EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0407

2009/407/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali (2007-2013)

OJ L 132, 29.5.2009, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 007 P. 174 - 175

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32013Q1220(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/407/oj

29.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/8


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali (2007-2013)

(2009/407/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (1), u b’mod partikulari l-Punti 21, 22, l-ewwel u t-tieni paragrafi, u 23 tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tat-trilogu tat-2 ta’ April 2009 l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar l-iffinanzjar, fil-qafas tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku għall-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi u s-solidarjetà fl-enerġija, ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija u l-Internet broadband, kif ukoll għat-tisħiħ tal-operazzjonijiet relatati mal-“isfidi ġodda” ddefiniti fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riforma ta’ nofs iż-żmien tal-2003 tal-Politika Agrikola Komuni (“Il-Kontroll tas-Saħħa”). L-iffinanzjar jeħtieġ, bħala l-ewwel pass, li ssir reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013 skont il-Punti 21, 22 u 23 tal-Ftehima Interistituzzjonali, sabiex l-ogħla limitu għas-sena 2009 għall-approprijazzjonijiet għall-impenji taħt is-sotto-intestatura 1a jitgħolla b’ammont ta’ EUR 2 000 000 000 bil-prezzijiet attwali.

(2)

Iż-żieda fl-ogħla limitu tas-sotto-intestatura 1a se tkun ibbilanċjata totalment bit-tnaqqis tal-ogħla limitu għall-approprijazzjonjiet għall-impenji taħt l-intestatura 2 għas-sena 2009 bl-ammont ta’ EUR 2 000 000 000.

(3)

Sabiex tinżamm relazzjoni xierqa bejn l-impenji u l-ħlasijiet, il-limiti massimi annwali għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ser jiġu aġġustati. L-aġġustament ser ikun newtrali.

(4)

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod għalhekk għandha tiġi emendata (2),

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdani

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod huwa ssostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Strasburgu, 6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall–Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Għal dak il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehima msemmija hawn fuq huma maqluba għall-prezzijiet tal-2004.


ANNESS

Qafas finanzjarju 2007-2013 rivedut għal pjan ewropew ta’ rkupru ekonomiku (prezzijiet kostanti 2004)

(miljuni ta’ EUR – prezzijiet kostanti 2004)

Approprijazzjonijiet ta’ impenn

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

2007-2013

1.

Tkabbir Sostenibbli

50 865

53 262

55 883

54 860

55 400

56 866

58 256

385 392

1a

Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

8 404

9 595

12 021

11 000

11 306

12 122

12 914

77 362

1b

Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi

42 461

43 667

43 862

43 860

44 094

44 744

45 342

308 030

2.

Preservazzjoni u Mmaniġġjar tar-Riżorsi Naturali

51 962

54 685

52 205

53 379

52 528

51 901

51 284

367 944

li minnhom: nfiq marbut mas-suq u ħlasijiet diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

293 105

3.

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 380

1 503

1 645

1 797

1 988

10 770

3a

Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

600

690

790

910

1 050

1 200

1 390

6 630

3b

Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

598

4 140

4.

L-UE bħala attur globali

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5.

Amministrazzjoni (1)

6 633

6 818

6 973

7 111

7 255

7 400

7 610

49 800

6.

Kumpensi

419

191

190

 

 

 

 

800

Approprjazzjonijiet ta’ impenn totali

117 277

122 683

123 370

123 862

124 167

125 643

127 167

864 169

bħala persentaġġ tal-GNI

1,08  %

1,09  %

1,07  %

1,05  %

1,03  %

1,02  %

1,01  %

1,048  %

Approprjazzjonijiet ta’ ħlas totali

115 142

119 805

110 439

119 126

116 552

120 145

119 391

820 600

bħala persentaġġ tal-GNI

1,06  %

1,06  %

0,96  %

1,01  %

0,97  %

0,98  %

0,95  %

1,00  %

Marġni disponibbli

0,18  %

0,18  %

0,28  %

0,23  %

0,27  %

0,26  %

0,29  %

0,24  %

Limitu Massimu ta’ Riżorsi Proprji bħala persentaġġ tal-GNII

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %


(1)  In-nefqa għall-pensjonijiet inkluża fil-limitu massimu għal din l-intestatura hija kkalkulata b’mod nett wara li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-istaff għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta’ EUR 500 miljun bil-prezzijiet tal-2004 għall-perjodu 2007-2013.


Top