EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0215

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 215/2009 tat- 18 ta’ Marzu 2009 rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

OJ L 73, 19.3.2009, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 014 P. 249 - 250

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/215/oj

19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 215/2009

tat-18 ta’ Marzu 2009

rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenaklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati ma’ kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità. (2).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

L-Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

L-Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għall-perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

L-hekk imsejjaħ modjul li jissetja r-radju, imfassal biex ikun integrat fir-riċevituri għax-xandir bir-radju, tat-tip użat fil-vetturi bil-mutur, flimkien ma’ komponenti oħra bħal unità tal-provista tal-elettriku, proċessuri tas-sinjal, amplifikaturi tal-awdjo u ċirkwiti li jimmemorizzaw/jaħżnu l-kanal ta’ transmissjoni.

Il-modjul jikkonsisti minn grupp ta’ frekwenzi tar-radju, grupp ta’ frekwenzi intermedjarji u ċirkwiti AM/FM ta’ demodulazzjoni.

Il-modjul jiżola l-frekwenza tar-radju u jiddemodjula s-sinjal awdjo mingħajr l-ebda pproċessar ulterjuri.

8527 29 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8527 u 8527 29 00 .

Hekk kif il-modjul għandu l-komponenti neċessarji kollha (grupp ta’ frekwenza tar-radju, grupp ta’ frekwenzi intermedjarji u ċirkwiti AM/FM ta’ demodulazzjoni) sabiex jirċievi u jipproċessa x-xandir bir-radju, għandu jkun ikkonsidrat, skont ir-Regola Ġenerali 2(a), li għandu l-karatterisitka neċessarja, ta’ prodott komplet jew lest tal-intestatura 8527 . Il-modjul għandu għalhekk ikun ikklassifikat taħt dik l-intestatura.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8529 bħala parti li tista’ tintuża biss jew primarjament ma’ apparat tal-intestatura 8527 hi b’hekk eskluża.

Il-modjul għandu għalhekk ikun ikklassifikat taħt l-intestatura 8527 bħala riċevitur tax-xandir tar-radju li mhux kapaċi li jopera mingħajr sors estern ta’ elettriku, ta’ tip użat fil-vetturi bil-mutur.


Top