EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009E0294

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/294/PESK tat- 23 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

OJ L 79, 25.3.2009, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/09/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2009/294/oj

25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/60


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/294/PESK

tat-23 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) (1), b’ammont finanzjarju ta’ referenza ta’ EUR 31 000 000.

(2)

Fil-25 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/759/PESK li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (2), sabiex jiżdied l-ammont finanzjarju ta’ referenza għal EUR 35 000 000;

(3)

L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-EUMM Georgia għandu jiżdied aktar, b’effett mill-1 ta’ Frar 2009, sabiex jittieħed kont tal-ħtiġijiet operattivi addizzjonali tal-Missjoni,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Artikolu 14(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni huwa ta’ EUR 37 100 000.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2009.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kunsill

P. GANDALOVIČ

Il-President


(1)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26.

(2)  ĠU L 259, 27.9.2008, p. 15.


Top