EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0118

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/118/KE tad- 9 ta’ Settembru 2009 li temenda l-Annessi minn II sa V għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

OJ L 239, 10.9.2009, p. 51–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 059 P. 100 - 103

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/118/oj

10.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 239/51


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/118/KE

tad-9 ta’ Settembru 2009

li temenda l-Annessi minn II sa V għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/29/KE tipprevedi li ċerti żoni għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti.

(2)

Ċerti reġjuni u partijiet ta’ reġjuni fl-Awstrija ġew rikonoxxuti għal żmien limitat bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 (2). L-Awstrija ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa ġiet stabbilita fit-territorju tagħha. Għalhekk dawk ir-reġjuni u dawk il-partijiet mir-reġjuni ma għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti.

(3)

Fil-Greċja, Kreta u Lesvos ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Il-Greċja ressqet informazzjoni li turi li l-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. issa hija stabbilita f’dawk ir-reġjuni. Għalhekk Kreta u Lesvos ma għandhomx jibqgħu jiġu rrikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara.

(4)

B’riżultat ta’ emendi preċedenti wħud mill-annotazzjonijiet u referenza għal żona protetta fl-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE ma għadhomx jgħoddu u għandhom jitħassru.

(5)

Ċerti kodiċi tal-injam u ta’ artikoli tal-injam tan-Nomenklatura Magħquda ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 (3). Jeħtieġ li d-Direttiva 2000/29/KE tiġi adattata għal dawk l-iżviluppi tekniċi.

(6)

L-Annessi minn II sa V tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi minn II sa V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 22.7.2008. p. 1

(3)  ĠU L 291, 31.10.2008, p. 1.


ANNESS

L-Annessi minn II sa V tad-Direttiva 2000/29/KE qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

Il-Parti B tal-Anness II qed tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 2 tal-intestatura (b), fit-tielet kolonna, żona/żoni protetta, il-kliem “A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija t’Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv Lienz), Styria u Vjenna),” jitħassar.

(b)

Fil-punt 0.1 tal-intestatura (c), fit-tielet kolonna, żona/żoni protetta, il-kliem “EL (Kreta, Lesvos),” jitħassar.

(2)

Il-Parti B tal-Anness III qed tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 1, fit-tieni kolonna, żona/żoni protetta, il-kliem “A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija t’Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv Lienz), Styria u Vjenna),” jitħassar.

(b)

Fil-punt 2, fit-tieni kolonna, żona/żoni protetta, il-kliem “A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija t’Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv Lienz), Styria u Vjenna),” jitħassar.

(3)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

Fil-punt 16.5 tat-Taqsima I, fit-tieni kolonna, rekwiżiti speċjali, fl-ewwel sentenza, il-kliem “Anness III(B)(2), (3), u” jitħassar.

(ii)

Fil-punt 46 tat-Taqsima I, fit-tieni kolonna, rekwiżiti speċjali, fl-ewwel sentenza, jitħassar in-numru “(45)”.

(b)

Il-Parti B tiġi emendata kif ġej:

(i)

Fil-punti 1, 2, 3, 4, 5 u 6, fit-tieni kolonna, rekwiżiti speċjali, fl-ewwel sentenza, il-kliem “Anness IV(A)(I)(1.1), (1.2), (1.3), (1.4), (1.5), (7)” jinbidel b’ “Anness IV(A)(I)(1.1), (1.2), (1.3), (1.4), (1.5), (1.6), (1.7)”.

(ii)

Fil-punt 6.3 u 14.9, fit-tielet kolonna, żona/żoni protetta, il-kliem “EL (Kreta, Lesvos),” jitħassar.

(iii)

Fil-punt 14.9, fit-tielet kolonna, żona/żoni protetta, il-kelma “DK” titħassar.

(iv)

Fil-punt 21, fit-tielet kolonna, żona/żoni protetta, il-kliem “A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija t’Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv Lienz), Styria u Vjenna),” jitħassar.

(v)

Fil-punt 21.3, fit-tielet kolonna, żona/żoni protetta, il-kliem “A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija t’Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv Lienz), Styria u Vjenna),” jitħassar.

(4)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt I.1.7.(b) tal-Parti A, fl-ewwel kolonna tat-tabella, kodiċi NM, il-kodiċi “ex 4401 30 90” tinbidel bi “ex 4401 30 80”.

(b)

Fil-punt I.6.(b) tal-Parti B, ir-raba’ entrata

“4401 30 10

Serratura”

għandha tinbidel bi

“ex 4401 30 40

Serratura, mhux miġbura fi zkuk, trab tal-faħam, pritkuna jew forom simili”

(ċ)

Fil-punt I.6.(b) tal-Parti B, fl-ewwel kolonna tat-tabella, kodiċi NM, il-kodiċi “ex 4401 30 90” tinbidel bi “ex 4401 30 80”.


Top