EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0009

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 9/2009 tas- 7 ta’ Jannar 2009 li jiffisa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji għall-importazzjoni mressqa mill- 1 ta’ Jannar 2009 sat- 2 ta’ Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja mwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 fir-rigward tal-qamħirrum

OJ L 4, 8.1.2009, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/9/oj

8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 9/2009

tas-7 ta’ Jannar 2009

li jiffisa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji għall-importazzjoni mressqa mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-2 ta’ Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja mwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 fir-rigward tal-qamħirrum

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 242 074 tunnellata qamħirrum (numru tas-serje 09.4131).

(2)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 ffissa għal 121 037 tunnellata l-kwantità tas-subperjodu nru 1/ għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(3)

Min-notifika konformi ma' l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-2 ta’ Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema limitu jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(4)

Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għas-subperjodu kurrenti tal-kwota,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kull applikazzjoni għal liċenzja ta' l-importazzjoni ta' qamħirrum fil-kuntest tal-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 969/2006, imressqa mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-2 ta’ Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skond il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 0,880928 %.

2.   Il-ħruġ ta' liċenzji għal kwantitajiet mitluba mit-2 ta’ Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, huwa sospiż għas-subperjodu kurrenti tal-kwota.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.


Top