Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009E0139

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/139/PESK tas- 16 ta’ Frar 2009 li ġġedded miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

OJ L 46, 17.2.2009, p. 76–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 27/02/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2009/139/oj

17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/76


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/139/PESK

tas-16 ta’ Frar 2009

li ġġedded miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika ta' Moldova (1). Dik il-Pożizzjoni Komuni tapplika sas-27 ta' Frar 2009.

(2)

Abbażi ta' eżami mill-ġdid tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

(3)

L-Anness I u II tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK għandhom jiġu emendati wara bidla fil-funzjoni ta' ċerti persuni koperti mill-miżuri restrittivi,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK hija b'dan estiża sas-27 ta’ Frar 2010.

Artikolu 2

L-Anness I u II tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK għandhom jiġu sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness I u II ta' din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 51, 26.2.2008, p. 23.


ANNESS I

“ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(i)

1.

SMIRNOV, Igor Nikolayevich, ‘President’, imwieled fit-23 ta’ Ottubru 1941 f’Khabarovsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 50No0337530.

2.

SMIRNOV, Vladimir Igorevich, iben in-Nru 1 u ‘President tal-Kumitat Doganali tal-Istat’, imwieled fit-3 ta’ April 1961 f’Kupiansk, Kharkovskaya oblast jew Novava Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 50No00337016.

3.

SMIRNOV, Oleg Igorevich, iben in-Nru 1 u ‘Konsulent tal-Kumitat Doganali Statali’, ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, imwieled fit-8 ta' Awissu 1967 f'Novaya Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukrajna, passaport Russu Nru 60No190737.

4.

MARAKUTSA, Grigory Stepanovich, ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, ‘Rappreżentant Speċjali tas-Sovjetiku suprem għar-Relazzjonijiet Interparlamentari’ imwieled fil-15 ta' Ottubru 1942 f'Teya, Grigoriopolsky rayon, Repubblika tal-Moldova, passaport Sovjetiku qadim Nru 8BM724835.

5.

LITSKAI, Valery Anatolyevich, dak li qabel kien ‘Ministru għall-Affarijiet Barranin’, imwieled fit-13 ta’ Frar 1949 fi Tver, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 51No0076099, maħruġ fid-9 ta’ Awwissu 2000.

6.

KHAZHEYEV, Stanislav Galimovich, ‘Ministru tad-Difiża’, imwieled fit-28 ta’ Diċembru 1941 f’Chelyabinsk, il-Federazzjoni Russa.

7.

ANTYUFEYEV, Vladimir Yuryevich, magħruf ukoll bħala SHEVTSOV, Vadim, ‘Ministru għas-Sigurtà tal-Istat’, imwieled fl-1951 f’Novosibirsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu.

8.

KOROLYOV, Alexandr Ivanovich, ‘Viċi-President’, imwieled fl-24 ta' Ottubru 1958 f'Wroclaw, il-Polonja, passaport Russu.

9.

BALALA, Viktor Alekseyevich, dak li qabel kien ‘Ministru tal-Ġustizzja’, imwieled fl-1961 f'Vinnitsa, l-Ukrajna.

10.

ZAKHAROV, Viktor Pavlovich, dak li qabel kien ‘Prosekutur tat-Transnistrija’, imwieled fl-1948 f’Kamenka, Repubblika tal-Moldova.

11.

GUDYMO, Oleg Andreyevich, ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, ‘President tal-Kumitat dwar is-Sigurtà, id-Difiża u ż-Żamma tal-Paċi tas-Sovjet Suprem’, dak li qabel kien ‘Viċi-Ministru għas-Sigurtà’, imwieled fil-11 ta' Settembru 1944 f'Alma-Ata, il-Kazakistan, passaport Russu Nru 51No0592094.

12.

KRASNOSELSKY, Vadim Nikolayevich, ‘Ministru tal-Affarijiet Interni’, imwieled fl-14 ta' April 1970, Dauriya, Zabaykalskyi rayon, Chitinskaya oblast, il-Federazzjoni Russa.

13.

ATAMANIUK, Vladimir, ‘Deputat Ministru tad-Difiża’.”


ANNESS II

“ANNESS II

Lista ta’ persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(ii)

1.

URSKAYA, Galina Vasilyevna, “Ministru tal-Ġustizzja” preċedenti, imwieled fl-10 ta’ Diċembru 1957 fil-villaġġ ta’ Pyatiletka, Brianskyi rayon, Brianskaya oblast, il-Federazzjoni Russa.

2.

MAZUR, Igor Leonidovich, “Kap ta’ l-Amministrazzjoni tal-Istat f’Dubossary Rayon”, imwieled fid-29 ta’ Jannar 1967 f’Dubossary, ir-Repubblika tal-Moldova.

3.

PLATONOV, Yuri Mikhailovich, magħruf bħala Yury PLATONOV, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat fi Rybnitsa Rayon u Rybnitsa City” imwieled fis-16 ta’ Jannar 1948 fi Klimkovo, Poddorsky rayon, Novgorodskaya oblast, passaport Russu Nru 51 Nru 0527002, maħruġ milll-Ambaxxata Russa f’Chisinau fl-4 ta’ Mejju 2001.

4.

CHERBULENKO, Alla Viktorovna, “Deputat Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat ta’ Rybnitsa”, responsabbli għal kwistjonijiet ta’ edukazzjoni.

5.

KOGUT, Vecheslav Vasyilevich, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Bender”, imwieled fis-16 ta’ Frar 1950 f’Taraclia, Chadir-Lunga rayon, Repubblika tal-Moldova.

6.

KOSTIRKO, Viktor Ivanovich, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Tiraspol”, imwieled fl-24 ta’ Mejju 1948, Komsomolsk na Amure, Habarovsky kray, il-Federazzjoni Russa.”


Top