EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0365

2009/365/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' April 2009 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-lycopene li tiġi mill- Blakeslea trispora bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3039)

OJ L 111, 5.5.2009, p. 31–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/365/oj

5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' April 2009

dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3039)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2009/365/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġodda (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Awwissu 2007, il-kumpanija Vitatene għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora fis-suq bħala ingredjent alimentari ġdid; fis-17 ta’ Ottubru 2007 l-entità kompetenti tar-Renju Unit dwar il-valutazzjoni tal-ikel ħarġet ir-rapport inizjali tal-valutazzjoni tagħha. F’dak ir-rapport hi waslet għall-konklużjoni li, fid-dawl ta’ applikazzjonijiet oħra pendenti li jikkonċernaw il-lycopene, hemm bżonn ta’ valutazzjoni oħra sabiex ikun żgurat li tingħata awtorizzazzjoni għall-użu ta’ tipi differenti ta’ lycopene bħala ingredjenti alimentari ġodda taħt l-istess kundizzjonijiet.

(2)

Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport preliminari ta’ valutazzjoni lill-Istati Membri kollha fit-11 ta’ Frar 2008.

(3)

Fl-2008, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) ġiet ikkonsultata u din ippubblikat il-fehma tagħha fl-4 ta’ Diċembru 2008.

(4)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA waslet għall-konklużjoni li, minħabba li l-lycopene jista’ jkollha bidliet ossidattivi, jenħtieġ li tkun ifformulata bħala sospensjonijiet fiż-żjut tal-ikel, bħala trab li huwa direttament kompressibbli jew bħala wieħed li jdub fl-ilma. Jenħtieġ li tkun żgurata biżżejjed protezzjoni antiossidattiva.

(5)

L-EFSA kkonkludiet ukoll li filwaqt li l-konsum tal-lycopene mill-konsumatur medju jibqa’ inqas mill-Konsum Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI), xi konsumaturi tal-lycopene jistgħu jikkunsmaw iżjed mill-ADI. Għaldaqstant, ta’ min ukoll jiġbor dejta dwar il-konsum għal numru ta’ snin wara li tinħareġ l-awtorizzazzjoni sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tiġi riveduta fid-dawl ta’ informazzjoni ulterjuri dwar is-sikurezza tal-lycopene u l-konsum tagħha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ġbir ta’ dejta li tirrigwarda l-livelli tal-lycopene fiċ-ċereali għall-kolazzjon. Madankollu, dan ir-rekwiżit skont id-Deċiżjoni preżenti, japplika għall-użu ta’ lycopene bħala ingredjent ġdid tal-ikel u mhux għall-użu ta’ lycopene bħala kulur għall-ikel, li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi mal-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti tal-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2).

(6)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora hija konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(7)

Il-kumpanija Vitatene qablet li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/721/KE (3) għandha titħassar.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora, minn hawn ‘il quddiem imsejħa il-prodott, kif speċifikat fl-Anness I, tista’ titqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent alimentari ġdid għall-użu fl-ikel elenkat fl-Anness II.

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjoni tal-ingredjent il-ġdid tal-ikel awtorizzat b’din id-Deċiżjoni li trid tidher fuq it-tikketta tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun “lycopene”.

Artikolu 3

Il-kumpanija Vitatene għandha tistabbilixxi programm ta’ sorveljanza li jakkumpanja t-tqegħid fis-suq tal-prodott. Dan il-programm għandu jinkludi t-tagħrif dwar il-livelli tal-użu ta’ lycopene f’ikel kif speċifikat fl-Anness III.

Id-dejta miġbura għandha ssir disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri. Fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida u ta’ rapport mill-EFSA, l-użu tal-lycopene bħala ingredjent alimentari għandu jiġi rivedut sa mhux aktar tard mis-sena 2014.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2006/721/KE hi b’dan revokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Vitatene S.A.U. Avda. Antibióticos 59-61, E-24009 León, Spanja.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27.

(3)  ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 395.


