Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1126

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat- 3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'relevanza għaż-ŻEE

OJ L 320, 29.11.2008, p. 1–481 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 046 P. 3 - 483

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1126/oj

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 320/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1126/2008

tat-3 ta' Novembru 2008

li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jeħtieġ li għal kull sena finanzjarja li tibda fi, jew wara l-ewwel ta' Jannar 2005, kumpanniji nnegozjati pubblikament regolati bil-liġi ta' Stat Membru għandhom taħt ċerti kondizzjonijiet jħejju l-kontijiet konsolidati tagħhom b'konformità ma' l-istandards internazzjonali tal-kontabilità kif definit fl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ġew adottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali tal-kontabilità li kienu fis-seħħ fl-14 ta' Settembru 2002. Il-Kummissjoni, wara li kkunsidrat il-parir mogħti mill-Grupp ta' Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (EFRAG), emendat dak ir-Regolament sabiex tinkludi l-istandards kollha ppreżentati mill-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) kif ukoll l-interpretazzjonijiet kollha ppreżentati mill-Kumitat ta' l-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) u li ġew adottati bi sħiħ sal-15 ta' Ottubru 2008, minbarra l-IAS 39 (relatat mar-rikonoxximent u l-kejl ta' strumenti finanzjarji), li minnhom tħallew barra partijiet limitati.

(3)

L-istandards internazzjonali differenti ġew adottati permezz ta' għadd ta' regolamenti ta' emenda. Dan jikkaġuna inċertezza legali u diffikultà fl-applikazzjoni korretta ta' standards internazzjonali tal-kontabilità fil-Komunità. Sabiex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kontabilità, huwa xieraq, għall-finijiet ta' ċarezza u trasparenza, li jiġu inkorporati f'test wieħed l-istandards li jinsabu bħalissa fir-regolament (KE) Nru 1725/2003 u l-atti li jemendawh.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi sostitwit b'dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istandards internazzjonali tal-kontabilità, kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għandhom jiġu adottati kif deskritt f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 b'dan huwa revokat.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta' Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IAS 1

Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji 5

IAS 2

L-inventarji 22

IAS 7

Rapporti tal-Flussi tal-Flus 27

IAS 8

Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji 34

IAS 10

Avvenimenti wara d-Data tal-Karta tal-Bilanċ 42

IAS 11

Kuntratti ta' Kostruzzjoni 46

IAS 12

Taxxi fuq id-Dħul 53

IAS 16

Proprjetà, Impjanti u Tagħmir 72

IAS 17

Kuntratti ta' Kiri 83

IAS 18

Dħul 93

IAS 19

Benefiċċji ta' l-Impjegati 99

IAS 20

Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika 130

IAS 21

L-effetti ta' Bidliet fir-Rati tal-Kambju 134

IAS 23

Il-kosti tas-Self 142

IAS 24

Żvelar fuq Partijiet Relatati 146

IAS 26

Kontabilità u Rappurtar minn Pjani ta' Benefiċċji għall-Irtirar 150

IAS 27

Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati 156

IAS 28

Investimenti f'KumpanijiAssoċjati 161

IAS 29

Rappurtaġġ Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji 167

IAS 31

Interessi f'Impriżi Konġunti 171

IAS 32

Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni 179

IAS 33

Qligħ Sehem b'Sehem 195

IAS 34

Rappurtaġġ Finanzjaju Interim 208

IAS 36

Indeboliment ta' Assi 215

IAS 37

Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti 241

IAS 38

Assi Intanġibbli 252

IAS 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl minbarra għal ċerti provvedimenti relatati ma' kontabilità għall-“hedging” 270

IAS 40

Proprjetà għall-Investiment 323

IAS 41

Agrikoltura 335

IFRS 1

Adozzjoni għall-Ewwel Darba ta' Sstandards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju 342

IFRS 2

Pagament ibbażat fuq l-Ishma 356

IFRS 3

Kombinamenti ta' negozji 373

IFRS 4

Kuntratti ta' l-Assigurazzjoni 390

IFRS 5

Assi Mhux KurrentiMmiżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx 405

IFRS 6

L-Esplorazzjoni għal Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni Tagħhom 413

IFRS 7

Strumenti Finanzjarji: Żvelar 417

IFRS 8

Segmenti ta' l-Operat 432

IFRIC 1

Bidliet f'Obbligazzjonijiet Eżistenti ta' Dekumissjonament, Restawr u Obbligazzjonijiet Simili 439

IFRIC 2

Ishma ta' Membri f'Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili 441

IFRIC 4

Kif Tiddetermina jekk Arranġament fihx Kuntratt ta' Kera 447

IFRIC 5

Drittijiet għal Interessi li jirriżultaw minn Fondi għad-Dekummissjonament, Restawr u Rijabilitazzjoni Ambjentali 450

IFRIC 6

Obbligazzjonijiet li jinħolqu mill-Parteċipazzjoni f'Suq Speċifiku — Skart ta' Tagħmir Elettroniku u Elettriku 453

IFRIC 7

Kif Tapplika l-Metodu tad-Dikjarazzjoni b'mod Ġdid taħt l-IAS 29 Rappurtaġġ Finanzjarju f'Ekonomiji Iperinflazzjonarji 455

IFRIC 8

Ambitu ta' l-IFRS 2 457

IFRIC 9

Evalwazzjoni mill-Ġdid ta' Derivati Mdeffsa 459

IFRIC 10

Rappurtaġġ Finanzjarju Interim u Indeboliment 461

IFRIC 11

IFRS 2 — Transazzjonijiet fl-Ishma tal-Grupp u tat-Teżor 462

SIC-7

Introduzzjoni ta' l-Euro 464

SIC-10

Assistenza tal-Gvern — Ebda Relazzjoni Speċifika ma' Attivitajiet ta' Operat 465

SIC-12

Konsolidazzjoni — Entitajiet b'Għan Speċjali 466

SIC-13

Entitajiet b'Kontroll Konġunt – Kontribuzzjonijiet Mhux Monetarji mill-Imprendituri 468

SIC-15

Kiri Operattiv — Inċentivi 470

SIC-21

Taxxi fuq id-Dħul — Irkuprar ta' Assi Rivalutati Mhux Deprezzabbli 471

SIC-25

Taxxi fuq id-Dħul — Tibdil fl-Istat tat-Taxxa ta' Entità jew ta' l-Azzjonisti Tagħha 472

SIC-27

Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Transazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta' Kuntratt ta' Kiri 473

SIC-29

Żvelar — Arranġamenti għall-Konċessjoni ta' Servizz 476

SIC-31

Dħul — Tranżazzjonijiet ta' Tpartit li Jinvolvu Servizzi ta' Riklamar 478

SIC-32

Assi Intanġibbli — Spejjeż tas-Siti fuq l-Internet 479
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 1

Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji

GĦAN

1

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jiddefinixxi l-bażi għall-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji ta' skop ġenerali, biex jiżgura l-komparabilità kemm mar-rapporti finanzjarji ta' perijodi preċedenti tal-entità kif ukoll ma' rapporti finanzjarji ta' entitajiet oħra. Biex jintlaħaq dan l-għan, dan l-Istandard jistabbilixxi rekwiżiti kumplessivi għall-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji, linji gwida għall-istruttura tagħhom u rekwiżiti minimi dwar il-kontenut tagħhom. Ir-rikonoxximent, kejl u żvelar ta' tranżazzjonijiet speċifiċi u avvenimenti oħra huma indirizzati fi Standards oħra u fl-Interpretazzjonijiet.

AMBITU

2

Dan l-Istandard għandu japplika għar-rapporti finanzjarji kollha ta' skop ġenerali mħejjija u ppreżentati skont l-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs).

3

Rapporti finanzjarji ta' skop ġenerali huma dawk intiżi biex jirrispondu għall-bżonnijiet ta' utenti li mhumiex f'pożizzjoni li jitolbu rapporti mfassla apposta biex jirrispondu għall-bżonnijiet partikolari tagħhom ta' informazzjoni. Rapporti finanzjarji ta' skop ġenerali jinkludu dawk li huma ppreżentati separatament jew fi ħdan dokument pubbliku ieħor bħal rapport annwali jew prospett. Dan l-Istandard ma japplikax għall-istruttura u l-kontenut ta' rapporti finanzjarji interim fil-qosor imħejjija b'konformità mal-IAS 34 Rappurtaġġ Finanzjarju Interim. Madankollu, il-paragrafi 13-41 japplikaw għal rapporti finanzjarji bħal dawn. Dan l-Istandard japplika bl-istess mod għall-entitajiet kollha, u japplika sew jekk iridu sew jekk ma jridux iħejju rapporti finanzjarji konsolidati jew rapporti finanzjarji separati kif definiti fl-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati.

4

[Imħassra]

5

Dan l-Istandard juża terminoloġija li hi xierqa għal entitajiet orjentati lejn il-profitt, inklużi entitajiet kummerċjali fis-settur pubbliku. Entitajiet b'attivitajiet mhux għall-profitt fis-settur privat, fis-settur pubbliku jew fil-gvern li jfittxu li jużaw dan l-Istandard jista' jkollhom jemendaw id-deskrizzjonijiet użati għal entrati partikolari fir-rapporti finanzjarji u għar-rapporti finanzjarji nfushom.

6

B'mod simili, entitajiet li m'għandhomx ekwità kif definit fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni (eż. xi fondi ta' benefiċċji komuni) u entitajiet li l-kapital azzjonarju tagħhom mhuwiex ekwità (eż. xi entitajiet koperattivi) jista' jkollhom jadattaw il-preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji tal-interessi tal-membri jew ta' dawk li huma fil-pussess ta' unitajiet.

SKOP TAR-RAPPORTI FINANZJARJI

7

Ir-rapporti finanzjarji huma rappreżentazzjoni strutturata tal-pożizzjoni finanzjarja u tar-riżultati finanzjarji ta' entità. L-objettiv ta' rapporti finanzjarji ta' skop ġenerali huwa biex jipprovdu informazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati finanzjarji u l-flussi ta' flus ta' entità li tkun utli għal firxa wiesgħa ta' utenti fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi. Ir-rapporti finanzjarji juru wkoll ir-riżultati tal-qadi mill-maniġment tal-interessi tal-azzjonisti fir-rigward tar-riżorsi li tħallew f'idejn il-maniġment. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, ir-rapporti finanzjarji jipprovdu informazzjoni dwar dawn l-elementi tal-entità:

(a)

assi;

(b)

obbligazzjonijiet;

(c)

ekwità;

(d)

introjtu u spejjeż, inkluż qligħ u telf;

(e)

bidliet oħra fl-ekwità; u

(f)

flussi ta' flus.

Din l-informazzjoni, flimkien ma' informazzjoni oħra fin-noti, tgħin lill-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jipprevedu l-flussi futuri ta' flus tal-entità, u b'mod partikolari, iż-żmien u ċ-ċertezza tagħhom.

KOMPONENTI TA' RAPPORTI FINANZJARJI

8

Sett komplet ta' rapporti finanzjarji jinkludi:

(a)

karta tal-bilanċ;

(b)

rapport tal-introjtu;

(c)

rapport tat-tibdil fl-ekwità li juri jew:

(i)

il-bidliet kollha fl-ekwità, jew

(ii)

bidliet fl-ekwità barra minn dawk li joriġinaw minn tranżazzjonijiet ma' propjetarji ta' ekwità li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala propjetarji tal-ekwità;

(d)

rapport tal-fluss tal-flus; u

(e)

noti, inkluż sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u noti ta' spjegazzjoni oħra.

9

Diversi entitajiet jippreżentaw, barra r-rapporti finanzjarji, analiżi tar-riżultati finanzjarji mill-maniġment li tiddeskrivi u tispjega l-fatturi ewlenin fir-riżultati finanzjarji u l-pożizzjoni finanzjarja tal-entità u l-inċertezzi prinċipali li qed tiffaċċja. Rapport bħal dan jista' jinkludi analiżi ta':

(a)

il-fatturi prinċipali u l-influwenzi li jiddeterminaw ir-riżultati finanzjarji, inklużi l-bidliet fl-ambjent li fih l-entità topera, ir-rispons tal-entità għal dawk il-bidliet u l-effetti tagħhom, u l-politika tal-entità dwar l-investiment biex iżżomm u ssaħħaħ ir-riżultati finanzjarji, inkluża l-politika tagħha dwar id-dividendi;

(b)

is-sorsi tal-entità għall-finanzjament u l-proporzjon li qed timmira għalih ta' obbligazzjonijiet fil-konfront tal-ekwità; u

(c)

ir-riżorsi tal-entità mhux rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ skont l-IFRSs.

10

Ħafna entitajiet jippreżentaw ukoll, barra r-rapporti finanzjarji, rapporti u dikjarazzjonijiet bħal rapporti ambjentali u rapporti dwar il-valur miżjud, partikolarment f'industriji fejn il-fatturi ambjentali huma sinifikanti u fejn l-impjegati huma meqjusa bħala grupp ta' utenti importanti. Rapporti u dikjarazzjonijiet ippreżentati barra r-rapporti finanzjarji huma barra l-ambitu tal-IFRSs.

DEFINIZZJONIJIET

11

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Imprattikabbli L-applikazzjoni ta' rekwiżit hi imprattikabbli meta entità ma tkunx tista' tapplikah wara li tkun għamlet kull sforz raġonevoli biex tagħmel hekk.

Standards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs) huma Standards u Interpretazzjonijiet adottati mill-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB). Dawn jinkludu:

(a)

Standards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju;

(b)

Standards Internazzjonali tal-Kontabilità; u

(c)

Interpretazzjonijiet oriġinati mill-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) jew minn dak li kien il-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjonijiet (SIC).

Materjali Ommissjonijiet jew dikjarazzjonijiet żbaljati ta' entrati huma materjali jekk dawn jistgħu, individwalment jew kollettivament, jinfluwenzaw fuq id-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti meħuda fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji. Il-materjalità tiddependi mid-daqs u natura tal-ommissjoni jew tad-dikjarazzjoni żbaljata kif iġġudikata fiċ-ċirkustanzi li huma marbuta magħha. Id-daqs jew in-natura tal-entrata, jew it-tnejn li huma, jistgħu jkunu l-fattur determinanti.

In-noti fihom informazzjoni addizzjonali għal dik ippreżentata fil-karta tal-bilanċ, fir-rapport tal-introjtu, fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità u fir-rapport tal-fluss tal-flus. In-noti jipprovdu deskrizzjonijiet narrattivi jew diżaggregazzjonijiet ta' entrati żvelati f'dawk ir-rapporti u informazzjoni dwar entrati li ma jikkwalifikawx għar-rikonoxximent f'dawk ir-rapporti.

12

Fil-valutazzjoni dwar jekk ommissjoni jew dikjarazzjoni żbaljata tistax tinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti, u b'hekk tkun materjali, teħtieġ li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi ta' dawk l-utenti. Il-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji jgħid fil-paragrafu 25 li “l-utenti huma preżunti li għandhom għarfien raġonevoli tal-attivitajiet kummerċjali u ekonomiċi u tal-kontabilità u r-rieda li jistudjaw l-informazzjoni b'diligenza raġonevoli.” Għalhekk, il-valutazzjoni għandha tikkunsidra kif utenti b'dawn l-attribwiti jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jiġu influwenzati fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi.

KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

Preżentazzjoni ġusta u konformità mal-IFRSs

13

Ir-rapporti finanzjarji għandhom jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati finanzjarji u l-flussi ta' flus ta' entità. Preżentazzjoni ġusta teħtieġ rappreżentazzjoni leali tal-effetti ta' tranżazzjonijiet, avvenimenti u kundizzjonijiet oħra b'konformità mad-definizzjonijiet u mal-kriterji tar-rikonoxximent għall-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu u l-ispejjeż stabbiliti fil-Qafas. L-applikazzjoni tal-IFRSs, bi żvelar addizzjonali fejn meħtieġ, hija preżunta li tirriżulta f'rapporti finanzjarji li jagħtu preżentazzjoni ġusta.

14

Entità li r-rapporti finanzjarji tagħha huma konformi mal-IFRSs għandha tagħmel dikjarazzjoni espliċita u mingħajr riżervi dwar din il-konformità fin-noti. Ir-rapporti finanzjarji m'għandhomx ikunu deskritti bħala konformi mal-IFRSs sakemm dawn ma jkunux jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-IFRSs.

15

Fi kważi ċ-ċirkustanzi kollha, preżentazzjoni ġusta tinkiseb permezz ta' konfomità mal-IFRSs applikabbli. Preżentazzjoni ġusta teħtieġ ukoll li entità:

(a)

tagħżel u tapplika politika tal-kontabilità b'mod konformi mal-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji. L-IAS 8 jistabbilixxi ġerarikija ta' gwida awtoritattiva li l-maniġment jikkunsidra fin-nuqqas ta' Standard jew Interpretazzjoni li japplikaw speċifikament għal xi entrata.

(b)

tippreżenta informazzjoni, inkluża l-politika tal-kontabilità, b'mod li tingħata informazzjoni rilevanti, affidabbli, kumparabbli u li tinftiehem sew.

(c)

tipprovdi żvelar addizzjonali meta l-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi fl-IFRSs ma tkunx biżżejjed biex tippermetti lill-utenti li jifhmu l-impatt ta' tranżazzjonijiet partikolari, jew ta' avvenimenti u kundizzjonijiet oħra fuq il-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultati finanzjarji tal-entità.

16

Politika tal-kontabilità mhux f'waqtha ma tiġix rettifikata la bl-iżvelar tal-politika tal-kontablilità użata lanqas b'noti jew materjal ta' spjegazzjoni.

17

Fiċ-ċirkustanzi estremament rari fejn il-maniġment jikkonkludi li l-konformità ma' rekwiżit fi Standard jew Interpretazzjoni hija tant ta' diżgwid li tmur kontra l-għan tar-rapporti finanzjarji kif stabbilit fil-Qafas, l-entità għandha ma ssegwix dak ir-rekwiżit bil-mod kif stipulat fil-paragrafu 18 jekk il-qafas regolatorju rilevanti jkun jeħtieġ, jew inkella ma jkunx jipprojbixxi, li dak ir-rekwiżit ma jiġix segwit.

18

Meta entità ma ssegwix rekwiżit ta' Standard jew Interpretazzjoni skont il-paragrafu 17, hija għandha tiżvela:

(a)

li l-maniġment ikun ikkonkluda li r-rapporti finanzjarji jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati finanzjarji u l-flussi ta' flus tal-entità;

(b)

li hija tkun ikkonformat ruħha mal-Istandards u l-Interpretazzjonijiet applikabbli, ħlief li ma tkunx segwiet xi rekwiżit partikolari biex tagħti preżentazzjoni ġusta;

(c)

it-titolu tal-Istandard jew l-Interpretazzjoni li l-entità ma tkunx segwiet, il-mod kif ma tkunx segwiethom, inkluż it-trattament li l-Istandard jew l-Interpretazzjoni jkunu jeħtieġu, ir-raġuni għaliex dak it-trattament jista' jkun tant ta' diżgwid fiċ-ċirkustanzi li jmur kontra l-objettiv tar-rapporti finanzjarji kif stabbilit fil-Qafas, u t-trattament adottat; u

(d)

għal kull perijodu ppreżentat, l-impatt finanzjarju tal-fatt li ma jkunx ġie segwit rekwiżit fuq kull entrata fir-rapporti finanzjarji li kieku din tkun ġiet irrappurtata b'mod konformi mar-rekwiżit.

19

Meta entità ma tkunx segwiet rekwiżit ta' Standard jew Interpretazzjoni f'perijodu preċedenti, u l-fatt li ma tkunx segwiet dak ir-rekwiżit jaffettwa l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji għall-perijodu kurrenti, hija għandha tiżvela dak li hu stipulat fil-paragrafi 18(c) u (d).

20

Il-paragrafu 19 japplika, pereżempju, meta entità ma tkunx segwiet f'perijodu preċedenti rekwiżit fi Standard jew Interpretazzjoni għall-kejl tal-assi jew l-obbligazzjonijiet u l-fatt li hija ma tkunx segwiet dak ir-rekwiżit ikun jaffettwa l-kejl tal-bidliet fl-assi u l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-perijodu kurrenti.

21

F'ċirkustanzi estremament rari fejn il-maniġment jikkonkludi li l-konformità ma' rekwiżit fi Standard jew Interpretazzjoni tista' tkun tant ta' diżgwid li tmur kontra l-objettiv tar-rapporti finanzjarji kif stabbilit fil-Qafas, iżda l-qafas regolatorju rilevanti ma jippermettix li r-rekwiżit ma jiġix segwit, l-entità għandha, sa fejn l-aktar tkun tista’, tnaqqas l-aspetti tal-konformità li jkunu meqjusa ta' diżgwid, billi tiżvela:

(a)

it-titolu tal-Istandard jew l-Interpretazzjoni inkwistjoni, in-natura tar-rekwiżit, u r-raġuni għaliex il-maniġment ikkonkluda li l-konformità ma' dak ir-rekwiżit tista' tkun ta' diżgwid fiċ-ċirkustanzi li tmur kontra l-objettiv tar-rapporti finanzjarji kif stabbilit fil-Qafas; u

(b)

għal kull perijodu ppreżentat, l-aġġustamenti f'kull entrata fir-rapporti finanzjarji li l-maniġment ikun ikkonkluda li jkunu meħtieġa biex tinkiseb preżentazzjoni ġusta.

