhom jiżguraw li jiġu imposti tariffi simili skont arranġamenti ta’ kooperazzjoni lokali ta’ Schengen.

8.   L-applikant għandu jingħata rċevuta għat-tariffa tal-viża mħallsa.

Artikolu 17

It-tariffa tas-servizz

1.   Tista’ tiġi imposta tariffa għas-servizz addizzjonali minn fornitur estern ta’ servizzi kif hemm imsemmi fl-Artikolu 43. It-tariffa għas-servizz għandha tkun proporzjonata għall-ispejjeż magħmula mill-fornitur estern ta’ servizz waqt li jwettaq kompitu wieħed jew aktar imsemmijin fl-Artikolu 43(6).

2.   It-tariffa għas-servizzi għandha tkun speċifikata fl-istrument legali msemmi fl-Artikolu 43(2).

3.   Fil-qafas tal-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffa għas-servizz li tintalab lill-applikant tirrifletti b’mod debitu s-servizzi offruti mill-fornitur estern tas-servizzi u tkun adattata għaċ-ċirkostanzi lokali. Barra minn hekk, huma għandu jkollhom l-għan li jarmonizzaw it-tariffa applikata għas-servizzi.

4.   It-tariffa għas-servizzi m’għandhiex taqbeż nofs l-ammont tat-tariffa għall-viża mniżżla fl-Artikolu 16(1) irrispettivament mit-tnaqqis ta’ jew l-eżenzjonijiet possibbli mit-tariffa għall-viża kif previst fl-Artikolu 16(2), (4), (5) u (6).

5.   L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tagħhom.

KAPITOLU III

Eżami ta’ applikazzjoni u teħid ta’ deċiżjoni dwarha

Artikolu 18

Verifika ta’ kompetenza konsulari

1.   Meta tiġi preżentata applikazzjoni, il-konsulat għandu jivverifika jekk huwiex kompetenti biex jeżaminaha u jieħu deċiżjoni dwarha skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6.

2.   Jekk il-konsulat mhuwiex kompetenti, dan għandu mingħajr dewmien irodd lura l-formola tal-applikazzjoni u kwalunkwe dokument ippreżentat mill-applikant, jirrimborsa t-tariffa għall-viża, u jindika liema konsulat huwa kompetenti.

Artikolu 19

Ammissibbiltà

1.   Il-konsulat kompetenti għandu jivverifika jekk:

l-applikazzjoni tkunx ġiet ippreżentata fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 9(1),

l-applikazzjoni jkunx fiha l-punti msemmijin fil-punti (a) sa (c) tal-l-Artikolu 10(3),

tkunx inġabret id-data bijometrika tal-applikant, u

tkunx inġabret it-tariffa tal-viża.

2.   Fejn il-konsulat kompetenti jikkonkludi li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-applikazzjoni hi ammissibbli u l-konsulat għandu:

isegwi l-proċeduri deskritti fl-Artikolu 8 tar-Regolament VIS, u

ikompli jeżamina l-applikazzjoni.

Id-data għandha tiddaħħal fil-VIS biss minn persunal konsulari debitament awtorizzat skont l-Artikoli 6(1), 7, 9(5) u 9(6) tar-Regolament VIS.

3.   Fejn il-konsulat kompetenti jikkonkludi li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew sodisfatti, l-applikazzjoni mhijiex ammissibbli u l-konsulat għandu mingħajr dewmien:

irodd lura l-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti kollha ppreżentati mill-applikant,

jeqred id-data bijometrika miġbura,

jirrimborsa t-tariffa tal-viża, u

ma jeżaminax l-applikazzjoni.

4.   B’deroga, applikazzjoni li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 tista’ titqies ammissibbli għal raġunijiet umanitarji jew għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali.

Artikolu 20

Timbru li jindika li l-applikazzjoni hi ammissibbli

1.   Meta applikazzjoni hi ammissibbli, il-konsulat kompetenti għandu jittimbra d-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant. It-timbru għandu jkun skont il-mudell imniżżel fl-Anness III u għandu jitwaħħal skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Anness.

2.   Il-passaporti diplomatiċi, tas-servizz/uffiċjali u dawk speċjali m’għandhomx ikunu ttimbrati.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-konsulati tal-Istati Membri sad-data li fiha l-VIS issir kompletament operattiva fir-reġjuni kollha, skont l-Artikolu 48 tar-Regolament VIS.

Artikolu 21

Verifika tal-kondizzjonijiet ta’ dħul u stima tar-riskju

1.   Fl-eżami ta’ applikazzjoni għal viża uniformi, għandu jiġi aċċertat jekk l-applikant jissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a), (c), (d) u (e) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari lill-istima dwar jekk l-applikant ikunx jippreżenta riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju għas-sigurtà tal-Istati Membri u jekk l-applikant huwiex bi ħsiebu jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li għaliha qiegħda ssir applikazzjoni.

2.   Fir-rigward ta’ kull applikazzjoni, il-VIS għandha tiġi kkonsultata skont l-Artikoli 8 (2) u 15 tar-Regolament VIS. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir użu sħiħ tal-kriterji kollha tar-riċerka taħt l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-VIS sabiex jiġi evitat li jsiru ċaħdiet u identifikazzjonijiet foloz.

3.   Fil-verifika dwar jekk l-applikant jissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ dħul, il-konsulat għandu jivverifika:

(a)

li d-dokument tal-ivvjaġġar li qiegħed jiġi ppreżentat mhuwiex falz, kontrafatt jew iffalsifikat;

(b)

il-ġustifikazzjoni tal-applikant tal-iskop u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst, u li huwa/hija għandu mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst u għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew ta’ residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew li hu f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;

(c)

jekk l-applikant huwiex persuna li fir-rigward tagħha tkun inħarġet twissija fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul;

(d)

li l-applikant mhuwiex ikkunsidrat theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika kif definit fl-Artikolu 2 punt 19 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi wieħed mill-Istati Membri, u partikolarment fejn ma tkun inħarġet l-ebda twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-iskop ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;

(e)

li l-applikant għandu fil-pussess tiegħu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli.

4.   Fejn meħtieġ, il-konsulat għandu jivverifika t-tul tas-soġġorni preċedenti u dawk previsti sabiex jivverifika li l-applikant ma qabiżx it-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri, irrispettivament mis-soġġorni potenzjali awtorizzati minn viża nazzjonali għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru ieħor.

5.   Il-mezzi ta’ sussistenza għas-soġġorn previst għandhom jiġu vvalutati skont it-tul u l-fini tas-soġġorn u b’referenza għall-prezzijiet medji fl-Istat jew Stati Membri kkonċernati għall-ikel u l-irqad f’akkomodazzjoni rħisa, immultiplikat bin-numru ta’ jiem ta’ soġġorn, abbażi tal-ammonti ta’ referenza stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 34(1)(c) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen. Dikjarazzjoni ta’ garanzija u/jew akkomodazzjoni privata tista’ tikkostitwixxi wkoll evidenza ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza.

6.   Fl-eżami ta’ applikazzjoni għal viża għal tranżitu fl-ajruport, il-konsulat għandu, b’mod partikolari jivverifika:

(a)

li d-dokument tal-ivvjaġġar li qiegħed jiġi ppreżentat mhuwiex falz, kontrafatt jew iffalsifikat;

(b)

il-punti tat-tluq u tad-destinazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat u l-koerenza tal-itinerarju previst u t-tranżitu fl-ajruport;

(c)

il-prova tal-vjaġġ ‘il barra lejn id-destinazzjoni finali.

7.   L-eżami ta’ applikazzjoni għandu jkun ibbażat b’mod partikolari fuq l-awtentiċità u l-affidabbiltà tad-dokumenti ppreżentati u fuq il-veraċità u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-applikant.

8.   Waqt l-eżami ta’ applikazzjoni, il-konsulati jistgħu jsejħu lill-applikant għal intervista u jitolbu dokumenti addizzjonali.

9.   Ċaħda ta’ viża preċedenti m’għandhiex twassal għal ċaħda awtomatika ta’ applikazzjoni ġdida. Applikazzjoni ġdida għandha tkun ivvalutata abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli.

Artikolu 22

Konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn

1.   Stat Membru jista’ jitlob lill-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn sabiex jikkonsultaw lill-awtoritajiet ċentrali tiegħu matul l-eżami tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ tali ċittadini. Tali konsultazzjoni m’għandhiex tapplika għall-applikazzjonijiet għal viżi għal tranżitu fl-ajruport.

2.   L-awtoritajiet ċentrali kkonsultati għandhom iwieġbu definittivament fi żmien sebat ijiem kalendarji minn meta jiġu kkonsultati. In-nuqqas ta’ rispons qabel din l-iskadenza għandha tfisser li huma m’għandhomx raġunijiet biex joġġezzjonaw għall-ħruġ tal-viża.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni jew it-tneħħija tat-talba għal din il-konsultazzjoni qabel ma dik il-miżura tkun applikabbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen fil-ġurisdizzjoni kkonċernata.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar it-tali notifiki.

5.   Mid-data tas-sostituzzjoni tan-Netwerk ta’ Konsultazzjoni ta’ Schengen, kif imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament VIS, il-konsultazzjoni minn qabel għandha ssir skont l-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 23

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għandhom jiġu deċiżi fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni li hija ammissibbli skont l-Artikolu 19.

2.   Dak il-perijodu jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ 30 jum kalendarju f’każijiet individwali, notevolment meta huwa meħtieġ skrutinju aktar dettaljat tal-applikazzjoni jew fil-każ ta’ rappreżentanza fejn jiġu kkonsultati l-awtoritajiet tal-Istat Membru rappreżentat.

3.   Eċċezzjonalment, meta tkun meħtieġa dokumentazzjoni addizzjonali f’każijiet speċifiċi, dan il-perijodu jista’ jiġi estiż sa mhux aktar minn 60 jum kalendarju.

4.   Sakemm l-applikazzjoni ma tkunx ġiet irtirata, għandha tittieħed deċiżjoni sabiex:

(a)

tinħareġ viża uniformi, skont l-Artikolu 24,

(b)

tinħareġ viża b’validità territorjali limitata, skont l-Artikolu 25,

(c)

tinċaħad viża, skont l-Artikolu 32, jew

(d)

ma jkomplix l-eżami tal-applikazzjoni u jittrasferiha lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru rappreżentat skont l-Artikolu 8(2).

Il-fatt li t-teħid tal-marki tas-swaba’ ma jkunx fiżikament possibbli, skont l-Artikolu 13(7)(b), m’għandux jinfluwenza l-ħruġ jew iċ-ċaħda ta’ viża.

KAPITOLU IV

Il-ħruġ tal-viża

Artikolu 24

Ħruġ ta’ viża uniformi

1.   Il-perijodu ta’ validità ta’ viża u t-tul tas-soġġorn awtorizzat għandhom ikunu bbażati fuq l-eżami mwettaq skont l-Artikolu 21.

Il-viża tista’ tinħareġ għal numru ta’ dħul li jista’ jkun wieħed, tnejn jew aktar. Il-perijodu ta’ validità m’għandux jaqbeż il-ħames snin.

Fil-każ ta’ tranżitu, it-tul tas-soġġorn awtorizzat għandu jikkorrispondi għaż-żmien meħtieġ għall-fini tat-tranżitu.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(a), il-perijodu ta’ validità tal-viża għandu jinkludi “perijodu ta’ konċessjoni” addizzjonali ta’ 15-il jum.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux dan il-perijodu ta’ konċessjoni għal raġunijiet ta’ politika pubblika jew minħabba r-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(a), il-viżi bi dħul multiplu għandhom jinħarġu b’perjodu ta’ validità ta’ bejn sitt xhur u ħames snin, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-applikant jipprova l-ħtieġa jew jiġġustifika l-intenzjoni li jivvjaġġa ta’ spiss u/jew regolarment, partikolarment minħabba l-istat okkupazzjonali jew familjari tiegħu, bħan-negozjanti, l-impjegati taċ-Ċivil li jkollhom kuntatti uffiċjali regolari mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, ir-rappreżentant tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-fini ta’ taħriġ edukattiv, is-seminars u l-konferenzi, il-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-Unjoni, il-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fl-Istati Membri kif ukoll baħrin, u

(b)

l-applikant jipprova l-integrità u l-kredibilità tiegħu, b’mod partikolari l-użu legali tal-viżi uniformi preċedenti jew il-viżi b’validità territorjali limitata, is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini u l-intenzjoni ġenwina tiegħu li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li għaliha qiegħda ssir l-applikazzjoni.

3.   Id-data mniżżla fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament VIS għandha tiddaħħal fil-VIS meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ tali viża.

Artikolu 25

Ħruġ ta’ viża b’validità territorjali limitata

1.   Viża b’validità territorjali limitata għandha tinħareġ eċċezzjonalment, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-Istat Membru kkonċernat iqis li huwa meħtieġ, għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali,

(i)

b’deroga mill-prinċipju li għandhom ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a), (c), (d) u (e), tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;

(ii)

biex tinħareġ viża minkejja l-oġġezjoni mill-Istat Membru kkonsultat skont l-Artikolu 22 għall-ħruġ ta’ viża uniformi; jew

(iii)

biex tinħareġ visa għal raġunijiet ta’ urġenza, għalkemm ma tkunx twettqet il-konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 22,

jew

(b)

meta għal raġunijiet meqjusa ġustifikati mill-konsulat, tinħareġ viża ġdida għal soġġorn matul l-istess perjodu ta’ sitt xhur lil applikant li, tul dan il-perjodu ta’ sitt xhur, diġà jkun uża viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata li ppermettiet soġġorn ta’ tliet xhur.

2.   Viża b’validità territorjali limitata għandha tkun valida għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġha. Eċċezzjonalment hi tista’ tkun valida għat-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, suġġett għall-kunsens ta’ kull Stat Membru.

3.   Jekk l-applikant ikollu dokument tal-ivvjaġġar li ma jkunx rikonoxxut minn Stat Membru wieħed jew iżjed, iżda mhux minn kollha, għandha tinħareġ viża valida għat-territorju tal-Istati Membri li jirrikonoxxu d-dokument tal-ivvjaġġar. Jekk l-Istat Membru li joħroġha ma jirrikonoxxix id-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant, il-viża maħruġa għandha tkun valida biss għal dak l-Istat Membru.

4.   Meta tkun inħarġet viża b’validità territorjali limitata fil-każijiet deskritti fil-paragrafu 1(a), l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru li joħroġha għandu jiċċirkola l-informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien, permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament VIS.

5.   Id-data mniżżla fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament VIS għandha tiddaħħal fil-VIS meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ tali viża.

Artikolu 26

Ħruġ ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport

1.   Viża għal tranżitu fl-ajruport għandha tkun valida għal tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali ta’ ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(a), il-perijodu ta’ validità tal-viża għandu jinkludi “perijodu ta’ konċessjoni” addizzjonali ta’ 15-il jum.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux dan il-perijodu ta’ konċessjoni għal raġunijiet ta’ politika pubblika jew minħabba r-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(a), il-viżi għal tranżitu fl-ajruport bi dħul multiplu jistgħu jinħarġu b’perjodu ta’ validità ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

4.   Il-kriterji li ġejjin huma b’mod partikolari rilevanti għat-teħid tad-deċiżjoni biex jinħarġu viżi għal tranżitu fl-ajruport bi dħul multiplu:

(a)

il-ħtieġa tal-applikant ta’ tranżitu frekwenti u/jew regolari, u

(b)

l-integrità u l-affidibbiltà tal-applikant, b’mod partikolari l-użu skont il-liġi ta’ viżi uniformi preċedenti, ta’ viżi b’validità territorjali limitata jew ta’ viżi għal tranżitu fl-ajruport, is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu u l-intenzjoni ġenwina tiegħu li jkompli bil-vjaġġ tiegħu.

5.   Meta l-applikant huwa meħtieġ li jkollu viża għal tranżitu fl-ajruport skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2), il-viża għal tranżitu fl-ajruport għandha tkun valida meta jgħaddu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati.

6.   Id-data mniżżla fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament dwar il-VIS għandha tiddaħħal fil-VIS meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ tali viża.

Artikolu 27

Il-mili tal-isticker tal-viża

1.   Meta timtela l-isticker tal-viża, għandhom jiddaħħlu l-annotamenti obbligatorji stabbiliti fl-Anness X u timtela l-parti li tista’ tinqara mill-magna, kif previst fid-dokument tal-ICAO 9303, Parti 2.

