EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0012

2009/12/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Diċembru 2008 li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8498)

OJ L 6, 10.1.2009, p. 83–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/07/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/12(2)/oj

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 6/83


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2008

li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8498)

(it-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

(2009/12/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika [għall-klassifikazzjoni] ta’ karkassi tal-majjali (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84, il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha tiġi ddeterminata billi jiġi stmat il-kontenut tad-dgħif permezz ta’ metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta’ waħda mill-partijiet anatomiċi tal-karkassa tal-majjal jew aktar. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta’ klassifikazzjoni għandha tkun suġġetta għall-konformità b’tolleranza massima għal żball statistiku fil-valutazzjoni. Din it-tolleranza hija ddefinita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 tal-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni [għall-klassifikazzjoni] tal-karkassi tal-majjali (2).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/469/KEE (3) tawtorizza erba’ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka.

(3)

Minħabba adattamenti tekniċi, id-Danimarka talbet lill-Kummissjoni tawtorizza l-aġġornament ta’ erba’ metodi awtorizzati u l-użu ta’ żewġ metodi ġodda (l-Autofom DK u l-FOM II) u ressqet ir-riżultati tal-provi tad-dissezzjoni tagħha fit-tieni parti tal-protokoll li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85.

(4)

Eżami ta’ din it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma sodisfatti.

(5)

L-ebda modifika fl-apparat jew fil-metodi ta’ klassifikazzjoni ma tista’ tiġi awtorizzata ħlief permezz ta’ Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni adottata fid-dawl tal-esperjenza miksuba. Għal din ir-raġuni, din l-awtorizzazzjoni tista’ titħassar.

(6)

F’ġieħ iċ-ċarezza, id-Deċiżjoni 92/469/KEE għandha titħassar u tinbidel b’Deċiżjoni ġdida.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-użu tal-metodi li ġejjin b’dan huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fid-Danimarka skont ir-Regolament (KEE) Nru 3220/84.

(a)

l-apparat imsejjaħ “Klassificeringscenter (KC)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 1 tal-Anness;

(b)

l-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meater/Manuel Klassificering (FOM/MK)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 2 tal-Anness;

(ċ)

l-apparat imsejjaħ “Uni-Fat-O-Meater (Unifom)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 3 tal-Anness;

(d)

l-apparat imsejjaħ “Fully automatic ultrasonic equipment (AutoFOM 1)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 4 tal-Anness;

(e)

l-apparat imsejjaħ “Updated fully automatic ultrasonic equipment (AutoFOM DK)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 5 tal-Anness;

(f)

l-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meater II (FOM II)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 6 tal-Anness.

Artikolu 2

Modifiki fl-apparat jew fil-metodi ta’ valutazzjoni m’għandhomx jiġu awtorizzati.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 92/469/KEE b’dan għandha titħassar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1.

(2)  ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39.

(3)  ĠU L 265, 11.9.1992, p. 39.


ANNESS

METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FID-DANIMARKA

Il-parti nru 1

KLASSIFICERINGSCENTER (KC)

1.

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “Klassificeringscenter (KC)”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’disa’ sondi ta’ sitt millimetri l-wieħed, li lkoll jinkludu fotodajowd (“photodiode”) (tat-tip SFH 950 LD242 II tad-ditta Siemens jew simili) u “photodetector” (tat-tip SFH 960 – PB 103 tad-ditta Siemens jew simili) u li jkollhom distanza ta’ ħidma ta’ bejn millimetru u 180 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ 10 qisien meħudin minn seba’ punti tal-kejl kif indikat fil-paragrafu 4 u skont il-formula li ġejja:

Image = 70,5489 – 0,1572 x1 – 0,1698 x2 – 0,1537 x3 – 0,1803 x4 – 0,2115 x5 – 0,1669 x6 – 0,1269 x7 + 0,04278 x8 + 0,0234 x9 + 0,0371 x10

fejn:

Image

=

il-perċentwali tad-dgħif stmat fil-karkassa.

