EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0452

2009/452/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Ġunju 2009 avviż ta’ ftuħ ta’ proċedura kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet tal-metall tas-sodju li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika

OJ L 149, 12.6.2009, p. 74–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 113 P. 278 - 279

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/452/oj

12.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Ġunju 2009

avviż ta’ ftuħ ta’ proċedura kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet tal-metall tas-sodju li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika

(2009/452/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b′mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-23 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), (“avviż ta’ bidu”), il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ sodju, f’ammonti kbar, li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (“USA”), normalment iddikjarat fi ħdan il-kodiċi NM bħala ex 2805 11 00 (“il-prodott ikkonċernat”).

(2)

Il-proċediment beda wara ilment li tressaq fl-10 ta’ Ġunju 2008 mill-uniku produttur tal-Komunità, Métaux Spéciaux (MSSA S.A.S) (“il-kwerelant”).

(3)

Fit-23 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mill-Istati Uniti (3). Din l-investigazzjoni intemmet permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/453/KE. (4)

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati u ż-żjarat ta’ verifika

(4)

Qabel il-bidu tal-proċediment u bi qbil mal-Artikolu 10(9) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (USA) li kienet irċeviet ilment, dokumentat kif suppost, li jallega li importazzjonijiet sussidjati ta’ sodju mixtri bil-kwantità li joriġina mill-Istati Uniti kienu qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja. Il-Gvern tal-Istati Uniti ġie mistieden għal konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tal-ilment u biex wieħed jasal għal soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Il-Gvern tal-Istati Uniti aċċetta l-offerta għall-konsultazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet sussegwentement saru fil-11 ta’ Lulju 2008. Matul il-konsultazzjonijiet, l-ebda parti ma rnexxielha tasal għal konklużjoni miftiehma b’mod reċiproku. Madankollu, tqiesu l-kummenti magħmula mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti fir-rigward tal-allegazzjonijiet li jinsabu fl-ilment fir-rigward tal-kompensabilità tas-sussidju allegat.

(5)

Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-produttur Komunitarju li ressaq l-ilment, l-uniku esportatur/produttur magħruf fl-Istati Uniti tal-Amerika, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien li ġie stabbilit fl-avviż ta’ tnedija.

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u li rċevew risposti mir-rappreżentanti tal-Istati Uniti, mill-uniku produttur esportatur fl-Istati Uniti (“il-produttur esportatur tal-Istati Uniti li jikkoopera”), mill-produttur Komunitarju kwerelant u minn tliet utenti Komunitarji.

(7)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li hija qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidju, il-ħsara li tirriżulta u l-interess Komunitarju.

(8)

Twettqu żjarat ta’ verifika fil-post ta’ dan ir-rappreżentant tal-Istati Uniti:

New York Power Authority (NYPA), White Plains, New York

(9)

Saru wkoll żjarat ta’ verifika fil-post ta’ dawn il-kumpaniji:

 

Il-produttur Komunitarju:

Métaux Spéciaux (MSSA SAS), Saint-Marcel, Franza

 

Il-produttur esportatur fl-Istati Uniti tal-Amerika:

DuPont Reactive Metals (DuPont), Niagara Falls, New York u E. I. DuPont De Nemours u Company, Wilmington, Delaware

 

Utenti Komunitarji:

Rohm and Haas Europe Sàrl, Morges, l-Iżvizzera

Evonik Degussa GmbH, Frankfurt, il-Ġermanja.

1.3.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu meqjus

(10)

L-investigazzjoni tas-sussidju u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (il-“perjodu kkunsidrat”).

2.   IRTIRAR TAL-ILMENT U TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT

(11)

Permezz ta’ ittra tal-1 ta’ April 2009 indirizzata lill-Kummissjoni, il-kwerelant formalment irtira l-ilment tiegħu. Skont il-kwerelant, dan l-irtirar tqanqal minħabba t-taqlib riċenti fis-suq.

(12)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jitwaqqaf meta l-ilment jiġi rtirat sakemm twaqqif bħal dan ma jkunx fl-interess tal-Komunità.

(13)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċedura attwali għandha tintemm peress li l-investigazzjoni ma tefgħet l-ebda dawl fuq il-possibiltà li dan l-għeluq imur kontra l-interess Komunitarju. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu l-ebda kummenti li jindikaw li tali terminazzjoni tal-proċediment ma tkunx fl-interess tal-Komunità.

(14)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċedura kontra s-sussidju li tikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tas-sodju, fi kwantità, li joriġina fl-Istati Uniti għandha tingħalaq mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri kompensatorji.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-proċedura kontra s-sussidju fir-rigward tal-importazzjonijiet tas-sodju, fi kwantità, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2805 11 00, li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, huwa b'dan mitmum.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.

(2)  ĠU C 186, 23.7.2008, p. 35.

(3)  ĠU C 186, 23.7.2008, p. 32.

(4)  Ara paġna 76ta’ dan Il-Ġurnal Uffiċjali.


Top