2.   L-Istati Membri jistgħu jżidu annotamenti nazzjonali fit-taqsima tal-“kummenti” tal-isticker tal-viża, li m’għandhomx jiddupplikaw l-annotamenti obbligatorji fl-Anness VII.

3.   L-annotamenti kollha fuq l-isticker tal-viża għandhom jiġu stampati u m’għandha ssir l-ebda bidla manwali fl-isticker tal-viża stampata.

4.   L-istickers tal-viża jista’ jimtlew manwalment fil-każ biss ta’ force majeure teknika. M’għandha ssir l-ebda bidla fl-isticker tal-viża stampata li tkun imtliet manwalment.

5.   Meta l-isticker tal-viża timtela manwalment skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, din l-informazzjoni għandha tiddaħħal fil-VIS skont l-Artikolu 10(1)(k) tar-Regolament VIS.

Artikolu 28

Invalidar tal-istickers tal-viżi mimlijin

1.   Jekk jinstab żball fuq sticker tal-viża li tkun għadha ma twaħħlitx fuq id-dokument tal-ivvjaġġar, l-isticker tal-viża għandha tiġi invalidata.

2.   Jekk jinstab żball wara li l-isticker tal-viża tkun twaħħlet fuq id-dokument tal-ivvjaġġar, l-isticker tal-viża għandha tkun invalidata billi jitpinġa salib b’inka li ma titħassarx fuq l-isticker tal-viża u titwaħħal sticker tal-viża ġdida fuq paġna differenti.

3.   Jekk jinstab żball wara li tkun ġiet introdotta d-data rilevanti fil-VIS skont l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament VIS, l-iżball għandu jiġi kkoreġut skont l-Artikolu 24(1) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 29

Twaħħil tal-istickers tal-viża

1.   L-isticker stampata tal-viża li fiha d-data prevista fl-Artikolu 27 u fl-Anness VII tal-viża għandha titwaħħal mad-dokument tal-ivjaġġar skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VIII.

2.   Fejn l-Istat Membru li joħroġ il-viża ma jirrikonoxxix id-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant, il-folja separata għandha tintuża għat-twaħħil ta’ viża.

3.   Meta l-isticker tal-viża tkun twaħħlet mal-folja separata għat-twaħħil tal-viża, din l-informazzjoni għandha tiddaħħal fil-VIS skont l-Artikolu 10(1)(j) tar-Regolament VIS.

4.   Il-viżi individwali maħruġa lil persuni li huma inklużi fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant għandhom jitwaħħlu f’dak id-dokument tal-ivvjaġġar.

5.   Fejn id-dokument tal-ivvjaġġar li fih ikunu ġew inklużi dawn il-persuni mhuwiex rikonoxxut mill-Istat Membru tal-ħruġ, l-isticker tal-viżi individwali għandhom jitwaħħlu fuq il-folji separati għat-twaħħil tal-viżi.

Artikolu 30

Drittijiet li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ viża

Is-sempliċi pussess ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata ma jikkonferix dritt awtomatiku ta’ dħul.

Artikolu 31

Informazzjoni tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn

1.   Stat Membru jista’ jeħtieġ li l-awtoritajiet ċentrali tiegħu jiġu infurmati dwar viżi maħruġa minn konsulati ta’ Stati Membri oħrajn lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi speċifiċi jew lil kategoriji speċifiċi ta’ tali ċittadini, minbarra fil-każ ta’ viżi għal tranżitu fl-ajruport.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni jew it-tneħħija tar-rekwiżit għal tali informazzjoni qabel ma dik il-miżura tkun applikabbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll fi ħdan il-kooperazzjoni ta’ Schengen fil-ġurisdizzjoni kkonċernata.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar it-tali notifiki.

4.   Mid-data msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament VIS, l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa skont l-Artikolu 16(3) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 32

Ċaħda ta’ viża

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(1), viża għandha tinċaħad:

(a)

jekk l-applikant:

(i)

jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li hu falz, kontrafatt jew iffalsifikat;

(ii)

ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst;

(iii)

ma jipprovdix prova ta’ mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst jew għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew mhuwiex f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;

(iv)

ikun diġà qagħad għal tliet xhur matul il-perijodu preżenti ta’ sitt xhur fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata;

(v)

hu persuna li nħarġitilha twissija fis-SIS għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul;

(vi)

hu meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika kif definita fl-Artikolu 2 punt 19 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi wieħed mill-Istati Membri, u partikolarment fejn tkun inħarġet twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;

(vii)

ma jagħtix prova li għandu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli;

jew

(b)

jekk ikun hemm dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokumenti ta’ sostenn ippreżentati mill-applikant jew dwar il-veraċità tal-kontenut tagħhom, dwar il-kredibbiltà tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-applikant jew l-intenzjoni tiegħu li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li għaliha qiegħda ssir applikazzjoni.

2.   Deċiżjoni għaċ-ċaħda u r-raġunijiet li fuqhom hi bbażata għandhom jiġu nnotifikati lill-applikant permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI.

3.   L-applikanti li tkun inċaħditilhom viża għandu jkollhom id-dritt għall-appell. L-appelli għandhom jitmexxew kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti b’informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ appell, kif speċifikat fl-Anness VI.

4.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8(2), il-konsulat tal-Istat Membru rappreżentant għandu jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni meħuda mill-Istat Membru rrappreżentat.

5.   L-informazzjoni dwar il-viża miċħuda għandha tiddaħħal fil-VIS skont l-Artikolu 12 tar-Regolament VIS.

KAPITOLU V

Modifika ta’ viża maħruġa

Artikolu 33

Estensjoni

1.   Il-perijodu ta’ validità u/jew it-tul tas-soġġorn ta’ viża maħruġa għandhom jiġu estiżi fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tqis li d-detentur tal-viża jkun ipprovda prova ta’ force majeure jew raġunijiet umanitarji li ma ħallewħx jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ validità jew tad-durata tas-soġġorn awtorizzat mill-viża. Din l-estensjoni għandha tingħata mingħajr ħlas.

2.   Il-perjodu ta’ validità u/jew it-tul ta’ soġġorn ta’ viża maħruġa għandu jiġi estiż jekk id-detentur tal-viża jipprovdi prova ta’ raġunijiet personali serji li jiġġustifikaw l-estensjoni tal-perijodu ta’ validità jew it-tul tas-soġġorn. Għandha titħallas tariffa ta’ EUR 30 għal tali estensjoni.

3.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-awtorità li testendi l-viża, il-validità territorjali tal-viża estiża għandha tibqa’ l-istess bħal dik tal-viża oriġinali.

4.   L- awtorità kompetenti għall-estensjoni tal-viża għandha tkun dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun preżenti fil-mument tal-applikazzjoni għal estensjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni liem huma l-awtoritajiet kompetenti għall-estensjoni tal-viżi.

6.   L-estensjoni tal- viżi għandha tieħu l-forma ta’ sticker tal-viża.

7.   L-informazzjoni dwar viża estiża għandha tiddaħħal fil-VIS skont l-Artikolu 14 tar-Regolament VIS.

Artikolu 34

Annullament u revoka

1.   Viża għandha tiġi annullata fejn isir evidenti li l-kondizzjonijiet għall-ħruġ tal-viża ma ġewx sodisfatti fiż-żmien tal-ħruġ tagħha, b’mod partikolari jekk hemm raġunijiet serji biex wieħed jaħseb li l-viża nkisbet b’mod frodulenti. Fil-prinċipju, viża għandha tiġi annullata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża. Viża tista’ tiġi revokata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, f’liema każ l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għandu jkun infurmat b’tali revoka.

2.   Viża għandha tkun revokata meta jsir evidenti li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tagħha m’għadhomx ikunu sodisfatti. Viża fil-prinċipju għandha tkun revokata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li jkun ħariġha. Viża tista’ tiġi annullata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, f’liema każ l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għandu jkun infurmat b’tali annullament.

3.   Viża tista’ tiġi revokata fuq it-talba tad-detentur tal-viża. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li ħarġu l-viża għandhom ikunu infurmati b’tali revoka.

4.   In-nuqqas tad-detentur tal-viża li jipproduċi, mal-fruntiera, wieħed jew aktar dokumenti ta’ sostenn imsemmijin fl-Artikolu 14(3), m’għandux iwassal awtomatikament għal deċiżjoni ta’ annullament jew revoka tal-viża.

5.   Jekk viża hija annullata jew revokata, għandu jiġi mehmuż magħha timbru li jiddikjara “ANNULLATA” jew “REVOKATA” u l-varjazzjoni ottika tal-isticker tal-viża, il-fattur ta’ sigurtà ta’ “effett ta’ xbieha moħbija” kif ukoll il-kelma ‘viża’ għandhom jitħassru billi jiġu ingassati.

6.   Deċiżjoni dwar l-annullament jew ir-revoka ta’ viża u r-raġunijiet li fuqhom hi bbażata għandhom jiġu nnotifikati lill-applikant permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI.

7.   Id-detentur tal-viża li l-viża tiegħu tkun ġiet annullata jew revokata għandu jkollu d-dritt tal-appell, sakemm il-viża ma tkunx ġiet revokata fuq it-talba tiegħu skont il-paragrafu 3. L-appelli għandhom jitmexxew kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-annullament jew ir-revoka u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti b’informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ appell, kif speċifikat fl-Anness VI.

8.   L-informazzjoni dwar viża annullata jew revokata għandha tiddaħħal fil-VIS, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament VIS.

KAPITOLU VI

Viżi maħruġa fuq il-fruntieri esterni

Artikolu 35

Applikazzjonijiet għal viżi fuq il-fruntieri esterni

1.   F’każijiet eċċezzjonali, il-viżi jistgħu jinħarġu f’punti ta’ qsim tal-fruntieri jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-applikant jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a), (c), (d) u (e) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;

(b)

l-applikant ma kienx f’pożizzjoni li japplika għal viża minn qabel u jippreżenta, fejn meħtieġ, dokumenti ta’ sostenn li jissostanzjaw ir-raġunijiet imprevedibbli u imperattivi għad-dħul, u

(c)

ir-ritorn tal-applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu jew ir-residenza jew it-tranżitu minn Stati li mhumiex Stati Membri li jimplimentaw bis-sħiħ l-acquis ta’ Schnegen ikun meqjus bħala ċert.

2.   Meta ssir applikazzjoni għal viża mal-fruntiera esterna, jista’ jitneħħa r-rekwiżit li l-applikant ikollu fil-pussess tiegħu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar meta t-tali assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar mhijiex disponibbli f’dak il-punt tal-qsim tal-fruntieri jew għal raġunijiet umanitarji.

3.   Viża maħruġa mal-fruntiera esterna għandha tkun viża uniformi, li tintitola lid-detentur għal soġġorn ta’ tul ta’ mhux aktar minn 15-il jum, li jiddependi fuq l-fini u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst. Fil-każ ta’ tranżitu, it-tul tas-soġġorn awtorizzat għandu jikkorrispondi għaż-żmien meħtieġ għall-fini tat-tranżitu.

4.   Fejn ma jiġux sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) a), (c), (d) u (e) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen, l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-viża mal-fruntiera jistgħu joħorġu viża b’validità territorjali limitata għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-viża biss, skont l-Artikolu 25(1)(a) ta’ dan ir-Regolament.

5.   Ċittadin ta’ pajjiż terz li jaqa’ f’kategorija ta’ persuni li għalihom tkun meħtieġa konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 22, m’għandux, fil-prinċipju, tinħariġlu viża mal-fruntiera esterna.

Madankollu, mal-fruntiera esterna tista’ tinħareġ viża b’validità territorjali limitata għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-viża għal dawn il-persuni f’każijiet eċċezzjonali, skont l-Artikolu 25(1)(a).

6.   Minbarra r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-viża previsti fl-Artikolu 32(1) viża għandha tkun miċħuda fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera, jekk il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu ma jkunux sodisfatti.

7.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-ġustifikazzjoni u n-notifika taċ-ċaħdiet u d-dritt tal-appell stabbilit fl-Artikolu 32(3)u l-Anness VI.

Artikolu 36

Viżi maħruġa lill-baħħara fi tranżitu fuq il-fruntiera esterna

1.   Baħri li huwa mitlub li jkollu viża meta jaqsam il-fruntieri esterni tal-Istati Membri jista’ jingħata viża għal fini ta’ tranżitu mal-fruntiera fejn:

(a)

jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(1), u

(b)

ikun qiegħed jaqsam taqsam il-fruntiera inkwistjoni sabiex jimbarka fuq, jerġa’ jimbarka fuq jew jiżbarka minn fuq vapur li fuqu hu ser jaħdem jew fejn ħadem bħala baħri.

2.   Qabel ma joħorġu viża mal-fruntiera lil baħri fi tranżitu, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness IX, u jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa dwar il-baħri inkwistjoni tkun ġiet skambjata permezz ta’ formola għal baħrin fi tranżitu mimlija b’mod adatt, kif stabbilit fit-Tieni parti tal-Anness IX.

3.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35(3), (4) u (5).

TITOLU IV

ĠESTJONI U ORGANIZZAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 37

Organizzazzjoni tat-taqsimiet tal-viżi

1.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jorganizzaw it-taqsimiet tal-viża tal-konsulati tagħhom.

Bil-għan ta’ prevenzjoni ta’ kwalunkwe tnaqqis fil-livell ta’ viġilanza u biex il-persunal ikun imħares milli jkun espost għal pressjoni fuq livell lokali, għandhom jitwaqqfu skemi ta’ rotazzjoni għall-persunal li jittratta direttament mal-applikanti, fejn xieraq. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil strutturi ċari ta’ xogħol u għal allokazzjoni/diviżjoni distinta tar-responsabbiltajiet fir-rigward tat-teħid tad-deċiżjonijiet finali dwar l-applikazzjonijiet. L-aċċess għall-konsultazzjoni tal-VIS u s-SIS u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandu jkun ristrett għal numru limitat tal-persunal debitament awtorizzati. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi prevenut l-aċċess mhux awtorizzat għal dawn il-bażijiet ta’ data.

2.   Il-ħażna u l-ġestjoni tal-istickers tal-viża għandhom ikunu suġġetti għal miżuri ta’ sigurtà adatti biex jiġu evitati l-frodi jew it-telf. Kull konsulat għandu jżomm kont tal-istokk ta’ stickers tal-viża tiegħu u jirreġistra kif intużat kull sticker tal-viża.

3.   Il-konsulati tal-Istati Membri għandhom iżommu arkivji tal-applikazzjonijiet. Kull fajl individwali għandu jkun fih il-formola tal-applikazzjoni, il-kopji tad-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, reġistrazzjoni tal-kontrolli li saru u n-numru ta’ referenza għall-viża maħruġa, sabiex il-persunal ikun jista’ jibni mill-ġdid, jekk hemm bżonn, l-isfond għad-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni.

Il-fajls individwali tal-applikazzjonijiet għandhom jinżammu għal mhux anqas minn sentejn, mid-data tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 23(1).

Artikolu 38

Riżorsi għall-eżami tal-applikazzjonijiet u l-monitoraġġ tal-konsulati

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn persunal adatt f’għadd suffiċjenti biex iwettqu l-kompiti relatati mal-eżami tal-applikazzjonijiet, b’tali mod li jiżguraw kwalità raġonevoli u armonizzata tas-servizz lill-pubbliku.

2.   L-uffiċċji għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti funzjonali adatti ta’ adegwatezza u jagħtu lok għal miżuri ta’ sigurtà adatti.

3.   L-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ adegwat kemm lill-membri tal-persunal espatrijati kif ukoll lil membri tal-persunal impjegati lokalment u għandhom ikunu responsabbli biex jipprovduhom b’informazzjoni kompluta, preċiża u aġġornata dwar il-liġi Komunitarja u nazzjonali rilevanti.

4.   L-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ frekwenti u adegwat tat-twettiq tal-eżami tal-applikazzjonijiet u għandhom jieħdu miżuri korrettivi meta jinstabu devjazzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 39

Imġiba tal-persunal

1.   Il-konsulati tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu b’korteżija.

2.   Fit-twettiq tad-dmirijet tiegħu, il-persunal konsulari għandu jirrispetta b’mod sħiħ id-dinjità tal-bniedem. Kwalunkwe miżura meħuda għandha tkun proporzjonata għall-objettivi segwiti minn dawn il-miżuri.

