Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0076

Direttiva 2009/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 201, 1.8.2009, p. 18–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 055 P. 250 - 260

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/76/oj

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/18


DIRETTIVA 2009/76/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)

Billi:

(1)

Id-Direttiva 77/311/KEE tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Id-Direttiva 77/311/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoli jew għall-foresterija, kif sostitwita bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati (5) u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi huma dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita fid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk id-dispożizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva.

(3)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija” ifisser kwalunkwe vettura bil-mutur, mgħammra b’roti jew ċineg mingħajr tarf u li għandu mill-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni ewlenija tiegħu tinsab fis-saħħa trattiva tiegħu u li jkun speċifikament iddisinjat biex jirmonka, jimbotta, iġġorr jew jagħti saħħa lil ċertu għodda, makkinarju jew karrijiet intenzjonati għal użu għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Jista’ jkun mgħammar biex iġorr tagħbija u passiġġieri.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skont id-disinn ta’ bejn is-6 u l-40 km/siegħa.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur minħabba raġunijiet marbuta mal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq jekk dan il-livell ikun fil-limiti li ġejjin:

90 dB(A) skont l-Anness I,

jew

86 dB(A) skont l-Anness II.

2.   Fir-rigward ta’ vetturi li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, għal raġunijiet marbuta mas-suġġett ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri:

m’għandhomx jibqgħu joħorġu l-approvazzjoni tat-tip KE,

jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali.

3.   Fir-rigward ta’ vetturi li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, għal raġunijiet marbuta mas-suġġett ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri:

għandhom iqisu ċertifikati ta’ konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skont id-Direttiva 2003/37/KE bħala mhux aktar validi għall-iskopijiet tal-artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva;

jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ dawk il-vetturi ġodda.

4.   L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jirreġistraw jew jipprojbixxu l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ tratturi minħabba raġunijiet marbuta mal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq jekk dan il-livell ikun fil-limiti li ġejjin:

90 dB(A) skont l-Anness I,

jew

86 dB(A) skont l-Anness II.

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “kabina” tfisser kull struttura mibnija minn komponenti riġidi, trasparenti jew le, li tagħlaq totalment lis-sewwieq u tiżolah minn barra, u hi kapaċi li tinżamm magħluqa b’mod permanenti waqt is-servizz.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li kemm fil-presentazzjoni tal-bejgħ kif ukoll fir-riklamar ma jkun hemm xejn li jissuġġerixxi li t-tratturi għandhom karatteristiċi relatati mal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq li huma fil-fatt ma jkollhomx.

Artikolu 5

Kull emenda neċessarja sabiex jiġu addattati d-dispożizzjonijiet tal-Annessi I, II u III għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 7

Id-Direttiva 77/311/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness IV, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għanda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  ĠU C 120, 16.5.2008, p. 15.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2009.

(3)  ĠU L 105, 28.4.1977, p. 1.

(4)  Ara l-Anness IV, Parti A.

(5)  ĠU L 171 9.7.2003, p. 1.


ANNESS I

APPARAT, KONDIZZJONIJIET U METODU TA’ KEJL

1.   UNITA’ TA’ KEJL U APPARAT TA’ KEJL

1.1.   Unità ta’ kejl

Il-valur A tal-livell ta’ storbju LA għandu jitkejjel b’dB, espressa bħala dB(A).

1.2.   Apparat ta’ kejl

Il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq għandu jitkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes kif deskritt fl-ewwel edizzjoni tal-Pubblikazzjoni Nru 179/1965 tal-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika.

Fil-każ ta’ riżultati varjabbli, il-medja tal-valuri massimi għandha tittieħed.

2.   KONDIZZJONIJIET TA’ KEJL

Il-kejl għandu jsir taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.1.

it-trattur ma għandux ikun mgħobbi, i.e. mingħajr aċċessorji fakultattivi, imma għandu jinkludi likwidu għat-tkessiħ, lubrikant, tank mimli bil-karburant, għodda u sewwieq. Dan tal-aħħar ma jistax jilbes ħwejjeġ li huma ħoxnin b’mod abnormali, xalpa jew kappell. Ma jista’ jkun hemm ebda oġġett fuq it-trattur li x’aktarx itellef il-livell tal-istorbju;

2.2.

it-tyres għandhom jkunu minfuħin sal-pressjoni rakkomandata mill-manufattur tat-trattur, il-magna, il-fusien ta’ trasmissjoni u sewqan għandhom jkunu ta’ temperatura normali u jekk jiġu mgħammra b’radiator blinds dawn għandhom jinżammu miftuħa waqt il-kejl;