22

Għall-iskop tal-paragrafi 17-21, entrata ta' informazzjoni tmur kontra l-objettiv tar-rapporti finanzjarji meta din ma tirrappreżentax b'mod leali t-tranżazzjonijiet, l-avvenimenti u l-kundizzjonijiet oħra li, jew suppost tkun tirrappreżenta jew li tista' raġonevolment tkun mistennija li ser tirrappreżenta u, għaldaqstant, x'aktarx tkun ser tħalli effett fuq id-deċiżjonijiet ekonomiċi meħuda mill-utenti tar-rapporti finanzjarji. Meta jivvaluta jekk il-konformità ma' rekwiżit speċifiku fi Standard jew f'Interpretazzjoni hux ser tikkaġuna daqstant diżgwid li tmur kontra l-objettiv tar-rapporti finanzjarji kif stipulat fil-Qafas, il-maniġment jikkunsidra:

(a)

għaliex l-objettiv tar-rapporti finanzjarji ma jinkisibx fiċ-ċirkustanzi partikolari; u

(b)

kif iċ-ċirkustanzi tal-entità huma differenti minn dawk ta' entitajiet oħrajn li jikkonformaw ma' dak ir-rekwiżit. Jekk entitajiet oħrajn f'ċirkustanzi simili jkunu jikkonformaw mar-rekwiżit, ikun hemm preżunzjoni konfutabbli li l-konformità tal-entità mar-rekwiżit mhux ser tkun tant ta' diżgwid li tmur kontra l-objettiv tar-rapporti finanzjarji kif stipulat fil-Qafas.

Negozju avvjat

23

Meta jħejji r-rapporti finanzjarji, il-maniġment għandu janalizza l-kapaċità ta' entità li tkompli bħala negozju avvjat. Ir-rapporti finanzjarji għandhom jitħejjew fuq bażi ta' negozju avvjat sakemm il-maniġment mhux fi ħsiebu jillikwida l-entità jew iwaqqaf l-attività kummerċjali, jew ma jkollu l-ebda alternattiva realistika għajr li jagħmel hekk. Meta l-maniġment ikun konxju, fl-analiżi tiegħu, ta' inċertezzi materjali marbuta ma' avvenimenti jew kondizzjonijiet li jistgħu jixħtu dubji sinifikanti fuq il-kapaċità tal-entità li tkompli bħala negozju avvjat, dawk l-inċertezzi għandhom jiġu żvelati. Meta r-rapporti finanzjarji ma jitħejjewx fuq bażi ta' negozju avvjat, dan il-fatt għandu jkun żvelat, flimkien mal-bażi li fuqhom ir-rapporti finanzjarji tħejjew u r-raġuni għaliex l-entità ma titqisx bħala negozju avvjat.

24

Fil-valutazzjoni ta' jekk il-preżunzjoni ta' negozju avvjat hijiex xierqa, il-maniġment jikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-futur, li huwa tal-inqas, iżda mhux limitat għal, tnax-il xahar mid-data tal-karta tal-bilanċ. Il-livell ta' konsiderazzjoni jiddependi fuq il-fatti f'kull każ. Meta entità jkollha storja ta' operazzjonijiet li ħallew profitt u aċċess immedjat għal riżorsi finanzjarji, il-konklużjoni li l-bażi ta' kontabilità ta' negozju avvjat hi adattata tista' tintlaħaq mingħajr analiżi dettaljata. F'każijiet oħra, il-maniġment jista' jkollu jikkunsidra medda wiesgħa ta' fatturi marbuta mal-profittabilità kurrenti u mistennija, l-iskedi ta' ħlas lura ta' djun u sorsi potenzjali ta' sostituzzjoni tal-finanzjament qabel ma jkun jista' jikkonvinċi ruħu li l-bażi tan-negozju avvjat tkun waħda xierqa.

Kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti

25

Entità għandha tħejji r-rapporti finanzjarji tagħha, ħlief għall-informazzjoni dwar il-flussi ta' flus, billi tuża kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti

26

Meta tintuża l-kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti, entità tirrikonoxxi l-entrati bħala assi, obbligazzjonijiet, ekwità, introjtu u spejjeż (l-elementi tar-rapporti finanzjarji) meta dawn jissodisfaw id-definizzjonijiet u l-kriterji tar-rikonoxximent għal dawk l-elementi li hemm fil-Qafas.

Konsistenza tal-preżentazzjoni

27

Il-preżentazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-entrati fir-rapporti finanzjarji għandhom jinżammu minn perijodu għall-ieħor ħlief jekk:

(a)

ikun evidenti, wara bidla sinifikanti fin-natura tal-operat tal-entità jew wara reviżjoni tar-rapporti finanzjarji tagħha, li preżentazzjoni jew klassifikazzjoni oħra tkun aktar xierqa, fir-rigward tal-kriterji għall-għażla u l-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità fl-IAS 8; jew

(b)

Standard jew Interpretazzjoni tkun teħtieġ bidla fil-preżentazzjoni.

28

Akkwiżizzjoni jew disponiment sinifikanti, jew reviżjoni tal-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji, jistgħu jissuġġerixxu li r-rapporti finanzjarji għandhom jiġu ppreżentati b'mod differenti. Entità tibdel il-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji tagħha biss jekk il-bidla fil-preżentazzjoni tipprovdi informazzjoni li hija affidabbli u aktar rilevanti għall-utenti tar-rapporti finanzjarji u jekk l-istruttura riveduta aktarx li tkun ser tkompli, b'hekk illi l-komparabilità ma tkunx indebolita. Meta tagħmel tibdil bħal dan fil-preżentazzjoni, entità tikklassifika mill-ġdid l-informazzjoni komparattiva tagħha b'konformità mal-paragrafi 38 u 39.

Materjalità u aggregazzjoni

29

Kull klassi materjali ta' entrati simili għandhom ikunu ppreżentati separatament fir-rapporti finanzjarji. Entrati ta' natura jew funzjoni differenti għandhom ikunu ppreżentati separatament sakemm dawn ma jkunux immaterjali.

30

Rapporti finanzjarji jirriżultaw mill-ipproċessar ta' numru kbir ta' tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħra aggregati fi klassijiet skont in-natura jew il-funzjoni tagħhom. L-istadju finali fil-proċess ta' aggregazzjoni u klassifikazzjoni huwa l-preżentazzjoni ta' informazzjoni sommarja u kklassifikata, li tifforma entrati linja b'linja fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ, tar-rapport tal-introjtu, tar-rapport tat-tibdil fl-ekwità u tar-rapport tal-flussi tal-flus, jew fin-noti. Jekk entrata f'linja ma tkunx individwalment materjali, din għandha tiġi aggregata ma' entrati oħra jew fuq il-wiċċ ta' dawk ir-rapporti jew fin-noti. Kull entrata li ma tkunx materjali biżżejjed biex tiġġustifika preżentazzjoni separata fuq il-wiċċ ta' dawk ir-rapporti tista' madankollu tkun materjali biżżejjed biex tiġi ppreżentata b'mod separat fin-noti.

31

L-applikazzjoni tal-kunċett ta' materjalità tfisser li rekwiżit speċifiku ta' żvelar fi Standard jew Interpretazzjoni jista' ma jiġix issodisfat jekk l-informazzjoni ma tkunx waħda materjali.

Tpaċija

32

Assi u obbligazzjonijiet, u introjtu u spejjeż, m'għandhomx jitpaċew sakemm dan ma jkunx meħtieġ jew permess minn Standard jew Interpretazzjoni.

33

Huwa importanti li l-assi u l-obbligazzjonijiet, u l-introjtu u l-ispejjeż, jiġu rrappurtati separatament. Tpaċija f'rapport tal-introjtu jew f'karta tal-bilanċ, ħlief meta t-tpaċija tkun tirrifletti s-sustanza tat-tranżazzjoni jew avveniment ieħor, ittellef mill-kapaċità tal-utenti kemm biex jifhmu t-tranżazzjonijiet, l-avvenimenti u l-kondizzjonijiet l-oħra li jkunu seħħew, kif ukoll biex jivvalutaw il-flussi tal-flus futuri tal-entità. Il-kejl tal-assi netti minn provvedimenti ta' valutazzjoni – pereżempju, provvedimenti għall-inventarji obsoleti u provvedimenti għal ammonti dubbjużi ta' djun riċevibbli – mhux meqjus bħala tpaċija.

34

IAS 18 Dħul jiddefinixxi d-dħul u jeħtieġ li dan jitkejjel bil-valur ġust tal-korrispettiv riċevut jew riċevibbli, wara li jitqies l-ammont ta' kull skont kummerċjali jew roħs fuq il-volum permess mill-entità. Entità tagħmel, matul it-twettiq tal-attivitajiet normali tagħha, tranżazzjonijiet oħrajn li ma jiġġenerawx dħul iżda li huma inċidentali għall-attivitajiet prinċipali ta' ġenerazzjoni ta' dħul. Ir-riżultati ta' tranżazzjonijiet bħal dawn huma ppreżentati, meta din il-preżentazzjoni tkun tirrifletti s-sustanza tat-tranżazzjoni jew avveniment ieħor, billi jitnaqqas kull introjtu mill-ispejjeż marbuta mal-istess tranżazzjoni. Pereżempju:

(a)

qligħ u telf fuq id-disponiment ta' assi mhux kurrenti, inklużi investimenti u assi operattivi, huma rrappurtati billi jitnaqqas mir-rikavat miksub mid-disponiment l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi u spejjeż relatati mal-bejgħ; u

(b)

infiq marbut ma' provvediment li huwa rikonoxxut skont l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti u mħallsa lura skont arranġament kuntrattwali ma' parti terza (pereżempju, ftehim ta' garanzija ma' fornitur) jistgħu jkunu maqtugħa kontra r-rimbors relatat.

35

Barra minn hekk, qligħ u telf li joriġinaw minn grupp ta' tranżazzjonijiet simili huma rrappurtati fuq bażi netta, pereżempju, qligħ u telf fuq kambju ta' flus jew qligħ u telf minn strumenti finanzjarji miżmuma għan-negozju. Madankollu, dan il-qligħ jew telf jiġi rrappurtat separatament jekk ikun materjali.

Informazzjoni komparattiva

36

Sakemm Standard jew Interpretazzjoni ma tkunx tippermetti jew teħtieġ mod ieħor, informazzjoni komparattiva għandha tkun żvelata fir-rigward tal-perijodu preċedenti għall-ammonti kollha rrappurtati fir-rapporti finanzjarji. Informazzjoni komparattiva għandha tkun inkluża ukoll għall-informazzjoni narrattiva u deskrittiva meta din tkun rilevanti biex jinftiehmu r-rapporti finanzjarji tal-perijodu kurrenti.

37

F'xi każijiet, l-informazzjoni narrattiva pprovduta fir-rapporti finanzjarji għall-perijodu(i) preċedenti tibqa’ rilevanti fil-perijodu kurrenti. Pereżempju, id-dettalji ta' tilwima legali, li r-riżultat tagħha kien inċert fid-data tal-aħħar karta tal-bilanċ u li għadha trid tiġi riżolta, huma żvelati fil-perijodu kurrenti. L-utenti jibbenefikaw minn informazzjoni li l-inċertezza kienet teżisti fid-data tal-aħħar karta tal-bilanċ, u dwar liema passi ttieħdu matul dak il-perijodu biex tiġi riżolta dik l-inċertezza.

38

Meta l-preżentazzjoni jew il-klassifikazzjoni ta' entrati f'rapporti finanzjarji jkunu nbidlu, ammonti komparattivi għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid ħlief jekk din il-klassifikazzjoni mill-ġdid ma tkunx prattikabbli. Meta l-ammonti komparattivi huma kklassifikati mill-ġdid, entità għandha ttżvela:

(a)

in-natura tal-klassifikazzjoni mill-ġdid;

(b)

l-ammont ta' kull entrata jew klassi ta' entrati li kienu kklassifikati mill-ġdid; u

(c)

ir-raġuni għall-klassifikazzjoni mill-ġdid.

39

Meta ma jkunx prattikabbli li ssir klassifikazzjoni mill-ġdid ta' ammonti komparattivi, entità għandha tiżvela:

(a)

ir-raġuni għaliex m'għamlitx klassifikazzjoni mill-ġdid tal-ammonti; u

(b)

in-natura tal-aġġustamenti li kienu jsiru kieku l-ammonti kienu kklassifikati mill-ġdid.

40

It-titjib tal-komparabilità ta' informazzjoni bejn perijodu u ieħor jgħin lill-utenti biex jagħmlu deċiżjonijiet ekonomiċi, speċjalment billi jippermettilhom li jivvalutaw it-tendenzi fl-informazzjoni finanzjarja għal skopijiet ta' previżjoni. F'ċerti ċirkustanzi, m'huwiex prattikabbli li informazzjoni komparattiva tkun ikklassifikata mill-ġdid għal perijodu partikulari biex tinkiseb komparabilità mal-perijodu kurrenti. Pereżempju, l-informazzjoni tista' ma tkunx inġabret fil-perijodu(i) preċedenti b'mod li jippermetti l-klassifikazzjoni mill-ġdid, u jista' ma jkunx prattikabbli li din l-informazzjoni terġa' tinħoloq.

41

IAS 8 jittratta l-aġġustamenti meħtieġa għal informazzjoni komparattiva meta entità tbiddel xi politika tal-kontabilità jew tikkoreġi xi żball.

STRUTTURA U KONTENUT

Introduzzjoni

42

Dan l-Istandard jeħtieġ żvelar partikulari fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ, tar-rapport tal-introjtu u tar-rapport tat-tibdil fl-ekwità u jeħtieġ żvelar ta' entrati linja b'linja jew fuq il-wiċċ ta' dawk ir-rapporti jew fin-noti. L-IAS 7 Rapporti tal-Flussi ta' Flus jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' rapport tal-flussi tal-flus.

43

Dan l-Istandard xi kultant juża t-terminu “żvelar” f'sens wiesa', li jiġbor fih l-entrati ppreżentati fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ, tar-rapport tal-introjtu, tar-rapport tat-tibdil fl-ekwità u tar-rapport tal-flussi ta' flus, kif ukoll fin-noti. L-iżvelar ta' informazzjoni hu mitlub ukoll fi Standards u Interpretazzjonijiet oħra. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan l-Istandard jew fi Standard jew Interpretazzjoni oħra, żvelar bħal dan isir fuq il-wiċċ jew tal-karta tal-bilanċ, tar-rapport tal-introjtu, tar-rapport tat-tibdil fl-ekwità jew tar-rapporti tal-flussi ta' flus (skont liema jkun rilevanti) jew fin-noti.

Identifikazzjoni tar-rapporti finanzjarji

44

Ir-rapporti finanzjarji għandhom jiġu identifikati b'mod ċar u jkunu distinti minn informazzjoni oħra fl-istess dokument ippubblikat.

45

L-IFRSs japplikaw biss għar-rapporti finanzjarji, u mhux għal informazzjoni oħra ppreżentata f'rapport annwali jew f'dokument ieħor. Għalhekk, hu importanti li l-utenti jkunu jistgħu jiddistingwu l-informazzjoni li titħejja bl-użu tal-IFRSs minn informazzjoni oħra li tista' tkun utli għall-utenti iżda li mhix suġġetta għal dawk ir-rekwiżiti.

46

Kull komponent tar-rapporti finanzjarji għandu jkun identifikat b'mod ċar. Barra minn dan, l-informazzjoni li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti, u tiġi rripetuta fejn meħtieġ biex l-informazzjoni li tiġi ppreżentata tkun tiftiehem sew:

(a)

l-isem tal-entità li tirrapporta jew mezzi oħra ta' identifikazzjoni, u kull bidla f'dik l-informazzjoni mid-data tal-karta tal-bilanċ preċedenti;

(b)

jekk ir-rapporti finanzjarji jkoprux entità individwali jew grupp ta' entitajiet;

(c)

id-data tal-karta tal-bilanċ jew il-perijodu kopert mir-rapporti finanzjarji, skont liema waħda hi adattata għal dak il-komponent tar-rapporti finanzjarji;

(d)

il-munita tal-preżentazzjoni, kif definita fl-IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju; u

(e)

il-livell ta' arrotondament użat fil-preżentazzjoni tal-ammonti fir-rapporti finanzjarji.

47

Ir-regoli fil-paragrafu 46 huma normalment osservati permezz tal-preżentazzjoni fl-intestastura tal-paġna u l-intestaturi mqassra fil-kolonni ta' kull paġna tar-rapporti finanzjarji. Hemm bżonn ta' ġudizzju għaqli biex jiġi ddeterminat l-aħjar mod ta' kif tiġi ppreżentata informazzjoni bħal din. Pereżempju, meta r-rapporti finanzjarji jiġu ppreżentati elettronikament, mhux dejjem jintużaw paġni differenti; l-entrati t"hawn aktar qabel huma għalhekk ippreżentati ta' spiss biżżejjed biex l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti finanzjarji tiftiehem sew.

48

Ir-rapporti finanzjarji ta' spiss ikunu jiftiehmu aħjar meta l-informazzjoni tiġi ppreżentata f'eluf jew miljuni ta' unitajiet tal-munita ta' preżentazzjoni. Dan hu aċċettabbli sakemm ikun żvelat il-livell ta' arrotondament fil-preżentazzjoni u ma titħalliex barra informazzjoni materjali.

Perijodu tar-rappurtaġġ

49

Ir-rapporti finanzjarji għandhom jiġu ppreżentati mill-anqas darba f'sena. Meta tinbidel id-data tal-karta tal-bilanċ ta' entità u r-rapporti finanzjarji annwali jiġu ppreżentati għal perijodu itwal jew iqsar minn sena, l-entità għandha tiżvela, minbarra l-perijodu kopert mir-rapporti finanzjarji:

(a)

ir-raġuni għaliex intuża perijodu itwal jew iqsar; u

(b)

il-fatt li ammonti komparattivi għar-rapport tal-introjtu, għar-rapport tat-tibdil fl-ekwità, għar-rapport tal-flussi tal-flus u għan-noti relatati mhumiex komparabbli b'mod sħiħ.

50

Normalment, ir-rapporti finanzjarji huma mħejjija b'mod konsistenti biex ikopru perijodu ta' sena. Madankollu, għal raġunijiet prattiċi, xi entitajiet jippreferu jirrappurtaw, pereżempju, għal perijodu ta' 52 gimgħa. Dan l-Istandard ma jipprekludix din il-prattika, minħabba li r-rapporti finanzjarji li jirriżultaw x'aktarx li mhux se jkunu materjalment differenti minn dawk li kieku ġew ippreżentati għal sena.

Karta tal-bilanċ

Distinzjoni bejn kurrenti u mhux kurrenti

51

Entità għandha tippreżenta l-assi kurrenti u mhux kurrenti, u l-obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti, bħala klassifikazzjonijiet separati fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ skont il-paragrafi 57–67 ħlief meta preżentazzjoni bbażata fuq il-likwidità tipprovdi informazzjoni li hi affidabbli u tkun aktar rilevanti. Meta din l-eċċezzjoni tapplika, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha għandhom jiġu ppreżentati b'mod wiesa" skont l-ordni tal-likwidità.

52

Irrispettivament mill-metodu ta' preżentazzjoni li jiġi adottat, għal kull entrata linja b'linja ta' assi jew ta' obbligazzjoni li tikkombina ammonti li huma mistennija li se jiġu rkuprati jew saldati sa (a) mhux aktar minn tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ u (b) aktar minn tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ, l-entità għandha tiżvela l-ammont mistenni li jiġi rkuprat jew saldat wara aktar minn tnax-il xahar.

53

Meta entità tipprovdi prodotti u servizzi f'ċiklu operattiv li hu identifikabbli b'mod ċar, il-klassifikazzjoni separata ta' assi u obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ tipprovdi tagħrif utli billi tiddistingwi l-assi netti li jiċċirkolaw kontinwament bħala kapital li jdur minn dawk użati f'operazzjonijiet fit-tul tal-entità. Tagħti importanza wkoll lil dawk l-assi li huma mistennija li ser ikunu realizzati matul iċ-ċiklu operattiv kurrenti, u l-obbligazzjonijiet li huma dovuti għas-sald matul l-istess perijodu.

54

Għal xi entitajiet, bħal istituzzjonijiet finanzjarji, preżentazzjoni ta' assi u obbligazzjonijiet f'ordni tielgħa jew nieżla tal-likwidità tipprovdi informazzjoni li hi affidabbli u li hi aktar rilevanti minn preżentazzjoni kurrenti/mhux kurrenti minħabba li entità ma tkunx tipprovdi prodotti jew servizzi fi ħdan ċiklu operattiv li hu identifikabbli b'mod ċar.