3.   Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-persunal konsulari m’għandux jiddiskrimina kontra persuni fuq il-bażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Artikolu 40

Forom ta’ kooperazzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jorganizza l-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet. Fil-prinċipju, l-applikazzjonijiet għandhom jiġi ppreżentati f’konsulat Stat Membru.

2.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jgħammru lill-konsulati u lill-awtoritajiet responsabbli tagħhom għall-ħruġ tal-viżi fil-fruntieri bil-materjal meħtieġ għall-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi, kif ukoll l-uffiċċji tal-konsli onorarji tagħhom, kull meta huma jagħmlu użu minnhom, biex jinġabru identifikaturi bijometriċi skont l-Artikolu 42, u/jew

(b)

jikkooperaw ma’ Stat Membru wieħed jew aktar, fil-qafas ta’ kooperazzjoni lokali ta’ Schengen jew permezz ta’ kuntatti adatti oħrajn, fil-forma ta’ rappreżentazzjoni limitata, kolokazzjoni jew Ċentru Komuni għall-Applikazzjonijiet, skont l-Artikolu 41.

3.   F’ċirkostanzi partikolari jew għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni lokali, bħal meta:

(a)

l-għadd kbir ta’ applikanti ma jippermettix li l-ġbir tal-applikazzjonijiet u tad-data jiġi organizzat b’mod f’waqtu u f’kondizzjonijiet deċenti, jew

(b)

ma jkunx possibbli li tiġi żgurata kopertura territorjali tajba tal-pajjiż terz ikkonċernat b’xi mod ieħor;

u fejn il-forom ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) jirriżultaw mhux adatti għall-Istat Membru kkonċernat, Stat Membru jista’ jikkoopera ma’ fornitur estern tas-servizzi, bħala l-aħħar soluzzjoni possibbli, skont l-Artikolu 43.

4.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-applikant jissejjaħ għal intervista personali, kif previst fl-Artikolu 21(8), l-għażla ta’ forma ta’ organizzazzjoni m’għandhiex tirriżulta fir-rekwiżit tal-preżentazzjoni personali tal-applikant f’aktar minn post wieħed għal preżentazzjoni ta’ applikazzjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifkaw lill-Kummissjoni dwar kif bi ħsiebhom jorganizzaw il-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet f’kull rappreżentanza konsulari.

Artikolu 41

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   Fejn tingħażel il-“kolokazzjoni”, il-persunal tal-konsultati ta’ Stat Membru wieħed jew aktar għandhom iwettqu l-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet (inkluż il-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi) indirizzati lilhom fil-konsulat ta’ Stat Membru ieħor u jikkondividi t-tagħmir ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqblu dwar it-tul ta’ żmien u l-kondizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kolokazzjoni kif ukoll dwar il-proporzjon tat-tariffa għall-viża li għandu jirċievi l-Istat Membru li l-konsulat tiegħu jkun qed jintuża.

2.   Fejn ikunu stabbiliti “Ċentri Komuni għall-Applikazzjonijiet”, il-persunal tal-konsulati ta’ żewġ Stati Membri jew aktar għandu jinġabar f’bini wieħed sabiex l-applikanti jippreżentaw l-applikazzjonijiet (inklużi l-identifikaturi bijometriċi). L-applikanti għandhom jiġu ggwidati lejn l-Istat Membru kompetenti għall-eżaminar ta’ u għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni. L-Istat Membri għandhom jaqblu dwar il-tul ta’żmien ta’, u l-kondizzjonijiet dwar kif tintemm, tali kooperazzjoni kif ukoll dwar il-qsim tal-ispejjeż bejn l-Istati Membri parteċipanti. Stat Membru wieħed għandu jkun responsabbli mill-kuntratti f’relazzjoni mal-loġistika u r-relazzjonijiet diplomatiċi mal-pajjiż ospitant.

3.   Fil-każ li tintemm il-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn, l-Istati Membri għandhom jassiguraw il-kontinwità ta’ servizz sħiħ.

Artikolu 42

Rikors għand konsli onorarji

1.   Konsli onorarji jistgħu wkoll ikunu awtorizzati li jwettqu xi kompiti jew il-kompiti kollha msemmija fl-Artikolu 43(6). Għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex ikunu assigurati s-sigurtà u l-protezzjoni tad-data.

2.   Fejn il-konslu onorarju ma jkunx impjegat taċ-ċivil tal-Istat Membru, it-twettiq ta’ dawk il-kompiti għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness X ħlief għad-dispożizzjonijiet fil-punt D(c) ta’ dak l-Anness.

3.   Fejn il-konslu onorarju ma jkunx impjegat taċ-ċivil tal-Istat Membru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jiġu applikati r-rekwiżiti komparabbli ma’ dawk li jkunu japplikaw kieku l-kompiti jitwettqu mill-konsulat tiegħu.

Artikolu 43

Kooperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi

1.   L-Istati Membri għandhom ifittxu li jikkooperaw ma’ fornitur estern tas-servizzi flimkien ma’ Stat Membru wieħed jew aktar, mingħajr preġudizzju għall-akkwist pubbliku u r-regoli tal-kompetizzjoni.

2.   Kooperazzjoni mal-fornitur estern tas-servizzi għandha tkun ibbażata fuq strument legali li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness X.

3.   L-Istati Membri għandhom, fil-qafas tal-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen, jiskambjaw informazzjoni dwar l-għażla ta’ fornituri esterni tas-servizzi u l-istabbiliment tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-istrumenti legali rispettivi tagħhom.

4.   L-eżami ta’ applikazzjonijiet, intervisti, fejn ikun adatt id-deċiżjoni dwar applikazzjonijiet u l-istampar u t-twaħħil tal-istickers tal-viża għandhom jitwettqu biss mill-konsulat.

5.   Il-fornituri esterni tas-servizzi m’għandux ikollhom aċċess għall-VIS għal kwalunkwe ċirkostanza. L-aċċess għall-VIS għandu jkun riżervat esklużivament għall-persunal debitament awtorizzat tal-konsulati.

6.   Il-fornitur estern tas-servizzi jista’ jkun fdat bit-twettiq b’wieħed jew aktar minn dawn il-kompiti li ġejjin:

(a)

jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti tal-viża u formuli tal-applikazzjoni;

(b)

jinforma lill-applikant dwar id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa, abbażi ta’ lista ta’ verifika;

(c)

jiġbor data u applikazzjonijiet (inkluż ġbir ta’ identifikaturi bijometriċi) u jittrasmetti l-applikazzjoni lill-konsulat;

(d)

jiġbor it-tariffa tal-viża;

(e)

jiġġestixxi l-appuntamenti għall-preżentazzjoni personali fil-konsulat jew għand il-fornitur estern tas-servizzi;

(f)

jiġbor d-dokumenti tal-ivvjaġġar, inkluża notifika ta’ ċaħda jekk applikabbli, mill-konsulat u jgħaddihom lura lill-applikant.

7.   Fl-għażla tal-fornituri esterni tas-servizzi, l-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jiflu s-solvenza u l-affidabbiltà tal-kumpannija, inklużi l-liċenzji meħtieġa, ir-reġistrazzjoni kummerċjali, l-istatuti tal-kumpannija, il-kuntratti bankarji, u għandhom jiżguraw li m’hemm l-ebda konflitt ta’ interessi.

8.   L-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-fornitur estern tas-servizzi magħżul jikkonforma mat-termini u l-kondizzjonijiet assenjati lilu fl-istrument legali msemmi fil-paragrafu 2.

9.   L-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jibqgħu responsabbli għall-konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data u għandhom jiġu ssorveljati konformement mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE.

Il-kooperazzjoni ma’ fornitur estern tas-servizzi m’għandhiex tillimita jew teskludi kwalunkwe responsabbiltà li tirriżulta mil-liġi nazzjonali tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati għal ksur ta’ obbligi fir-rigward tad-data personali ta’ applikanti jew it-twettiq ta’ kompitu wieħed jew aktar msemmija fil-paragrafu 2. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni li tista’ tittieħed direttament kontra l-fornitur estern tas-servizzi skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz ikkonċernat.

10.   L-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu taħriġ lill-fornitur estern tas-servizzi, sal-livell li jikkorrispondi għall-għarfien meħtieġ biex jiġi offrut servizz adatt u informazzjoni suffiċjenti lill-applikanti.

11.   L-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom iwettqu monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-istrument legali msemmi fil-paragrafu 2, inkluż:

(a)

l-informazzjoni ġenerali dwar rekwiżiti tal-viża u formoli ta’ applikazzjoni pprovduti mill-fornitur estern tas-servizzi lill-applikanti;

(b)

il-miżuri tekniċi u organizzattivi tas-sigurtà kollha meħtieġa għall-protezzjoni tad-data personali kontra qerda aċċidentali jew illegali jew telfien aċċidentali, alterazzjoni, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari fejn il-kooperazzjoni tkun tinvolvi t-trasmissjoni ta’ fajls u data lill-konsulat tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati, u l-forom illegali l-oħrajn kollha ta’ pproċessar tad-data personali;

(c)

il-ġbir u t-trasmissjoni tal-identifikaturi bijometriċi;

(d)

il-miżuri meħuda biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data.

Għal dan il-għan, il-konsulat jew konsulati tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom, fuq bażi regolari, iwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda fil-kwartieri tal-fornitur estern tas-servizzi.

12.   Fil-każ li tintemm il-kooperazzjoni mal-fornitur estern tas-servizzi, l-Istati Membri għandhom jassiguraw il-kontinwità ta’ servizz sħiħ.

13.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’kopja tal-istrument legali msemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 44

Kriptaġġ u trasferiment sigur ta’ data

1.   Fil-każ ta’ aranġamenti ta’ rappreżentanza bejn Stati Membri u kooperazzjoni tal-Istati Membri Membri ma’ fornitur estern ta’ servizzi u r-rikors għal konsli onorarji, l-Istat jew Stati Membri rappreżentati jew l-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li d-data tkun kompletament kriptata, kemm jekk trasferita elettronikament jew trasferita fiżikament fuq mezz ta’ ħzin elettroniku mill-awtoritajiet tal-Istat Membru rappreżentant lill-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri rappreżentati jew mill-fornitur estern tas-servizzi jew il-konslu onorarju lill-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati.

2.   F’pajjiżi terzi li jipprojbixxu kriptaġġ ta’ data li għandha tiġi trasferita elettronikament mill-awtoritajiet tal-Istat Membru rappreżentant lill-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri jew mill-fornitur estern tas-servizzi jew mill-konslu onorarju lill-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati, l-Istat jew Stati Membri rappreżentati jew l-Istat jew Stati Membri kkonċernati m’għandhomx jippermettu lill-Istati Membri rappreżentant jew lill-fornitur estern tas-servizzi jew lill-konslu onorajru jittrasmettu data elettronikament.

F’tali każ, l-Istat jew Stati Membri rappreżentati jew l-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li d-data elettronika tiġi trasferita fiżikament f’forma kompletament kriptata fuq mezz ta’ ħzin elettroniku mill-awtoritajiet tal-Istat Membru rappreżentant lill-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri rappreżentati jew mill-fornitur estern tas-servizzi jew mill-konslu onorarju lill-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati minn uffiċjal konsulari ta’ Stat Membru jew, fejn tali trasferiment jirrikjedi li jittieħdu miżuri sproporzjonati jew mhux raġonevoli, b’mod sigur ieħor, pereżempju bl-użu ta’ operaturi stabbiliti li għandhom esperjenza fit-trasport ta’ dokumenti u data sensittiva fil-pajjiż terz ikkonċernat.

3.   Fil-każijiet kollha l-livell ta’ sigurtà għat-trasferiment għandu jiġi adattat għan-natura sensittiva tad-data.

4.   L-Istati Membri jew il-Komunità għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu qbil mal-pajjiżi terzi kkonċernati bl-għan li titneħħa l-projbizzjoni kontra l-kriptaġġ ta’ data li għandha tiġi trasferita elettronikament mill-awtoritajiet tal-Istat Membru rappreżentant lill-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri rappreżentati jew mill-fornitur estern tas-servizzi jew mill-konslu onorarju lill-awtoritajiet tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati.

Artikolu 45

Kooperazzjoni tal-Istati Membri ma’ intermedjarji kummerċjali

1.   L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw mal-intermedjarji kummerċjali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, ħlief għall-ġbir ta’ identifikaturi bijometriċi.

2.   Tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-għoti ta’ akkreditazzjoni mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri. B’mod partikolari, l-akkreditazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-verifika tal-aspetti li ġejjin:

(a)

l-istat attwali tal-intermedjarju kummerċjali: il-liċenzja attwali, ir-reġistru kummerċjali, il-kuntratti mal-banek;

(b)

il-kuntratti eżistenti ma’ msieħba kummerċjali bbażati fl-Istati Membri li joffru akkomodazzjoni u servizzi oħrajn ta’ pakketti ta’ vvjaġġar;

(c)

il-kuntratti mal-kumpanniji tat-trasport, li għandhom jinkludu vjaġġ ‘il barra, kif ukoll vjaġġ ta’ ritorn garantit u stabbilit.

3.   L-intermedjarji kummerċjali akkreditati għandhom ikunu monitorjati regolarment permezz ta’ kontrolli fuq il-post li jinvolvu intervisti personali jew bit-telefon mal-applikanti, il-verifika tal-vjaġġi u tal-akkomodazzjoni, il-verifika li l-assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar provduta hija adegwata u tkopri lill-vjaġġaturi individwali, u kulfejn huwa possibbli, il-verifika tad-dokumenti li jirrelataw mar-ritorn tal-grupp.

4.   Fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen, ser tiġi skambjata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-intermedjarji akkreditati dwar l-irregolaritajiet li jiġu skoperti, iċ-ċaħda tal-applikazzjonijiet ippreżentati mill-intermedjarji kummerċjali, u dwar il-forom skoperti ta’ frodi tad-dokumenti u n-nuqqas li jsiru l-vjaġġi skedati.

5.   Fil-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen, għandhom jiġu skambjati listi ta’ intermedjarji kummerċjali li jkunu ngħataw l-akkreditazzjoni minn kull konsulat jew li tkun ġiet irtirata l-akkreditazzjoni tagħhom, flimkien mar-raġunijiet għal tali rtirar.

Kull konsulat għandu jiżgura li l-pubbliku ikun infurmat dwar il-lista tal-intermedjarji kummerċjali akkreditati li jikkoopera magħhom.

Artikolu 46

Ġbir ta’ statistika

L-Istati Membri għandhom jiġbru statistika annwali dwar il-viżi, skont it-tabella stabbilita fl-Anness XII. Din l-istatistika għandha tiġi ppreżentata sal-1 ta’ Marzu għas-sena preċedenti.

Artikolu 47

Informazzjoni lill-pubbliku ġenerali

1.   L-awtoritajiet ċentrali u l-konsulati tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku ġenerali bl-informazzjoni rilevanti kollha f’relazzjoni mal-applikazzjoni għal viża, b’mod partikolari:

(a)

il-kriterji, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex issir applikazzjoni għal viża;

(b)

il-mezzi biex jinkiseb appuntament, jekk applikabbli;

(c)

fejn l-applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata (il-konsulat kompetenti, iċ-Ċentru Komuni għall-Applikazzjonijiet jew il-fornitur estern tas-servizzi esterni);

(d)

l-intermedjarji kummerċjali akkreditati;

(e)

il-fatt li t-timbru kif previst fl-Artikolu 20 m’għandux implikazzjonijiet legali;

(f)

l-iskadenzi għall-eżami tal-applikazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 23(1), (2) u (3);

(g)

il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jew il-kategori speċifiċi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għal konsultazzjoni jew informazzjoni minn qabel;

(h)

li d-deċiżjonijiet negattivi dwar applikazzjonijiet għal viża għandhom ikunu nnotifikati lill-applikant, li tali deċiżjonijiet għandhom jagħtu r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati u li l-applikanti li jkollhom l-applikazzjonijiet imċaħda għandu jkollhom dritt ta’ appell, b’informazzjoni rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ appell, inkluża l-awtorità legali kompetenti, kif ukoll l-iskadenza ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell;

(i)

li s-sempliċi pussess ta’ viża ma jikkonferix dritt awtomatiku ta’ dħul u li d-detenturi tal-viża huma mitluba jippreżentaw prova li huma jissodisfaw il-kondizzjonijiet tad-dħul mal-fruntiera esterna, kif previst fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen.