2.3.

jekk ikunu suġġetti li jaffetwaw il-livell ta’ storbju, apparat żejjed li jieħu s-saħħa mill-magna jew li jieħu s-saħħa minnu nnifsu, bħal wajpers tal-wind screen, fan tal-arja sħuna jew power take-off, per eżempju, ma jistgħux ikunu qegħdin jaħdmu meta jkun isir il-kejl; partijiet li normalment jaħdmu fl-istess ħin tal-magna, bħall-fan għat-tkessiħ tal-magna, per eżempju, għandhom jkunu qegħdin jaħdmu meta jittieħed il-kejl;

2.4.

iż-żona tat-test għandha tkun f’post miftuħ li huwa silenzjuz biżżejjed; tista’ tieħu l-forma, per eżempju, ta’ spazju miftuħ ta’ radju ta’ 50 metru, li jkollu parti ċentrali b’radju ta’ mill-inqas 20 metru u li hu prattikament livell, jew ta’ sezzjoni livellata li jkollha korsa solida b’wiċċ kemm jista’ jkun ċatt u bi ftit gandotti. Il-korsa għandha tkun kemm jista’ jkun nadifa u niexfa (eż. ħielsa minn żrar, weraq, silġ. eċċ.). Nżul u irregolaritajiet huma aċċettabli biss jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ storbju ikkawżati minnhom jaqgħu fil-limiti ta’ tolleranzi ta’ żball tal-apparat li jkejjel;

2.5.

il-wiċċ tal-korsa għandu ikun tali li ma jikkawżax storbju eċċessiv mit-tyres;

2.6.

it-temp għandu ikun tajjeb u niexef bi ftit jew xejn riħ. Il-livell ta’ storbju ambjentali kif jinstema’ mis-sewwieq dovut għar-riħ u għal sorsi oħra ta’ storbju għandu ikun mill-inqas 10 dB(A) taħt il-livell ta’ storbju tat-trattur.

2.7.

jekk tintuża vettura għall-kejl, din għandha tiġi irmunkata jew misjuqa ‘l bogħod biżżejjed mit-trattur sabiex tevita kull interferenza. Waqt il-kejl l-ebda oġġett li jinterferixxi mal-kejl jew uċuħ riflettivi ma jista’ jitpoġġa sa 20 metru minn kull naħa tal-korsa tat-test u inqas minn 20 metru minn quddiem u wara tat-trattur. Din il-kondizzjoni tista’ titqies aderuta jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ istrobju hekk kawżati jibqgħu fil-limiti tat-tolleranzi ta’ żball; jekk le, il-kejl għandu jitwaqqaf għat-tul tal-interferenza.

2.8.

il-kejl kollu f’serje partikolari għandu isir fuq l-istess korsa.

3.   METODU TA’ KEJL

3.1.

Il-mikrofonu għandu jitpoġġa 250 mm mal-ġenb tal-pjan ċentrali tas-sedil, il-ġenb ikun dak fejn jinstab l-iktar livell għoli ta’ storbju,

Id-diaframma tal-mikrofonu għandha tħares ‘l quddiem u ċ-ċentru tal-mikfrofonu għandu ikun 790 mm fuq u 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil deskritt fl-Anness III. Għandha tiġi evitata vibrazzjoni eċċessiva tal-mikrofonu.

3.2.

Il-livell massimu ta’ storbju f’dB(A) għandu jiġi determinat kif ġej:

3.2.1.

l-aperturi kollha (eż. bibien, twieqi) fi li jkolhom struttura ta’ kabina magħluqa u magħmula f’serje għandhom jkunu magħluqin waqt serje inizzjali ta’ kejl.

3.2.1.1.

Waqt it-tieni serje ta’ kejl dawn għandhom jitħallew miftuħin, sakemm meta jinfetħu ma joħolqux periklu għas-sigurta’ fit-triq, imma wind screens li jintwew ‘l-isfel jew ‘l fuq għandhom jinżammu magħluqa;

3.2.2.

l-istorbju għandu jiġi mkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes li jkollu rispons bil-mod waqt it-tagħbija u li jikkorrispondi mal-istorbju massimu fil-gear li jagħti veloċità ‘l quddiem l-eqreb ta’ 7.5 km/h.