55

Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 51, entità għandha permess li tippreżenta wħud mill-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha permezz ta' klassifikazzjoni kurrenti/mhux kurrenti u oħrajn f'ordni ta' likwidità meta tiġi provduta informazzjoni li hi affidabbli u aktar rilevanti. Il-bżonn ta' bażi mħallta ta' preżentazzjoni jista' jinqala' meta entità jkollha operazzjonijiet diversi.

56

Informazzjoni dwar id-dati mistennija tar-realizzazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet hi utli fl-valutazzjoni tal-likwidità u tas-solvenza ta' entità. L-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar jirrikjedi l-iżvelar tad-dati tal-maturità ta' assi finanzjarji u ta' obbligazzjonijiet finanzjarji. Assi finanzjarji jinkludu ammonti riċevibbli tan-negozju u ammonti riċevibbli oħrajn, u l-obbligazzjonijiet finanzjarji jinkludu ammonti pagabbli tan-negozju u ammonti pagabbli oħrajn. Informazzjoni dwar id-data mistennija tal-irkuprar u s-sald ta' assi u obbligazzjonijiet mhux monetarji bħal inventarji u provvedimenti hija utli wkoll, sew jekk l-assi u l-obbligazzjonijiet huma kklassifikati bħala kurrenti sew jekk bħala mhux kurrenti. Pereżempju, entità tiżvela l-ammont ta' inventarji li huma mistennija li jiġu rkuprati aktar minn tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

Assi kurrenti

57

Assi għandu jiġi kklassifikat bħala kurrenti meta dan ikun jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

ikun mistenni li jiġi realizzat, jew ikun intiż li jiġi mibjugħ jew kkonsmat, matul iċ-ċiklu operattiv normali tal-entità.

(b)

ikun miżmum primarjament bl-iskop li jiġi nnegozjat;

(c)

ikun mistenni li jiġi realizzat fi żmien tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ; jew

(d)

ikun flus jew assi ekwivalenti għal flus (kif definit fl-IAS 7), ħlief jekk ikun ristrett milli jiġi skambjat jew użat għas-sald ta' obbligazzjoni għal mill-inqas tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

Kull assi ieħor għandu jiġi kklassifikat bħala mhux kurrenti.

58

Dan l-Istandard juża t-terminu “mhux kurrenti” biex jinkludi assi tanġibbli, intanġibbli jew finanzjarji li n-natura tagħhom tkun fit-tul. Dan ma jipprojbixxix l-użu ta' deskrizzjonijiet alternattivi sakemm is-sinifikat ikun ċar.

59

Iċ-ċiklu operattiv ta' entità hu ż-żmien bejn l-akkwiżizzjoni ta' assi għall-ipproċessar u r-realizzazzjoni tagħhom fi flus jew ekwivalenti ta' flus. Meta ċ-ċiklu operattiv normali ta' entità ma jkunx identifikabbli b'mod ċar, it-tul tiegħu huwa preżunt li jkun ta' tnax-il xahar. Assi kurrenti jinkludu assi (bħal inventarji u ammonti riċevibbli tan-negozju) li jinbiegħu jew ikunu kkunsmati jew realizzati bħala parti miċ-ċiklu operattiv normali anki meta dawn mhumiex mistennija li se jiġu realizzati sa tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ. Assi kurrenti jinkludu wkoll assi li jinżammu primarjament għal skopijiet ta' negozju (assi finanzjarji f'din il-kategorija huma kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju b'konformità mal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl) u l-porzjon kurrenti ta' assi finanzjarji mhux kurrenti.

Obbligazzjonijiet kurrenti

60

Obbligazzjoni għandha tkun ikklassifikata bħala kurrenti meta tilħaq xi wieħed mill-kriterji li ġejjin

(a)

hi mistennija li tkun saldata fiċ-ċiklu operattiv normali ta' entità;

(b)

tkun miżmuma primarjament bl-iskop li tiġi nnegozjata;

(c)

tkun dovuta li tiġi saldata fi żmien tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ; jew

(d)

l-entità ma jkollhiex dritt mhux kondizzjonali li tipposponi s-sald tal-obbligazzjoni għal mill-anqas tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

L-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha għandhom jiġu kklassifikati bħala mhux kurrenti.

61

Xi obbligazzjonijiet kurrenti, bħal kredituri kummerċjali u xi ammonti dovuti għall-kosti tal-impjegati jew kostijiet operattivi oħra, huma parti mill-kapital li jdur li jintuża fiċ-ċiklu operattiv normali tal-entità. Dawn l-entrati operattivi huma kklassifikati bħala obbligazzjonijiet kurrenti anki jekk ikollhom jiġu saldati aktar minn tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ. L-istess ċiklu operattiv normali japplika għall-klassifikazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità. Meta ċ-ċiklu operattiv normali ta' entità ma jkunx identifikabbli b'mod ċar, huwa preżunt li t-tul tiegħu huwa ta' tnax-il xahar.

62

Obbligazzjonijiet kurrenti oħra ma jiġux saldati bħala parti miċ-ċiklu operattiv normali, iżda huma dovuti għas-sald sa tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ jew jinżammu primarjament għall-iskop li jiġu nnegozjati. Eżempji ta' dawn huma obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati li huma miżmuma għan-negozju skont l-IAS 39, self kurrenti minn banek, u l-porzjonijiet kurrenti ta' obbligazzjonijiet finanzjarji mhux kurrenti, dividendi pagabbli, taxxi fuq id-dħul u kredituri oħra mhux kummerċjali. Obbligazzjonijiet finanzjarji li jipprovdu finanzjament għat-tul (i.e. mhumiex parti mill-kapital li jdur użat fiċ-ċiklu operattiv normali tal-entità) u li ma jkollhomx jiġu saldati sa tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ huma obbligazzjonijiet mhux kurrenti, soġġetti għall-paragrafi 65 u 66.

63

Entità tikklassifika l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħha bħala kurrenti meta dawn iridu jiġu saldati sa tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ, anki jekk:

(a)

it-terminu oriġinali kien ta' perijodu ta' aktar minn tnax-il xahar; u

(b)

ftehim għal finanzjament mill-ġdid, jew biex il-ħlasijiet jiġu skedati mill-ġdid, fuq bażi fit-tul, ikun intlaħaq wara d-data tal-karta tal-bilanċ u qabel ma r-rapporti finanzjarji kienu awtorizzati għall-ħruġ.

64

Jekk l-entità tistenna, u għandha d-diskrezzjoni, li tiffinanzja mill-ġdid jew li tipposponi obbligu għal mill-anqas tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ taħt faċilità ta' self eżistenti, din tikklassifika l-obbligu bħala mhux kurrenti, anki kieku l-ħlas kien se jkun dovut fi ħdan perijodu iqsar. Madankollu, meta l-finanzjament mill-ġdid jew posponiment tal-obbligu ma jkunx fid-diskrezzjoni tal-entità (pereżempju, m'hemm l-ebda ftehim għall-finanzjament mill-ġdid), il-potenzjal li tiffinanzja l-obbligu mill-ġdid ma jkunx ikkunsidrat, u l-obbligu jiġi kklassifikat bħala wieħed kurrenti.

65

Meta entità tikser ftehim ta' self fiss fit-tul fid-data tal-karta tal-bilanċ jew qabel bil-konsegwenza li l-obbligazzjoni tiġi pagabbli malli tintalab, l-obbligazzjoni tiġi kklassifikata bħala kurrenti, anki jekk min ikun silef jaċċetta, wara d-data tal-karta tal-bilanċ u qabel l-awtorizzazzjoni għall-ħruġ tar-rapporti finanzjarji, li mhux se jitlob ħlas bħala konsegwenza tal-ksur. L-obbligazzjoni hi kklassifikata bħala kurrenti minħabba li, fid-data tal-karta tal-bilanċ, l-entità ma jkollhiex dritt mhux kondizzjonali li tiddiferixxi s-sald għal mill-anqas tnax-il xahar wara dik id-data.

66

Madankollu, l-obbligazzjoni tiġi kklassifikata bħala mhux kurrenti jekk min ikun silef jaċċetta sad-data tal-karta tal-bilanċ li jipprovdi perijodu ta' konċessjoni li jintemm mill-anqas tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ, li matulu l-entità tista' tirrettifika l-ksur u li matulu min ikun silef ma jistax jitlob ħlas lura immedjat.

67

Fir-rigward ta' self fiss ikklassifikat bħala obbligazzjonijiet kurrenti, jekk dawn l-avvenimenti li ġejjin iseħħu bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha r-rapporti finanzjarji jiġu awtorizzati għall-ħruġ, dawk l-avvenimenti jikkwalifikaw għal żvelar bħala avvenimenti li ma jirrikjedux aġġustament skont l-IAS 10 Avvenimenti wara d-Data tal-Karta tal-Bilanċ.

(a)

finanzjament mill-ġdid fuq bażi fit-tul;

(b)

rettifika tal-ksur ta' ftehim ta' self fiss fit-tul; u

(c)

l-għoti minn min sellef ta' perijodu ta' konċessjoni sabiex jiġi rettifikat il-ksur ta' ftehim ta' self fiss fit-tul, u dak il-perijodu jintemm mill-anqas tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ

68

Bħala minimu, il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ għandu jinkludi entrati linja b'linja li jkunu jippreżentaw l-ammonti li ġejjin sal-punt li dawn ma jkunux ippreżentati b'konformità mal-paragrafu 68A:

(a)

proprjetà, impjanti u tagħmir;

(b)

proprjetà ta' investiment;

(c)

assi intanġibbli

(d)

assi finanzjarji (li jeskludu l-ammonti murija taħt (e), (h) u (i));

(e)

investimenti kontabilizzati billi jintuża l-metodu tal-ekwità;

(f)

assi bijoloġiċi;

(g)

inventarji;

(h)

ammonti riċevibbli tan-negozju u ammonti riċevibbli oħrajn;

(i)

flus u ekwivalenti ta' flus;

(j)

ammonti pagabbli tan-negozju u ammonti pagabbli oħrajn:

(k)

proveddimenti;

(l)

obbligazzjonijiet finanzjarji (esklużi l-ammonti murija taħt (j) u (k));

(m)

obbligazzjonijiet u assi għat-taxxa kurrenti, kif definiti fl-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul;

(n)

obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u assi ta' taxxa differita, kif definiti fl-IAS 12;

(o)

interess minoritarju, ippreżentat fl-ekwità; u

(p)

kapital maħruġ u riżervi attribwibbli għall-proprjetarji tal-ekwità tal-kumpanija prinċipali;

68A

Il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ għandu jinkludi wkoll l-entrati linja b'linja li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin:

(a)

it-total ta' assi kklassifikati bħala li huma miżmuma għall-bejgħ u assi inklużi fi gruppi tad-disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx; u

(b)

obbligazzjonijiet inklużi fi gruppi tad-disponiment ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5.

69

Entrati addizzjonali linja b'linja, intestaturi u sottototali għandhom jiġu ppreżentati fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ meta preżentazzjoni bħal din tkun rilevanti sabiex tinftiehem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità.

70

Meta entità tippreżenta assi kurrenti u mhux kurrenti, u obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti, bħala klassifikazzjonijiet separati fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ, din m'għandhiex tikklassifika assi (obbligazzjonijiet) ta' taxxa differita bħala assi (obbligazzjonijiet) kurrenti.

71

Dan l-Istandard ma jistipulax l-ordni jew il-format li bihom l-entrati jridu jiġu ppreżentati. Il-paragrafu 68 sempliċement jipprovdi lista ta' entrati li huma differenti biżżejjed fin-natura jew fil-funzjoni tagħhom biex jiġġustifikaw preżentazzjoni separata fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ. Barra minn dan:

(a)

entrati linja b'linja huma inklużi meta d-daqs, in-natura jew il-funzjoni ta' entrata jew l-aggregazzjoni ta' entrati simili huma tali li preżentazzjoni separata hi rilevanti biex tinftiehem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità; u

(b)

id-deskrizzjonijiet użati u l-ordni tal-entrati jew l-aggregazzjoni ta' entrati simili jistgħu jiġu emendati skont in-natura tal-entità u tat-tranżazzjonijiet tagħha, biex jipprovdu informazzjoni li hi rilevanti biex wieħed jifhem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità. Pereżempju, istituzzjoni finanzjarja tista' temenda d-deskrizzjonijiet t'hawn aktar qabel biex tipprovdi informazzjoni li hi rilevanti għall-operazzjonijiet ta' istituzzjoni finanzjarja.

72

Il-ġudizzju għaqli dwar jekk entrati addizzjonali jiġux ippreżentati separatament huwa bbażat fuq valutazzjoni ta':

(a)

in-natura u l-likwidità tal-assi;

(b)

il-funzjoni tal-assi fi ħdan l-entità; u

(c)

l-ammonti, in-natura u ż-żmien tal-obbligazzjonijiet.

73

L-użu ta' bażi differenti ta' kejl għal klassijiet differenti ta' assi tissuġġerixxi li n-natura u l-funzjoni tagħhom hi differenti, u għalhekk dawn għandhom jiġu ppreżentati bħala entrati f'linja separati. Pereżempju, klassijiet differenti ta' proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu jinżammu fil-kotba daqs kemm dawn ikunu swew jew f'ammonti rivalutati, skont l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir.

Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata jew fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ jew fin-noti

74

Entità għandha tiżvela, jew fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ jew fin-noti, aktar sotto-klassifikazzjonijiet tal-entrati ppreżentati linja b'linja, ikklassifikati b'mod xieraq skont l-operat tal-entità.

75

Id-dettall ipprovdut fis-sotto-klassifikazzjonijiet jiddependi mir-rekwiżiti tal-IFRSs u mid-daqs, in-natura u l-funzjoni tal-ammonti involuti. Il-fatturi mniżżla fil-paragrafu 72 jintużaw ukoll biex tkun deċiża l-bażi ta' sotto-klassifikazzjoni. L-iżvelar ivarja għal kull entrata, pereżempju:

(a)

entrati ta' proprjetà, impjanti u tagħmir huma diżaggregati fi klassijiet b'konformità mal-IAS 16;

(b)

l-ammonti riċevibbli huma diżaggregati f'ammonti riċevibbli minn klijenti kummerċjali, ammonti riċevebbli minn partijiet relatati, ħlasijiet bil-quddiem u ammonti oħra;

(c)

l-inventarji huma sotto-klassifikati, b'konformità mal-IAS 2 Inventarji, fi klassifikazzjonijiet bħal merkanzija, provvisti tal-produzzjoni, materjali, xogħol fl-idejn u prodotti lesti;

(d)

il-proveddimenti huma diżaggregati fi proveddimenti għall-benefiċċji tal-impjegati u entrati oħra; u

(e)

l-ekwità kkontribwita u r-riżervi huma diżaggregati fi klassijiet differenti bħala kapital imħallas, primjum fuq l-ishma u riżervi.

76

Entità għandha tiżvela dan li ġej, jew fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ jew fin-noti:

(a)

għal kull klassi ta' kapital azzjonarju:

(i)

in-numru ta' ishma awtorizzati;

(ii)

in-numru ta' ishma maħruġa u mħallsa b'mod sħiħ, u dawk maħruġa iżda mhux imħallsa b'mod sħiħ;

(iii)

valur pari kull sehem, jew li l-ishma m'għandhomx valur pari;

(iv)

rikonċiljazzjoni tan-numru ta' ishma pendenti fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu;

(v)

id-drittijiet, preferenzi u restrizzjonijiet marbuta ma' dik il-klassi, inklużi restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjoni ta' dividendi u l-ħlas lura ta' kapital;

(vi)

ishma fl-entità miżmuma mill-entità jew mill-kumpaniji sussidjarji jew assoċjati tagħha; u

(vii)

ishma riżervati għall-ħruġ taħt opzjonijiet u kuntratti għall-bejgħ ta' ishma, inklużi t-termini u l-ammonti tagħhom; u

(b)

deskrizzjoni tan-natura u l-iskop ta' kull riżerva fi ħdan l-ekwità.

77

Entità mingħajr kapital azzjonarju, bħal soċjetà jew trust, għandha ti\vela informazzjoni ekwivalenti għal dik meħtieġa mill-paragrafu 76(a), li turi t-tibdil matul il-perijodu f'kull kategorija ta' interess azzjonarju, u d-drittijiet, preferenzi u restrizzjonijiet marbuta ma' kull kategorija ta' interess azzjonarju.

Rapport tal-introjtu

Profitt jew telf għall-perijodu

78

L-entrati kollha tal-introjtu u l-ispejjeż rikonoxxuti f'perijodu għandhom ikunu inklużi fil-profitt jew telf sakemm xi Standard jew Interpretazzjoni ma jkunux jitolbu mod ieħor,

79

Normalment, l-entrati kollha tal-introjtu u l-ispejjeż rikonoxxuti f'perijodu huma inklużi fil-profitt jew fit-telf. Dan jinkludi l-effetti tal-bidla fl-istimi tal-kontabilità. Madankollu, jista' jkun hemm ċirkustanzi fejn entrati partikulari jistgħu jiġu esklużi mill-profitt jew telf għall-perijodu kurrenti. L-IAS 8 jittratta dwar żewġ ċirkustanzi ta' dan it-tip: il-korrezzjoni ta' żbalji u l-effett tat-tibdil fil-politika tal-kontabilità.

80

Standards oħra jittrattaw dwar entrati li jistgħu jissodisfaw id-definizzjonijiet tal-introjtu jew l-ispejjeż li hemm fil-Qafas iżda li normalment huma esklużi mill-profitt jew telf. Eżempji jinkludu l-bilanċi favorevoli tar-rivalutazzjoni (ara l-IAS 16), qligħ u telf partikulari li joriġinaw mil-qlib ta' rapporti finanzjarji ta' operazzjoni barranija (ara l-IAS 21) u qligħ jew telf fuq il-kejl mill-ġdid ta' assi finanzjarji lesti għall-bejgħ (ara l-IAS 39).

Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fuq il-wiċċ tar-rapport tal-introjtu

81

Bħala minimu, il-wiċċ tar-rapport tal-introjtu għandu jinkludi entrati linja b'linja li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin għall-perijodu:

(a)

dħul;

(b)

kosti ta' finanzjament;

(c)

il-porzjon tal-profitt jew telf ta' kumpaniji assoċjati u impiżi konġunti kontabilizzati permezz tal-metodu tal-ekwità;

(d)

spiża tat-taxxa;

(e)

ammont wieħed li jinkludi t-total ta' (i) il-profitt jew telf wara t-taxxa ta' operazzjonijiet li ma tkomplewx u (ii) il-qligħ jew telf wara t-taxxa rikonoxxuti mal-kejl tal-valur ġust wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-bejgħ jew mad-disponiment tal-assi jew grupp(i) ta' disponiment li jikkostitwixxu l-operazzjoni li ma tkomplietx; u

(f)

profitt jew telf.

82

Għandha tkun żvelata informazzjoni dwar l-entrati li ġejjin fuq il-wiċċ tar-rapport tal-introjtu bħala allokazzjonijiet ta' profitt jew telf għall-perijodu:

(a)

profitt jew telf li hu attribwit għal interess minoritarju; u

(b)

profitt jew telf li hu attribwit għad-detenturi ta' ekwità fil-kumpanija prinċipali.

83

Entrati addizzjonali linja b'linja, intestaturi u sottototali għandhom jiġu ppreżentati fuq il-wiċċ tar-rapport tal-introjtu meta preżentazzjoni bħal din tkun rilevanti biex jinftiehmu r-riżultati finanzjarji ta' entità.

84

Minħabba li l-effetti tal-attivitajiet, tranżazzjonijiet u avvenimenti oħra varji ta' entità jvarjaw fil-frekwenza, fil-potenzjal għal qligħ jew telf, u fil-prevedibilità tagħhom, l-iżvelar tal-komponenti tar-riżultati finanzjarji jgħin biex jinftiehmu r-riżultati finanzjarji miksuba u biex wieħed jipproġetta r-riżultati futuri. Entrati addizzjonali linja b'linja huma inklużi fuq il-wiċċ tar-rapport tal-introjtu, u d-deskrizzjonijiet użati u l-ordni għall-entrati huma emendati meta dan ikun meħtieġ biex ikunu spjegati l-elementi tar-riżultati finanzjarji. Fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati huma l-materjalità u n-natura u l-funzjoni tal-komponenti tal-introjtu u l-ispejjeż. Pereżempju, istituzzjoni finanzjarja tista' temenda d-deskrizzjonijiet biex tipprovdi informazzjoni li hi rilevanti għall-operazzjonijiet ta' istituzzjoni finanzjarja. Entrati ta' introjtu u spejjeż ma jiġux paċuti ħlief jekk ma jkunux issodisfati l-kriterji li hemm fil-paragrafu 32.

85

Entità m'għandhiex tippreżenta entrati ta' introjtu u spejjeż bħala entrati straordinarji, la fuq il-wiċċ tar-rapport tal-introjtu lanqas fin-noti.

Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata jew fuq il-wiċċ tar-rapport tal-introjtu jew fin-noti

86

Meta entrati ta' introjtu u spejjeż huma materjali, in-natura u l-ammont tagħhom għandhom jiġu żvelati separatament.

87

Ċirkostanzi li jistgħu jagħtu lok għall-iżvelar separat ta' entrati ta' introjtu u spejjeż jinkludu:

(a)

tniżżil fil-valur ta' inventarji għall-valur nett li jinġieb jew ta' proprjetà, impjant u tagħmir għall-ammont li jista' jiġi rkuprat, kif ukoll it-treġġigħ lura ta' tniżżil bħal dan;

(b)

ristrutturar tal-attivitajiet ta' entità u treġġigħ lura ta' kull proveddiment għall-kosti ta' ristrutturar;

(c)

disponimenti ta' oġġetti ta' proprjetà, impjant u tagħmir;

(d)

disponimenti ta' investimenti;

(e)

operazzjonijiet li ma tkomplewx;

(f)

ftehim fuq tilwim legali; u

(g)

treġġigħ lura ta' proveddimenti oħrajn.

88

Entità għandha tippreżenta analiżi tal-ispejjeż billi tuża sistema ta' klassifikazzjoni bbażata jew fuq in-natura tal-ispejjeż jew fuq il-funzjoni tagħhom fl-entità, skont liema minnhom tipprovdi informazzjoni li hi affidabbli u l-aktar rilevanti.

89

Entitajiet huma mħeġġa jippreżentaw l-analiżi fil-paragrafu 88 fuq il-wiċċ tar-rapport tal-introjtu.

90

Spejjeż huma sottoklassifikati biex jenfasizzaw il-komponenti tar-riżultati finanzjarji li jistgħu jvarjaw f'termini ta' frekwenza, potenzjal għall-qligħ jew telf u prevedibilità. L-analiżi tingħata f'waħda minn żewġ forom.

91

L-ewwel forma ta' analiżi hija l-metodu tan-natura tal-ispiża. L-ispejjeż huma aggregati fir-rapport tal-introjtu skont in-natura tagħhom (pereżempju, deprezzament, xiri ta' materjali, kosti ta' trasport, benefiċċji tal-impjegati u kosti ta' reklamar) u mhumiex allokati mill-ġdid fost funzjonijiet varji tal-entità. Dan il-metodu jista' jkun sempliċi biex jiġi applikat għax m'hemm bżonn ta' ebda allokazzjoni ta' spejjeż għal klassifikazzjonijiet funzjonali. Eżempju ta' klassifikazzjoni bl-użu tal-metodu tal-ispiża hu kif ġej:

Dħul

 

X

Introjtu ieħor

 

X

Tibdil fl-istokk ta' prodotti lesti u xogħol fl-idejn

X

 

Materja prima u prodotti ta' konsum użati

X

 

Spiża tal-benefiċċji tal-impjegati

X

 

Spiża ta' deprezzament jew ta' ammortizzament

X

 

Spejjeż oħra:

X

 

Spejjeż totali

 

(X)

Profitt

 

X

92

It-tieni forma ta' analiżi hi l-metodu tal-funzjoni tal-ispiża jew tal-“kost tal-bejgħ” li jikklassifika l-ispejjeż skont il-funzjoni tagħhom bħala parti mill-kost tal-bejgħ jew, pereżempju, il-kosti ta' attivitajiet ta' distribuzzjoni jew amministrattivi. Bħala minimu, entità tiżvela l-kost tal-bejgħ tagħha b'konformità ma' dan il-metodu b'mod separat minn spejjeż oħra. Dan il-metodu jista' jipprovdi informazzjoni iktar rilevanti lill-utenti milli l-klassifikazzjoni tal-ispejjeż skont in-natura tagħhom, iżda l-allokazzjoni ta' kosti għall-funzjonijiet tista' tkun teħtieġ allokazzjonijiet arbitrarji u tinvolvi ġudizzju għaqli konsiderevoli. Eżempju ta' klassifikazzjoni bl-użu tal-metodu tal-funzjoni tal-ispiża hu kif ġej:

Dħul

X

Kost tal-bejgħ

(X)

Profitt gross

X

Introjtu ieħor

X

Spejjeż tad-distribuzzjoni

(X)

Spejjeż tal-amministrazzjoni

(X)

Spejjeż oħra:

(X)

Profitt

X

93

Entitajiet li jikklassifikaw l-ispejjeż skont il-funzjoni għandhom jiżvelaw informazzjoni addizzjonali dwar in-natura tal-ispejjeż, inklużi l-ispiża tad-deprezzament u tal-amortizzament u spejjeż ta' benefiċċji tal-impjegati.

94

L-għażla bejn il-metodu tal-funzjoni tal-ispiża u dak tan-natura tal-ispiża tiddependi fuq fatturi storiċi u industrijali u fuq in-natura tal-entità. Iż-żewġ metodi jipprovdu indikazzjoni ta' dawk il-kostijiet li jistgħu jvarjaw, direttament jew indirettament, mal-livell tal-bejgħ jew produzzjoni ta' entità. Minħabba li kull metodu ta' preżentazzjoni għandu mertu għal tipi differenti ta' entitajiet, dan l-Istandard jeħtieġ li l-maniġment jagħżel l-aktar preżentazzjoni rilevanti u affidabbli. Madankollu, minħabba li informazzjoni dwar in-natura tal-ispejjeż hi utli fil-previżjoni ta' flussi futuri ta' flus, hu meħtieġ li tiġi żvelata informazzjoni addizzjonali meta tintuża l-klassifikazzjoni skont il-funzjoni tal-ispiża. Fil-paragrafu 93, “benefiċċji tal-impjegati” għandha l-istess tifsira bħal fl-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati.

95

Entità għandha tiżvela, jew fuq il-wiċċ tar-rapport tal-introjtu jew fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità jew fin-noti, l-ammonti ta' dividendi rikonoxxuti bħala distribuzzjonijiet lill-proprjetarji ta' ekwità matul il-perijodu, u l-ammont relatat għal kull sehem.

Rapport tat-tibdil fl-ekwità

96

Entità għandha tippreżenta rapport tat-tibdil fl-ekwità li jkun juri fuq il-wiċċ tar-rapport:

(a)

profitt jew telf għall-perijodu;

(b)

kull entrata ta' introjtu u spejjeż għall-perijodu li, kif meħtieġ minn Standards jew Interpretazzjonijiet oħra, hija rikonoxxuta direttament fl-ekwità, u t-total ta' dawn l-entrati;

(c)

introjtu u spejjeż totali għall-perijodu (maħduma bħala s-somma ta' (a) u (b)), u b'wiri separat tal-ammonti totali li jridu jiġu attribwiti lill-proprjetarji tal-ekwità tal-kumpanija prinċipali u ta' interess minoritarju; u

(d)

għal kull komponent ta' ekwità, l-effetti ta' bidliet fil-politika tal-kontabilità u korrezzjonijiet għal żbalji rikonoxxuti skont l-IAS 8.

Rapport tat-tibdil fl-ekwità li jkun jinkludi biss dawn l-entrati għandu jkun intitolat rapport tal-introjtu u spejjeż rikonoxxuti.

97

Entità għandha tippreżenta wkoll, jew fuq il-wiċċ tar-rapport tat-tibdil fl-ekwità jew fin-noti:

(a)

l-ammonti ta' tranżazzjonijiet ma' proprjetarji ta' ekwità fil-kapaċità tagħhom bħala proprjetarji ta' ekwità, fejn jintwerew separatament id-distribuzzjonijiet lill-proprjetarji tal-ekwità;

(b)

il-bilanċ ta' qligħ imfaddal (i.e. profitt jew telf akkumulat) fil-bidu tal-perijodu u fid-data tal-karta tal-bilanċ, u l-bidliet matul dak il-perijodu; u

(c)

tqabbil bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta' kull klassi ta' ekwità kkontribwita u kull riżerva fil-bidu u fit-tmiem ta' kull perijodu, bi żvelar separat ta' kull bidla.

98

It-tibdil fl-ekwità ta' entità bejn żewġ dati tal-karta tal-bilanċ jirrifletti ż-żjieda jew it-tnaqqis fl-attiv nett matul il-perijodu. Ħlief għall-bidliet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ma' proprjetarji ta' ekwità fil-kapaċità tagħhom bħala proprjetarji ta' ekwità (bħal kontribuzzjonijiet ta' ekwità, akkwiżizzjoni mill-ġdid tal-istrumenti tal-ekwità tal-entità stess, u dividendi) u spejjeż ta' tranżazzjoni direttament marbuta ma' dawn it-tranżazzjonijiet, il-bidla ġenerali fl-ekwità matul perijodu tirrappreżenta l-ammont totali ta' introjtu u spejjeż, inkluż il-qligħ u t-telf, iġġenerat mill-attivitajiet tal-entità matul dak il-perijodu (kemm jekk dawk l-entrati ta' introjtu u spejjeż huma rikonoxxuti fil-profitt jew telf kemm jekk ikunu rikonoxxuti direttament bħala bidliet f'ekwità).

99

Dan l-Istandard jeħtieġ li l-entrati kollha ta' introjtu u spejjeż rikonoxxuti f'perijodu jkunu inklużi fil-profitt jew telf sakemm ma jkunx hemm xi Standard jew Interpretazzjoni oħra li titlob mod ieħor. Standards oħra jeħtieġu li xi qligħ u telf (bħal żjidiet u tnaqqis fir-rivalutazzjoni, differenzi partikulari fil-kambju, qligħ jew telf fil-kejl mill-ġdid ta' assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, u ammonti relatati ta' taxxa kurrenti u taxxa differita) ikunu rikonoxxuti direttament bħala tibdil fl-ekwità. Minħabba li hu importanti li jkunu kkunsidrati l-entrati kollha ta' introjtu u spejjeż fl-analiżi tal-bidliet fil-pożizzjoni finanzjarja ta' entità bejn żewġ dati tal-karta tal-bilanċ, dan l-Istandard jeħtieġ il-preżentazzjoni ta' rapport tat-tibdil fl-ekwità li jiġbed l-attenzjoni fuq l-introjtu u l-ispejjeż tal-entità, inklużi dawk rikonoxxuti direttament fl-ekwità.

100

IAS 8 jeħtieġ aġġustamenti retrospettivi biex isir tibdil fil-politika tal-kontabilità, sakemm hu possibbli, ħlief meta dispożizzjonijiet tranżitorji fi Standard jew Interpretazzjoni oħra jeħtieġu mod ieħor. L-IAS 8 jeħtieġ ukoll li dikjarazzjonijiet mill-ġdid li jsiru biex jikkoreġu żbalji jsiru retrospettivament, sakemm hu prattikabbli. Aġġustamenti retrospettivi u dikjarazzjonijiet mill-ġdid retrospettivi jsiru fil-bilanċ ta' qligħ imfaddal, ħlief meta Standard jew Interpretazzjoni jkunu jeħtieġu aġġustament retrospettiv ta' komponent ieħor tal-ekwità. Il-paragrafu 96(d) jeħtieġ żvelar fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità tal-aġġustament totali għal kull komponent ta' ekwità li jirriżulta, separatament, mill-bidliet fil-politika tal-kontabilità u minn korrezzjonijiet ta' żbalji. Dawn l-aġġustamenti huma rrappurtati għal kull perijodu ta' qabel u għall-bidu tal-perijodu.

101

Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 96 u 97 jistgħu jintlaħqu b'diversi modi. Eżempju wieħed huwa l-format ta' kolonni li jqabbel il-bilanċ tal-ftuħ u tal-għeluq ta' kull element fi ħdan l-ekwità. Alternattiva hi li jkunu ppreżentati biss dawk l-entrati mniżżla fil-paragrafu 96 fir-rapport tat-tibdil fl-ekwità. Skont dan il-metodu, l-entrati deskritti fil-paragrafu 97 jintwerew fin-noti.

Rapport tal-flussi ta' flus

102

Informazzjoni dwar il-flussi ta' flus tipprovdi lill-utenti ta' rapporti finanzjarji b'bażi biex janalizzaw il-kapaċità tal-entità li tigġenera flus u ekwivalenti ta' flus, u l-bżonnijiet tal-entità biex tuża dawk il-flussi ta' flus. L-IAS 7 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' rapport tal-flussi tal-flus u l-iżvelar relatat.

Noti

Struttura

103

In-noti għandhom:

(a)

jippreżentaw informazzjoni dwar il-bażi tal-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u l-politika speċifika tal-kontabilità użata b'konformità mal-paragrafi 108–115;

(b)

jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa mill-IFRSs li ma tkunx ippreżentata fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ, tar-rapport tal-introjtu, tar-rapport tat-tibdil fl-ekwità jew tar-rapport tal-flussi tal-flus; u

(c)

jipprovdu informazzjoni addizzjonali li ma tkunx ippreżentata fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ, tar-rapport tal-introjtu, tar-rapport tat-tibdil fl-ekwità jew tar-rapport tal-flussi tal-flus, iżda li tkun rilevanti sabiex jinftiehem kull wieħed minnhom.

104

In-noti għandhom, sa fejn ikun prattikabbli, jiġu ppreżentati b'mod sistematiku. Kull entrata fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ, tar-rapport ta' introjtu, tar-rapport tat-tibdil fl-ekwità u tar-rapport tal-flussi tal-flus għandha tkun immarkata b'referenza għal band'oħra ma' kull informazzjoni relatata fin-noti.

105

In-noti huma ġeneralment ippreżentati fl-ordni li ġejja, li tgħin lill-utenti jifhmu r-rapporti finanzjarji u jqabbluhom ma' rapporti finanzjarji ta' entitajiet oħra:

(a)

dikjarazzjoni ta' konformità mal-IFRSs (ara l-paragrafu 14);

(b)

sommarju tal-politika tal-kontabilità sinifikanti li tkun ġiet applikata (ara l-paragrafu 108);

(c)

informazzjoni addizzjonali għall-entrati ppreżentati fuq il-wiċċ tal-karta tal-bilanċ, tar-rapport tal-introjtu, tar-rapport tat-tibdil fl-ekwità u tar-rapport tal-flussi tal-flus, skont l-ordni ta' kif tkun ippreżentata kull dikjarazzjoni u kull entrata linja b'linja; u

(d)

żvelar ieħor, li jinkludi:

(i)

obbligazzjonijiet kontinġenti (ara l-IAS 37) u impenji kuntrattwali mhux rikonoxxuti; u

(ii)

rapporti mhux finanzjarji, eż. l-għanijiet u l-politika tal-immaniġġjar tar-riskji finanzjarji tal-entità (ara l-IFRS 7).

106

F'ċerti ċirkustanzi, jista' jkun hemm bżonn jew ikun mixtieq li l-ordni tal-punti speċifiċi fin-noti tiġi varjata. Pereżempju, informazzjoni dwar bidliet fil-valur ġust rikonoxxut fil-profitt jew telf jista' jkun ikkombinat ma' informazzjoni dwar il-maturità ta' strumenti finanzjarji, għalkemm tal-ewwel hi marbuta mar-rapport tal-introjtu u t-tieni waħda hi marbuta mal-karta tal-bilanċ. Madankollu, struttura sistematika għan-noti għandha tinżamm sakemm dan ikun prattikabbli.

107

In-noti li jipprovdu informazzjoni dwar il-bażi ta' preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u tal-politika speċifika tal-kontabilità jistgħu jkunu ppreżentati bħala komponent separat tar-rapporti finanzjarji.

Żvelar tal-politika tal-kontabilità

108

Entità għandha tirrapporta fis-sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità:

(a)

il-bażi (jew bażijiet) tal-kejl użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji; u

(b)

il-politika l-oħra tal-kontabilità użata li hi rilevanti sabiex jinftiehmu r-rapporti finanzjarji.

109

Hu importanti għall-utenti li jkunu infurmati dwar il-bażi jew bażijiet tal-kejl użati fir-rapporti finanzjarji (pereżempju, kost storiku, kost kurrenti, valur nett li jinġieb, valur ġust jew ammont li jista' jiġi rkuprat) minħabba li l-bażi li fuqhom jitħejjew ir-rapporti finanzjarji jaffettwaw b'mod sinifikanti l-analiżi tagħhom. Meta aktar minn bażi waħda ta' kejl tintuża fir-rapporti finanzjarji, pereżempju, meta klassijiet partikolari ta' assi huma valutati mill-ġdid, ikun biżżejjed li tkun mogħtija indikazzjoni tal-kategoriji ta' assi u obbligazzjonijiet li għalihom kien applikat kull tip ta' bażi ta' kejl.

110

Fid-deċiżjoni dwar jekk politika partikolari tal-kontabilità għandhiex tkun żvelata jew le, il-maniġment jikkunsidra jekk l-iżvelar jgħinx lill-utenti biex jifhmu kif tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet oħra huma riflessi fir-riżultati finanzjarji u fil-pożizzjoni finanzjarja rrappurtati. L-iżvelar ta' politika partikulari tal-kontabilità hi utli għall-utenti b'mod speċjali meta dik il-politika tintgħażel minn alternattivi permessi mill-Istandards u l-Interpretazzjonijiet. Eżempju hu l-iżvelar dwar jekk imprenditur jirrikonoxxix l-interess tiegħu f'entità b'kontroll konġunt bl-użu ta' konsolidazzjoni proporzjonata jew il-metodu tal-ekwità (ara l-IAS 31 Interessi f'Impriża Konġunta). Xi Standards jeħtieġu speċifikament żvelar dwar tipi ta' politika partikolari ta' kontabilità, inklużi dawk l-għażliet magħmula mill-maniġment bejn tipi ta' politika differenti li huma permessi. Pereżempju, l-IAS 16 jeħtieġ rapporti dwar il-bażijiet ta' kejl użati fil-klassijiet tal-proprjetà, impjanti u tagħmir. L-IAS 23 Kosti tas-Self jeħtieġ żvelar dwar jekk il-kosti tas-self humiex rikonoxxuti immedjatament bħala spiża jew kapitalizzati bħala parti mill-ispiża ta' assi kwalifikanti.

111

Kull entità tikkunsidra n-natura tal-operazzjonijiet tagħha u l-politika li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha għandhom jistennew li jkunu żvelati għal dik it-tip ta' entità. Pereżempju, entità suġġetta għal taxxi fuq id-dħul tkun mistennija li tiżvela l-politika tal-kontabilità dwar it-taxxi fuq id-dħul, inklużi dawk applikabbli għall-obbligazzjonijiet u assi ta' taxxa differita. Meta entità jkollha operazzjonijiet jew tranżazzjonijiet sinfikanti barra l-pajjiż f'muniti barranin, tkun mistennija li tiżvela liema politika tal-kontabilità ntużat fir-rikonoxximent tal-qligħ u t-telf mill-kambju. Meta jkunu seħħu kombinamenti ta' negozji, tiġt żvelatat l-politika użata fil-kejl tal-valur ta'l-avvjament u tal-interess minoritarju.

112

Politika tal-kontabilità tista' tkun sinifikanti minħabba n-natura tal-operazzjonijiet tal-entità anki jekk l-ammonti għall-perijodi kurrenti u preċedenti mhumiex materjali. Hu xieraq ukoll li tiġi żvelata kull politika sinifikanti tal-kontabilità li mhux meħtieġa speċifikament mill-IFRSs, iżda li hi magħżula u applikata skont l-IAS 8.

113

Entità għandha tirrapporta, fis-sommarju tal-politika sinifikanti tal-kontabilità u f'noti oħra, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi (ara l-paragrafu 116), li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika ta' kontabilità tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

114

Fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità, il-maniġment jagħmel diversi ġudizzji għaqlin, apparti minn dawk li jinvolvu stimi, li jistgħu jħallu effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji. Pereżempju, il-maniġment jagħmel ġudizzju għaqli fid-determinazzjoni ta':

(a)

jekk assi finanzjarji humiex investimenti li jinżammu sal-maturità;

(b)

meta sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji sinifikanti kollha tal-jedd ta' proprjertà ta' assi finanzjarji u assi mikrija huma ttrasferiti għal entitajiet oħra;

(c)

jekk, fis-sustanza, bejgħ partikolari ta' prodotti huwiex arranġamenti ta' finanzjament u għalhekk ma jirriżultawx fi dħul; u

(d)

jekk is-sustanza tar-relazzjoni bejn l-entità u entità b'għan speċjali tindika li l-entità b'għan speċjali tkun kkontrollata mill-entità.

115

X'uħud millpunti ta' żvelar li jsiru skont il-paragrafu 113 huma meħtieġa minn Standards oħra. Pereżempju, l-IAS 27 jeħtieġ li entità tirrapporta r-raġunijiet għaliex l-interess fil-proprjetà tal-entità ma jikkostitwixxix kontroll, fir-rigward ta' entità li fiha jsir investiment li ma tkunx sussidjarja, anki jekk aktar minn nofs is-setgħa, reali jew potenzjali, tal-voti hi proprjetà diretta jew indiretta tagħha permezz tas-sussidjarji. L-IAS 40 jeħtieġ żvelar dwar kriterji żviluppati mill-entità biex tiddistingwi proprjetà ta' investiment minn proprjetà okkupata mill-propjetarju u minn proprjetà miżmuma għall-bejgħ matul il-kors normali tan-negozju, meta l-klassifikazzjoni tal-proprjetà hi diffiċli.