2.   L-Istat Membru rappreżentant u l-Istat Membru rappreżentat għandhom jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali dwar l-arranġamenti dwar rappreżentanza kif imsemmi fl-Artikolu 8 qabel ma dawn it-tipi ta’ arranġamenti jidħlu fis-seħħ.

TITOLU V

KOOPERAZZJONI LOKALI TA’ SCHENGEN

Artikolu 48

Kooperazzjoni lokali ta’ Schengen fost il-konsulati tal-Istati Membri

1.   Bil-għan li tkun żgurata applikazzjoni armonizzata tal-politika komuni dwar il-viżi filwaqt li jiġu kkunsidrati, fejn adatt, iċ-ċirkostanzi lokali, il-konsulati tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw f’kull ġurisdizzjoni u jevalwaw il-ħtieġa li jistabbilixxu b’mod partikolari:

(a)

lista armonizzata ta’ dokumenti ta’ sostenn li għandhom ikunu ppreżentati mill-applikanti, b’kont meħud tal-Artikolu 14 u tal-Anness IV;

(b)

kriterji komuni għall-eżami ta’ applikazzjonijiet rigward eżenzjonijiet mill-ħlas tat-tariffa tal-viża skont l-Artikolu 16(5) u materji relatati mat-traduzzjoni tal-formola tal-applikazjoni skont l-Artikolu 11(5);

(c)

lista eżawrjenti ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-pajjiż ospitant, li għandha tiġi aġġornata regolarment.

Jekk fir-rigward ta’ wieħed jew iżjed mill-punti (a) sa (c), il-valutazzjoni fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen tikkonferma l-ħtieġa għal approċċ armonizzat lokali, għandhom jiġu adottati miżuri dwar dan l-approċċ skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(2).

2.   Fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen għandha tiġi stabbilita karta ta’ informazzjoni komuni dwar viżi uniformi u viżi b’validità territorjali limitata kif ukoll viżi għal tranżitu fl-ajruport, jiġifieri, id-drittijiet li timplika u l-kondizzjonijiet sabiex wieħed japplika għaliha, inkluża, fejn applikabbli, il-lista ta’ dokumenti ta’ sostenn kif imsemmi fil-paragrafu 1(a).

3.   L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi skambjata fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen:

(a)

stastika ta’ kull xahar dwar il-viżi uniformi, il-viżi b’validità territorjali limitata, il-viżi għal tranżitu fl-ajruport maħruġa, kif ukoll l-għadd ta’ viżi li jkunu ġew miċħuda;

(b)

rigward il-valutazzjoni tar-riskji migratorji u/jew ta’ sigurtà, informazzjoni dwar:

(i)

l-istruttura soċjo-ekonomika tal-pajjiż ospitant;

(ii)

is-sorsi tal-informazzjoni fil-livell lokali, inklużi is-sigurtà soċjali, l-assigurazzjoni tas-saħħa, ir-reġistri fiskali u r-reġistrazzjonijiet tad-dħul u l-ħruġ;

(iii)

l-użu ta’ dokumenti kontrafatti jew foloz;

(iv)

ir-rotot tal-immigrazzjoni illegali;

(v)

iċ-ċaħdiet;

(c)

informazzjoni dwar il-kooperazzjoni mal-kumpanniji tat-trasport;

(d)

informazzjoni dwar il-kumpanniji tal-assigurazzjoni li jipprovdu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata, inkluża l-verifika tat-tip ta’ kopertura u l-ammont possibbli tal-eċċess.

4.   Il-laqgħat ta’ kooperazzjoni lokali ta’ Schengen sabiex jittrattaw speċifikament il-kwistjonijiet operattivi f’relazzjoni mal-applikazzjoni tal-politika komuni dwar il-viża għandhom ikunu organizzati regolarment fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Dawn il-laqgħat għandhom jissejħu fil-ġurisdizzjoni mill-Kummissjoni, dment li ma jkunx miftiehem mod ieħor fuq it-talba tal-Kummissjoni.

Jistgħu jkunu organizzati laqgħat b’suġġett uniku u jistgħu jiġu stabbiliti sotto-gruppi sabiex jistudjaw kwistjonijiet speċifiċi fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen.

5.   Għandhom jitfasslu b’mod sistematiku rapporti u jiġu ċċirkolati lokalment is-sommarji ta’ laqgħat ta’ kooperazzjoni lokali ta’ Schengen. Il-Kummissjoni tista’ tiddelega t-tfassil tar-rapporti lil Stat Membru. Il-konsulati ta’ kull Stat Membru għandhom jibgħatu r-rapporti lill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

Abbażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali fi ħdan kull ġuriżdizzjoni li għandu jkun ippreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Ir-rappreżentanti ta’ konsulati ta’ Stati Membri li ma japplikawx l-acquis Komunitarju fir-rigward tal-viżi, jew ta’ pajjiżi terzi, jistgħu, fuq bażijiet ad hoc, ikunu mistiedna jipparteċipaw f’laqgħat għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-viżi.

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 49

Arranġamenti għal Logħob Olimpiku u Logħob Paralimpiku

L-Istati Membri li jospitaw il-Logħob Olimpiku u l-Logħob Paralimpiku għandhom japplikaw il-proċeduri u l-kondizzjonijiet speċifiċi li jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viża kif stabbilit fl-Anness XI.

Artikolu 50

Emendi għall-Annessi

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament u li jemendaw l-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII u XII għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 52(3).

Artikolu 51

Istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika tal-Kodiċi dwar il-Viżi

L-istruzzjonijiet operattivi dwar l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitfasslu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(2).

Artikolu 52

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, “il-Kumitat tal-Viża”.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha u dment li l-miżuri implimentattivi adottati skont din il-proċedura ma jimmodifikawx id-dispożizzjonjiet essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 53

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:

(a)

arranġamenti dwar rappreżentanza msemmija fl-Artikolu 8;

(b)

il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa mill-Istati Membri individwali li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali li jinsabu fit-territorju tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 3;

(c)

il-formola nazzjonali għal dikjarazzjoni ta’ garanzija u/jew ta’ akkomodazzjoni privata msemmija fl-Artikolu 14(4), fejn applikabbli;

(d)

il-lista tal-pajjiżi terzi li għalihom hija meħtieġa konsultazzjoni minn qabel msemmija fl-Artikolu 22(1);

(e)

il-lista tal-pajjiżi terzi li għalihom hi meħtieġa l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(1);

(f)

l-annotamenti nazzjonali addizzjonali fit-taqsima tal-“kummenti” tal-isticker tal-viża, kif imsemmi fl-Artikolu 27(2);

(g)

l-awtoritajiet kompetenti għall-estensjoni tal-viżi, kif previst fl-Artikolu 33(5);

(h)

il-forom ta’ kooperazzjoni magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 40;

(i)

l-istatistika miġbura skont l-Artikolu 46 u l-Anness XII.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni notifikata skont il-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku permezz ta’ pubblikazzjoni elettronika li tkun aġġornata b’mod kostanti.

Artikolu 54

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

‘viża uniformi’ kif imfissra fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (*);

(*)  ĠU L 243, 15.4.2009, p. 1”;"

(b)

il-punt (b) għandu jitħassar;

(c)

il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

‘viża għal tranżitu fl-ajruport’ kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;”

(d)

il-punt (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

‘viża b’validità territorjali limitata’ kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;”

(e)

il-punt (e) għandu jitħassar;

(2)

fl-Artikolu 8(1), il-kliem “Mal-wasla ta’ applikazzjoni”, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Meta l-applikazzjoni hija ammissibbli skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.”

(3)

L- Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Data li għandha tiddaħħal mal-applikazzjoni”;

(b)

paragrafu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

kunjom (kunjom tal-familja), kunjom fit-twelid (kunjom(ijiet) preċedenti tal-familja, isem(ismijiet) (isem(ismijiet) mogħtija)); data tat-twelid, post tat-twelid, pajjiż tat-twelid, sess;”;

(ii)

il-punt (e) għandu jitħassar;

(iii)

il-punt (g) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

Stat(i) Membru(i) destinatarji u tul tas-soġġorn previst jew tat-tranżitu;”

(iv)

il-punt (h) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;”;

(v)

il-punt (i) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

id-data prevista għall-wasla fiż-żona ta’ Schengen u d-data prevista għat-tluq miż-żona ta’ Schengen;”

(vi)

il-punt (j) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

Stat Membru tal-ewwel dħul;”;

(vii)

il-punt (k) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(k)

l-indirizz tal-applikant;”;

(viii)

fil-punt (l), il-kelma “skola” għandha tiġi sostitwita bi: “stabbiliment edukattiv”;

(ix)

fil-punt (m), il-kliem “omm u missier” għandhom jiġu sostitwiti bi “setgħa tal-ġenituri jew kustodja legali”.

(4)

Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 10(1):

“(k)

jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-isticker tal-viża tkun imtliet manwalment.”

(5)

Fl-Artikolu 11, il-kliem introduttorju għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn l-awtorità tal-viża li tirrappreżenta Stat Membru ieħor ma tkomplix l-eżami tal-applikazzjoni, hi għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:”.

(6)

l-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li viża ġiet irrifjutata u jekk dik l-awtorità ċaħdet f’isem Stat Membru ieħor”

(b)

paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(jiet) li għalihom inċaħdet il-viża, li għandha tkun waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

l-applikant:

(i)

jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li hu falz jew iffalsifikat;

(ii)

ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst;

(iii)

ma jipprovdix prova ta’ mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst jew għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew mhuwiex f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;

(iv)

ikun diġà qagħad għal tliet xhur matul il-perijodu attwali ta’ sitt xhur fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata;

(v)

hu persuna li nħarġitilha twissija fis-SIS għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul;

(vi)

huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika kif hemm definit fl-Artikolu 2 il-punt 2 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru, u partikolarment fejn tkun inħarġet twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;

(vii)

ma jagħtix prova li għandu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli;

(b)

l-informazzjoni sottomessa rigward il-ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet għas-soġġorn previst ma kinitx affidabbli;

(c)

ma setgħatx tiġi aċċertata l-intenzjoni tal-applikant li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża;

(d)

ma ġietx ipprovduta biżżejjed evidenza li l-applikant ma kienx f’pożizzjoni li japplika minn qabel għal viża, li tiġġustifika l-applikazzjoni għal viża mal-fruntiera.”;

(7)

l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Data li għandha tiġi miżjuda għal viża ġiet annullata jew irrevokata

1.   Fejn ittieħdet deċiżjoni li tiġi annullata jew irrevokata viża, jew li jitqassar il-perjodu ta’ validità tal-viża, l-awtorità tal-viża li ħadet din id-deċiżjoni għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:

(a)

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża ġiet annullata jew irrevokata;

(b)

l-awtorità li annullat jew irrevokat il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;

(c)

post u data tad-deċiżjoni.

2.   Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(raġunijiet) għall-annullament jew ir-revoka, li għandhom ikunu:

(a)

waħda jew aktar mir-raġuni(raġunijiet) elenkati fl-Artikolu 12(2);

(b)

applikazzjoni tad-detentur tal-viża li jirrevoka l-viża.”.

(8)

L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu introduttorju għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Fejn ittieħdet deċiżjoni biex tiġi estiża viża, l-awtorità tal-viża li estendiet il-viża għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:”;

(ii)

l-punt (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

in-numru tal-isticker tal-viża tal-viża estiża;”;

(iii)

il-punt (g) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

it-territorju li fih id-detentur tal-viża hu intitolat li jivvjaġġa, jekk il-validità territorjali tal-viża estiża hija differenti minn dik tal-viża oriġinali;”;

b)

fil paragrafu 2, il-punt (c) għandu jitħassar.

(9)

Fl-Artikolu 15(1), il-kliem “biex tiġi estiża jew imqassra l-validità tal-viża” għandu jiġi sostitwit bi “jew tiġi estiża l-viża”.

(10)

L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

Stat Membru tal-ewwel dħul;”;

(b)

il-punt (6) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(6)

it-tip ta’ viża maħruġa;”;

(c)

il-punt (11) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(11)

Għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;”.

(11)

Fl-Artikolu 18(4)(c), l-Artikolu 19(2)(c), l-Artikolu 20(2)(d), l-Artikolu 22(2)(d), il-kliem “jew imqassra” għandu jitħassar;

(12)

Fl-Artikolu 23(1)(d), il-kelma “imqassra” għandha titħassar.

Artikolu 55

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 562/2006

L-Anness V, Parti A, tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 (c), għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-viżi jiġu annullati jew revokati, jekk ikun il-każ, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (**);

(**)  ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.”;"

(b)

il-punt 2 jitħassar.

Artikolu 56

Tħassir

1.   L-Artikoli 9 sa 17 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 huma b’dan imħassra.

2.   Dawn li ġejjin huma b’dan imħassra:

(a)

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tat-28 ta’ April 1999 dwar il-verżjonijiet definittivi tal-Manwal Komuni u tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (SCH/Com-ex (99)13 (l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni, inklużi l-Annessi);

(b)

id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tal-14 ta’ Diċembru 1993 li estendew il-viża komuni(SCH/Com-ex (93) 21) u dwar prinċipji komuni għall-kanċellament, annullament jew taqsir tat-tul tal-validità tal-viża uniformi (SCH/Com-ex (93)24), id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni statistika dwar il-ħruġ ta’ viżi uniformi (SCH/Com-ex (94) 25), id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tal-21 ta’ April 1998 dwar l-iskambju ta’ statistika dwar viżi maħruġa (SCH/Com-ex (98)12), u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tas-16 ta’ Diċembru 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ forma armonizzata li tipprovdi prova ta’ invit, sponsorizzar u akkomodazzjoni (SCH/Com-ex (98)57);

(c)

l-Azzjoni Konġunta 96/197/ĠAI tal-4 ta’ Marzu 1996 dwar l-arranġamenti għal tranżitu fl-ajruporti (22);

(d)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta’ implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi (23);

(e)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1091/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar il-libertà tal-moviment b’viża ta’ waqfien fit-tul (24);

(f)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 415/2003 tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-ħruġ ta’ viżi fil-konfini, inkluż il-ħruġ ta’ dawn il-viżi lil baħħara li jkunu in transitu (25);

(g)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 390/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-uffiċċji diplomatiċi u konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ bijometrija, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-ilqugħ u l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viża (26).

3.   Ir-referenzi għall-istrumenti mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XIII.

Artikolu 57

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.   Sentejn wara li d-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament ikunu saru applikabbli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, bla ħsara għar-rapporti msemmija fil-paragrafu 3.

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, proposti xierqa bil-ħsieb li dan ir-Regolament jiġi emendat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, tliet snin wara li l-VIS tibda topera u kull erba’ snin minn hemm ‘il quddiem, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 13, 17, 40 sa 44 ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-implimentazzjoni tal-ġbir u l-użu ta’ identifikaturi bijometriċi, l-adegwatezza tal-istandard magħżul tal-ICAO, il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-esperjenza mal-fornituri esterni tas-servizzi b’referenza speċifika għall-ġbir ta’ data bijometrika, l-implimentazzjoni tar-regola ta’ 59 xahar biex issir kopja tal-marki tas-swaba’ u l-organizzazzjoni tal-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll, abbażi tal-Artikolu 17 (12), (13) u (14) u tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament VIS, il-każijiet fejn il-marki tas-swaba’ fil-fatt ma setgħux jiġu pprovduti, jew ma kinux meħtieġa jingħataw għal raġunijiet legali, imqabbla man-numru ta’ każijiet fejn il-marki tas-swaba’ jittieħdu. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar każijiet fejn persuna li fil-fatt ma setgħetx tipprovdi marki tas-swaba’ ġiet miċħuda minn viża. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, minn proposti adatti biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

4.   L-ewwel rapport imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jindirizza wkoll il-kwistjoni tal-affidabbiltà suffiċjenti għall-identifikazzjoni u l-verifika tal-marki tas-swaba’ ta’ tfal taħt it-12-il sena u, b’mod partikolari, kif il-marki tas-swaba’ jevolvu mal-età, abbażi tar-riżultati ta’ studju mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

Artikolu 58

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa għandu japplika mill-5 ta’ April 2010.