Il-liver ta’ kontroll li jirregola għandu ikun miftuħ kollu. Billi tibda mingħajr ebda tagħbija, it-tagħbija għandha tiżdied sakemm jinstab il-livell massimu ta’ storbju. Wara kull żieda ta’ tagħbija, għandu jitħalla ħin sabiex il-livell ta’ storbju jistabbilizza qabel ma jsir il-kejl;

3.2.3.

l-istorbju għandu jitkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes li jkollu rispons bil-mod waqt it-tagħbija u li jikkorrispondi mal-istorbju massimu f’kull gear barra dak imsemmi f’3.2.2 li fuqha l-livell ta’ storbju rreġistrat huwa ta’ mill-inqas 1 dB(A) ‘l fuq minn dak irreġistrat fuq il-gear imsemmi f’3.2.2.

Il-liver ta’ kontroll li jirregola għandu ikun miftuħ kollu. Billi tibda mingħajr ebda tagħbija, it-tagħbija għandha tiżdied sakemm jinstab il-livell massimu ta’ storbju. Wara kull żieda ta’ tagħbija, għandu jitħalla ħin sabiex il-livell ta’ storbju jistabbilizza qabel ma jsir il-kejl;

3.2.4.

l-istorbju għandu jitkejjel bid-disinn ta’ veloċità massima tat-trattur mhux mgħobbi.

3.3.

Ir-rapport tat-test għandu jinkludi kejl tal-livell ta’ storbju mwettqa taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

3.3.1.

fuq il-gear li jagħti veloċità l-eqreb għal 7.5 km/h;

3.3.2.

fuq kull gear, jekk il-kundizzjonijiet deskritti f’3.2.3 jiġu mħarsa;

3.3.3.

fil-veloċità massima skont id-disinn.

4.   KRITERJI TA’ EVALWAZZJONI

Il-kejl deskritti fil-punti 3.2.1, 3.2.2, 3.2.3 u 3.2.4 ma jistgħux jaqbżu l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2.


ANNESS II

APPARAT, KONDIZZJONIJIET U METODU TA’ KEJL

1.   UNITÀ TA’ KEJL U APPARAT TA’ KEJL

1.1.   Unità ta’ kejl

Il-valur A tal-livell ta’ storbju LA għandu jitkejjel b’dB, espressa bħala dB(A).

1.2.   Apparat ta’ kejl

Il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq għandu jitkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes kif deskritt fl-ewwel edizzjoni tal-Pubblikazzjoni 179/1965 tal-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika.

Fil-każ ta’ riżultati varjabbli, il-medja tal-valuri massimi għandha tittieħed.

2.   KONDIZZJONIJIET TA’ KEJL

Il-kejl għandu jsir taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.1.

it-trattur ma għandux ikun mgħobbi, i.e. mingħajr aċċessorji fakultattivi, imma għandu jinkludi likwidu għat-tkessiħ, lubrikant, tank mimli bil-karburant, għodda u sewwieq. Dan tal-aħħar ma jistax jilbes ħwejjeġ li huma ħoxnin b’mod anormali, xalpa jew kappell. Ma jista’ jkun hemm ebda oġġett fuq it-trattur li x’aktarx itellef il-livell tal-istorbju;

2.2.

it-tyres għandhom ikunu minfuħin sal-pressjoni rakkomandata mill-manufattur tat-trattur, il-magna, il-fusien ta’ trasmissjoni u sewqan għandhom jkunu ta’ temperatura normali u, jekk il-magna ikollha louvres li jkessħu, dawn għandhom jinżammu kompletament miftuħa;

2.3.

jekk ikunu suġġetti li jaffetwaw il-livell ta’ storbju, apparat żejjed li jieħu s-saħħa mill-magna jew li jieħu s-saħħa minnu nnifsu, bħal wajpers tal-wind screen, fan tal-arja sħuna jew power take-off, per eżempju, ma jistgħux ikunu qegħdin jaħdmu meta jkun isir il-kejl; partijiet li normalment jaħdmu fl-istess ħin tal-magna, bħall-fan għat-tkessiħ tal-magna, per eżempju, għandhom jkunu qegħdin jaħdmu meta jittieħed il-kejl;

2.4.

iż-żona tat-test għandha tkun f’post miftuħ li huwa silenzjuz biżżejjed: tista’ tieħu l-forma, per eżempju, ta’ spazju miftuħ ta’ radju ta’ 50 metru, li jkollu parti ċentrali b’radju ta’ mill-inqas 20 m u li hu prattikament livell, jew ta’ sezzjoni livella li jkollha korsa solida b’wiċċ kemm jista’ jkun ċatt u bi ftit gandotti. Il-korsa għandha tkun kemm jista’ jkun nadifa u niexfa (eż. ħielsa minn żrar, weraq, silġ. eċċ.). Nżul u irregolaritajiet huma aċċettabli biss jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ storbju ikkawżati minnhom jaqgħu fil-limiti tat-tolleranzi ta’ żball tal-apparat li jkejjel.