Sorsi ewlenin ta' inċertezza ta' stima

116

Entità għandha tiżvela fin-noti informazzjoni dwar il-preżunzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-futur, u sorsi oħra ewlenin ta' inċertezza ta' stima l- fid-data tal-karta tal-bilanċ, li għandhom riskju sinifikanti li jikkawżaw aġġustament materjali fuq l-ammonti miżmuma ta' assi u obbligazzjonijiet fis-sena finanzjarja ta' wara. Fir-rigward ta' dawk l-assi u obbligazzjonijiet, in-noti għandhom jinkludu dettalji dwar:

(a)

in-natura tagħhom; u

(b)

l-ammont miżmum fil-kotba fid-data tal-karta tal-bilanċ.

117

Id-determinazzjoni tal-ammonti miżmuma fil-kotba ta' xi assi u obbligazzjonijiet teħtieġ stima tal-effetti ta' avvenimenti futuri inċerti fuq dawk l-assi u obbligazzjonijiet fid-data tal-bilanċ. Pereżempju, fin-nuqqas ta' prezzijiet tas-suq osservati reċentament, użati fil-kejl tal-assi u l-obbligazzjonijiet li ġejjin, huma meħtieġa stimi orjentati lejn il-futur biex ikun imkejjel l-ammont li jista' jiġi rkuprat ta' klassijiet ta' proprjetà, impjanti u tagħmir, l-effett tal-obsolexxenza teknoloġika fuq l-inventarji, provvedimenti suġġetti għar-riżultat futur ta' litigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin fil-preżent, u obbligazzjonijiet marbuta mal-benefiċċji fit-tul tal-impjegati bħal obbligi tal-pensjoni. Dawn l-istimi jinvolvu suppożizzjonijiet dwar entrati bħall-aġġustament tar-riskju għall-flussi ta' flus jew għar-rati ta' skont użati, tibdiliet futuri fis-salarji u tibdiliet futuri fil-prezzijiet li jaffettwaw kosti oħra.

118

Il-preżunzjonijiet ewlenin u sorsi oħra ewlenin ta' inċertezza ta' stima żvelati skont il-paragrafu 116 huma marbuta mal-istimi li jeħtieġu l-aktar ġudizzji għaqlin diffiċli, suġġettivi u kumplessi min-naħa tal-maniġment. Hekk kif in-numru ta' fatturi varjabbli u suppożizzjonijiet li jaffettwaw ir-riżoluzzjoni futura possibbli ta' inċertezzi jiżdied, dawk il-ġudizzji għaqlin isiru aktar suġġettivi u kumplessi u l-potenzjal għall-aġġustament materjali konsegwenzjali fuq l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet normalment jiżdied b'mod proporzjonat.

119

L-iżvelar fil-paragrafu 116 mhux meħtieġ għall-assi u l-obbligazzjonijiet b'riskju sinifikanti li l-ammonti miżmuma tagħhom jistgħu jinbidlu materjalment matul is-sena finanzjarja ta' wara jekk, fid-data tal-karta tal-bilanċ, huma jitkejlu b'valur ġust skont prezzijiet tas-suq osservati reċentement (il-valuri ġusti jistgħu jinbidlu materjalment fis-sena finanzjarja ta' wara iżda dawn il-bidliet ma jkunux joriġinaw minn suppożizzjonijiet jew sorsi oħra ta' tal-inċertezza stima fid-data tal-karta tal-bilanc).

120

L-iżvelar fil-paragrafu 116 huwa ppreżentat b'mod li jgħin lill-utenti ta' rapporti finanzjarji biex jifhmu l-ġudizzji għaqlin li l-maniġment jagħmel dwar il-futur u dwar sorsi ewlenin oħra ta' inċertezza ta' stima. In-natura u l-firxa tal-informazzjoni pprovduta jvarjaw skont in-natura tal-preżunzjoni u ċirkustanzi oħra. Eżempji tat-tipi ta' żvelar magħmula huma:

(a)

in-natura tal-preżunzjoni jew inċertezza oħra ta'stima;

(b)

is-sensittività tal-ammonti miżmuma fil-kotba għall-metodi, il-preżunzjonijiet u l-istimi li fuqhom sar il-kalkolu tagħhom, inklużi r-raġunijiet għas-sensittività;

(c)

ir-riżoluzzjoni mistennija ta' inċertezza u l-firxa ta' riżultati li jistgħu jseħħu b'mod raġonevoli fil-kors tas-sena finanzjarja li jkun imiss fir-rigward tal-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet affettwati; u

(d)

spjegazzjoni tat-tibdil li jkun sar fis-suppożizzjonijiet tal-passat li jirrigwardaw dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet, jekk l-inċertezza tibqa’ ma tkunx riżolta.

121

M'hemmx bżonn li tkun żvelata informazzjoni jew tbassir dwar l-estimi meta jsir l-iżvelar fil-paragrafu 116.

122

Meta mhux prattikabbli li tkun żvelata informazzjoni dwar il-firxa tal-effetti possibbli ta' preżunzjoni ewlenija jew sors ewlieni ieħor ta' inċertezza ta' stima fid-data tal-bilanċ, l-entità tiżvela li hu raġonevolment possibbli, fuq il-bażi ta' tagħrif eżistenti, li r-riżultati matul is-sena finanzjarja li jkun imiss li jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet jistgħu jkunu jeħtieġu aġġustament materjali għall-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew l-obbligazzjonijiet affettwati. Fil-każijiet kollha, l-entità tiżvela n-natura u l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew l-obbligazzjoni speċifika (jew il-klassi tal-assi jew l-obbligazzjonijiet) affettwati mill-preżunzjoni.

123

L-iżvelar fil-paragrafu 113 ta' ġudizzji għaqlin partikulari meħuda mill-maniġment fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità ta' entità mhumiex relatati mal-żvelar ta' sorsi ewlenin ta' inċertezza ta' stima fil-paragrafi 116.

124

L-iżvelar ta' uħud mill-preżunzjonijiet ewlenin li altrimenti kienu jkunu meħtieġa skont il-paragrafu 116 hi meħtieġa minn Standards oħra. Pereżempju, l-IAS 37 jeħtieġ żvelar, f'ċirkustanzi speċifikati, ta' suppożizzjonijiet ewlenin rigward avvenimenti futuri li jaffettwaw klassijiet ta' provvedimenti. L-IFRS 7 jeħtieġ żvelar ta' preżunzjonijiet sinifikanti applikati fl-istimi ta' valuri ġusti ta' assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li huma miżmuma skont il-valur ġust. L-IAS 16 jeħtieġ żvelar ta' suppożizzjonijiet sinifikanti applikati fl-istimi ta' valuri ġusti ta' proprjetà, impjanti u tagħmir ivvalutati mill-ġdid.

Kapital

124A

Entità għandha tiżvela informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha li jevalwaw l-objettivi, il-politika u l-proċessi tal-entità biex timmaniġġa l-kapital.

124B

Sabiex tikkonforma mal-paragrafu 124A, l-entità tiżvela dan li ġej:

(a)

informazzjoni kwalitattiva dwar l-għanijiet, l-istrateġiji u l-proċessi għall-ġestjoni tal-kapital tagħha, inkluż (imma mhux biss):

(i)

deskrizzjoni ta' x'timmaniġġa bħala kapital;

(ii)

meta entità hi suġġetta għal rekwiżiti ta' kapital imposti esternament, in-natura ta' dawk ir-rekwiżiti u kif dawk ir-rekwiżiti huma inkorporati fl-immaniġġar tal-kapital; u

(iii)

kif qed tilħaq l-objettivi tagħha biex timmaniġġa l-kapital.

(b)

informazzjoni kwantitattiva fil-qosor dwar x'timmaniġġja bħala kapital. Xi entitajiet iħarsu lejn xi obbligazzjonijiet finanzjarji (pereżempju xi forom ta' dejn subordinat) bħala parti mill-kapital. Entitajiet oħrajn iħarsu lejn il-kapital bħala li dan jeskludi xi komponenti ta' kapital azzjonarju (pereżempju dawk li jirriżultaw minn hedges għall-flussi ta' flus).

(c)

kull bidla f'(a) u (b) mill-perijodu preċedenti.

(d)

jekk matul il-perijodu hija tkunx ikkonformat ruħha mar-rekwiżiti ta' kapital imposti esternament li tkun suġġetta għalihom.

(e)

meta l-entità ma tkunx ikkonformat ma' dawk ir-rekwiżiti ta' kapital imposti esternament, il-konsegwenzi ta' dak in-nuqqas ta' konformità.

Dan l-iżvelar għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta internament lilll-persunal prinċipali tal-maniġment.

124C

Entità tista' timmaniġġa l-kapital b'numru ta' modi u tkun suġġetta għal numru ta' rekwiżiti differenti ta' kapital. Pereżempju, konglomerat jista' jinkludi entitajiet li jwettqu attivitajiet ta' assigurazzjoni u attivitajiet bankarji, u dawn l-entitajiet jistgħu wkoll joperaw f'diversi ġuriżdizzjonijiet. Meta l-iżvelar aggregat tar-rekwiżiti tal-kapital u ta' kif il-kapital ikun immaniġġat ma jkunx jipprovdi informazzjoni utli jew ikun ifixkel lill-utent ta' rapport finanzjarju milli jifhem x'inhuma r-riżorsi kapitali tal-entità, dik l-entità għandha tiżvela informazzjoni separata għal kull rekwiżit ta' kapital li għalih l-entità hija suġġetta.

Żvelar ieħor

125

Entità għandha tiżvela fin-noti:

(a)

l-ammont ta' dividendi proposti jew iddikjarati qabel ma r-rapporti finanzjarji kienu awtorizzati għall-ħruġ iżda mhux rikonoxxuti bħala distribuzzjoni għall-proprjetarji tal-ekwità matul il-perijodu, u l-ammont relatat għal kull sehem; u

(b)

l-ammont ta' dividendi privileġġati mhux rikonoxxuti.

126

Entità għandha tiżvela dawn li ġejjin, sakemm dawn ma jkunux żvelati f'informazzjoni ppubblikata mar-rapporti finanzjarji:

(a)

id-domiċilju u l-forma legali tal-entità, il-pajjiż ta' inkorporazzjoni tagħha u l-indirizz tal-uffiċċju rregistrat tagħha (jew il-post prinċipali tan-negozju, jekk ikun differenti mill-uffiċċju rregistrat);

(b)

deskrizzjoni tan-natura tal-operazzjonijiet u tal-attivitajiet prinċipali tal-entità; u

(c)

l-isem tal-kumpanija prinċipali u l-kumpanija prinċipali finali tal-grupp.

DATA EFFETTIVA

127

Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, hija għandha tiżvela dan il-fatt.

127A

Entità għandha tapplika l-emenda fil-paragrafu 96 għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006 jew wara. Jekk entità tapplika l-emendi għall-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati—Qligħ u Telf Attwarju, Pjan għal Gruppi u Żvelar għal perijodu iktar bikri, l-emendi għandhom ikunu applikati għal dak il-perijodu iktar bikri.

127B

Entità għandha tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 124A-124C għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2007 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa.

IRTIRAR TAL-IAS 1 (RIVEDUT FL-1997)

128

Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji kif rivedut fl-1997.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 2

INVENTARJI

GĦAN

1

L-għan ta' dan l-Istandard hu li jistabbilixxi t-trattament tal-kontabilità għall-inventarji. Kwistjoni ewlenija fil-kontabilità għall-inventarji huwa l-ammont ta' kosti li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala assi u mtella' sakemm id-dħul relatat ikun rikonoxxut. Dan l-Istandard jipprovdi gwida dwar il-kalkolu tal-kost u r-rikonoxximent sussegwenti tagħhom bħala kost, li jinkludi kull tniżżil fil-valur nett li jinġieb. Dan jipprovdi wkoll gwida fuq il-formuli tal-kost li huma użati sabiex jiġu assenjati l-kosti għal inventarji.

AMBITU

2

Dan l-Istandard japplika għall-inventarji kollha, ħlief:

(a)

xogħol li jkun jinsab għaddej li jiġi minn kuntratti ta' kostruzzjoni, li jinkludu kuntratti tas-servizz relatati direttament (ara l-IAS 11 Kuntratti ta' Kostruzzjoni);

(b)

strumenti finanzjarji (ara l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl); u

(c)

assi bijoloġiċi relatati ma' attività agrikola u mal-prodott agrikolu fil-punt tal-ħsad (ara l-IAS 41 Agrikoltura).

3

Dan l-Istandard ma japplikax għall-kejl ta' inventarji miżmuma minn:

(a)

produtturi ta' prodotti agrikoli u forestali, prodotti agrikoli wara l-ħsad, u minerali u prodotti minn minerali safejn dawn huma mkejla fil-valur nett li jinġieb b'mod konformi ma' prattiċi stabbiliti tajjeb f'dawk l-industriji. Meta dawn l-inventarji huma mkejla fil-valur nett li jinġieb, tibdiliet f'dak il-valur huma rikonoxxuti fil-profitt jew fit-telf fil-perijodu ta' bidla.

(b)

kummerċjanti-sensara tal-prodotti kummerċjali li jkejlu l-inventarji fil-valur ġust, nieqes il-kosti tal-bejgħ. Meta dawn l-inventarji huma mkejla fil-valur ġust, nieqes il-kosti tal-bejgħ, tibdiliet fil-valur ġust, nieqes il-kosti tal-bejgħ, huma rikonoxxuti fil-profitt jew fit-telf fil-perijodu tal-bidla.

4

L-inventarji li għalihom saret referenza fil-paragrafu 3(a) huma mkejla fil-valur nett li jinġieb f'ċertu stadji tal-produzzjoni. Dan iseħħ, pereżempju, meta l-uċuħ tar-raba' jkunu ġew maħsuda jew minerali ġew estratti u l-bejgħ huwa żgurat taħt kuntratt bil-quddiem jew garanzija minn gvern, jew meta jeżisti suq attiv u jkun hemm riskju żgħir ħafna li ma jinbiegħx. Dawn l-inventarji huma esklużi biss mir-rekwiżiti ta' kejl ta' dan l-Istandard.

5

Kummerċjanti-sensara huma dawk li jixtru jew ibiegħu l-prodotti kummerċjali lil oħrajn jew f'isimhom. L-inventarji li għalihom saret referenza fil-paragrafu 3(b) huma prinċipalment akkwistati għal skop ta' bejgħ fil-futur qrib u li jiġi ġġenerat profitt mit-tibdiliet fil-prezz jew mill-marġni ta' kummerċjanti-sensara. Meta dawn l-inventarji jkunu mkejla fil-valur ġust mingħajr l-kosti tal-bejgħ, dawn jiġu esklużi biss mir-rekwiżiti ta' kejl ta' dan l-Istandard.

DEFINIZZJONIJIET

6

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Inventarji huma assi:

(a)

miżmuma għal bejgħ matul il-kors normali tan-negozju;

(b)

fil-proċess tal-produzzjoni ta' dan il-bejgħ; jew

(c)

fl-għamla ta' materjali jew provvisti li għandhom jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni jew fil-għoti ta' servizzi.

Valur nett li jinġieb huwa l-prezz tal-bejgħ fil-kors normali tan-negozju, nieqsal-istima tal-kosti tat-tlestija, u l-istima tal-kosti meħtieġa biex isir il-bejgħ.

Valur ġust huwa l-ammont li għalih jista' jiġi skambjat assi, jew li għalih tista' tissalda obbligazzjoni, bejn partijiet infurmati u li għandhom ir-rieda fi tranżazzjoni distakkata.

7

Valur li jinġieb nett jirreferi għall-ammont nett li entità tistenna li tirrealizza mill-bejgħ tal-inventajru fil-kors ordinarju tan-negozju. Il-valur ġust jirrifletti l-ammont li għalih l-istess inventajru jista' jiġi skambjat bejn xerrejja u bejjiegħa konsapevoli u li jridu fis-suq. Tal-ewwel huwa valur speċifiku tal-entità; tal-aħħar m'huwiex. Valur li jinġieb nett għal inventarji jista' ma jkunx ugwali għal valur ġust, nieqes il-kosti biex tbiegħ.

8

L-inventarji jkopru oġġetti mixtrija u miżmuma biex jinbiegħu mill-ġdid li jinkludu, pereżempju, merkanzija mixtrija minn bejjiegħ bl-imnut u miżmuma biex jinbiegħu mill-ġdid, jew art u proprjetà miżmuma biex jinbiegħu mill-ġdid. Inventarji jkopru wkoll prodotti lesti, jew xogħol fl-idejn li qed jiġi prodott, mill-entità, u jinkludu materjali u provvisti li qed jistennew li jiġu użati fil-proċess tal-produzzjoni. Fil-każ ta' fornitur ta' servizz, inventarji jinkludu l-kosti tas-servizz, kif deskritt fil-paragrafu 19, li għalih l-entità għadha ma għarfitx id-dħul relatat (ara l-IAS 18 Dħul).

KEJL TA' INVENTARJI

9

L-inventarji ser jiġu mkejla fil-valur li hu l-inqas, bejn il-prezz tal-kost u l-valur nett li jinġieb.

Kost tal-inventarji

10

Il-kost tal-inventarji ser jinkludi l-kosti kollha ta' xiri, kosti tal-konverżjoni u kosti oħrajn li jsiru sabiex l-inventarji jitwasslu fil-lok u l-kondizzjoni attwali tagħhom.

Il-kosti tax-xiri

11

Il-kosti tax-xiri tal-inventarji jinkludu l-prezz tax-xiri, dazji ta' importazzjoni u taxxi oħrajn (barra dawk li sussegwentement jistgħu jiġu potenzjalment irkuprati mill-entità mill-awtoritajiet tat-taxxa), ġestjoni tal-ġarr u kosti oħrajn attribwiti għall-akkwist tal-prodotti lesti, materjali u servizzi. Skonti tan-negozju, roħs u entrati bħal dawn huma mnaqqsa sabiex jiġu stabbiliti l-kosti tax-xiri.

Kosti tal-konverżjoni

12

Il-kosti tal-konverżjoni ta' inventarji jinkludu kosti direttament relatati mal-unitajiet tal-produzzjoni, bħal xogħol dirett. Jinkludu wkoll allokazzjoni sistematika ta' spejjeż ġenerali tal-produzzjoni fissi u varjabbli li jsiru fil-konverżjoni ta' materjali fi prodotti lesti. Spejjeż ġenerali fissi tal-produzzjoni huma dawk il-kosti indiretti tal-produzzjoni li jibqgħu relativament kostanti minkejja l-volum tal-produzzjoni, bħal deprezzament u manutenzjoni ta' bini tal-fabbrika u tagħmir, u l-kosti tal-immaniġġar u l-amministrazzjoni tal-fabbrika. L-ispejjeż ġenerali varjabbli tal-produzzjoni huwa dawk il-kosti indiretti tal-produzzjoni li jvarjaw direttament jew kważi direttament, bil-volum tal-produzzjoni, bħal materjali indiretti u xogħol indirett.

13

L-allokazzjoni ta' spejjeż ġenerali fissi tal-produzzjoni mal-kosti tal-konverżjoni hija bbażata fuq il-kapaċità normali tal-faċilitajiet tal-produzzjoni. Il-kapaċità normali hija l-produzzjoni mistennija li trid tintlaħaq bħala medja matul numru ta' perijodi jew staġuni taħt ċirkustanzi normali, meta tieħu inkonsiderazzjoni t-telf fil-kapaċità li tirriżulta minn manutenzjoni ppjanata. Il-livell attwali tal-produzzjoni tista' tintuża jekk din tkun viċin il-kapaċità normali. L-ammont ta' kosti fissi allokati lil kull unità tal-produzzjoni ma tiżdiedx bħala konsegwenza tal-produzzjoni baxxa jew impjant wieqaf. L-ispejjeż ġenerali mhux allokati huma rikonoxxuti bħala spiża fil-perijodu li fih ikunu saru. F'perijodi tal-produzzjoni għolja b'mod anormali, l-ammont ta' spejjeż ġenerali fissi allokati lil kull unità tal-produzzjoni huma mnaqqsa sabiex l-inventarji ma jiġux imkejla aktar mill-kost. Spejjeż ġenerali amministrattivi varjabbli tal-produzzjoni huma allokati għal kull unità tal-produzzjoni fuq bażi tal-użu attwali tal-faċilitajiet tal-produzzjoni.

