This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0484
Commission Regulation (EC) No 484/2009 of 9 June 2009 amending Regulation (EC) No 1975/2006 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 1698/2005, as regards the implementation of control procedures as well as cross-compliance in respect of rural development support measures
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 484/2009 tad- 9 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1975/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 484/2009 tad- 9 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1975/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali
ĠU L 145, 10.6.2009, p. 25–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32011R0065
10.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 484/2009
tad-9 ta’ Ġunju 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1975/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 51(4), 74(4) u 91 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara l-emendi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità li dwarha hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 479/2008 (2), ir-referenzi għal dak ir-Regolament li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (3) għandhom jiġu aġġornati. |
(2) |
Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (4) huwa applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2009. Ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 għalhekk għandu jiġi adattat sabiex jitqiesu r-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
(3) |
L-esperjenza wriet li hemm lakuni u dispożizzjonijiet li ma għadhomx jgħoddu fir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 li għandhom jimtlew jew jitħassru sabiex ikun żgurat li r-Regolament jinftiehem b’mod korrett u li jkun hemm konsistenza fit-test. |
(4) |
Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, bħal dawk li jippermettu li jsiru avviżi minn qabel għal verifiki fuq il-post li jissemmew fl-Artikolu 23a, dawk li jiddefinixxu l-eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet stipulati fl-Artikolu 68 u dawk li huma pprovduti fl-Artikolu 71(2), għandhom jiġu ġeneralment applikabbli għall-iskop tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
(5) |
Għal finijiet ta’ ċarezza, meta jiġu applikati r-regoli ta’ kontroll dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali għal ċerti miżuri taħt l-Assi 2 u l-Assi 4, kif stipulat fil-Parti II, it-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006, għandha ssir referenza għad-definizzjoni u l-prinċipji tal-pakketti agrikoli li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 796/2004. |
(6) |
Dwar il-verifiki fuq il-post relatati mal-miżura stipulata fl-Artikolu 36(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, għandu jiġi ċċarat li l-minimu ta’ 5 % għandu jintlaħaq fil-livell tal-miżura. |
(7) |
L-esperjenza wriet li huwa meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet, speċjalment dwar it-tnaqqis fil-każ ta’ dikjarazzjoni żejda ta’ miżuri dwar ċertu qasam u li huma relatati mal-annimali u l-akkumulazzjoni tat-tnaqqis. |
(8) |
Għal finijiet ta’ ċarezza, ċerti referenzi għas-sena tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għandhom jiġu emendati sabiex jirreferu għal sena kalendarja. |
(9) |
Id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 dwar l-għażla tal-kampjun tal-kontroll għall-verifikazzjoni tal-konformità reċiproka għandha terġa’ tiġi fformulata mill-ġdid sabiex tqis l-Artikolu 45 emendat tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, u għandu jiżdied mekkaniżmu ġdid sabiex tiżdied l-effettività tas-sistema tal-kontroll. |
(10) |
Sabiex ikun hemm applikazzjoni konsisteni tat-tnaqqis fil-każijiet ta’ negliġenza jew nuqqas ta’ konformità intenzjonata, huwa meħtieġ li jkun speċifikat l-qasam ta’ konformità reċiproka li fih għandhom jiġu kklasifikati l-ħtiġijiet minimi għall-fertilizzanti u l-użu tal-prodott tal-protezzjoni tal-pjanta imsemmi fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
(11) |
L-ordni tat-tnaqqis li għandha tiġi applikata fil-każijiet ta’ akkumulazzjoni tat-tnaqqis fil-kuntest tal-verifikazzjoni tal-konformità reċiproka għandha tiġi emendata sabiex tiżgura sekwenza iżjed konsistenti. |
(12) |
Sabiex ikunu koperti miżuri li mhumiex relatati ma’ żona jew ma’ annimali, il-ħtieġa ta’ rapport ta’ kontroll għandha tkun inkluża f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki fuq il-post għall-appoġġ skont l-Assi 1 u l-Assi 3 u ċerti miżuri skont l-Assi 2 u l-Assi 4. |
(13) |
L-esperjenza wriet li huwa meħtieġ li jkunu ċċarati l-ħtiġijiet annwali ta’ notifikazzjoni. |
