EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1239

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/2008 ta' l- 10 ta’ Diċembru 2008 li jerġa’ jiftaħ is-sajd għall-merluzz fil-Kattegat min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja

OJ L 334, 12.12.2008, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1239/oj

12.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/58


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1239/2008

ta' l-10 ta’ Diċembru 2008

li jerġa’ jiftaħ is-sajd għall-merluzz fil-Kattegat min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Fil-15 ta’ Mejju 2008, l-Iżvezja nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, li kienet se tagħlaq is-sajd għall-merluzz fil-Kattegat għall-bastimenti tagħha mid-19 ta Mejju 2008 'l quddiem.

(3)

Fid-19 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, u l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, adottat ir-Regolament (KE) Nru 585/2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fil-Kattegat min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja (4), b'effett mill-istess data.

(4)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni mingħand l-awtoritajiet Żvediżi, għad hemm disponibbli kwantità ta' merluzz fil-kwota Żvediża fil-Kattegat. Għalhekk, għandu jkun awtorizzat is-sajd għall-merluzz f'din iż-żona minn bastimenti li jtajru l-bandiera Żvediża jew irreġistrati fl-Iżvezja.

(5)

Din l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Ottubru 2008, biex il-kwantità ta' merluzz ikkonċernata tkun tista' tinqabad sa tmiem is-sena kurrenti.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 585/2008 għandu jiġi rrevokat b'effett mit-13 ta' Ottubru 2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 585/2008 huwa b’dan irrevokat.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 162, 21.6.2008, p. 9.


ANNESS

Nru

64 – Ftuħ mill-ġdid

Stat Membru

SWE

Stokk

COD/03AS.

Speċi

Merluzz

Żona

Kattegat

Data

13.10.2008


Top