14

Proċess tal-produzzjoni jista' jirriżulta b'aktar minn prodott wieħed li qed jiġi prodott fl-istess ħin. Dan hu l-każ, pereżempju, meta jiġu prodotti xi prodotti konġunti jew meta jkun hemm prodott ewlieni u prodott sussidjarju. Meta l-kosti tal-konverżjoni ta' xi prodott mhumiex identifikabbli separatament, dawn jiġu allokati bejn il-prodotti fuq bażi razzjonali u konsistenti. L-allokazzjoni tista' tkun ibbażata, pereżempju, fuq il-valur ta' bejgħ relattiv ta' kull prodott jew fil-fażi tal-proċess tal-produzzjoni meta l-prodotti jiġu identifikati separatament, jew mat-tlestija tal-produzzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-prodotti sussidjarji, huma min-natura tagħhom stess, immaterjali. Meta dan ikun il-każ, dawn ta' spiss jiġu mkejla fil-valur nett li jinġieb u dan il-valur huwa mnaqqas mill-kosti tal-prodott ewlieni. Bħala riżultat ta' hekk, l-ammont miżmum fil-kotba tal-prodott ewlieni mhuwiex materjalment differenti mill-kost tiegħu.

Kosti oħrajn

15

Kosti oħrajn huma inklużi fil-kost ta' inventarji biss sakemm ikunu saru fil-proċess biex jitwasslu l-inventarji fil-lok u l-kondizzjoni attwali tagħhom. Pereżempju, jista' jkun xieraq li jiġu inklużi spejjeż ġenerali li mhumiex tal-produzzjoni jew l-kosti biex jiġu ddisinjati prodotti lill-klijenti speċifiċi fil-kost tal-inventarji.

16

Eżempji ta' kosti esklużi mill-kost ta' inventarji u rikonoxxuti bħala kosti fil-perijodu li jkunu seħħew huma:

(a)

ammonti anormali ta' materjali moħlija, xogħol u kosti oħra tal-produzzjoni;

(b)

kosti ta' ħażna, sakemm dawk l-kosti huma meħtieġa fil-proċess tal-produzzjoni qabel stadju tal-produzzjoni addizzjonali;

(c)

spejjeż ġenerali amministrattivi li ma jkunux jikkontribwixxu sabiex jitwasslu l-inventarji fil-lok u fil-kondizzjoni attwali tagħhom; u

(d)

kosti ta' bejgħ.

17

IAS 23 Kosti tas-Self jidentifikaw iċ-ċirkustanzi limitati meta l-kosti tas-self huma inklużi fil-kosti ta' inventarji.

18

Entità tista' tixtri inventarji fuq termini ta' sald differit. Meta l-arranġament effettivament jinkludi element finanzjarju, dak l-element, pereżempju, id-differenza bejn il-prezz tax-xiri f'termini ta' kreditu normali u l-ammont imħallas, huwa rikonoxxut bħala spiża tal-imgħax matul il-perijodu ta' finanzjament.

Kost tal-Inventajru ta' min jipprovdi servizz

19

Sakemm il-fornituri tas-servizz għandhom inventarji, huma jkejluhom skont il-kosti tal-produzzjoni tagħhom. Dawn il-kosti jikkonsistu prinċipalment f'xogħol u kosti oħrajn ta' impjegati direttament impenjati biex jipprovdu s-servizz, li jinkludi impjegati li jwettqu superviżjoni, u spejjeż ġenerali li jistgħu jkunu attribwiti. Xogħol u kosti oħrajn relatati mal-bejgħ u impjegati amministrattivi ġenerali mhumiex inklużi iżda huma rikonoxxuti bħala kosti fil-perijodu li fih ikunu saru. Il-kost tal-inventajru ta' wieħed li jipprovdi servizz ma jinkludix marġni ta' profitt jew spejjeż ġenerali li ma jistgħux ikunu attribwiti li ta' spiss huma inklużi fil-prezzijiet mitlubin mill-fornituri tas-servizz.

Kost tal-prodott agrikolu maħsud minn assi bijoloġiċi

20

B'mod konformi mal-IAS 41 Agrikoltura, l-inventarji li jikkonsistu minn prodotti agrikoli li entità tkun ħasdet mill-assi bijoloġiċi tagħha huma mkejla mir-rikonoxximent inizjali fil-valur ġust, nieqsal-istima tal-kosti fil-lok tal-bejgħ fil-lok tal-ħsad. Dan hu l-prezz tal-inventarji f'dik id-data tal-applikazzjoni ta' dan l-Istandard.

Tekniċi għal kejl tal-kost

21

Tekniċi għal kejl tal-kost tal-inventarji, bħal metodu tal-kost standard jew il-metodu bl-imnut, jista' jiġi użat għal konvenjenza jekk ir-riżultati joqorbu lejn il-kost. Kosti standard jieħdu inkonsiderazzjoni livelli normali ta' materjali u provvisti, xogħol, effiċjenza u l-utilizzazzjoni tal-kapacità. Dawn huma riveduti regolarment u, jekk meħtieġ, jiġu riveduti fid-dawl ta' kondizzjonijiet attwali.

22

Il-metodu bl-imnut jintuża ta' spiss fl-industrija tal-imnut għal kejl ta' inventarji b'għadd kbir ta' oġġetti li jinbidlu ta' spiss b'marġni simili li għalihom mhux prattiku li jintużaw metodi tal-kost oħrajn. Il-prezz tal-inventajru huwa stabbilit billi tnaqqas il-valur tal-bejgħ tal-inventajru b'persentaġġ xieraq tal-marġni gross. Il-persentaġġ użat jieħu inkonsiderazzjoni inventajru li jkun ġie mnaqqas sa inqas mill-prezz oriġinali ta' bejgħ. Persentaġġ medju huwa ġeneralment għal kull dipartiment bl-imnut.

Formuli tal-kost

23

Il-kost ta' inventarji b'oġġetti li ġeneralment ma jinbidlux bejniethom u oġġetti jew servizzi prodotti u mwarrbin għal proġetti speċifiċi permezz ta' identifikazzjoni speċifika tal-kost individwali tagħhom.

24

L-identifikazzjoni speċifika tal-kosti tfisser li prezzijiet speċifiċi huma attribwiti għal oġġetti identifikati tal-inventajru. Dan hu t-trattament xieraq għal oġġetti li huma mwarrbin għal proġett speċifiku, minkejja jekk dawn humiex mixtrija jew prodotti. Madankollu, l-identifikazzjoni speċifika tal-kosti ma tkunx xierqa meta jkun hemm għadd kbir ta' oġġetti ta' inventajru li ġeneralment jistgħu jinbidlu bejniethom. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-metodu fejn jiġu magħżula l-oġġetti li jibqgħu fl-inventarji jista' jintuża biex jiġu akkwistati effetti determinati minn qabel fuq profitt jew telf.

25

lI-kost ta' inventarji, barra dawk koperti fil-paragrafu 23, ser jiġu assenjati skont min ikun l-ewwel tal-ewwel (first-in, first-out – FIFO) jew formola tal-kost medju ppiżat. Entità għandha tuża l-istess formula tal-kosti għal inventarji kollha li għandhom l-istess natura u użu għall-entità. Għal inventarji li huma ta' natura u użu differenti, jistgħu jkunu ġustifikati formuli differenti tal-kost.

26

Pereżempju, inventarji użati f'segment tal-operat partikulari jista' jkun ta' użu differenti għall-entità mill-istess tip ta' inventarji użati f'segment tal-operat ieħor. Madankollu, differenza fil-pożizzjoni ġeografika tal-inventarji (jew fir-regoli rispettivi tat-taxxa), weħida, mhix biżżejjed biex tiġġustifika l-użu ta' formuli tal-ikkostjar differenti.

27

Il-formula FIFO tassumi li l-oġġetti tal-inventajru li huma mixtrija jew prodotti l-ewwel, huma mibjugħa l-ewwel, u sussegwentement l-oġġetti li jibqgħu fl-inventajru fl-aħħar tal-perijodu huma dawk li nxtraw jew ġew prodotti l-aħħar. Taħt il-formola tal-kost medju ppiżat, il-prezz ta' kull oġġett huwa stabbilit mill-medja ppeżata ta' oġġetti simili fil-bidu ta' xi perijodu u l-prezz ta' oġġetti simili mixtrija jew prodotti waqt dak il-perijodu. Il-medja tista' tiġi kkalkulata fuq bażi perjodika, jew mal-wasla ta' kull merkanzija addizzjonali, skont iċ-ċirkustanzi tal-entità.

Valur nett li jinġieb

28

Il-kosti tal-inventarji ma jistgħux ikunu potenzjalment irkuprati jekk dawk l-inventarji tiġrilhom il-ħsara, jekk żmienhom għadda jew kważi għadda, jew jekk il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom naqsu. Il-kosti tal-inventarji jistgħu wkoll ma jkunux potenzjalment irkuprati jekk l-istima tal-kosti tat-tlestija jew l-istima tal-kosti li għad iridu jsiru biex isir il-bejgħ ikunu għolew. Il-prattika li l-inventarji jitniżżlu inqas mill-prezz tal-valur nett li jinġieb hi konsistenti mal-fehma li l-assi m'għandhomx jinżammu aktar mill-ammonti mistennija li ser jiġu realizzati mill-bejgħ jew mill-użu tagħhom.

29

L-inventarji huma normalment reġistrati bil-valur nett li jinġieb oġġett b'oġġett. F'ċerti ċirkostanzi, madankollu, jista' jkun xieraq li oġġetti simili jew relatati jitgħaqdu fi grupp wieħed. Dan jista' jkun il-każ għal oġġetti ta' inventajru relatati mal-istess linja tal-prodotti li jkollha miri jew użi finali simili, li jkunu prodotti u kummerċjalizzati fl-istess żona ġeografika, u li ma jistgħux jiġu evalwati b'mod prattiku separatament mill-oġġetti l-oħra f'dik il-linja tal-prodotti. Mhux xieraq li jinkitbu inventarji fuq il-bażi ta' klassifikazzjoni ta' inventajru, pereżempju, prodotti lesti, jew l-inventarji kollha f'segment tal-operat partikulari. Fornituri tas-servizzi ġeneralment jakkumulaw l-ispejjeż fir-rigward ta' kull servizz li għalih jintalab prezz tal-bejgħ separat. Għalhekk, kull tali servizz qiegħed jiġi ttrattat bħala element separat.

30

Stimi ta' valur nett li jinġieb huma bbażati fuq l-aktar evidenza affidabbli disponibbli fil-ħin li fih jsiru l-istimi, tal-ammont li l-inventarji huma mistennija li jirrealizzaw. Dawn l-istimi jieħdu inkonsiderazzjoni t-tibdil fil-prezzijiet jew kosti direttament relatati ma' avvenimenti li jseħħu wara l-aħħar tal-perijodu sakemm dawn l-avvenimenti jikkonfermaw kondizzjonijiet eżistenti fi tmiem il-perijodu.

31

Stimi ta' valur nett li jinġieb jieħdu inkonsiderazzjoni wkoll l-iskop li għalih l-inventajru huwa miżmum fil-kotba. Pereżempju, il-valur nett li jinġieb tal-kwantità ta' inventajru miżmum fil-kotba sabiex jissodisfa kuntratti ta' bejgħ jew ta' servizz fis-sod huwa bbażat fuq il-prezz tal-kuntratt. Jekk il-kuntratti tal-bejgħ huma għal inqas mill-kwantitajiet ta' inventajru miżmum fil-kotba, il-valur nett li jinġieb huwa bbażat fuq il-prezzijiet ġenerali tal-bejgħ. Provvedimenti jistgħu jirriżultaw minn kuntratti ta' bejgħ fis-sod li huma aktar mill-kwantitajiet tal-inventajru miżmuma jew minn kuntratti ta' xiri fis-sod. Dawn il-provvedimenti huma kkunsidrati taħt l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti.

32

Materjali u provvisti oħrajn miżmuma biex jintużaw fil-produzzjoni ta' inventarji ma jitniżżlux taħt il-kost jekk il-prodotti lesti li fihom ser ikunu inkorporati huma mistennija li jinbiegħu skont il-kost jew aktar mill-kost. Madankollu, meta tnaqqis fil-prezz ta' materjali jindika li l-kost tal-prodotti lesti huwa aktar mill-valur nett li jinġieb, il-materjali mniżżla sal-valur nett li jinġieb. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-kosti tas-sostituzzjoni ta' materjali jista' jkun l-aħjar kejl disponibbli tal-valur nett li jinġieb tagħhom.

33

Trid issir stima ġdida tal-valur nett li jinġab f'kull perijodu sussegwenti. Meta ċ-ċirkustanzi li qabel kienu kienu ġiegħlu l-inventarji biex jitniżżlu taħt il-prezz ma jibqgħux jeżistu, jew meta hemm xhieda ċara ta' żjieda fil-valur nett li jinġieb minħabba bidla fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi, l-ammont tat-tniżżil fil-valur huwa mreġġa' lura (i.e. it-treġġigħ lura hu ristrett għall-ammont oriġinali tat-tniżżil fil-valur) sabiex l-ammont ġdid miżmum fil-kotba huwa l-inqas, mill-kosti u mill-valur nett li jinġieb rivedut. Dan jiġri, pereżempju, meta oġġett ta' inventajru li hu miżmum fil-kotba fil-valur nett li jinġieb, minħabba li l-prezz tal-bejgħ ikun naqas, ikun għadu ma nbiegħx f'perijodu sussegwenti u l-prezz tal-bejgħ tiegħu jkun żdied.

RIKONOXXIMENT BĦALA SPIŻA

34

Meta l-inventarji huma mibjugħa, l-ammont miżmum fil-kotba ta' dawk l-inventarji ser jiġi rikonoxxut bħala spiża fil-perijodu li fih id-dħul relatat huwa rikonoxxut. L-ammont ta' kull tniżżil fil-valur ta' inventarji għal valur nett li jinġieb u t-telf kollu ta' inventarji ser jiġi rikonoxxut bħala spiża fil-perijodu li fih it-tniżżil fil-valur jew it-telf iseħħu. L-ammont ta' kull treġġigħ lura f'kull tniżżil fil-valur ta' inventarji li tiġi minn żjieda fil-valur nett li jinġieb, ser jiġi rikonoxxut bħala tnaqqis fl-ammont ta' inventajru rikonoxxut bħala spiża fil-perijodu li fih iseħħ it-treġġigħ lura.

35

Xi inventarji jistgħu jiġu allokati f'kontijiet ta' assi oħrajn, pereżempju, inventajru użat bħala komponent ta' proprjetà mibnija mill-persuna stess, impjant jew tagħmir. Inventarji allokati f'assi ieħor b'dan il-mod huma rikonoxxuti bħala spiża waqt iż-żmien tal-utilità ta' dak l-assi.

ŻVELAR

36

Ir-rapporti finanzjarji għandhom jiżvelaw:

(a)

il-politika tal-kontabilità adottata fil-kejl ta' inventarji, li tinkludi l-formula tal-kost użata;

(b)

l-ammont totali miżmum fil-kotba ta' inventarji u l-ammont miżmum fil-kotba fi klassifikazzjonijiet xierqa għall-entità;

(c)

l-ammont miżmum fil-kotba ta' inventarji miżmuma fil-valur ġust, nieqes il-kosti biex tbiegħ;

(d)

l-ammont ta' inventajru rikonoxxut bħala spiża waqt il-perijodu;

(e)

l-ammont ta' kull tniżżil fil-valur tal-inventarji rikonoxxut bħala spiża fil-perijodu b'mod konformi mal-paragrafu 34;

(f)

l-ammont ta' kull treġġigħ lura ta' kull tniżżil fil-valur li hu rikonoxxut bħala tnaqqis fl-ammont ta' inventajru rikonoxxut bħala spiża f'dak il-perijodu, b'mod konformi mal-paragrafu 34;

(g)

iċ-ċirkustanzi jew avvenimenti li jkunu wasslu għal treġġigħ lura ta' kitbiet ta' inventarji b'mod konformi mal-paragrafu 34; u

(h)

l-ammonti miżmuma fil-kotba ta' inventarji mwiegħda bħala garanzija għall-obbligazzjonijiet.

37

Tagħrif dwar l-ammonti miżmuma fil-kotba fi klassifikazzjonijiet differenti ta' inventarji u kemm dawn il-bidliet ta' dawn l-assi huma utli għal dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji. Klassifikazzjonijiet komuni ta' inventarji huma merkanzija, provvisti tal-produzzjoni, materjali, xogħol fl-idejn u prodotti lesti. L-inventarji ta' fornitur ta' servizz jistgħu jiġu deskritti bħala xogħol fl-idejn.

38

L-ammont ta' inventajru rikonoxxut bħala spiża waqt dak il-perijodu, li ta' spiss huwa riferut bħala l-kost tal-bejgħ, jikkonsisti minn dawk l-kosti li qabel kienu inklużi fil-kejl tal-inventajru u li issa ġew mibjugħa u minn spejjeż ġenerali tal-produzzjoni mhux allokati u minn kosti tal-produzzjoni ta' inventarji. Iċ-ċirkustanzi tal-entità jistgħu wkoll jiggarantixxu l-inklużjoni ta' ammonti oħrajn, bħal kosti tad-distribuzzjoni.

39

Xi entitajiet jadottaw format għal profitt jew telf li jirriżulta f'ammonti li jiġu żvelati, minbarra l-kost tal-inventarji rikonoxxuti bħala spiża matul il-perijodu. Taħt dan il-format, entità tippreżenta analiżi ta' ispejjeż billi tuża klassifikazzjoni bbażata skont in-natura tal-ispejjeż. F'dan il-każ, l-entità għandha tiżvela l-kosti rikonoxxuti għal materja prima u oġġetti konsumabbli, kosti ta' xogħol u kosti oħrajn flimkien mal-ammont tal-bidla netta f'inventarji għalI-perijodu.

DATA EFFETTIVA

40

Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt.

IRTIRAR TA' STQARRIJIET OĦRAJN

41

Dan l-Istandard jissostitwixxi l-IAS 2 Inventarji (rivedut fl-1993).

42

Dan l-Istandard jissostitwixxi SIC1 KonsistenzaFormuli tal-Kost Differenti għal Inventarji.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 7

Rapporti tal-Flussi tal-Flus

GĦAN

Informazzjoni dwar il-flussi ta' flus ta' entità hija utli għaliex tipprovdi lill-utenti ta' rapporti finanzjarji b'bażi biex tiġi analizzata l-kapaċità tal-entità biex tiġġenera l-flus u ekwivalenti ta' flus u l-bżonnijiet tal-entità li tuża dawk il-flussi ta' flus. Id-deċiżjonijiet ekonomiċi li jittieħdu mill-utenti jeħtieġu evalwazzjoni tal-abilità ta' entità li tiġġenera flus u ekwivalenti ta' flus u ż-żmien u ċ-ċertezza li dawn jiġu ġġenerati.

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jeħtieġ li tingħata informazzjoni dwar il-bidliet storiċi fil-flus u ekwivalenti ta' flus ta' entità permezz ta' rapport tal-flussi ta' flus li jikklassifika l-flussi ta' flus matul il-perijodu minn attivitajiet tal-operat, investiment u finanzjament.

AMBITU

1

Entità għandha tħejji rapport tal-fluss ta' flus skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard u għandha tippreżentah bħala parti integrali mir-rapporti finanzjarji tagħha għal kull perijodu li għalih jiġu ppreżentati r-rapporti finanzjarji.

2

Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 7 Rapport dwar Bidliet fil-Pożizzjoni Finanzjarja, approvat f'Lulju 1977.

3

Utenti tar-rapporti finanzjarji tal-entità huma interessati f'kif l-entità tiġġenera u tuża l-flus u ekwivalenti ta' flus. Dan huwa l-każ irrispettivament min-natura tal-attivitajiet tal-entità u irrispettivament minn jekk il-flus jistgħux jitqiesu bħala l-prodott tal-entità, kif jista' jkun il-każ fir-rigward ta' istituzzjoni finanzjarja. Essenzjalment, l-entitajiet jeħtieġu l-flus għall-istess raġunijiet, ikunu kemm ikunu differenti l-attivitajiet li jipproduċu d-dħul prinċipali tagħhom. Huma jeħtieġu l-flus biex imexxu l-operazzjonijiet tagħhom, biex iħallsu l-obbligi tagħhom, u biex jipprovdu redditu lill-investituri tagħhom. Għaldaqstant, dan l-Istandard jeħtieġ li l-entitajiet kollha jippreżentaw rapport tal-fluss tal-flus.

BENEFIĊĊJI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-FLUSS TAL-FLUS

4

Rapport tal-fluss tal-flus, meta jintuża flimkien mal-bqija tar-rapporti finanzjarji, jipprovdi informazzjoni li tippermetti lill-utenti jevalwaw il-bidliet fl-assi netti ta' entità, l-istruttura finanzjarja tagħha (inkluża l-likwidità u s-solvenza tagħha) u l-abilità tagħha li taffettwa l-ammonti u ż-żmien tal-flussi ta' flus sabiex taddatta għal ċirkostanzi u opportunitajiet li jinbidlu. L-informazzjoni dwar il-fluss tal-flus hija utli għall-valutazzjoni tal-abilità tal-entità li tiġġenera flus u ekwivalenti ta' flus u tipperemetti lill-utenti jiżviluppaw mudelli sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw u jqabblu l-valur attwali tal-flussi futuri tal-flus ta' entitajiet differenti. Dan itejjeb ukoll il-komparabilità tar-rapportaġġ tar-riżultati tal-operat minn entitajiet differenti peress li telimina l-effetti tal-użu ta' trattamenti differenti tal-kontabilità għall-istess tranżazzjonijiet u avvenimenti.