4.

Il-punti tal-kejl huma:

x1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla fiċ-ċentru tat-tielet vertebra ċervikali, 10.5 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa.

x2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla fiċ-ċentru tar-raba’ vertebra ċervikali, 7 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa.

x3

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla bejn ir-raba’ u l-ħames vertebra toraċika ta’ wara nett, 3 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa.

x4

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla bejn it-tieni u t-tielet vertebra toraċika ta’ wara nett, 7 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa.

x5

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla bejn l-ewwel vertebra tal-ġenbejn u l-aħħar vertebra toraċika, 6 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa.

x6

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla 4 ċm. qabel it-tarf ta’ qudidem tal-għadma pubika, 7 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa.

x7

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla fit-tarf ta’ quddiem tal-għadma pubika, 11-il ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa.

x8

=

il-ħxuna tal-muskolu, f’millimetri, imkejla bejn ir-raba’ u l-ħames vertebra toraċika ta’ wara nett, 3 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa.

x9

=

il-ħxuna tal-muskolu, f’millimetri, imkejla bejn it-tieni u t-tielet vertebra toraċika ta’ wara nett, 7 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa.

x10

=

il-ħxuna tal-muskolu, f’millimetri, imkejla bejn l-ewwel vertebra tal-ġenbejn u l-vertebra toraċika ta’ wara nett, 6 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa.

Il-formoli għandhom ikunu validi għall-karkassi li jiżnu bejn il-50 u l-110 kilogramma.

Il-parti nru 2

IL-“FAT-O-MEATER/MANUEL KLASSIFICERING (FOM/MK)”

1.

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meater/Manuel Klassificering (FOM/MK)”.

2.

L-apparat huwa tagħmir tat-tip imsejjaħ “Fat-O-Meater” u se jkun mgħammar b’sonda li għandha dijametru ta’ sitt millimetri li tinkludi “photodetector” (tat-tip SFH 960 – BP 103 tad-ditta Siemens jew simili) u li jkollha distanza ta’ ħidma ta’ bejn millimetru u 94 millimetru.

3.

Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz ta’ kompjuter.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Image = 68,1746 – 0,3220 x1 – 0,5326 x2 + 0,0836 x3

fejn:

Image

=

il-perċentwali tad-dgħif stmat fil-karkassa.

4.

Il-punti tal-kejl huma:

x1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla 8 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn it-tielet u r-raba’ vertebra tal-ġenbejn tal-aħħar.

x2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla 6 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar.

x3

=

il-ħxuna tal-muskolu, f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal għal x2.

Il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn il-50 u l-110 kilogramma.

Il-parti nru 3

L-“UNI-FAT-O-MEATER (UNIFOM)”

1.

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “Uni-Fat-O-Meater (Unifom)”.

2.

L-apparat huwa l-istess bħall-apparat deskritt fil-punt 2 tal-parti nru 2. Madanakollu, l-Unifom ivarja mill-MK f’dak li għandu x’jaqsam mal-kompjuter u mas-softwer użat għall-interpretazzjoni tal-profil tar-riflessjoni mis-sonda ottika.

3.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Image = 66,7393 – 0,2655 x1 – 0,5432 x2 + 0,0838 x3

fejn:

Image

=

il-perċentwali tad-dgħif stmat fil-karkassa.

4.

Il-punti tal-kejl huma:

x1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla 8 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn it-tielet u r-raba’ vertebra tal-ġenbejn tal-aħħar.

x2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla 6 ċm. 'l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar.

x3

=

il-ħxuna tal-muskolu, f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal għal x2.

Il-formoli għandhom ikunu validi għall-karkassi li jiżnu bejn il-50 u l-110 kilogramma.

Il-parti nru 4

IL-“FULLY AUTOMATIC ULTRASONIC EQUIPMENT (AutoFOM 1)”

1.