2.5.

il-wiċċ tal-korsa għandu jkun tali li ma jikkawżax storbju eċċessiv mit-tyres;

2.6.

it-temp għandu ikun tajjeb u niexef bi ftit jew xejn riħ.

Il-livell ta’ storbju ambjentali kif jinstema’ mis-sewwieq dovut għar-riħ u għal sorsi oħra ta’ storbju għandu ikun ta’ mill-inqas 10 dB(A) taħt il-livell ta’ storbju tat-trattur.

2.7.

jekk tintuża vettura għall-kejl, din għandha tiġi rmunkata jew misjuqa ‘l bogħod biżżejjed mit-trattur sabiex tevita kull interferenza. Waqt il-kejl l-ebda oġġett li jinterferixxi mal-kejl jew uċuħ riflettivi ma jista’ jitpoġġa sa 20 metru minn kull naħa tal-korsa tat-test u inqas minn 20 metru minn quddiem u wara tat-trattur. Din il-kondizzjoni tista’ titqies aderuta jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ istrobju hekk kawżati jibqgħu fil-limiti tat-tolleranzi ta’ żball; jekk le, il-kejl għandu jitwaqqaf għal kemm iddum l-interferenza.

2.8.

il-kejl kollu f’serje partikolari għandu isir fuq l-istess korsa.

3.   METODU TA’ KEJL

3.1.

Il-mikrofonu għandu jitpoġġa 250 mm mal-ġenb tal-pjan ċentrali tas-sedil, il-ġenb ikun dak fejn jinstab l-iktar livell għoli ta’ storbju.

Id-diaframma tal-mikrofonu għandha tħares ‘l quddiem u ċ-ċentru tal-mikrofonu għandu ikun 790 mm fuq u 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil deskritt fl-Anness III. Għandha tiġi evitata vibrazzjoni eċċessiva tal-mikrofonu.

3.2.

Il-livell ta’ storbju għandu jiġi determinat kif ġej:

3.2.1.

it-trattur għandu jinstaq tul is-sezzjoni bl-istess veloċità tat-test mill-inqas tlett darbiet għal mill-inqas 10 sekondi;

3.2.2.

l-aperturi kollha (eż. bibien, twieqi) li jkolhom struttura ta’ kabina magħluqa magħmula f’serje għandhom jkunu magħluqin waqt serje inizzjali ta’ kejl.

3.2.2.1.

waqt it-tieni serje ta’ kejl dawn għandhom jitħallew miftuħin, sakemm meta jinfetħu ma joħolqux periklu għas-sigurtà fit-triq, imma wind screens li jintwew ‘l-isfel jew ‘l fuq għandhom jinżammu magħluqa;

3.2.3.

l-istorbju għandu jiġi mkejjel bl-rpm massimu permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes li jkollu rispons bil-mod i.e. fuq il-gear li jagħti veloċità ‘l quddiem l-eqreb lejn 7.5 km/h bl-rpm mogħtija. It-trattur ma jistax ikun mgħobbi meta jkun qiegħed isir il-kejl.

4.   KRITERJI TA’ EVALWAZZJONI

Il-kejl deskritti fil-punti 3.2.2 u 3.2.3 ma jistgħux jaqbżu il-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2.


ANNESS III

DETERMINAZZJONI TA’ PUNT TA’ REFERENZA TAS-SEDIL

1.   DEFINIZZJONI

1.1.

Il-punt ta’ referenza tas-sedil (S) għandu jkun il-punt fuq il-pjan lonġitudinali ċentrali tas-sedil fejn il-pjan tanġenzjali tal-biċċa ta’ isfel tas-serħan tad-dahar u l-pjan orizzontali jissallab. Dan il-pjan orizzontali jaqsam il-wiċċ ta’ taħt tal-bord tas-sedili 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil.

2.   DETERMINAZZJONI TA’ PUNT TA’ REFERENZA TAS- SEDIL

2.1.

Il-punt ta’ referenza għandu jinstab bl-użu ta’ apparat muri fil-figuri 1 u 2 tal-Appendiċi ta’ dan l-Anness, li jagħmilha possibbli li jissimula tagħbija minn okkupant uman.

2.2.