5

Informazzjoni storika dwar il-flussi ta' flus hija ta' spiss indikatur tal-ammont, iż-żmien u ċ-ċertezza ta' flussi futuri ta' flus. Hija utli wkoll biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni ta' valutazzjonijiet passati ta' flussi futuri ta' flus u biex tiġi eżaminata r-relazzjoni bejn il-profitabilità u l-fluss nett ta' flus u l-impatt ta' ċaqliq fil-prezzijiet.

DEFINIZZJONIJIET

6

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Flus tinkludi flus fl-idejn u depożiti ta' bla avviż.

Ekwivalenti ta' flus huma investimenti għal perijodu ta' żmien qasir, bi grad għoli ta' likwidità, li jistgħu jinqalbu faċilment għal ammonti ċerti ta' flus u li huma soġġetti għal riskju insinifikanti ta' bidliet fil-valur.

Flussi ta' flus huma flussi 'l ġewwa u flussi 'l barra ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus.

Attivitajiet tal-operat huma l-attivitajiet prinċipali li jrendu dħul għall-entità u attivitajiet oħrajn li m'humiex attivitajiet ta' investiment jew ta' finanzjament.

Attivitajiet ta' investiment huma l-akkwiżizzjoni u d-disponiment ta' assi fit-tul u investimenti oħrajn mhux inklużi f'ekwivalenti ta' flus.

Attivitajiet ta' finanzjament huma attivitajiet li jirriżultaw f'tibdil fid-daqs u fil-kompożizzjoni tal-ekwità kkontribwita u tas-self tal-entità.

Flus u ekwivalenti ta' flus

7

Ekwivalenti ta' flus jinżammu bl-iskop li jiġu ssodisfati impenji ta' żmien qasir fi flus aktar milli għal skopijiet ta' investiment jew għal skopijiet oħra. Sabiex investiment jikkwalifika bħala ekwivalenti ta' flus, dan għandu jkun konvertibbli faċilment għal ammont magħruf ta' flus u għandu jkun soġġett għal riskju insinifikanti ta' tibdil fil-valur. Għaldaqstant, investiment normalment jikkwalifika bħala ekwivalenti ta' flus biss meta jkollu maturità qasira ta', ngħidu aħna, tliet xhur jew inqas mid-data tal-akkwiżizzjoni. Investimenti f'ekwità huma esklużi mill-ekwivalenti ta' flus sakemm dawn ma jkunux, essenzjalment, ekwivalenti ta' flus, pereżempju fil-każ ta' ishma privileġġati akkwistati fi żmien perijodu qasir mill-maturità tagħhom u b'data ta' fidi speċifikata.

8

Self mill-banek huwa ġeneralment meqjus bħala attività finanzjarja. Madankollu, f'xi pajjiżi, self kurrenti bankarju li jkollu jintradd lura fuq talba, jifforma parti integrali mill-amministrazzjoni tal-flus ta' entità. F'dawn iċ-ċirkostanzi, is-self kurrenti bankarju huwa inkluż bħala komponent tal-flus u ekwivalenti ta' flus. Karatteristika ta' arranġamenti bankarji bħal dawn hija li l-bilanċ bankarju spiss ivarja bejn li jkun fil-pożittiv għal fin-negattiv.

9

Il-flussi ta' flus jeskludu movimenti bejn entrati li jikkostitwixxu flus jew ekwivalenti ta' flus minħabba li dawn il-komponenti huma parti mill-amministrazzjoni tal-flus ta' entità aktar milli parti mill-attivitajiet tagħha ta' operat, ta' investiment jew ta' finanzjament. L-amministrazzjoni tal-flus tinkludi l-investiment ta' eċċess ta' flus f'ekwivalenti ta' flus.

PREŻENTAZZJONI TA' RAPPORT TAL-FLUSS TA' FLUS

10

Ir-rapport tal-fluss ta' flus għandu jirrapporta flussi ta' flus matul il-perijodu, ikklassifikati taħt attivitajiet tal-operat, ta' investiment u ta' finanzjament.

11

Entità tippreżenta l-flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat, ta' investiment u ta' finanzjament b'mod li jkun l-aktar xieraq għan-negozju tagħha. Il-klassifikazzjoni skont l-attività tipprovdi informazzjoni li tippermetti lill-utenti jivvalutaw l-impatt ta' dawk l-attivitajiet fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità u fuq l-ammont ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus tagħha. Din l-informazzjoni tista' tintuża wkoll biex jiġu evalwati r-relazzjonijiet bejn dawk l-attivitajiet.

12

Tranżizzjoni waħda tista' tinkludi flussi ta' flus li huma kklassifikati b'mod differenti. Pereżempju, meta l-ħlas lura ta' self fi flus jinkludi kemm l-imgħax kif ukoll il-kapital, l-element tal-imgħax jista' jiġi kklassifikat bħala attività tal-operat waqt li l-element kapitali jiġi kklassifikat bħala attività ta' finanzjament.

Attivitajiet tal-operat

13

L-ammont ta' flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat huwa indikatur ewlieni ta' kemm l-operazzjonijiet tal-entità ġġeneraw biżżejjed flussi ta' flus biex jitħallas lura self, biex tinżamm il-kapaċità operattiva tal-entità, biex jitħallsu d-dividendi u biex isiru investimenti ġodda mingħajr ma tirrikorri għal sorsi esterni ta' finanzjament. Informazzjoni dwar il-komponenti speċifiċi ta' flussi operattivi storiċi ta' flus hija utli, flimkien ma' informazzjoni oħra, fit-tbassir ta' flussi operattivi futuri ta' flus.

14

Flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat huma derivati primarjament mill-attivitajiet prinċipali tal-entità li jipproduċu dħul. Għaldaqstant, dawn ġeneralment jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet u minn avvenimenti oħra li jidħlu fil-kalkolu tal-profitt jew telf. Eżempji ta' flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat huma:

(a)

dħul ta' flus mill-bejgħ ta' prodotti u mill-għoti ta' servizzi;

(b)

dħul ta' flus minn royalties, drittijiet oħra, kommissjonijiet u dħul ieħor;

(c)

pagamenti fi flus lil fornituri għal prodotti u servizzi;

(d)

pagamenti fi flus lil u f'isem impjegati;

(e)

dħul fi flus u pagamenti fi flus ta' entità tal-assigurazzjoni għal primjums u klejms, annwalitajiet u benefiċċji oħra mill-poloz;

(f)

pagamenti fi flus jew rifużjonijiet ta' taxxi fuq id-dħul sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu identifikati speċifikament ma' attivitajiet ta' finanzjament jew ta' investiment; u

(g)

dħul u pagamenti fi flus minn kuntratti miżmuma għal skopijiet ta' negozjar finanzjarju.

Xi tranżazzjonijiet, bħall-bejgħ ta' oġġett ta' impjanti, jistgħu jagħtu lok għal qligħ jew telf li huwa inkluż fil-kalkolu tal-profitt jew telf. Madankollu, il-flussi ta' flus li għandhom x'jaqsmu ma' tranżazzjonijiet bħal dawk huma flussi ta' flus minn attivitajiet ta' investiment.

15

Entità tista' żżomm titoli u self għal skopijiet ta' negozjar finanzjarju, f'liema każ dawn huma simili għal stokk akkwistat speċifikament għal bejgħ mill-ġdid. Għalhekk, flussi ta' flus li jirriżultaw mix-xiri u mill-bejgħ ta' titoli miżmuma għal negozjar finanzjarju huma kklassifikati bħala attivitajiet tal-operat. Bl-istess mod, self ta' flus magħmul minn istituzzjonijiet finanzjarji huwa normalment ikklassifikat bħala attività tal-operat minħabba li dan għandu x'jaqsam mal-attività prinċipali li tipproduċi d-dħul ta' dik l-entità.

Attivitajiet ta' investiment

16

L-iżvelar separat ta' flussi ta' flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta' investiment huwa importanti minħabba li l-flussi ta' flus jirrappreżentaw sa liema punt l-infiq ikun sar fuq riżorsi maħsubin sabiex jiġġeneraw introjtu u flussi ta' flus fil-futur. Eżempji ta' flussi ta' flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta' investiment huma:

(a)

pagamenti fi flus biex tinxtara proprjetà, impjanti u tagħmir, assi intanġibbli u assi oħra fit-tul. Dawn il-pagamenti jinkludu dawk li għandhom x'jaqsmu mal-ispejjeż kapitalizzati tal-iżvilupp u ma' proprjetà, impjanti u tagħmir mibnija mill-entità;

(b)

dħul fi flus mill-bejgħ ta' proprjetà, impjanti u tagħmir, assi intanġibbli u assi oħra fit-tul;

(c)

pagamenti fi flus għax-xiri ta' strumenti azzjonarji jew ta' dejn ta' entitajiet oħra jew interessi f'impriżi konġunti (għajr pagamenti għal dawk l-istrumenti meqjusa bħala ekwivalenti ta' flus jew dawk miżmuma għal skopijiet ta' negozjar finanzjarju);

(d)

dħul fi flus minn bejgħ ta' strumenti azzjonarji jew ta' dejn ta' entitajiet oħra u interessi f'impriżi konġunti (għajr dħul għal dawk l-istrumenti meqjusa bħala ekwivalenti ta' flus u dawk miżmuma għal skopijiet ta' negozjar finanzjarju);

(e)

self ta' flus magħmul lil partijiet oħra (għajr self magħmul minn istituzzjoni finanzjarja);

(f)

dħul fi flus minn ħlasijiet lura ta' self magħmul lil partijiet oħra (għajr self ta' istituzzjoni finanzjarja);

(g)

pagamenti fi flus għal kuntratti ta' futures, kuntratti miftiehma bil-quddiem, kuntratti ta' opzjoni u kuntratti ta' tpartit finanzjarju għajr meta l-kuntratti jsiru għal għanijiet ta' negozju finanzjarju, jew meta l-pagamenti jkunu kklassifikati bħala attivitajiet ta' finanzjament; u

(h)

dħul fi flus minn kuntratti ta' futures, kuntratti miftiehma bil-quddiem, kuntratti ta' opzjoni u kuntratti ta' tpartit finanzjarju għajr meta l-kuntratti jsiru għal għanijiet ta' negozju finanzjarju, jew meta d-dħul ikun ikklassifikat bħala attivitajiet ta' finanzjament.

Meta kuntratt jiġi kklassifikat bħala hedge ta' pożizzjoni identifikabbli, il-flussi ta' flus tal-kuntratt huma kklassifikati bl-istess mod bħall-flussi ta' flus tal-pożizzjoni li tkun qegħda tiġi hedged.

Attivitajiet ta' finanzjament

17

L-iżvelar separat ta' flussi ta' flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament huwa importanti minħabba li huwa utli għat-tbassir ta' talbiet għal flussi futuri ta' flus minn fornituri ta' kapital għall-entità. Eżempji ta' flussi ta' flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta' finanzjament huma:

(a)

dħul fi flus mill-ħruġ ta' ishma jew ta' strumenti azzjonarji oħra;

(b)

pagamenti fi flus lil sidien għall-akkwist jew tifdija tal-ishma tal-entità;

(c)

dħul minn ħruġ ta' debentures, self, noti, bonds, ipoteki u self ieħor fuq perijodu ta' żmien qasir jew fit-tul;

(d)

pagamenti lura fi flus ta' ammonti mislufa; u

(e)

pagamenti fi flus minn kerrej għat-tnaqqis tal-obbligazzjoni pendenti relatata ma' kiri finanzjarju.

RAPPORTAĠĠ TA' FLUSSI TA' FLUS MINN ATTIVITAJIET TAL-OPERAT

18

Entità għandha tirrapporta flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat billi tuża jew:

(a)

il-metodu dirett, li bih jiġu żvelati klassijiet maġġuri ta' dħul gross ta' flus u pagamenti gross ta' flus; jew

(b)

il-metodu indirett, fejn il-profitt jew it-telf jiġi aġġustat għall-effetti ta' tranżazzjonijiet mhux fi flus, għal differimenti jew akkumulazzjonijiet ta' dħul jew pagamenti fi flus mill-operat tal-passat jew tal-futur, u oġġetti ta' introjtu jew spejjeż assoċjati ma' flussi ta' flus ta' investiment jew ta' finanzjament.

19

L-entitajiet huma mħeġġa jirrapportaw flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat permezz tal-metodu dirett. Il-metodu dirett jipprovdi informazzjoni li tista' tkun utli biex jiġu stmati l-flussi futuri ta' flus u li m'hijiex disponibbli taħt il-metodu indirett. Taħt il-metodu dirett, informazzjoni dwar klassijiet maġġuri ta' dħul gross ta' flus u pagamenti gross fi flus tista' tinkiseb jew:

(a)

mir-rekords tal-kontabilità tal-entità; jew

(b)

billi jiġu aġġustati l-bejgħ, il-kost tal-bejgħ (fil-każ ta' istituzzjoni finanzjarja, mgħax u introjtu simili u spejjeż ta' imgħax u drittijiet simili) u entrati oħra fir-rapport tal-introjtu għal:

(i)

bidliet matul il-perijodu fl-inventarji u fil-kredituri u debituri;

(ii)

oġġetti oħra mhux flus; u

(iii)

oġġetti oħra li għalihom l-effetti fuq il-flus huma ta' flussi ta' flus ta' investiment jew ta' finanzjament.

20

Skont il-metodu indirett, il-fluss nett ta' flus minn attivitajiet tal-operat huwa stabbilit billi jiġi aġġustat il-profitt u t-telf għall-effetti ta':

(a)

bidliet matul il-perijodu fl-inventarji u fil-kredituri u debituri tal-operat;

(b)

oġġetti mhux flus bħal diprezzament, provvedimenti, taxxi differiti, qligħ u telf f'munita barranija mhux realizzati, profitti mhux imqassma ta' kumpanniji assoċjati, u interessi minoritarji; u

(c)

l-oġġetti l-oħrajn kollha li għalihom, l-effetti fi flus huma ta' flussi ta' flus ta' investiment jew ta' finanzjament.

Inkella, il-fluss nett ta' flus minn attivitajiet tal-operat jista' jkun ippreżentat skont il-metodu indirett billi juri d-dħul u l-ispejjeż li jidhru fir-rapport tal-introjtu u l-bidliet matul il-perijodu fl-inventarji u fil-kredituri u debituri mill-operat.

RAPPORTAĠĠ TA' FLUSSI TA' FLUS MINN ATTIVITAJIET TA' INVESTIMENT U TA' FINANZJAMENT

21

Entità għandha tiżvela separatament il-kategoriji maġġuri ta' dħul gross fi flus u ta' pagamenti grossi fi flus li jirriżultaw minn attivitajiet ta' investiment u ta' finanzjament, għajr sal-punt li l-flussi ta' flus deskritti fil-paragrafi 22 u 24 jiġu rrapportati fuq bażi netta.

RAPPORTAĠĠ TA' FLUSSI TA' FLUS FUQ BAŻI NETTA

22

Flussi ta' flus li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-operat, ta' investiment jew ta' finanzjament li ġejjin jistgħu jiġu rrappurtati fuq bażi netta:

(a)

dħul u pagamenti fi flus f'isem klijenti meta l-flussi ta' flus jirriflettu l-attivitajiet tal-klijent aktar milli dawk tal-entità; u

(b)

dħul u pagamenti fi flus għal oġġetti fejn il-fatturat ikun rapidu, li l-ammonti jkunu kbar, u l-maturitajiet ikunu qosra.

23

Eżempji ta' dħul u pagamenti fi flus li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 22(a) huma:

(a)

l-aċċettazzjoni u l-ħlas lura ta' depożiti ta' bla avviż ta' bank;

(b)

fondi miżmuma għall-klijenti minn entità ta' investiment; u

(c)

kirjiet miġbura f'isem, u mħallsa lil, sidien ta' propjetajiet.

Eżempji ta' dħul u pagamenti fi flus li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 22(b) huma s-self għal, u l-ħlas lura ta':

(a)

l-ammonti tal-kapital li għandhom x'jaqsmu ma' klijenti ta' karti ta' kreditu;

(b)

ix-x-xiri u l-bejgħ ta' investimenti; u

(c)

kull self ieħor fuq perijodu ta' żmien qasir, pereżempju, dawk li għandhom perijodu ta' maturità ta' tliet xhur jew inqas.

24

Flussi ta' flus li jirriżultaw minn kull waħda mill-attivitajiet li ġejjin ta' istituzzjoni finanzjarja jistgħu jiġu rrappurtati fuq bażi netta:

(a)

dħul u pagamenti ta' flus għall-aċċettazzjoni u l-ħlas lura ta' depożiti b'data ta' maturità fissa;

(b)

it-tqegħid ta' depożiti għand u l-ġbid lura ta' depożiti mingħand istituzzjonijiet finanzjarji oħra; u

(c)

self fi flus lill-klijenti u l-ħlas lura ta' dak is-self.

FLUSSI TA' FLUS F'MUNITA BARRANIJA

25

Flussi tal-flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'munita barranija għandhom jiġu reġistrati fil-munita funzjonali tal-entità billi tiġi applikata għall-ammont fil-munita barranija r-rata tal-kambju bejn il-munita funzjonali u l-munita barranija fid-data tal-fluss tal-flus.

26

Il-fluss tal-flus ta' kumpanija sussidjarja barranija għandu jinqaleb bir-rati tal-kambju bejn il-munita funzjonali u l-munita barranija fid-dati tal-fluss tal-flus.

27

Flussi ta' flus denominati f'munita barranija huma rrappurtati b'mod konsistenti mal-IAS 21 L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju. Dan jippermetti l-użu ta' rata ta' kambju li tkun qrib ir-rata attwali. Pereżempju, rata ta' kambju medja peżata għal perijodu tista' tintuża għar-reġistrazzjoni ta' tranżazzjonijiet f'muniti barranin jew fil-qlib tal-flussi ta' flus ta' kumpanija sussidjarja barranija. Madankollu, l-IAS 21 ma jippermettix l-użu tar-rata tal-kambju fid-data tal-karta tal-bilanċ meta jiġu maqluba l-flussi ta' flus ta' kumpanija sussidjarja barranija.

28

Qligħ u telf mhux realizzati li jirriżultaw minn bidliet fir-rati tal-kambju f'munita barranija mhumiex flussi ta' flus. Madankollu, l-effett tal-bidliet fir-rati tal-kambju fuq flus u ekwivalenti ta' flus miżmumin jew dovuti f'munita barranija huwa rrappurtat fir-rapport tal-fluss ta' flus sabiex jiġu rikonċiljati l-flus u l-ekwivalenti ta' flus fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu. Dan l-ammont huwa ppreżentat separatament minn flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat, investiment u finanzjament u jinkludi d-differenzi, jekk ikun hemm, li kieku dawk il-flussi ta' flus ġew irrappurtati bir-rati tal-kambju ta' tmiem il-perijodu.

29

[Imħassra]

30

[Imħassra]

MGĦAX U DIVIDENDI

31

Flussi ta' flus minn imgħax u dividendi rċevuti u mħallsa għandhom jiġu żvelati separatament. Kull waħda għandha tiġi kklassifikata b'mod konsistenti minn perijodu għal perijodu bħala attività jew tal-operat, jew ta' investiment jew ta' finanzjament.

32

L-ammont totali ta' mgħax imħallas matul perijodu għandu jidher fir-rapport tal-fluss ta' flus, sew jekk kien rikonoxxut bħala spiża fir-rapport tal-introjtu sew jekk ikun kapitalizzat b'konformità mat-trattament alternattiv permess fl-IAS 23 Kosti tas-Self.

33

Imgħax imħallas u mgħax u dividendi riċevuti huma normalment ikklassifikati bħala flussi ta' flus tal-operat għal istituzzjoni finanzjarja. Madankollu, ma hemm ebda konsensus fuq il-klassifikazzjoni ta' dawn il-flussi ta' flus għal entitajiet oħrajn. Mgħax imħallas u mgħax u dividendi riċevuti jistgħu jiġu kklassifikati bħala flussi ta' flus tal-operat minħabba li jidħlu fil-kalkolu tal-profitt jew telf. Alternattivament, l-imgħax imħallas u l-imgħax u d-dividendi riċevuti jistgħu jiġu kklassifikati bħala flussi ta' flus ta' finanzjament jew ta' investiment rispettivament, minħabba li huma kosti għall-ksib ta' riżorsi finanzjarji jew ta' redditi fuq l-investimenti.