(14) |
It-tagħrif dwar ir-riżultati ta’ kwalunkwe tip ta’ kontroll għandu jkun disponibbli għall-aġenziji kollha tal-ħlas li jkunu responsabbli mill-ġestjoni ta’ skemi differenti ta’ appoġġ sabiex, fejn is-sejbiet hekk jiġġustifikaw, huma jkunu jistgħu japplikaw il-konformità reċiproka u t-tnaqqis tal-eliġibbiltà fl-istess ħin. |
(15) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(16) |
Sabiex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed sabiex jaġġustaw il-proċeduri ta’ kontroll tagħhom u jkunu evitati l-problemi ta’ kontabbiltà li jistgħu jinqalgħu fil-każ li l-applikazzjoni tibda’ f’nofs is-sena, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010. Madankollu, bil-ħsieb li tinżamm iċ-ċertezza legali, id-deroga dwar it-tnaqqis li tirriżulta mill-Artikolu 138(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima (5), bħala applikabbli għall-benefiċjarji fl-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ ħlas uniku għaż-żona; għandha tinżamm għall-applikazzjonijiet tal-għajnuna relatati mas-sena kalendarja 2009. |
(17) |
Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 5, 22, 23, 23a(1), 68, 69, 71(2) u 73 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis.”; |
(2) |
L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 7 L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 L-Artikolu 2(10), (22) u (23) u l-Artikoli 9, 14(1a), 18 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-iskop ta’ dan it-Titolu. L-Artikoli 2(1a), 6(1) u 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw ukoll mutatis mutandis. Madankollu, għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 36(b)(iii), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi alternattivi xierqa sabiex jidentifikaw b’mod uniku l-art li hija soġġetta għall-appoġġ.”; |
(3) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej: “3. L-Artikoli 11(3), 12, 15 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-talbiet tal-pagamenti taħt dan it-Titolu. Barra mit-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 12(1)(d) ta’ dak ir-Regolament, it-talbiet għall-pagamenti għandu jkun fihom ukoll it-tagħrif stipulat f’dik id-dispożizzjoni dwar l-art mhux agrikola li qed jintalab appoġġ għaliha.”; |
(4) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 17 jiġi emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. L-Artikoli 4(2) u 22 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 2(2), (2a) u (31) sa (36) kif ukoll l-Artikoli 41, 42, 43, 46, 47 u 48 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontrolli tal-konformità reċiproka.”; |
(9) |
L-Artikoli 20 u 21 jinbidlu b’dan li ġej: “Artikolu 20 Verifiki fuq il-post 1. L-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha, fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-istandards li għalihom din hija responsabbli, twettaq verifiki fuq il-post għal tal-inqas 1 % tal-benefiċjarji kollha li jressqu t-talbiet għall-pagamenti skont l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. 2. Għandhom japplikaw it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 44(1), l-Artikolu 44(1a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. Artikolu 21 L-għażla tal-kampjun tal-kontroll 1. L-Artikolu 45(1), (1a) u (1b) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika fir-rigward tal-għażla tal-kampjun tal-kontroll sabiex isiru l-verifiki fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-kampjuni tal-benefiċjarji li għandhom jiġu kkontrollati skont l-Artikolu 20 għandhom jintgħażlu mill-kampjun ta’ benefiċjarji li diġà kienu ntgħażlu skont l-Artikolu 12 u li għalihom japplikaw il-ħtiġijiet jew l-istandards rilevanti. 3. Madankollu, il-kampjuni tal-benefiċjarji li għandhom jiġu kkontrollati skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintgħażlu mill-popolazzjoni tal-benefiċjarji li jressqu t-talbiet għall-pagamenti skont l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li huma obbligati jissodisfaw il-ħtiġijiet jew l-istandards rispettivi. 4. Jista’ jkun deċiż li wieħed jipproċedi billi jingħaqdu l-proċeduri stipulati fil-paragrafi 2 u 3 minħabba li għaqda bħal din iżżid l-effettività tas-sistema tal-kontroll.”; |
(10) |
Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikoli 2(2), (2a) u (31) sa (36), 41 u 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis jew l-esklużjonijiet li għandhom jiġu applikati wara li jkun instab kwalunkwe nuqqas ta’ konformità.”; |
(11) |
