This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0113
Commission Directive 2009/113/EC of 25 August 2009 amending Directive 2006/126/EC of the European Parliament and of the Council on driving licences
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE tal- 25 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE tal- 25 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan
ĠU L 223, 26.8.2009, pp. 31–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
26.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 223/31 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/113/KE
tal-25 ta’ Awwissu 2009
li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-rekwiżiti minimi tal-idonejità medika għas-sewqan mhumiex armonizzati għalkollox. L-Istati Membri jistgħu jimponu standards aktar stretti mir-rekwiżiti minimi Ewropej, kif stipulati fl-Anness III fil-punt 5 tad-Direttiva 2006/126/KE. |
|
(2) |
Peress li l-eżistenza ta’ rekwiżiti differenti fi Stati Membri differenti tista’ taffettwa l-prinċipju ta’ moviment liberu l-Kunsill talab speċifikament għal reviżjoni tal-istandards mediċi għal-liċenzjar tas-sewwieqa fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ġunju 2000. |
|
(3) |
F’konformità ma’ din ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni issuġġeriet li għandu jkun hemm ħidma fuq perjodu ta’ żmien medju u twil sabiex jiġi adattat l-Anness III għall-progress xjentifiku u tekniku kif stipulat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/126/KE. |
|
(4) |
Il-vista, id-dijabete u l-epilessija ġew identifikati bħala kundizzjonijiet mediċi li jaffettwaw l-idonejità għas-sewqan u li kien meħtieġ li jiġu kkunsidrati; għal dan il-għan twaqqfu gruppi ta’ ħidma li fihom hemm speċjalisti magħżula mill-Istati Membri. |
|
(5) |
Dawn il-gruppi ta’ ħidma pproduċew rapporti sabiex jiġu aġġornati l-punti rilevanti tal-Anness III għad-Direttiva 2006/126/KE. |
|
(6) |
Id-Direttiva 2006/126/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III għad-Direttiva 2006/126/KE ġie emendat kif muri fl-Anness.
Artikolu 2
(1) L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn sena mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.
(2) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
ANNESS
L-Anness III għad-Direttiva 2006/126/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 6 għandu jinbidel b’dan li ġej: “VISTA
Grupp 1:
Grupp 2:
|
|
(2) |
Il-punt 10 għandu jinbidel b’dan li ġej: “DIABETES MELLITUS
Grupp 1:
Grupp 2:
|
|
(3) |
Il-punt 12 għandu jinbidel b’dan li ġej: “EPILESSIJA
Grupp 1:
Grupp 2:
|