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “Fully automatic ultrasonic equipment (AutoFOM 1)”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il “transducer” ultrasoniku ta’ 2 MHz (tat-tip SFK 2 NP tad-ditta Krautkrämer jew simili) b’distanza ta’ 25 millimetru bejn kull “transducer”.

Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz ta’ kompjuter għall-ipproċessar tad-dejta.

3.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ 127 punt ta’ kejl individwali skont il-formula li ġejja:

Image = c + c0 × IP000 + c1 × IP001 + .... + c126 × IP126

fejn:

Image

=

il-perċentwali tad-dgħif stmat fil-karkassa. In-numri li ma jvarjawx c u c0 sa c126 jidhru hawn mill-Parti nru II tal-Protokoll Daniż imressaq lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85.

4.

Id-deskrizzjoni tal-punti tal-kejl u dik tal-metodu tal-istatistika huma stabbiliti fil-Parti nru II tal-Protokoll Daniż imressaq lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85.

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn il-50 u l-110 kilogramma.

Il-parti nru 5

L-“UPDATED FULLY AUTOMATIC ULTRASONIC EQUIPMENT (AutoFOM DK)”

1.

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “Updated fully automatic ultrasonic equipment (AutoFOM DK)”.

2.

L-apparat huwa kompatibbli b’mod mekkaniku mal-AutoFOM 1 f’dak li għandu x’jaqsam mat-tagħmir tal-iskaner stess. Bl-istess mod, il-prinċipju tal-kejl stess ma jinbidilx. L-AutoFOM DK huwa differenti mill-AutoFOM 1 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ mekkaniżmu li jiżgura li l-karkassa tgħaddi mit-tagħmir tal-kejl f’linja dritta, u li, flimkien ma’ senser tal-lejżer li jagħraf il-karkassa, jipprovdi kejl simmetriku, b’iktar qawwa tal-kalkolu u b’softwer ġdid, li jipprovdu l-possibbiltà li wieħed itejjeb il-veloċità tat-teħid tar-ritratti u r-riżoluzzjoni.

3.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Image = 63,4322 – 0,1429 x1 – 0,0438 x2 – 0,0715 x3 + 0,9420 x4 + 0,0911 x5

fejn:

Image

=

il-perċentwali tad-dgħif stmat fil-karkassa.

4.

Id-deskrizzjoni tal-punti tal-kejl u dik tal-metodu tal-istatistika huma stabbiliti fil-Parti nru II tal-Protokoll Daniż imressaq lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85.

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn il-50 u l-110 kilogramma.

Il-parti nru 6

IL-“FAT-O-MEATER II (FOM II)”

1.

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meater II (FOM II)”.

2.

L-apparat huwa verżjoni ġdida tas-sistema tal-kejl magħrufa bħala “FAT-O-Meater”. Il-prinċipju bażiku tal-kejl, kif deskritt fil-punt 2 tal-Parti nru 2 u tal-Parti nru 3, ma nbidilx, iżda s-softwer u l-ħardwer kollu kif ukoll id-disinn mekkaniku tfasslu mill-ġdid. Il-pistola tal-FOM II hija magħmula minn sonda ottika b’sikkina, b’tagħmir għall-kejl tal-fond u b’bord għall-ġbir u l-analiżi tad-dejta. Il-ġbir u l-analiżi kollha li jkunu legalment rilevanti huma miżmuma fil-pistola tal-FOM II.

3.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Image = 66,5015 – 0,3568 x1 – 0,4704 x2 + 0,0947 x3

fejn:

Image

=

il-perċentwali tad-dgħif stmat fil-karkassa.

4.

Il-punti tal-kejl huma:

x1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla 8 ċm. “l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn it-tielet u r-raba” vertebra tal-ġenbejn tal-aħħar.

x2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluża l-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla 6 ċm. “l barra mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn it-tielet u r-raba” kustilja tal-aħħar.

x3

=

il-ħxuna tal-muskolu, f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal għal x2.

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn il-50 u l-110 kilogramma.


Top