3.   L-Artikolu 52 u l-Artikolu 53 (1) (a) sa (h) u (2) għandhom japplikaw mill-5 ta’ Ottubru 2009.

4.   F’dak li jirrigwarda n-Netwerk ta’ Konsultazzjoni ta’ Schengen (l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi), l-Artikolu 56(2)(d) għandu japplika mid-data msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament VIS.

5.   L-Artikoli 32(2) u (3), l-Artikolu 34(6) u (7) u l-Artikolu 35(7) għandhom japplikaw mill-5 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2009.

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(3)  ĠU C 326, 22.12.2005, p. 1.

(4)  ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(6)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(8)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(10)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(11)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 53.

(12)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(13)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(14)  ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

(15)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(16)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(17)  ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.

(18)  ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1.

(19)  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4.

(20)  ĠU L 267, 27.9.2006, p. 41.

(21)  ĠU L 289, 3.11.2005, p. 23.

(22)  ĠU L 63, 13.3.1996, p. 8.

(23)  ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2.

(24)  ĠU L 150, 6.6.2001, p. 4.

(25)  ĠU L 64, 7.3.2003, p. 1.

(26)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 1.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Lista mhux eżawrjenti tad-dokumenti ta’ sostenn

Id-dokumenti ta’ sostenn, imsemmija fl-Artikolu 14, li għandhom jiġu ppreżentati mill-applikanti għal viża jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

A.

DOKUMENTAZZJONI RELATATA MAL-GĦAN TAL-VJAĠĠ

(1)

għall-vjaġġi ta’ negozju:

(a)

stedina minn ditta jew awtorità biex wieħed jattendi laqgħat, konferenzi jew avvenimenti konnessi ma’ negozju, industrija jew xogħol;

(b)

dokumenti oħrajn li juru l-eżistenza ta’ relazzjonijiet ta’ negozju jew relazzjonijiet għall-finijiet ta’ xogħol;

(c)

biljetti ta’ dħul għal fieri u kungressi, jekk ikun il-każ;

(d)

dokumenti li jagħtu prova tal-attivitajiet kummerċjali tal-kumpanija;

(e)

dokumenti li jagħtu prova ta’ [l-istatus] tal-impjieg tal-applikanti fil-kumpanija;

(2)

għall-vjaġġi magħmula għall-finijiet ta’ studju jew tipi oħrajn ta’ taħriġ:

(a)

ċertifikat ta’ reġistrazzjoni f’istitut tat-tagħlim sabiex wieħed jattendi għal korsijiet vokazzjonali jew teoretiċi fil-qafas ta’ taħriġ bażiku jew addizzjonali;

(b)

kards tal-istudent jew ċertifikati tal-korsijiet li wieħed jrid jattendi;

(3)

għall-vjaġġi magħmula għall-finijiet ta’ turiżmu jew għal raġunijiet privati:

(a)

dokumenti relatati mal-akkomodazzjoni:

stedina mill-ospitant jekk wieħed ser joqgħod għand xi ħadd;

dokument mill-istabbiliment li jipprovdi l-akkomodazzjoni jew kwalunkwe dokument ieħor adatt li jindika l-akkomodazzjoni prevista;

(b)

dokumenti relatati mal-itinerarju:

konferma tal-prenotazzjoni ta’ vjaġġ organizzat jew kwalunkwe dokument ieħor adatt li jindika l-pjanijiet previsti għall-ivvjaġġar;

fil-każ ta’ tranżitu: viża jew permess ta’ dħul ieħor għall-pajjiż terz tad-destinazzjoni; biljetti għall-vjaġġ ‘il quddiem;

(4)

għall-vjaġġi magħmula għal avvenimenti politiċi, xjentifiċi, kulturali, sportivi jew reliġjużi jew għal raġunijiet oħrajn:

biljetti tad-dħul bi stedina, reġistrazzjonijiet jew programmi li jiddikjaraw (fejn ikun possibbli) isem l-organizzazzjoni ospitanti u t-tul tal-waqfa jew kwalunkwe dokument ieħor adatt li jindika l-għan taż-żjara;

(5)

għall-vjaġġi ta’ membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali, indirizzata lill-gvern tal-pajjiż terz ikkonċernat, jipparteċipaw f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ Stat Membru minn organizzazzjonijiet intergovernamentali:

ittra maħruġa minn awtorità tal-pajjiż terz ikkonċernat li tikkonferma li l-applikant huwa membru tad-delegazzjoni uffiċjali li qed tivvjaġġa lejn it-territorju ta’ Stat Membru biex tipparteċipa fl-avvenimenti msemmija hawn fuq, flimkien ma’ kopja tal-istedina uffiċjali;

(6)

għall-vjaġġi li jsiru għal raġunijiet mediċi:

dokument uffiċjali tal-istituzzjoni medika li jikkonferma l-ħtieġa ta’ kura medika f’dik l-istituzzjoni u evidenza ta’ mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex jitħallas it-trattament mediku.

B.

DOKUMENTAZZJONI LI TIPPERMETTI L-VALUTAZZJONI TAL-INTENZJONI TAL-APPLIKANT LI JITLAQ MIT-TERRITORJU TAL-ISTATI MEMBRI

(1)

ir-riżervar ta’ biljett tar-ritorn jew ta’ biljett li jinkludi tluq u ritorn;

(2)

prova ta’ mezzi finanzjarji fil-pajjiż tar-residenza;

(3)

prova tal-impjieg: dikjarazzjonijiet bankarji;

(4)

prova ta’ proprjetà immobbli;

(5)

prova ta’ integrazzjoni fil-pajjiż tar-residenza: irbit familjari; status professjonali.

C.

DOKUMENTAZZJONI RELATATA MAS-SITWAZZJONI FAMILJARI TAL-APPLIKANT

(1)

il-kunsens tal-ġenituri jew ta’ tutur legali (meta l-minorenni ma jivvjaġġax magħhom);

(2)

prova ta’ rbit familjari mal-persuna ospitanti/li tagħmel l-istedina;


ANNESS III

FORMAT UNIFORMI U UŻU TAT-TIMBRU LI JINDIKA LI HIJA AMMISSIBBLI APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻA

… viża … (1)

 

xx/xx/xxxx (2)

 (3)

Eżempju:

 

C visa FR

 

22.4.2009

Consulat de France

Djibouti

 

It-timbru għandu jitqiegħed fuq l-ewwel paġna disponibbli li ma fiha l-ebda annotament jew timbru fid-dokument tal-ivvjaġġar.


(1)  Il-kodiċi tal-Istat Membru li jeżamina t-talba. Huma użati dawk il-kodiċi kif stabbiliti fl-Anness VII punt 1.1.

(2)  Id-Data tal-applikazzjoni (tmien figuri: xx jum, xx xahar, xxxx sena).

(3)  L-awtorità li teżamina t-talba għall-viża.


ANNESS IV

Lista komuni tal-pajjiżi terzi elenkati fl-anness i tar-regolament (KE) Nru 539/2001, li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom fil-pussess tagħhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-żona ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-istati membri

 

L-AFGANISTAN

 

IL-BANGLADEXX

 

IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO

 

L-ERITREA

 

L-ETJOPJA

 

IL-GANA

 

L-IRAN

 

L-IRAQ

 

IN-NIĠERJA

 

IL-PAKISTAN

 

IS-SOMALJA

 

IS-SRI LANKA


ANNESS V

LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA LI JINTITOLAW LID-DETENTURI TAGĦHOM GĦAL TRANŻITU MILL-AJRUPORTI TAL-ISTATI MEMBRI MINGĦAJR MA JKUN MEĦTIEĠ LI JKUNU FIL-PUSSESS TA’ VIŻA GĦAL TRANŻITU FL-AJRUPORT

 

L-ANDORRA:

Tarjeta provisional de estancia y de trabajo (permess proviżorju ta’ residenza u ta’ xogħol) (abjad). Dawn jinħarġu lill-ħaddiema staġunali; il-perjodu tal-validità jiddependi mit-tul tal-impjieg, iżda qatt ma jaqbeż is-sitt xhur. Dan il-permess ma jistax jiġġedded,

Tarjeta de estancia y de trabajo (permess ta’ residenza u ta’ xogħol) (abjad). Dan il-permess jinħareġ għal sitt xhur u jista’ jiġġedded għal sena oħra,

Tarjeta de estancia (permess ta’ residenza) (abjad). Dan il-permess jinħareġ għal sitt xhur u jista’ jiġġedded għal sena oħra,

Tarjeta temporal de residencia (permess temporarju ta’ residenza) (roża). Dan il-permess jinħareġ għal sena u jista’ jiġġedded darbtejn, kull darba għal sena oħra,

Tarjeta ordinaria de residencia (permess ordinarju ta’ residenza) (isfar). Dan il-permess jinħareġ għal 3 snin u jista’ jiġġedded għal tliet snin oħra,

Tarjeta privilegiada de residencia (permess speċjali ta’ residenza) (aħdar). Dan il-permess jinħareġ għal 5 snin u jista’ jiġġedded, kull darba għal ħames snin oħra,

Autorización de residencia (awtorizzazzjoni ta’ residenza) (aħdar). Dan il-permess jinħareġ għal sena, u jista’ jiġġedded, kull darba għal tliet snin oħra,

Autorización temporal de residencia y de trabajo (awtorizzazzjoni temporanja ta’ residenza u ta’ xogħol) (roża). Dan il-permess jinħareġ għal sentejn u jista’ jiġġedded għal sentejn oħra,

Autorización ordinaria de residencia y de trabajo (awtorizzazzjoni ordinarja ta’ residenza u ta’ xogħol) (isfar). Dan il-permess jinħareġ għal ħames snin,

Autorización privilegiada de residencia y de trabajo (awtorizzazzjoni speċjali ta’ residenza u ta’ xogħol) (aħdar). Dan il-permess jinħareġ għal għaxar snin u jista’ jiġġedded, kull darba għal għaxar snin oħra.

 

IL-KANADA:

Kard ta’ residenti permanenti (kard tal-plastik).

 

IL-ĠAPPUN:

Permess għad-dħul mill-ġdid fil-Ġappun.

 

SAN MARINO:

Permesso di soggiorno ordinario (validità illimitata) (permess ordinarju ta’ residenza (mingħajr data ta’ skadenza)),

Permesso di soggiorno continuativo speciale (validità illimitata) (permess speċjali ta’ residenza permanenti (mingħajr data ta’ skadenza)),

Carta d’identità de San Marino (validità illimitata) (Karta tal-identità ta’ San Marino (mingħajr data ta’ skadenza)).

 

L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA:

Formola I-551 kard ta’ resident permanenti (valida għal sentejn sa għaxar snin),

Formola I-551 kard ta’ rċevuta tar-reġistrazzjoni tal-barranin (valida għal sentejn sa għaxar snin),

Formola I-551 kard ta’ rċevuta tar-reġistrazzjoni tal-barranin (mingħajr data ta’ skadenza),

Formola I-327 Dokument ta’ dħul mill-ġdid (valida għal sentejn – maħruġa lid-detenturi ta’ I-551),

Kard ta’ resident barrani (valida għal sentejn sa għaxar snin jew mingħajr data ta’ skadenza. Dan id-dokument jiggarantixxi r-ritorn tad-detentur biss jekk is-soġġorn tiegħu jew tagħha barra mill-Istati Uniti ma kienx ta’ aktar minn sena),

Permess tad-dħul mill-ġdid (valida għal sentejn. Dan id-dokument jiggarantixxi r-ritorn tad-detentur biss jekk is-soġġorn tiegħu jew tagħha barra mill-Istati Uniti ma kinitx ta’ aktar minn sentejn),

Timbru validu ta’ residenza temporanja f’passaport validu (validu għal sena mid-data tal-ħruġ).


ANNESS VI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VII

MILI TAL-ISTICKER TAL-VIŻA

1.   Taqsima tal-annotamenti mandatorji

1.1.   Intestatura “VALIDU GĦAL”:

Din l-intestatura tindika t-territorju li fih id-detentur tal-viża huwa intitolat li jivvjaġġa.

Din l-intestatura tista’ timtela biss f’waħda mill-modi li ġejjin:

(a)

L-Istati ta’ Schengen;

(b)

L-Istat ta’ Schengen jew l-Istati ta’ Schengen li l-validità tal-viża hija limitata għat-territorju tagħhom (f’dan il-każ jintużaw it-taqsiriet li ġejjin):

BE

IL-BELĠJU

CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

DK

ID-DANIMARKA

DE

IL-ĠERMANJA

EE

L-ESTONJA

GR

IL-GREĊJA

ES

SPANJA

FR

FRANZA

IT

L-ITALJA

LV

IL-LATVJA

LT

IL-LITWANJA

LU

IL-LUSSEMBURGU

HU

L-UNGERIJA

MT

MALTA

NL

L-OLANDA

AT

L-AWSTRIJA

PL

IL-POLONJA

PT

IL-PORTUGALL

SI

IS-SLOVENJA

SK

IS-SLOVAKKJA

FI

IL-FINLANDJA

SE

L-IŻVEZJA

IS

L-IŻLANDA

NO

IN-NORVEĠJA

CH

L-IŻVIZZERA

1.2.   Meta l-isticker tintuża biex tinħareġ viża uniformi din l-intestatura timtela bil-kliem “Stati ta’ Schengen”, fil-lingwa tal-Istat Membru emittenti.

1.3.   Meta l-isticker tintuża biex tinħareġ viża b’validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25(1) ta’ dan ir-Regolament din l-intestatura timtela bl-isem(ismijiet) tal-Istat Membru jew Stati Membri li s-soġġorn tad-detentur tal-viża huwa limitat għalih (għalihom), bil-lingwa tal-Istat Membru emittenti.

1.4.   Meta l-isticker tintuża biex tinħareġ viża b’validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25(3) ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jintużaw l-għażliet li ġejjin għall-kodiċijiet li għandhom jiddaħħlu:

(a)

id-dħul tal-kodiċijiet għall-Istati Membri kkonċernati;

(b)

Id-dħul tal-kliem “Stati ta’ Schengen”, segwit f’parentesi bis-sinjal minus u mill-kodiċijiet tal-Istati Membri li l-viża mhijiex valida għat-territorju tagħhom;

(c)

f’każ li l-parti “valida għal” mhijiex suffiċjenti għad-dħul tal-kodiċijiet kollha għall-Istati Membri li (ma jirrikonoxxux) jirrikonoxxu d-dokument tal-ivvjaġġar ikkonċernat, id-daqs tat-tipa tal-ittri użati jitnaqqas.

2.   L-intestatura “MINN ... SA”:

Din l-intestatura tindika l-perjodu tal-waqfa tad-detentur tal-viża, kif awtorizzat mill-viża.

Id-data li minnha d-detentur tal-viża jista’ jidħol fit-territorju li għalih hija valida l-viża tinkiteb bħal aktar ‘l isfel, wara l-kelma “MINN”:

il-jum jinkiteb billi jintużaw żewġ figuri, bl-ewwel wieħed ikun żero jekk il-jum ikkonċernat huwa numru b’figura waħda,

daxx orizzontali,

ix-xahar jinkiteb billi jintużawżewġ figuri, bl-ewwel wieħed ikun żero jekk ix-xahar ikkonċernat huwa numru b’figura waħda,

daxx orizzontali.

is-sena tinkiteb billi jintużaw żewġ figuri, li jikkorrispondu għall-aħħar żewġ figuri tas-sena.

Pereżempju: 05-12-07 = il-5 ta’ Diċembru 2007.

Id-data tal-aħħar jum tal-perjodu tal-waqfa awtorizzata tad-detentur tal-viża tiddaħħal wara l-kelma “SA” u tinkiteb bl-istess mod bħall-ewwel data. Id-detentur tal-viża irid ikun telaq mit-territorju li għalih hija valida l-viża sa nofs il-lejl f’din id-data.

3.   L-intestatura “NUMRU TA’ DAĦLIET”:

Din l-intestatura turi n-numru ta’ drabi li d-detentur tal-viża jista’ jidħol fit-territorju li għalih hija valida l-viża, jiġifieri tirreferi għan-numru ta’ perjodi ta’ waqfa li jistgħu jkunu mifruxa tul il-perjodu kollu tal-validità, ara 4.

In-numru ta’ dħul jista’ jkun wieħed, tnejn jew aktar. Dan in-numru jinkiteb fuq il-lemin tal-parti stampata minn qabel, billi jintuża “01”, “02” jew it-taqsira “MULT”, fejn il-viża tawtorizza aktar minn żewġt idħul.