Is-sedil għandu jiġi issettjat fil-punt tan-nofs tal-medda permessa għal aġġustament vertikali, u dan l-aġġustament għandu jkun indipendenti mill-aġġustament orizzontali. Għal skopijiet sabiex tiġi determinata l-lokalità tal-mikrofonu msemmija fis-sezzjoni 3 tal-Annessi I u II, is-sedil għandu jkun fil-punt jew kemm jista’ jkun viċin tal-punt tan-nofs tal-medda ta’ aġġustament orizzontali.

3.   DESKRIZZJONI tal- APPARAT

3.1.

L-apparat imsemmi f’2.1 għandu jikkonsisti f’bord tas-sedil u żewġ bordijiet ta’ serħan tad-dahar.

3.2.

Il-bord l-iktar baxx tas-serħan tad-dahar għandu jitwaħħal fir-reġjun tal-għadma tal-ġenbejn (A) u tal-ġenbejn (B), u l-ġog (B) għandu jkun aġġustabbli fl-għoli (ara l-figura 2).

4.   ARMAR tal-APPARAT

L-apparat għandu jiġi armat kif ġej:

4.1.

l-apparat għandu jitpoġġa fuq is-sedil;

4.2.

għandu jiġi mbagħad mgħobbi b’forza ta’ 550 N f’punt 50 mm quddiem il-ġog (A), u ż-żewġ bordijiet tas-serħan tad-dahar għandhom jiġu pressati bil-mod u b’mod tanġenzjali kontra s-serħan tad-dahar.

4.3.

jekk ma jkunx possibbli li tiddetermina tanġent definittiv għaż-żona t’isfel tas-serħan tad-dahar, il-parti t’isfel tal-bord tas-serħan tad-dahar f’pożizzjoni vertikali għandha tintgħafas bil-mod kontra d-dahar.

4.4.

fil-każ ta’ sedili b’sospensjoni li hi aġġustabbli għat-toqol tas-sewwieq, is-sospensjoni għandha tiġi issettjata b’mod li s-sedil ikun f’punt ekwidistanti miż-żewġ posizzjonijiet estremi tiegħu.

Appendiċi

Figura 1

Image

Figura 2

Image


ANNESS IV

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 7)

Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE

(ĠU L 105, 28.4.1977, p. 1)

 

Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE

(ĠU L 378, 31.12.1982, p. 45)

unikament għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi magħmula fl-Artikolu 1(1) għad-Direttiva 77/311/KEE

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/54/KE

(ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24)

unikament għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi magħmula fl-Artikolu 1, l-ewwel inċiż għad-Direttiva 77/311/KEE

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/627/KE

(ĠU L 282, 1.11.1996, p. 72)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/63/KE

(ĠU L 22, 27.1.2000, p. 66)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/26/KE

(ĠU L 65, 7.3.2006, p. 22)

l-Artikolu 2 u l-Anness II biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 7)

Atti

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

77/311/KEE

fl-1 ta’ Ottubru 1978.

82/890/KEE

fit-22 ta’ Ġunju 1984.

97/54/KE

fit-22 ta’ Settembru 1998.

fit-23 ta’ Settembru 1998.

96/627/KE

fid-29 ta’ Settembru 1999.

2006/63/KE

fit-30 ta’ Settembru 2001.

2006/26/KE

fil-31 ta’ Diċembru 2006 (1).


(1)  Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/26/KE:

“1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2007, fir-rigward ta’ vetturi li huma konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, l-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata:

(a)

jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;

(b)

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tat-tali vetturi.

2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2007, fir-rigward ta’ vetturi li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:

(a)

m’għandhomx jibqgħu joħorġu l-approvazzjoni tat-tip KE,

(b)

jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali.

3.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, fir-rigward ta’ vetturi li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:

(a)

għandhom iqisu ċertifikati ta’ konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/37/KE bħala mhux aktar validi għall-iskopijiet tal-artikolu 7(1),

(b)

jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ dawk il-vetturi ġodda.”.


ANNESS V

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 77/311/KEE

Direttiva 2006/26/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

 

Artikolu 1

Artikolu 2(1) l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 2

Artikolu 2(1) it-tieni subparagrafu

 

__

Artikolu 2(2)

 

__

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 2(2)

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 2(3)

Artikoli 3 sa 5

 

Artikoli 3 sa 5

Artikolu 6(1)

 

__

Artikolu 6(2)

 

Artikolu 6

__

 

Artikolu 7

__

 

Artikolu 8

Artikolu 7

 

Artikolu 9

Anness I

 

Anness I

Anness II

 

Anness II

Anness III

 

Anness III

__

 

Anness IV

__

 

Anness V


Top