ANNESS I

Speċifikazzjonijiet tal-lycopene mill-Blakeslea trispora

BLAKESLEA TRISPORA

Il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora meta ppurifikata tikkonsisti f’≥ 95 % lycopene u ≤ 5 % karotenojdi oħra. Hija ppreżentata jew bħala trab f’matriċi adegwata jew dispersjoni fiż-żejt. Il-kulur huwa aħmar skur jew aħmar jagħti fil-vjola. Il-protezzjoni antiossidativa trid tkun żgurata.

SPEĊIFIKAZZJONI

Isem kimiku:

Lycopene

Numru C.A.S:

502-65-8 (it-trans lycopene kollha)

Formula Kimika

C40H56

Formula strutturali:

Image

Piż tal-formula:

536,85


ANNESS II

Lista ta’ ikel li tista’ tiżdied miegħu l-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora

Kategorija tal-ikel

Livell massimu ta’ lycopene

Xarbiet ibbażati fuq meraq tal-frott jew tal-ħaxix (inklużi l-konċentrati)

2,5 mg/100 g

Xarbiet maħsuba biex jilħqu l-massimu ta’ sforz muskolari intens speċjalment għall-isportivi

2,5 mg/100 g

Ikel maħsub għall-użu f’dieti mmirati għal użu ristrett ta’ enerġija u li huma intiżi għat-tnaqqis tal-piż

8 mg/sostitut tal-ikel

Ċereali għall-kolazzjon

5 mg/100 g

Xaħmijiet u taħwir tal-ikel

10 mg/100 g

Sopop ħlief sopop tat-tadam

1 mg/100 g

Ħobż (inkluż ħobż iqarmeċ)

3 mg/100 g

Ikel djetetiku għal dinijiet mediċi speċjali

Skont rekwiżiti ta’ nutrizzjoni partikolari

Supplimenti tal-ikel

15-il mg f’kull doża ta’ kuljum kif rakkomandat mill-manifattur


ANNESS III

Sorveljanza wara li l-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora titqiegħed fis-suq

TAGĦRIF LI GĦANDU JINĠABAR

Il-kwantitajiet ta’ lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora pprovduta mill-kumpanija Vitatene lill-konsumaturi tagħha għall-produzzjoni ta’ prodotti finali tal-ikel li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni Ewropea.

Ir-riżultati tat-tiftixiet fid-dejtabejż dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-ikel li fihom il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora miżjuda, inklużi l-livelli ta’ fortifikazzjoni u d-daqsijiet tal-porzjon għal kull prodott imqiegħed fis-suq skont l-Istat Membru.

RAPPURTAR TAT-TAGĦRIF

It-tagħrif ta’ hawn fuq għandu jkun irrappurtat lill-Kummissjoni Ewropea kull sena għas-snin mill-2009 sal-2012. L-ewwel darba fil-31 ta’ Ottubru 2010 għall-perjodu ta’ rappurtar mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010; u mbagħad bl-istess perjodu ta’ rappurtar fis-sena għas-sentejn ta’ wara.

TAGĦRIF ADDIZZJONALI

Fejn hu l-każ, u fejn hu disponibbli lil Vitalene, għandha tiġi rrappurtata wkoll l-istess informazzjoni dwar il-konsum ta’ lycopene użata bħala kulur għall-ikel.

Fejn tkun disponibbli, Vitatene għandha tipprovdi l-informazzjoni ġdida xjentifika għal rikonsiderazzjoni tal-livelli massimi mhux perikolużi għall-konsum tal-lycopene.

VALUTAZZJONI TAL-LIVELLI TA’ TEĦID TA’ LYCOPENE

Il-kumpanija Vitatene trid tagħmel valutazzjoni aġġornata dwar il-konsum abbażi tal-informazzjoni miġbura u rrappurtata li tissemma hawn fuq.

REVIŻJONI

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-EFSA sal-2013 biex tirrevedi t-tagħrif provdut mill-industrija.


Top