Meta tinħareġ visa għal tranżitu f.numru ta’ ajruporti skont l-Artikolu 26 (3) ta’ dan ir-Regolament, il-validità tal-viża tiġi kkalkulata kif ġej: l-ewwel data tat-tluq + 6 xhur.

Il-viża ma tibqax aktar valida meta n-numru totali ta’ ħruġ li jagħmel id-detentur tal-viża jkun daqs in-numru ta’ dħul awtorizzat, anki jekk id-detentur tal-viża ma jkunx eżawrixxa n-numru ta’ jiem awtorizzati mill-viża.

4.   L-intestatura “TUL TAŻ-ŻJARA ... JIEM”

Din l-intestatura tindika n-numru ta’ jiem li matulhom id-detentur tal-viża jista’ joqgħod fit-territorju li għalih hija valida l-viża. Din il-waqfa tista’ tkun kontinwa jew, skont l-għadd ta’ jiem awtorizzati, mifruxa fuq diversi perjodi bejn id-dati msemmija taħt 2, b’kont meħud tan-numru ta’ daħliet awtorizzati taħt 3.

In-numru ta’ jiem awtorizzati jinkiteb fl-ispazju vojt bejn “TUL TAŻ-ŻJARA” u “JIEM”, fil-forma ta’ żewġ numri, bl-ewwel wieħed ikun żero jekk in-numru ta’ jiem huwa inqas minn 10.

In-numru massimu ta’ jiem li jista’ jiddaħħal taħt din l-intestatura huwa 90.

Meta viża tkun valida għal aktar minn sitt xhur, it-tul taż-żmien ta’ waqfiet huwa ta’ 90 jum kull perijodu ta’ sitt xhur.

5.   L-intestatura “MAĦRUĠ FI ... FI …”

Din l-intestatura tagħti l-isem tal-post fejn tinsab l-awtorità emittenti. Id-data tal-ħruġ hija indikata wara “FI”.

Id-data tal-ħruġ tinkiteb bl-istess mod bħad-data msemmija fi 2.

6.   L-intestatura “NUMRU TAL-PASSAPORT”:

Din l-intestatura tindika n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar li miegħu titwaħħal l-isticker tal-viża.

F’każ li l-persuna li tinħarġilha l-viża tkun inkluża fil-passaport tal-konjuġi, tal-ġenituri jew ta’ tutur legali, jiġi indikat in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar ta’ dik il-persuna.

Meta d-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant ma jiġix rikonoxxut mill-Istat Membru emittenti, jintuża l-format uniformi għall-folja separata għat-twaħħil tal-viżi, biex titwaħħal il-viża.

In-numru li għandu jiddaħħal taħt din l-intestatura, jekk l-isticker tal-viża titwaħħal mal-folja separata, mhuwiex in-numru tal-passaport iżda l-istess numru tipografiku kif jidher fuq il-formola, magħmul minn sitt numri.

7.   L-intestatura “TIP TA’ VIŻA”:

Sabiex jiġu ffaċilitati l-affarijiet għall-awtoritajiet ta’ kontroll, din l-intestatura tispeċifika t-tip ta’ viża billi jintużaw l-ittri A, C u D kif ġej:

A

:

viża għal tranżitu fl-ajruport (kif definit fl-Artikolu 2(5) ta’ dan ir-Regolament

C

:

viża (kif definit fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament

D

:

viża għal waqfa fit-tul

8.   L-intestatura “KUNJOM U ISEM”:

L-ewwel kelma fil-kaxxa “kunjom” segwita mill-ewwel kelma fil-kaxxa “isem” tad- dokument tal-ivvjaġġar tad-detentur tal-viża tinkiteb f’dik l-ordni. L-awtorità emittenti tivverifikaw li l-kunjom u l-isem li jidhru fid-dokument tal-ivvjaġġar u li għandhom jiddaħħalu taħt din l-intestatura u fit-taqsima li għandha tiġi skanjata elettronikament huma l-istess bħal dawk li jidhru fl-applikazzjoni għall-viża. Jekk in-numru ta’ karattri tal-kunjom u tal-isem jaqbeż in-numru tal-ispazji disponibbli, il-karattri żejda jiġu sostitwiti b’tikka (.).

9.

(a)

L-annotamenti mandatorji li għandhom jiġu miżjuda fit-taqsima tal-“KUMMENTI”

Fil-każ ta’ viża maħruġa f’isem Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 7, għandu jiżdied dan li ġej: “R/[Kodiċi tal-Istat Membru rappreżentat.]”.

Fil-każ ta’ viża maħruġa għall-fini ta’ tranżitu, għandu jiġi msemmi dan li ġej: “TRANŻITU”.

(b)

L-annotamenti nazzjonali fit-taqsima “KUMMENTI”

Din it-taqsima fiha wkoll il-kummenti bil-lingwa tal-Istat Membru emittenti relatati mad-dispożizzjonijiet nazzjonali. Madanakollu, dawn il-kummenti ma jidduplikawx il-kummenti mandatorji msemmija fil-Punt 1.

(c)

Taqsima għar-ritratt

Ir-ritratt tad-detentur tal-viża, bil-kulur, huwa integrat fl-ispazju riżervat għal dak il-għan.

Ir-regoli li ġejjin iridu jiġu osservati fir-rigward tar-ritratt li għandu jiġi integrat fl-isticker tal-viża.

Id-daqs tar-ras mill-geddum sal-qurriegħa għandu jkun bejn 70 % u 80 % tad-dimensjoni vertikali tas-superfiċje tar-ritratt.

Ir-rekwiżiti minimi tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu:

300 pixel kull pulzier (ppi), mhux kompressat, għall-iskanjar,

720 dot kull pulzier (dpi) għall-istampar tar-ritratti bil-kulur.

10.   Il-parti li tista’ tinqara mill-magna

Din it-taqsima hija magħmula minn żewġ linji ta’ 36 karattru (OCR B-10 cpi).

L-ewwel linja: 36 karattru (obbligatorju)

Pożizzjonijiet

Numru ta’ karattri

Kontenut tal-intestatura

Speċifikazzjonijiet

1-2

2

Tip ta’ dokument

L-ewwel karattru: V

It-tieni karattru: kodiċi li jindika t-tip ta’ viża (A, C jew D)

3-5

3

Stat Emittenti

Kodiċi alfabetiku bi 3 karattri tal-ICAO: BEL, CHE, CZE, DNK, D<<, EST, GRC, ESP, FRA, ITA, LVA, LTU, LUX, HUN, MT, NLD, AUT, POL, PRT, SVN, SVK, FIN, SWE, ISL, NOR.

6-36

31

Kunjom u isem

Il-kunjom għandu jkun separat mill-ismijiet b’żewġ simboli (<<); komponenti individwali tal-isem għandhom ikunu separati b’simbolu wieħed (<); spazji li mhux meħtieġa għandhom jimtlew b’simbolu wieħed (<).

It-tieni linja: 36 karattru (obbligatorju)

Pożizzjonijiet

Numru ta’ karattri

Kontenut tal-intestatura

Speċifikazzjonijiet

1

9

Numru tal-viża

Dan in-numru stampat fir-rokna ta’ fuq tal-lemin tal-isticker.

10

1

Karattru ta’ kontroll

Dan il-karattru huwa r-riżultat ta’ kalkolu kumpless, ibbażat fuq iż-żona preċedenti skont algoritmu definit mill-ICAO.

11

3

Nazzjonalità tal-applikant

Kodifikazzjoni alfabetika skont il-kodiċijiet bi 3 karattri tal-ICAO.

14

6

Data tat-twelid

L-ordni segwit hu SSXXJJ fejn

SS

=

sena (obbligatorja)

XX

=

xahar jew << jekk mhux magħruf

JJ

=

jum jew << jekk mhux magħruf

20

1

Karattru ta’ kontroll

Dan il-karattru huwa r-riżultat ta’ kalkolu kumpless, ibbażat fuq iż-żona preċedenti skont algoritmu definit mill-ICAO.

21

1

Sess

F

=

Femminil,

M

=

Maskil,

<

=

Mhux speċifikat.

22

6

Data meta tintemm il-validità tal-viża

L-ordni segwit hu SSXXJJ mingħajr ebda karattru bejniethom.

28

1

Karattru ta’ kontroll

Dan il-karattru huwa r-riżultat ta’ kalkolu kumpless, ibbażat fuq iż-żona preċedenti skont algoritmu definit mill-ICAO.

29

1

Validità territorjali

(a)

Għall-viżi VLT (Validità Territorjali Limitata) daħħal l-ittra T.

(b)

Għall-viżi uniformi daħħal il-karattru <.

30

1

Numru ta’ daħliet

1, 2 jew M

31

2

Tul ta’ waqfa

(a)

Waqfa qasira: In-numru ta’ jiem għandu jiddaħħal fiż-żona ta’ qari viżiv.

(b)

Waqfa fit-tul: <<

33

4

Bidu ta’ validità

L-Istruttura ta’ XXJJ mingħajr ebda karattru bejniethom.


ANNESS VIII

IT-TWAĦĦIL TAL-ISTICKER TAL-VIŻA

1.

L-isticker tal-viża għandha titwaħħal mal-ewwel paġna tad-dokument tal-ivvjaġġar li ma fih l-ebda annotamenti jew timbri – minbarra t-timbru li jindika li applikazzjoni hija ammissibbli.

2.

L-isticker għandha tkun allinjata u mwaħħla mat-tarf tal-paġna tad-dokument tal-ivvjaġġar. Il-parti tal-isticker li tista’ tinqara mill-magna għandha tiġi allinjata mat-tarf tal-paġna.

3.

It-timbru tal-awtoritajiet emittenti għandu jitqiegħed fit-taqsima “KUMMENTI” b’tali mod li jestendi lil hinn mill-isticker fuq il-paġna tad-dokument tal-ivvjaġġar.

4.

Fejn ikun meħtieġ li ma timteliex it-taqsima li għandha tiġi skennjata elettronikament, it-timbru jista’ jitqiegħed f’din it-taqsima biex ma tkunx tista’ tintuża. Id-daqs u l-kontenut tat-timbru li għandu jintuża għandhom ikunu determinati mir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru.

5.

Biex ma jitħalliex li jsir użu mill-ġdid ta’ sticker tal-viża mwaħħla fuq il-folja separata għat-twaħħil ta’ viża, is-siġill tal-awtoritajiet emittenti għandu jkun ittimbrat fuq il-lemin, fuq l-isticker u l-folja separata f’daqqa, b’tali mod li la jimpedixxi l-qari tal-intestaturi u tal-kummenti u lanqas ma jidħol fil-parti li tista’ tinqara mill-magna.

6.

L-estensjoni ta’ viża, skont l-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir permezz ta’ sticker tal-viża. It-timbru tal-awtoritajiet emittenti għandu jitwaħħal mal-isticker tal-viża.


ANNESS IX

PARTI 1

Regoli għall-ħruġ tal-viżi fuq il-fruntieri lill-baħħara fi tranżitu li huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-viża

Dawn ir-regoli huma marbuta mal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tal-baħħara fi tranżitu li huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-viża. Sakemm tinħareġ viża fuq il-fruntiera fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet skambjata, ir-responsabbiltà tistrieħ fuq l-Istat Membru li joħroġ il-viża.

Għall-finijiet ta’ dawn ir-regoli:

 

“port ta’ Stat Membru”: tfisser port li jikkostitwixxi fruntiera esterna ta’ Stat Membru;

 

“ajruport ta’ Stat Membru”: tfisser ajruport li jikkostitwixxi fruntiera esterna ta’ Stat Membru.

I.   L-iffirmar fuq bastiment irmiġġat jew mistenni f’port ta’ Stat Membru (dħul fit-territorju tal-Istati Membri)

il-kumpanija ta’ trasport marittimu jew l-aġent tagħha għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti fil-port tal-Istat Membru fejn il-bastiment huwa rmiġġat jew mistenni li l-baħħara suġġetti għar-rekwiżiti tal-viża huma mistennija li jidħlu permezz ta’ ajruport, fruntiera tal-art jew tal-baħar ta’ Stat Membru. Il-kumpanija ta’ trasport marittimu jew l-aġent tagħha għandhom jiffirmaw garanzija fir-rigward ta’ dawk il-baħħara li l-ispejjeż kollha għaż-żjara u, jekk meħtieġ, għall-ispejjeż ta’ ripatriazzjoni tal-baħħara ser jiġu koperti mill-kumpanija ta’ trasport marittimu;

l-awtoritajiet kompetenti msemmija għandhom jivverifikaw mill-aktar fis possibbli jekk l-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija ta’ trasport marittimu jew l-aġent tagħha hijiex korretta u għandhom jeżaminaw jekk il-kondizzjonijiet l-oħra għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri ġewx sodisfatti. Ir-rotta tal-ivvjaġġar fit-territorju tal-Istati Membri għandha wkoll tiġi vverifikata eż. b’referenza għall-biljetti (tal-linja tal-ajru);

meta l-baħħara jkunu waslu biex jidħlu permezz ta’ ajruport ta’ Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti fil-port tal-Istat Membru għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti fl-ajruport ta’ dħul tal-Istat Membru, permezz ta’ formola mimlija kif xieraq għall-baħħara fi tranżitu li huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-viża (kif imniżżel fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness), mibgħuta b’faks, posta elettronika jew mezzi oħrajn, bir-riżultati tal-verifika u għandhom jindikaw jekk fil-prinċipju tistax tinħareġ viża fuq il-fruntiera. Meta l-baħħara jkunu waslu biex jidħlu permezz ta’ fruntiera tal-art jew tal-baħar, l-awtoritajiet kompetenti fuq il-fruntiera minn fejn il-baħri kkonċernat jidħol fit-territorju tal-Istati Membri għandhom ikunu infurmati bl-istess proċedura;

fejn il-verifika tad-data disponibbli hija pożittiva u r-riżultat biċ-ċar jaqbel mad-dikjarazzjoni jew mad-dokumenti tal-baħħar, l-awtoritajiet kompetenti fl-ajruport ta’ dħul jew ħruġ tal-Istat Membru jistgħu joħorġu viża fuq il-fruntiera li s-soġġorn awtorizzat tagħha għandu jikkorrispondi ma’ dak li hu meħtieġ għall-fini tat-tranżitu. Barra minn hekk, f’tali każijiet id-dokument tal-ivvjaġġar tal-baħħar għandu jkun ittimbrat b’timbru ta’ dħul jew ta’ ħruġ tal-Istat Membru u jingħata lill-baħħar ikkonċernat.

II.   It-tluq mis-servizz minn bastiment li daħal f’port ta’ Stat Membru (ħruġ mit-territorju tal-Istati Membri)

il-kumpanija ta’ trasport marittimu jew l-aġent tagħha għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-imsemmi port tal-Istat Membru ta’ dħul tal-baħħara suġġetti għar-rekwiżiti ta’ viża u li għandhom jitilqu miss-servizz tagħhom u joħorġu mit-territorju tal-Istati Membri permezz ta’ ajruport, fruntiera tal-art u tal-baħar ta’ Stat Membru. Il-kumpanija ta’ trasport marittimu jew l-aġent tagħha għandhom jiffirmaw garanzija fir-rigward ta’ dawk il-baħħara li l-ispejjeż kollha għaż-żjara u, jekk meħtieġ, għall-ispejjeż ta’ ripatriazzjoni tal-baħħara ser jiġu koperti mill-kumpanija ta’ trasport marittimu;

l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw mill-aktar fis possibbli jekk l-informazzjoni pprovduta mill-kumpannija ta’ trasport marittimu jew mill-aġent tagħha hijiex korretta u għandhom jeżaminaw jekk il-kondizzjonijiet l-oħra għad-dħul fit-territorju tal-Istat Membru ġewx sodisfatti. Ir-rotta tal-ivvjaġġar fit-territorju tal-Istati Membri għandha wkoll tiġi vverifikata eż., b’referenza għall-biljetti (tal-linja tal-ajru);

fejn il-verifika tad-data disponibbli hija pożittiva, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu viża li s-soġġorn awtorizzat tagħha għandu jikkorrispondi għal dak li hu meħtieġ għall-fini tat-tranżitu.