L-Artikoli 23 u 24 jinbidlu b’dan li ġej: “Artikolu 23 Il-kalkolu tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, fejn in-nuqqas ta’ konformità jiġi determinat, għandu jiġi applikat tnaqqis fuq l-ammont globali tal-għajnuna skont l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) ta’ dak ir-Regolament li kien ingħata, jew li se jingħata, lill-benefiċjarju kkonċernat wara t-talbiet għall-pagamenti li dan ikun ressaq jew se jressaq matul is-sena kalendarja tan-nuqqas ta’ konformità. Fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun minħabba negliġenza min-naħa tal-benefiċjarju, it-tnaqqis għandu jiġi kkalkulat skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonata, it-tnaqqis għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. 2. Għal finijiet tal-kalkolu tat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1, il-ħtiġijiet minimi għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif definiti fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom jitqiesu bħala parti mill-qasam tal-‘ambjent’ u mill-qasam tas-‘saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti’ rispettivament kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Kull wieħed minnhom jitqies daqs ‘att’ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(32) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. Artikolu 24 L-akkumulazzjoni tat-tnaqqis Fejn hemm akkumulazzjoni tat-tnaqqis, dan għandu l-ewwel jiġi applikat skont l-Artikoli 16 jew 17 ta’ dan ir-Regolament, imbagħad skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, imbagħad f’każ ta’ li jkun hemm preżentazzjoni tard skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, imbagħad skont l-Artikolu 14(1a) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 u fl-aħħar skont l-Artikoli 22 u 23 ta’ dan ir-Regolament.”; |
(12) |
L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
(13) |
Fl-Artikolu 28(1), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(14) |
Jiddaħħal l-Artikolu 28a li ġej: “Artikolu 28a Rapport tal-kontroll Il-verifiki fuq il-post taħt din it-Taqsima għandhom ikunu soġġetti għal rapport ta’ kontroll. L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika mutatis mutandis.”; |
(15) |
Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej: “3. Il-verifiki ex-post għandhom ikopru kull sena kalendarja mill-inqas 1 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għall-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li għalihom ikun sar il-pagament finali mill-FAEŻR. Dawn għandhom isiru fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja rispettiva.”; |
(16) |
L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
L-Artikolu 34 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 34 Notifiki L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Lulju kull sena:
|
(18) |
L-Artikolu 36 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 36 Rappurtar tal-kontrolli lill-aġenziji tal-ħlas 1. F’każ li, għal benefiċjarju, iktar minn aġenzija tal-ħlas waħda hija responsabbli mill-ġestjoni tal-pagamenti differenti kif stipulat skont l-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(i), (iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u skont l-Artikoli 11, 12 u 98 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (**), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-nuqqasijiet ta’ konformità determinati u, fejn jixraq, it-tnaqqis korrispondenti u l-esklużjonijiet jinġiebu għall-attenzjoni tal-aġenziji kollha tal-ħlas li jkunu involuti f’dawk il-pagamenti. 2. F’każ li l-kontrolli ma jitwettqux mill-aġenzija tal-ħlas, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-aġenzija tal-ħlas tirċievi biżżejjed tagħrif dwar il-kontrolli li jkunu twettqu. Hija fir-responsabbiltà tal-aġenzija tal-ħlas sabiex tiddefinixxi l-ħtiġijiet tagħha għat-tagħrif. It-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jkun rapport dwar kull kontroll li jkun sar jew, jekk jixraq, ikun fil-forma ta’ rapport sommarju. 3. Għandha tinżamm sekwenza ta’ reviżjoni suffiċjenti. Tinsab deskrizzjoni indikattiva tal-ħtiġijiet tas-sekwenza ta’ reviżjoni sodisfaċenti fl-Anness. 4. L-aġenzija tal-ħlas għandu jkollha d-dritt li tivverifika l-kwalità tal-kontrolli mwettqa minn korpi oħra, u li tirċievi t-tagħrif l-ieħor kollu li teħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010 bl-eċċezzjoni tal-punt 5(c) tal-Artikolu 1, li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2009.
Ghall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(2) ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.
(3) ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 455.
(4) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(5) ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 58.