III.   It-trasferiment minn bastiment li daħal f’port ta’ Stat Membru għal bastiment ieħor

il-kumpannija ta’ trasport marittimu jew l-aġent tagħha għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti fil-port imsemmi tal-Istat Membru ta’ dħul tal-baħħara suġġetti għar-rekwiżiti ta’ viża li mistennija jitilqu miss-servizz u joħorġu mit-territorju tal-Istati Membri permezz permezz ta’ port ta’ Stat Membru ieħor. Il-kumpannija ta’ trasport marittimu jew l-aġent tagħha għandhom jiffirmaw garanzija fir-rigward ta’ dawk il-baħħara li l-ispejjeż kollha għaż-żjara u, jekk meħtieġ, għall-ispejjeż ta’ ripatriazzjoni tal-baħħara ser jiġu koperti mill-kumpanija ta’ trasport marittimu;

l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw mill-aktar fis possibbli jekk l-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija ta’ trasport marittimu jew mill-aġent tagħha hijiex korretta u għandhom jeżaminaw jekk il-kondizzjonijiet l-oħra għad-dħul fit-territorju tal-Istat Membru ġewx sodisfatti. L-awtoritajiet kompetenti fil-port tal-Istat Membru minn fejn il-baħħara ser jitilqu mit-territorju tal-Istati Membri bil-bastiment għandhom jiġu kkuntattjati għall-eżami. Għandu jsir kontroll biex ikun stabbilit jekk il-bastiment li ser jaqbdu hux irmiġġat jew mistenni hemm. Ir-rotta tal-ivvjaġġar fit-territorju tal-Istati Membri għandha wkoll tiġi verifikata;

fejn il-verifika tad-data disponibbli hija pożittiva, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu viża li s-soġġorn awtorizzat tagħha għandu jikkorrispondi għal dak li hu meħtieġ għall-fini tat-tranżitu.

PARTI 2

Image

Test ta 'immaġni

DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-FORMOLA

Punti 1-4: l-identità tal-baħħar

(1)

A.

Kunjom(ijiet)

B.

Isem(ismijiet)

C.

Nazzjonalità

D.

Kariga/Grad

(2)

A.

Post tat-twelid

B.

Data tat-twelid

(3)

A.

Numru tal-passaport

B.

Data tal-ħruġ

C.

Perijodu ta’ validità

(4)

A.

Numru tal-ktieb tal-baħħar

B.

Data tal-ħruġ

C.

Perijodu ta’ validità

Ad punti 3 u 4: skont in-nazzjonalità tal-baħħar u l-Istat Membru fejn isir id-dħul, dokument tal-ivvjaġġar jew ktieb tal-baħri jista’ jintuża għall-finijiet ta’ identifikazzjoni.

Punti 5-8: l-aġent marittimu u l-bastiment ikkonċernat

(5)

Isem l-aġent marittimu (l-individwu jew il-korporazzjoni li jirrappreżentaw lis-sid tal-bastiment fuq il-post fil-kwistjonijiet kollha rigward id-dmirijiet tas-sid tal-bastiment fit-tgħammir tal-bastiment) taħt 5 A u n-numru tat-telefon (u dettalji ta’ kuntatt oħra bħan-numru tal-faks, l-indirizz tal-posta elettronika taħt 5B.

(6)

A.

Isem il-bastiment

B.

In-numru-IMO (dan in-numru fih 7 figuri u hu magħruf ukoll bħala n-“numru Llyods”)

C.

Bandiera (li taħtha qed jivvjaġġa l-bastiment merkantili)

(7)

A.

Data tal-wasla tal-bastiment

B.

Oriġini (port) tal-bastiment

L-ittra “A” tirreferi għad-data tal-wasla tal-bastiment fil-port fejn il-baħħar għandu jingaġġa ruħu.

(8)

A.

Data tat-tluq tal-bastiment

B.

Destinazzjoni tal-bastiment (il-port li jmiss)

Ad punti 7 A u 8 A: indikazzjonjiet rigward it-tul ta’ żmien li għalih il-baħħar jista’ jivvjaġġa sabiex jiġi ingaġġat.

Ta’ min jiftakar li r-rotta segwita hija suġġetta ħafna għal tfixkil u fatturi esterni bħal maltempati, ħsarat, eċċ.

Punti 9 - 12: l-iskop tal-vjaġġ tal-baħħar u d-destinazzjoni tiegħu

(9)

Id-“destinazzjoni finali” hija t-tmiem il-vjaġġ tal-baħħar. Din tista’ tkun jew il-port fejn għandu jiġi ngaġġat jew il-pajjiż lejn fejn sejjer jekk qed iħalli s-servizz.

(10)

Ir-raġunijiet għall-applikazzjoni

(a)

Fil-każ ta’ ingaġġ, id-destinazzjoni finali hija l-port fejn il-baħħar ser jiġi ingaġġat.

(b)

Fil-każ ta’ trasferiment għal bastiment ieħor fit-territorju tal-Istati Membri, hija wkoll il-port fejn il-baħħar ser ikun ingaġġat. It-trasferiment għal bastiment li jinsab barra mit-territorju tal-Istati Membri għandu jitqies bħala tluq mis-servizz.

(c)

Fil-każ ta’ tluq mis-servizz, dan jista’ jiġri għal diversi raġunijiet, bħat-tmiem tal-kuntratt, inċident fuq ix-xogħol, raġunijiet familjari urġenti, eċċ.

(11)

Il-mezzi tat-trasport

Lista tal-mezzi użati fit-territorju tal-Istati Membri mill-baħħar fi tranżitu li huwa suġġett għal rekwiżiti ta’ viża biex jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu. Fuq il-formola, it-tliet possibilitajiet li ġejjin huma previsti:

(a)

karozza (jew kowċ);

(b)

ferrovija;

(c)

ajruplan.

(12)

Data tal-wasla (fit-territorju tal-Istati Membri)

Jgħodd primarjament għal baħħar fl-ewwel ajruport jew punt ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Stat Membru (ladarba jista’ ma jkunx dejjem ajruport) fuq il-fruntiera esterna li minnha jixtieq jidħol fit-territorju tal-Istati Membri.

Data tat-tranżitu

Din hija d-data li fiha l-baħħar jieqaf minn xogħlu f’port fit-territorju tal-Istati Membri u jmur lejn port ieħor li jinsab ukoll fit-territorju tal-Istati Membri.

Data tat-tluq

Din hija d-data li fiha l-baħħar jieqaf minn xogħlu f’port fit-territorju tal-Istati Membri biex jitrasferixxi ruħu għal bastiment ieħor f’port li jinsab barra mit-territorju tal-Istati Membri jew id-data li fiha l-baħħar jieqaf minn xogħlu f’port fit-territorju tal-Istati Membri biex jirritorna lejn daru (barra mit-territorju tal-Istati Membri).

Wara li jkunu determinati t-tliet mezzi ta’ vvjaġġar, għandha tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni disponibbli dwar dawk il-mezzi:

(a)

karozza, kowċ: numru tar-reġistrazzjoni;

(b)

ferrovija: isem, numru, eċċ;

(c)

data tat-titjira: data, ħin, numru.

(13)

Dikjarazzjoni formali ffirmata mill-aġent marittimu jew mis-sid tal-bastiment li tikkonferma r-responsabbiltà tiegħu għas-soġġorn u, jekk ikun meħtieġ, għall-ispejjeż tar-ripatrijazzjoni tal-baħħar.


ANNESS X

LISTA TA’ REKWIŻITI MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU INKLUŻI FL-ISTRUMENT LEGALI FIL-KAŻ TA’ KOOPERAZZJONI MA’ FORNITURI ESTERNI TAS-SERVIZZI

A.

Rigward it-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu, fir-rigward tal-protezzjoni tad-data:

(a)

jipprevjeni fil-ħinijiet kollha kwalunkwe qari, ikkopjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta’ data, b’mod partikolari matul it-trasmissjoni tagħha lill-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari tal-Istat jew Stati Membri responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjoni;

(b)

jittrasmetti d-data skont l-istruzzjonijiet tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati,

elettronikament, f’forma kriptata, jew

fiżikament, b’mod sigur;

(c)

jittrasmetti d-data malajr kemm jista’ jkun:

fil-każ ta’ trasferiment fiżiku ta’ data, mill-anqas darba fil-ġimgħa,

fil-każ ta’ trasferiment elettroniku ta’ data kriptata, mill-anqas fi tmiem il-jum tal-ġbir tagħha;

(d)

iħassar id-data immedjatament wara t-trasmissjoni tagħha u jiżgura li l-unika data li tkun tista’ tinżamm għandha tkun l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-applikant għall-finijiet tal-arranġamenti ta’ appuntamenti, kif ukoll in-numru tal-passaport, sar-ritorn tal-passaport lill-applikant, fejn ikun applikabbli;

(e)

il-miżuri tekniċi u organizzattivi tas-sigurtà kollha meħtieġa għall-protezzjoni tad-data personali kontra qerda aċċidentali jew illegali jew telfien aċċidentali, alterazzjoni, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari fejn il-kooperazzjoni tkun tinvolvi t-trasmissjoni ta’ fajls u data lill-missjoni diplomatika jew lill-uffiċċju konsulari tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati, u l-forom illegali l-oħrajn kollha ta’ pproċessar tad-data personali;

(f)

jipproċessa d-data biss għall-finijiet ta’ pproċessar ta’ data personali ta’ applikanti f’isem l-Istat jew Stati Membri kkonċernati;

(g)

japplika standards ta’ protezzjoni ta’ data mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE;

(h)

jipprovdi lill-applikanti bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 37 tar-Regolament VIS.

B.

Rigward it-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu, fir-rigward tal-imġiba tal-persunal:

(a)

jiżgura li l-persunal tiegħu jkun imħarreġ b’mod adatt;

(b)

jiżgura li l-persunal tiegħu fit-twettiq tal-obbligi tiegħu:

jirċievi lill-applikant b’korteżija,

jirrispetta d-dinjità tal-bniedem u l-integrità ta’ applikant,

ma jiddiskriminax kontra persuni fuq raġunijiet ta’ sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u

jirrispetta r-regoli ta’ kunfidenzjalità li għandhom japplikaw ukoll ladarba l-membri tal-persunal ikunu telqu mix-xogħol tiegħu jew wara s-sospensjoni jew it-tmiem tal-istrument legali;

(c)

jipprovdi identifikazzjoni tal-persunal li jaħdem mal-fornitur estern tas-servizzi fil-ħinijiet kollha;

(d)

juri li l-persunal tiegħu m’għandux kondotta kriminali mtebba’ u għandu l-kompetenza meħtieġa.

C.

Fir-rigward tal-verifika tal-esekuzzjoni tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu:

(a)

jipprovdi aċċess minn persunal intitolat mill-Istat jew Stati Membri kkonċernati għall-kwartieri tiegħu fil-ħinijiet kollha mingħajr avviż preċedenti, b’mod partikolari għal finijiet ta’ spezzjoni;

(b)

jiżgura l-possibbiltà ta’ aċċess mill-bogħod għas-sistema tiegħu ta’ appuntamenti għal finijiet ta’ spezzjoni;

(c)

jiżgura l-użu ta’ metodi ta’ monitoraġġ rilevanti (eż. eżami tal-applikanti; Webcam);

(d)

jiżgura aċċess għal prova ta’ konformità mal-protezzjoni tad-data, inklużi obbligi ta’ rappurtar, verifiki esterni u verifiki fuq il-post regolari;

(e)

jirrapporta lill-Istat jew Stati Membri kkonċernati mingħajr dewmien kwalunkwe ksur ta’ sigurtà jew kwalunkwe lment mill-applikanti dwar użu ħażin ta’ data jew aċċess mhux awtorizzat, u jikkoordina mal-Istat jew Stati Membri kkonċernati sabiex tinstab soluzzjoni u jingħataw spjegazzjonijiet fil-pront lill-applikanti li jilmentaw.

D.

Rigward rekwiżiti ġenerali, il-fornitur estern tas-servizzi għandu:

(a)

jaġixxi skont l-istruzzjonijiet tal-Istat jew Stati Membri kompetenti għall-ipproċessar tal-applikazzjoni;

(b)

jadotta miżuri adatti kontra l-korruzzjoni (eż. dispożizzjonijiet dwar rimunerazzjoni tal-persunal; kooperazzjoni fl-għażla ta’ membri tal-persunal assenjat għal tali kompitu; two-man-rule; prinċipju ta’ rotazzjoni);

(c)

jirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-istrument legali, li għandu jkun fih klawsola ta’ sospensjoni jew terminazzjoni, b’mod partikolari fil-każ ta’ ksur tar-regoli stabbiliti, kif ukoll klawsola ta’ reviżjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-istrument legali jirrifletti l-aħjar prattika.


ANNESS XI

PROĊEDURI U KONDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JIFFAĊILITAW IL-ĦRUĠ TAL-VIŻI LILL-MEMBRI TAL-FAMILJA OLIMPIKA LI QED TIPPARTEĊIPA FIL-LOGĦOB OLIMPIKU U FIL-LOGĦOB PARALIMPIKU

KAPITOLU I

Għan u definizzjonijiet

Artikolu 1

Għan

Il-proċeduri u l-kondizzjonijiet speċifiċi li ġejjin jiffaċilitaw l-applikazzjoni għall-viżi u l-ħruġ ta’ viżi lill-membri tal-familja Olimpika għat-tul tal-Logħob Olimpiku u Paralimpiku organizzati minn Stat Membru.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis Komunitarju dwar il-proċeduri għall-applikazzjoni u għall-ħruġ ta’ viżi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“Organizzazzjonijiet responsabbli” jirrelataw mal-miżuri previsti biex ikunu ffaċilitati l-proċeduri għall-applikazzjoni u għall-ħruġ ta’ viżi għall-membri tal-familja Olimpika li qed jieħdu sehem fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku, u jfissru l-organizzazzjonijiet uffiċjali, f’termini tal-Karta Olimpika, li huma intitolati li jippreżentaw listi ta’ membri tal-familja Olimpika lill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membr li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku bil-għan li jinħarġu l-kards tal-akkreditazzjoni għal-Logħob;

(2)

“Membru tal-Familja Olimpika” tfisser kwalunkwe persuna li hija membru tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, tal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali, tal-Federazzjonijiet Internazzjonali, tal-Kumitati Nazzjonali Olimpiċi u Paralimpiċi, tal-Kumitati Organizzattivi tal-Logħob Olimpiku u tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali, bħall-atleti, l-arbitri/ir-referis, il-kowċijiet u t-tekniċi sportivi l-oħra, il-persunal mediku ta’ mat-timijiet jew l-isportivi individwali u l-ġurnalisti akkreditati mill-medja, l-eżekuttivi anzjani, id-donaturi, l-isponsers jew il-mistednin uffiċjali l-oħra, li jaqblu li jiġu ggwidati mill-Karta Olimpika, jaġixxu taħt il-kontroll u l-awtorità suprema tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, huma inklużi fil-listi tal-organizzazzjonijiet responsabbli u huma akkreditati mill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku bħala parteċipanti fil-Logħob Olimpiku u Paralimpiku tal-[sena];

(3)

“Kards tal-akkreditazzjoni Olimpika” li huma maħruġa mill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu tfisser wieħed minn żewġ dokumenti siguri, wieħed għal-Logħob Olimpiku u l-ieħor għal-Logħob Paralimpiku, b’kull wieħed ikollu ritratt tad-detentur tiegħu, jistabbilixxu l-identità tal-membru tal-familja Olimpika u jawtorizzaw l-aċċess għall-faċilitajiet fejn isiru l-kompetizzjonijiet u għal avvenimenti oħrajn skedati sakemm idum il-Logħob;

(4)

“Sakemm idum il-Logħob Olimpiku u Paralimpiku” tfisser il-perijodu li matulu jseħħ il-Logħob Olimpiku u l-perijodu li matulu jseħħ il-Logħob Paralimpiku;

(5)

“Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku” tfisser il-Kumitat stabbilit mill-Istat Membru ospitant konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu biex jiġi organizzat il-Logħob Olimpiku u Paralimpiku, li jiddeċiedi dwar l-akkreditazzjoni tal-membri tal-familja Olimpika li jieħdu sehem f’dak il-Logħob;

(6)

“Servizzi responsabbli mill-ħruġ tal-viżi” tfisser is-servizzi magħżula mill-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku biex jeżaminaw l-applikazzjonijiet u joħorġu l-viżi lill-membri tal-familja Olimpika.

KAPITOLU II

Il-ħruġ ta’ viżi

Artikolu 3

Kondizzjonijiet

Viża tista’ tinħareġ skont dan ir-Regolament biss fejn il-persuna kkonċernata:

(a)

ġiet magħżula minn waħda mill-organizzazzjonijiet responsabbli u akkreditata mill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku bħala parteċipant fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku;

(b)

għandha dokument tal-ivvjaġġar validu li jawtorizza l-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;

(c)

mhijiex persuna li dwarha nħarġet twissija bl-iskop li tiġi mċaħħda mid-dħul;

(d)

mhijiex meqjusa bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà nazzjonali jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Preżentazzioni tal-applikazzjoni

1.   Fejn organizzazzjoni responsabbli tfassal lista tal-persuni magħżula biex jieħdu sehem fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku, hija tista’, flimkien mal-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ kard tal-akkreditazzjoni Olimpika għall-persuni magħżula, tippreżenta applikazzjoni kollettiva għall-viżi għal dawk il-persuni magħżula li huma meħtieġa li jkollhom viża skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001, ħlief fejn dawk il-persuni għandhom permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru jew permess ta’ residenza, maħruġ mir-Renju Unit jew mill-Irlanda, skont id-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (1).

2.   Applikazzjoni kollettiva għall-viżi għall-persuni konċernati għandhom jiġu mgħoddija fl-istess ħin bħall-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ kard tal-akkreditazzjoni Olimpika lill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku skont il-proċedura stabbilita minnu.

3.   Għandhom jiġu ppreżentati applikazzjonijiet individwali għall-viża għal kull persuna li tieħu sehem fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku.

4.   Il-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku għandu jgħaddi lis-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi, applikazzjoni kollettiva għall-viżi mill-aktar fis possibbli, flimkien mal-kopji tal-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ kard tal-akkreditazzjoni Olimpika għall-persuni kkonċernati, li jkollha fuqha l-isem sħiħ, in-nazzjonalità, is-sess u d-data u l-post tat-twelid tagħhom u n-numru, it-tip u d-data tal-iskadenza tad-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom.

Artikolu 5

Eżami tal-applikazzjoni kollettiva għall-viżi u t-tip ta’ viża maħruġa

1.   Il-viża għandha tinħareġ mis-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi wara eżami previst biex jiżgura li jintlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.   Il-viża maħruġa għandha tkun viża uniformi, bi dħul multiplu, li tawtorizza soġġorn ta’ mhux aktar minn 3 xhur għat-tul tal-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku.

3.   Fejn il-membru tal-familja Olimpika kkonċernat ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 3, is-servizzi responsabbli għall-ħruġ tal-viżi jistgħu joħorġu viża b’validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Forma tal-viża

1.   Il-viża għandha tieħu l-forma ta’ żewġ numri mdaħħla fuq il-kard tal-akkreditazzjoni Olimpika. L-ewwel numru għandu jkun in-numru tal-viża. Fil-każ ta’ viża uniformi, dak in-numru għandu jkun magħmul minn seba’ (7) karattri li jinkludu sitt (6) numri ppreċeduti mill-ittra “C”. Fil-każ ta’ viża b’validità territorjali limitata, dak in-numru għandu jkun magħmul minn tmien (8) karattri li jinkludu sitt (6) numri ppreċeduti mill-ittri “XX” (2). It-tienu numru għandu jkun in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata.

2.   Is-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi għandhom jgħaddu n-numri tal-viża lill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku sabiex jinħarġu l-kards tal-akkreditazzjoni.

Artikolu 7

Rinunzja għat-tariffi

L-eżami tal-applikazzjonijiet għal viża u l-ħruġ tal-viżi m’għandhomx iwasslu għall-ebda talba ta’ ħlas mis-servizzi responsabbli mill-ħruġ l-viżi.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 8

Tħassir ta’ viża

Fejn il-lista tal-persuni ppreżentati bħala parteċipanti fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku hija emendata qabel ma jibdew il-Logħob, l-organizzazzjonijiet responsabbli għandhom jgħarrfu mingħajr l-ebda dewmien lill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku tal-[sena] b’dan sabiex il-kards tal-akkreditazzjoni Olimpika tal-persuni mneħħija mil-lista jistgħu jiġu revokati. Il-Kumitat Organizzattiv għandu jinnotifika lis-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi b’dan u għandu jgħarrafhom bin-numri tal-viżi in kwistjoni.

Is-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi għandhom iħassru l-viżi tal-persuni kkonċernati. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntieri b’dan, u dawn tal-aħħar mingħajr dewmien għandhom jgħaddu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 9

Kontrolli fuq il-fruntieri esterni

1.   Il-kontrolli tad-dħul imwettqa fuq il-membri tal-familja Olimpika li nħarġulhom il-viżi skont dan ir-Regolament, meta dawn il-membri jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, għandhom ikunu limitati għall-kontroll tal-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.   Għat-tul tal-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku:

(a)

it-timbri tad-dħul u tal-ħruġ għandhom jitwaħħlu fuq l-ewwel paġna libera tad-dokument tal-ivvjaġġar ta’ dawk il-membri tal-familja Olimpika li għalihom huwa meħtieġ li jitwaħħlu dawn it-timbri skont l-Artikolu 10(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Mal-ewwel dħul, in-numru tal-viża għandu jkun indikat fuq dik l-istess paġna;

(b)

il-kondizzjonijiet għad-dħul previsti fl-Artikolu 5(1)(c) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen għandhom ikunu preżunti li ntlaħqu ladarba membru tal-Familja Olimpika jkun ġie debitament akkreditat.

3.   Il-paragrafu 2 għandu jgħodd għall-membri tal-familja Olimpika li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kemm jekk huma suġġetti għar-rekwiżiti ta’ viża u kemm jekk le, skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001.


(1)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(2)  Referenza għall-kodiċi ISO tal-Istat Membru li qed jorganizza.


ANNESS XII

STATISTIKA ANNWALI DWAR VIŻI UNIFORMI, VIŻI B’VALIDITÀ TERRITORJALI LIMITATA U VIŻI GĦAL TRANŻITU FL-AJRUPORT

Id-data li għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 40a, għal kull post fejn l-Istati Membri individwali joħorġu viża:

total ta’ viżi A li saret applikazzjoni għalihom (inklużi viżi A multipli),

total ta’ viżi A maħruġa (inklużi viżi A multipli),

total ta’ viżi A multipli maħruġa,

total ta’ viżi A maħruġa (inklużi viżi A multipli),

total ta’ viżi C li saret applikazzjoni għalihom (inklużi viżi C bi dħul multiplu),

total ta’ viżi C maħruġa (inklużi viżi C bi dħul multiplu),

total ta’ viżi C bi dħul multiplu maħruġa,

total ta’ viżi C mhux maħruġa (inklużi viżi C bi dħul multiplu),

total ta’ viżi VTL maħruġa.

Regoli ġenerali għall-preżentazzjoni tad-data:

id-data għas-sena preċedenti kollha għandha tinġabar f’fajl wieħed,

id-data għandha tingħata bl-użu ta’ mudell standard (ipprovdut mill-Kummisjoni),

id-data għandha tkun disponibbli għal-lokazzjonijiet individwali fejn l-Istat membru kkonċernat joħroġ il-viżi u raggruppati minn pajjiżi terzi,

“Mhux maħruġa” tkopri d-data dwar viżi u applikazzjonijiet miċħuda fejn l-eżami twaqqaf (kif previst għall-Artikolu 8(2)).

F’każ li d-data mjihiex la disponibbli u lanqas rilevanti għal kategorija u pajjiż terz partikolari, l-Istati Membri għandhom iħallu l-ispazju vojt (u ma jdaħħlux “0”) (żero), “N.A”) (mhux applikablli) jew kwalunkwe valur ieħor).


ANNESS XIII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament

Dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (CSA), Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (CCI) jew tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen (SCH/Com-ex) sostitwiti

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

CCI, Parti I.1. Kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikoli 9 u 10 tas-CSA)

Artikolu 2

Definizzjonijiet

(1)-(4)

CCI: Parti I. 2. Definizzjonijiet u tipi ta’ viża

CCI: Parti IV “Bażi legali”

CSA: l-Artikoli 11(2), 14 (1), 15, 16

TITOLU II

VIŻA GĦAL TRANŻITU FL-AJRUPORT

Artikolu 3

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi meħtieġa li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport

Azzjoni Konġunta 96/197/ĠAI, CCI, Parti I. 2.1.1

TITOLU III

PROĊEDURI U KONDIZZJONIJIET GĦALL-ĦRUĠ TA’ VIŻI

KAPITOLU I

Awtoritajiet li jipparteċipaw fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet

Artikolu 4

Awtoritajiet li huma kompetenti biex jieħdu sehem fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet

CCI Parti II. 4., CSA, Artikolu 12(2), Regolament 415/2003

Artikolu 5

Stat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni u jieħu deċiżjoni dwarha

CCI, Parti II 1.1(a)(b), CSA Artikolu 12(2)

Artikolu 6

Kompetenza territorjali konsulari

CCI, Parti II, 1.1 u 3

Artikolu 7

Kompetenza tal-ħruġ ta’ viżi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu legalment preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru

Artikolu 8

Arranġamenti dwar rappreżentanza

CCI, Parti II, 1.2

KAPITOLU II

L-applikazzjoni

Artikolu 9

Modalitajiet prattiċi għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal viża

CCI, Anness 13, nota (Artikolu 10(1)

Artikolu 10

Regoli ġenerali għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni

Artikolu 11

Il-formola tal-applikazzjoni

CCI, Parti III. 1.1

Artikolu 12

Dokument tal-ivvjaġġar

CCI, Parti III.2. (a), CSA, Artikolu 13(1) u (2)

Artikolu 13

Identifikaturi bijometriċi

CCI, Parti III. 1.2 (a) u (b)

Artikolu 14

Dokumenti ta’ sostenn

CCI, Parti III.2(b) u Parti V.1.4, Com-ex (98) 57

Artikolu 15

Assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar

CCI, Parti V, 1.4

Artikolu 16

It-tariffa tal-viża

CCI Parti VII. 4. u Anness 12

Artikolu 17

It-tariffa tas-servizz

IKK, Parti VII, 1.7

KAPITOLU III

Eżami ta’ applikazzjoni u teħid ta’ deċiżjoni dwarha

Artikolu 18

Verifika ta’ kompetenza konsulari

Artikolu 19

Ammissibbiltà

Artikolu 20

Timbru li jindika li l-applikazzjoni hi ammissibbli

CCI, Parti VIII, 2

Artikolu 21

Verifika tal-kondizzjonijiet ta’ dħul u stima tar-riskju

CCI, Parti III,.4 u Parti V.1.

Artikolu 22

Konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn

IKK, Parti II, 2.3 and Parti V, 2.3(a)-(d)

Artikolu 23

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

CCI, Parti V. 2.1 (it-tieni inċiż), 2.2, IKK

KAPITOLU IV

Il-ħruġ tal-viża

Artikolu 24

Ħruġ ta’ viża uniformi

CCI, Parti V, 2.1

Artikolu 25

Ħruġ ta’ viża b’validità territorjali limitata

CCI, Parti V, 3, Anness 14, CSA 11(2), 14(1) u 16

Artikolu 26

Ħruġ ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport

CCI, Part I, 2.1.1 – Azzjoni Konġunta 96/197/ĠAI

Artikolu 27

Il-mili tal-isticker tal-viża

CCI, Parti VI. 1-2-3-4

Artikolu 28

Invalidar tal-istickers tal-viżi mimlijin

CCI, Parti VI, 5.2

Artikolu 29

Twaħħil tal-istickers tal-viża

CCI, Parti VI, 5,3

Artikolu 30

Drittijiet li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ viża

CCI, Part I, 2.1, l-aħħar sentenza

Artikolu 31

Informazzjoni tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn

Artikolu 32

Ċaħda ta’ viża

KAPITOLU V

Modifika ta’ viża maħruġa

Artikolu 33

Estensjoni

Com-ex (93) 21

Artikolu 34

Annullament u revoka

Com-ex (93) 24 u l-Anness 14 għall-IKK

KAPITOLU VI

Viżi maħruġa fuq il-fruntieri esterni

Artikolu 35

Applikazzjonijiet għal viżi fuq il-fruntieri esterni

Ir-Regolament (KE) Nru 415/2003

Artikolu 36

Viżi maħruġa lill-baħħara fi tranżitu fuq il-fruntiera

TITOLU IV

ĠESTJONI U ORGANIZZAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 37

Organizzazzjoni tat-taqsimiet tal-viżi

CCI, Parti VII, 1-2-3

Artikolu 38

Riżorsi għall-eżami tal-applikazzjonijiet u l-monitoraġġ tal-konsulati

 

CCI, Parti VII, 1 A

Artikolu 39

Imġiba tal-persunal

CCI, Parti III.5

Artikolu 40

Forom ta’ kooperazzjoni

CCI, Parti VII, 1AA

Artikolu 41

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

Artikolu 42

Rikors għand konsli onorarji

CCI, Parti VII, A.B

Artikolu 43

Kooperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi

CCI, Parti VII, 1B

Artikolu 44

Kriptaġġ u trasferiment sigur ta’ data

CCI, Parti II, 1.2, Parti VII, 1.6, is-sitt, seba’, tmien u d-disa’ subparagrafi

Artikolu 45

Kooperazzjoni tal-Istati Membri ma’ intermedjarji kummerċjali

CCI, VIII, 5.2

Artikolu 46

Ġbir ta’ statistika

SCH Com-ex (94) 25 u (98) 12

Artikolu 47

Informazzjoni lill-pubbliku ġenerali

TITOLU V

KOOPERAZZJONI LOKALI TA’ SCHENGEN

Artikolu 48

Kooperazzjoni lokali ta’ Schengen fost il-konsulati tal-Istati Membri

CCI, VIII, 1-3-4

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 49

Arranġamenti għal Logħob Olimpiku u Logħob Paralimpiku

Artikolu 50

Emendamenti għall-Annessi

Artikolu 51

Istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika tal-Kodiċi dwar il-Viżi

Artikolu 52

Proċedura ta’ kumitat

Artikolu 53

Notifika

Artikolu 54

Emendamenti għar-Regolament (KE) Nru 767/2008

Artikolu 55

Emendamenti għar-Regolament (KE) Nru 562/2006

Artikolu 56

Tħassir

Artikolu 57

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 58

Dħul fis-seħħ


ANNESSI

Anness I

Formola armonizzata ta’ applikazzjoni

CCI, Anness 16

Anness II

Lista mhux eżawrkenti ta’ dokumenti ta’ sostenn

Parzjalment CCI, V, 1.4.

Anness III

Format uniformi u użu tat-timbri li jindika li hija ammissibbli l-applikazzjoni għal viża

CCI, VIII

Anness IV

Lista komuni ta’ pajjiżi terzi, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom fil-pussess tagħhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-zona ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorji tal-Istati Membri

CCI, Anness 3, Parti I

Anness V

Lista ta’ permessi ta’ residenza li jintitolaw lid-detenturi tagħhom għal tranżitu mill-ajruporti tal-Istati Membri mingħajr ma jkun meħtieġ li jkunu fil-pussess ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport

CCI, Anness 3, Parti III

Anness VI

Formola standard għan-notifika u għall-motivazzjoni ta’ ċaħda, annullament jew revoka ta’ viża

Anness VII

Mili tal-isticker tal-viża

CCI, Parti VI, 1-4, Anness 10

Anness VIII

It-twaħħil tal-isticker tal-viża

CCI, Parti VI, 5.3

Anness IX

Regoli għall-ħruġ tal-viżi fuq il-fruntieri lill-baħħara fi tranżitu li huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-viża

Ir-Regolament (KE) Nru 415/2003, l-Annessi I u II

Anness X

Lista ta’ rekwiżiti minimi li għandhom ikunu inklużi fl-istrument legali fil-każ ta’ kooperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi

CCI, Anness 19

Anness XI

Proċeduri u kondizzjonijiet speċifiċi li jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viżi lill-membri tal-Familja Olimpika li qed tipparteċipa fil-Logħob Olimpiku u fil-Logħob Paralimpiku

Anness XII

Statistika annwali dwar viżi uniformi, viżi b’validità territorjali limitata u viżi għal tranżitu fl-ajruport


Top