34

Dividendi mħallsa jistgħu jiġu kklassifikati bħala flussi ta' flus ta' finanzjament minħabba li huma kost għall-ksib ta' riżorsi finanzjarji. Alternattivament, id-dividendi mħallsa jistgħu jiġu kklassifikati bħala komponent ta' flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat sabiex l-utenti jiġu megħjuna biex jistabbilixxu l-abilità ta' entità li tħallas dividendi minn flussi ta' flus tal-operat.

TAXXI FUQ ID-DĦUL

35

Flussi ta' flus li jirriżultaw minn taxxi fuq dħul għandhom jiġu żvelati separatament u għandhom jiġu kklassifikati bħala flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu identifikati speċifikament ma' attivitajiet ta' finanzjament jew ta' investiment.

36

Taxxi fuq id-dħul huma imponibbli fuq tranżazzjonijiet li jagħtu lok għal flussi ta' flus li huma kklassifikati bħala attivitajiet tal-operat, investiment jew ta' finanzjament f'rapport tal-fluss ta' flus. Filwaqt li l-ispiża tat-taxxa tista' tkun identifikabbli minnufih ma' attivitajiet ta' investiment u ta' finanzjament, il-flussi ta' flus tat-taxxa relatati ħafna drabi ma jistgħux jiġu identifikati u jistgħu jirriżultaw f'perijodu differenti mill-flussi ta' flus tat-transazzjoni bażika. Għalhekk, taxxi mħallsa huma normalment ikklassifikati bħala flussi ta' flus minn attivitajiet tal-operat. Madankollu, meta l-fluss tal-flus tat-taxxa jkun jista' jiġi identifikat b'mod prattikabbli ma' xi tranżazzjoni individwali li tagħti lok għal flussi ta' flus li huma kklassifikati bħala attivitajiet ta' investiment jew ta' finanzjament, il-fluss ta' flus tat-taxxa huwa kklassifikat bħala attività ta' investiment jew finanzjament kif xieraq. Meta l-flussi ta' flus tat-taxxa jiġu allokati fuq aktar minn klassi ta' attività waħda, jiġi żvelat l-ammont totali ta' taxxi mħallsa.

INVESTIMENTI F'SUSSIDJARJI, ASSOĊJATI U IMPRIŻI KONĠUNTI

37

Għall-finijiet tal-kontabilità ta' investiment f'kumpanija assoċjata jew sussidjarja li jkunu ġew kontabilizzati skont il-metodu tal-ekwità jew tal-kost, investitur għandu jillimita r-rapportaġġ tiegħu fir-rapport tal-fluss tal-flus għal dawk il-flussi ta' flus li jkunu għaddew bejnu u bejn l-entità li fiha jsir l-investiment, pereżempju, għal dividendi u self.

38

Entità li tirrapporta l-interess tagħha f'entità b'kontroll konġunt (ara l-IAS 31 Interessi f'Impriżi Konġunti) permezz ta' konsolidazzjoni proporzjonata, tinkludi fir-rapport konsolidat tagħha tal-flussi ta' flus is-sehem proporzjonali tagħha tal-flussi ta' flus tal-entità b'kontroll konġunt. Entità li tirrapporta interess bħal dan u li tuża l-metodu tal-ekwità tinkludi, fir-rapport tal-flussi ta' flus tagħha, il-flussi tal-flus fir-rigward tal-investimenti tagħha fl-entità b'kontroll konġunt, u d-distribuzzjonijiet u l-pagamenti oħra jew dħul ieħor bejnha u bejn l-entità b'kontroll konġunt.

AKKWIŻIZZJONIJIET U DISPONIMENTI TA' SUSSIDJARJI U UNITAJIET KUMMERĊJALI OĦRAJN

39

Il-flussi aggregati ta' flus li jirriżultaw minn akkwisti u minn disponimenti ta' sussidjarji jew unitajiet kummerċjali oħrajn għandhom jiġu ppreżentati separatament u kklassifikati bħala attivitajiet ta' investiment.

40

Entità għandha tiddikjara, b'mod aggregat, fir-rigward kemm tal-akkwiżizzjonijiet kemm tad-disponiment ta' sussidjarji jew unitajiet kummerċjali oħrajn matul il-perijodu, kull punt minn dawn li ġejjin:

(a)

il-ħlas totali tax-xiri jew tad-disponiment;

(b)

il-porzjon tal-ħlas tax-xiri jew tad-disponiment mogħti permezz ta' flus u ekwivalenti ta' flus;

(c)

l-ammont ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus fis-sussidjarja jew fl-unità kummerċjali miksuba jew ittrasferita; u

(d)

l-ammont tal-assi u l-obbligazzjonijiet għajr flus jew ekwivalenti ta' flus fis-sussidjarja jew fl-unità kummerċjali akkwistata jew ittrasferita, miġbura skont kull kategorija maġġuri.

41

Il-preżentazzjoni separata tal-effetti fil-flussi ta' flus ta' akkwiżizzjonijiet u disponimenti ta' sussidjarji u unitajiet kummerċjali oħrajn bħala entrati f'linja individwali, flimkien mad-dikjarazzjoni separata tal-ammonti tal-assi u l-obbligazzjonijiet miksuba jew ittrasferiti, tgħin biex issir distinzjoni bejn dawk il-flussi ta' flus u l-flussi ta' flus li jirriżultaw mill-attivitajiet l-oħra tal-operat, investiment u finanzjament. L-effetti fil-flussi ta' flus li jirriżultaw minn disponimenti mhumiex imnaqqsin minn dawk li jirriżultaw minn akkwiżizzjonijiet.

42

L-ammont aggregat tal-flus imħallsa jew irċevuti bħala ħlas għax-xiri jew il-bejgħ huwa rrappurtat fir-rapport tal-flussi ta' flus nett mill-flus u mill-ekwivalenti ta' flus miksuba jew ittrasferiti.

TRANŻAZZJONIJIET MHUX FI FLUS

43

Tranżazzjonijiet ta' investiment u ta' finanzjament li ma jeħtiġux l-użu ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus għandhom ikunu esklużi minn rapport ta' fluss tal-flus. Tranżazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu żvelati x'imkien ieħor fir-rapporti finanzjarji b'mod li jipprovdi l-informazzjoni kollha relevanti dwar dawn l-attivitajiet ta' investiment u ta' finanzjament.

44

Ħafna attivitajiet ta' investiment u ta' finanzjament m'għandhomx impatt dirett fuq il-flussi ta' flus attwali għalkemm jaffettwaw l-istruttura kapitali u tal-assi ta' entità. L-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet mhux fi flus mir-rapport tal-flussi ta' flus hija konsistenti mal-għan tar-rapport tal-flussi ta' flus minħabba li dawn l-entrati ma jinvolvux flussi ta' flus fil-perijodu kurrenti. Eżempji ta' tranżazzjonijiet mhux fi flus huma:

(a)

l-akkwiżizzjoni ta' assi jew billi jiġu assunti direttament obbligazzjonijiet relatati jew permezz ta' kiri finanzjarju;

(b)

l-akkwiżizzjoni ta' entità permezz ta' ħruġ ta' ishma; u

(c)

il-qlib ta' dejn f'ishma.

KOMPONENTI TA' FLUS U EKWIVALENTI TA' FLUS

45

Entità għandha tiżvela l-komponenti ta' flus u ekwivalenti ta' flus u għandha tippreżenta rikonċiljazzjoni tal-ammonti fir-rapport tal-flussi ta' flus tagħha mal-entrati ekwivalenti rrappurtati fil-karta tal-bilanċ.

46

Minħabba l-varjetà ta' prattiċi ta' ġestjoni ta' flus u ta' arranġamenti bankarji madwar id-dinja u sabiex tikkonforma mal-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji, entità tiżvela l-politika li hija tadotta biex tistabbilixxi l-kompożizzjoni ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus.

47

L-effett ta' kull bidla fil-politika għall-istabbiliment ta' komponenti ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus, pereżempju, bidla fil-klassifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji li qabel kienu jiġu kkunsidrati bħala parti mill-portafoll ta' investiment tal-entità, huwa rrappurtat skont l-IAS 8 Politika ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji.

ŻVELAR IEĦOR

48

Entità għandha tiddikjara, flimkien ma' kommentarju mill-maniġment, l-ammont tal-bilanċi sinjifikanti ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus miżmuma mill-entità li ma humiex disponibbli sabiex jintużaw mill-grupp.

49

Jeżistu diversi ċirkostanzi li fihom il-bilanċi fi flus u ekwivalenti ta' flus miżmumin minn entità m'humiex disponibbli sabiex jintużaw mill-grupp. Eżempji jinkludu l-bilanċi ta' flus u ta' ekwivalenti ta' flus miżmumin minn sussidjarja li topera f'pajjiż fejn japplikaw kontrolli tal-kambju jew restrizzjonijiet legali oħra meta l-bilanċi ma jkunux disponibbli għal użu ġenerali mill-entità prinċipali jew minn sussidjarji oħrajn.

50

Informazzjoni addizzjonali tista' tkun relevanti għall-utenti biex jifhmu l-pożizzjoni finanzjarja u l-likwidità ta' entità. L-iżvelar ta' din l-informazzjoni, flimkien ma' kummentarju mill-maniġment, huma mħeġġa u jistgħu jinkludu:

(a)

l-ammont ta' faċilitajiet ta' self mhux użati li jistgħu jkunu disponibbli għal attivitajiet futuri tal-operat u biex jiġu saldati impenji kapitali, b'indikazzjoni ta' kull restrizzjoni li jista' jkun hemm fuq l-użu ta' dawn il-faċilitajiet;

(b)

l-ammonti aggregati tal-flussi ta' flus minn kull attività tal-operat, ta' investiment u ta' finanzjament relatata ma' interessi f'impriżi konġunti rrappurtati permezz ta' konsolidazzjoni proporzjonali;

(c)

l-ammont aggregat ta' flussi ta' flus li jirrappreżentaw żjidiet fil-kapaċità operattiva b'mod separat minn dawk tal-flussi ta' flus li huma meħtieġa sabiex tinżamm il-kapaċità operattiva; u

(d)

l-ammont ta' flussi ta' flus li joriġina mill-attivitajiet tal-operat, ta' investiment jew ta' finanzjament ta' kull segment soġġett għar-rappurtaġġ (ara l-IFRS 8 Segmenti tal-Operat).

51

L-iżvelar separat tal-flussi ta' flus li jirrappreżentaw żjidiet fil-kapaċità tal-operat u fil-flussi ta' flus li huma meħtieġa sabiex tinżamm il-kapaċità operattiva hija utli sabiex l-utent ikun jista' jistabbilixxi jekk l-entità hijiex qegħda tinvesti b'mod adegwat fiż-żamma tal-kapaċità operattiva tagħha. Entità li ma tinvestix b'mod adegwat fiż-żamma tal-kapaċità operattiva tagħha tista' tippreġudika l-profitabilità futura minħabba likwidità kurrenti u distribuzzjonijiet lis-sidien.

52

L-iżvelar ta' flussi ta' flus segmentali jippermetti lill-utenti jifhmu aħjar ir-relazzjoni bejn il-flussi ta' flus tan-negozju b'mod sħiħ u dawk tal-partijiet komponenti tiegħu u d-disponibbiltà u l-varjabilità tal-flussi ta' flus segmentali.

DATA EFFETTIVA

53

Dan l-Istandard jidħol fis-seħħ għal rapporti finanzjarji li jkopru l-perijodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 1994 jew wara.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 8

Politiki ta' Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta' Kontabilità u Żbalji

GĦAN

1

L-għan ta' dan l-Istandard hu li jistipula l-kriterji għall-għażla u l-bidla tal-politika tal-kontabilità, flimkien ma' trattament fil-kontijiet u żvelar ta' bidliet fil-politika tal-kontabilità, bidliet fl-istimi tal-Kontabilità u korrezzjoni ta' żbalji. L-Istandard huwa intiż biex ir-rapporti finanzjarji ta' entità jsiru aktar rilevanti u ta' fiduċja, u biex tissaħħaħ il-komparabilità ta' dawk ir-rapporti finanzjarji matul iż-żmien u mar-rapporti finanzjarji ta' entitajiet oħra.

2

Rekwiżiti ta' żvelar ta' informazzjoni dwar politika tal-kontabilità, ħlief dawk dwar il-bidliet fil-politika tal-kontabilità, huma stipulati fl-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji.

AMBITU

3

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fl-għażla u l-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità, u fil-konsiderazzjoni tal-bidliet fil-politika tal-kontabilità, bidliet fl-istimi tal-kontabilità u korrezzjonijiet ta' żbalji fil-perijodu ta' qabel.

4

L-effetti għat-taxxa tal-korrezzjonijiet ta' żbalji tal-perijodu ta' qabel u tibdiliet retrospettivi magħmula biex ikunu applikati bidliet fil-politika tal-kontabilità huma kkunsidrati u żvelati b'konformità mal-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul.

DEFINIZZJONIJIET

5

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Politika tal-kontabilità hija prinċipji, bażijiet, konvenzjonijiet, regoli u prattiċi speċifiċi applikati minn entità fil-preparazzjoni u preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji.

Bidla fl-istima tal-kontabilità hi bidla fl-ammont miżmum fil-kotba ta' xi assi jew ta' obbligazzjoni, jew l-ammont ta' konsum perjodiku ta' xi assi, li jirriżulta mill-istima tal-istat preżenti ta' assi u obbligazzjonijiet, u l-benefiċċji u obbligazzjonijiet futuri mistennija, li huma marbuta magħhom. Bidliet fl-istimi tal-kontabilità jirriżultaw minn tagħrif jew żviluppi ġodda, u, għalhekk, mhumiex korrezzjonijiet ta' żbalji.

L-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs) huma Standards u Interpretazzjonijiet adottati mill-Bord Internazzjonali għall-Istandards tal-Kontabilità (IASB). Dawn jinkludu:

(a)

Standards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju;

(b)

Standards Internazzjonali tal-Kontabilità; u

(c)

Interpretazzjonijiet oriġinati mill-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRIC) jew dak li kien il-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjonijiet (SIC).

Ommissjonijiet materjali jew dikjarazzjonijiet żbaljati ta' xi entrati huma materjali, jekk huma jistgħu, individwalment jew kollettivament, iħallu effett fuq id-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti meħuda fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji. Il-materjalità tiddependi mid-daqs u natura tal-omissjoni jew tar-rapport żbaljat kif iġġudikat fiċ-ċirkustanzi li huma marbuta magħha. Id-daqs jew natura tal-entrata, jew it-tnejn li huma, jistgħu jkunu fattur determinanti.

Żbalji f'perijodi ta' qabel huma ommissjonijiet minn, u dikjarazzjonijiet żbaljati f'rapporti finanzjarji f'perijodu preċedenti wieħed jew aktar li rriżultaw minn nuqqas tal-użu, jew użu ħażin, ta' informazzjoni affidabbli, li:

(a)

kienet disponibbli meta r-rapporti finanzjarji għal dawk il-perijodi kienu awtorizzati għall-ħruġ; u

(b)

kien mistenni, b'mod raġonevoli, li dawn inkisbu u kienu kkunsidrati fit-tħejjija u l-eżentar ta' dawk ir-rapporti finanzjarji.

Żbalji bħal dawn jinkludu l-effetti ta' żbalji matematiċi, żbalji fl-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità, żvisti jew interpretazzjoni ħażina ta' xi fatti, u frodi.

Applikazzjoni retrospettiva hi l-applikazzjoni ta' politika ġdida tal-kontabilità għal tranżazzjonijiet, avvenimenti u kondizzjonijiet oħra daqs li kieku dik il-politika dejjem kienet applikata.

Dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva hi korrezzjoni tar-rikonoxximent, kejl u informazzjoni pprovduta dwar ammont ta' elementi fl-iżvelar ta' rapporti finanzjarji daqs li kieku żball f'perijodu ta' qabel qatt ma seħħ.

Imprattikabbli L-applikazzjoni ta' rekwiżit hi imprattikabbli meta entità ma tkunx tista' tapplikah wara li tkun għamlet kull sforz raġonevoli biex tagħmel hekk. Għal perijodu partikulari preċedenti, huwa impratikabbli li tapplika bidla f'politika tal-kontabilità b'mod retrospettiv jew tagħmel dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva biex tikkorreġi żball jekk:

(a)

l-effetti ta' applikazzjoni retrospettiva jew dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva m'humiex determinabbli;

(b)

l-applikazzjoni retrospettiva jew dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva teħtieġ suppożizzjonijiet dwar x'setgħa kien il-ħsieb tal-maniġment f'dak il-perijodu; jew

(c)

l-applikazzjoni retrospettiva jew dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva tkun teħtieġ stimi sinifikanti tal-ammonti u jkun impossibli li tiddistingwi b'mod oġġettiv tagħrif dwar dawk l-istimi li:

(i)

jipprovdu evidenza ta' ċirkustanzi li eżistew fid-data(i) li fihom l-ammonti jridu jiġu rikonoxxuti, imkejla jew żvelati; u

(ii)

kienet tkun disponibbli meta r-rapporti finanzjarji għal dak il-perijodu preċedenti kienu awtorizzati għall-ħruġ

minn informazzjoni oħra.

Applikazzjoni prospettiva ta' bidla fil-politika tal-kontabilità u r-rikonoxximent tal-effett tal-bidla fuq stima tal-kontabilità, rispettivament, huma:

(a)

applikazzjoni ta' politika ġdida tal-kontabilità fuq tranżazzjonijiet, avvenimenti u kondizzjonijiet oħra li jseħħu wara d-data li fiha jkun hemm bdil fil-politika; u

(b)

ir-rikonoxximent tal-effett tal-bidla fuq l-istima tal-kontabilità fil-perijodi preżenti u futuri affettwati mill-bidla.

6

Li tanalizza jekk omissjoni jew rapport żbaljat jistax jinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-utenti, u għalhekk ikun materjali, jeħtieġ il-konsiderazzjoni tal-karatteristiċi ta' dawk l-utenti. Il-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji jgħid fil-paragrafu 25 li “hemm is-suppożizzjoni li l-utenti għandhom għarfien raġonevoli tal-attivitajiet kummerċjali u ekonomiċi u tal-kontabilità u rieda li jistudjaw it-tagħrif b'diligenza raġonevoli.” Għalhekk, l-analiżi għandha tikkunsidra l-fatt kif l-utenti b'dawn l-attribwiti jkunu mistennija li jiġu influwenzati b'mod raġonevoli fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi.

POLITIKA TA' KONTABILITÀ

Għażla u applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità

7

Meta Standard jew Interpretazzjoni japplikaw speċifikament għal tranżazzjoni, avveniment ieħor jew kondizzjoni oħra, il-politika tal-kontabilità applikata fuq dik l-entrata għandha tkun iddeterminata mill-applikazzjoni tal-Istandard jew Interpretazzjoni u b'konsiderazzjoni ta' kull Gwida għall-Implementazzjoni rilevanti maħruġa mill-IASB għall-Istandard jew Interpretazzjoni.

8

IFRSs jistipulaw politika tal-kontabilità li l-IASB ikkonkluda li jirriżultaw f'rapporti finanzjarji li huma rilevanti u jagħtu informazzjoni affidabbli dwar tranżazzjonijiet, avvenimenti u kondizzjonijiet oħrajn li japplikaw għalihom. Din il-politika m'għandhiex għalfejn tiġu applikata meta l-effett tal-applikazzjoni tagħha jkun immaterjali. Madankollu, mhux xieraq li jsir, jew li ma jkunx korrett, tbegħid immaterjali minn IFRSs biex tinkiseb preżentazzjoni partikulari tal-pożizzjoni finanzjarja, riżultati finanzjarji jew likwidità ta' entità.

9

Gwida għall-implimentazzjoni għall-Istandards maħruġa mill-IASB ma tiffurmax parti minn dawk l-Istandards, u għalhekk ma fihiex rekwiżiti għar-rapporti finanzjarji.

10

Fin-nuqqas ta' Standard jew Interpretazzjoni li tapplika speċifikament għat-tranżazzjoni, avveniment ieħor jew kondizzjoni oħra, il-maniġment għandu juża l-ġudizzju għaqli tiegħu fl-iżvilupp u applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità li tirriżulta f'informazzjoni li hi:

(a)

rilevanti għall-bżonnijiet tal-utenti fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi; u

(b)

affidabbli, fis-sens li fir-rapport finanzjarju:

(i)

jirrappreżentaw b'mod leali, riżultati finanzjarji, il-prestazzjoni finanzjarja u l-fluss tal-flus tal-entità;

(ii)

jirriflettu s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kondizzjonijiet oħra u mhux biss il-forma legali;

(iii)

huma newtrali, i.e. ma fihomx xaqlib;

(iv)

huma prudenti; u

(v)

huma kompluti fl-aspetti materjali kollha.

11

Fit-teħid tal-ġudizzju għaqli deskritt fil-paragrafu 10, il-maniġment għandu jirreferi għal sorsi li ġejjin f'ordni dixxendenti u jikkunsidra l-applikabilità tagħhom:

(a)

ir-rekwiżiti u l-gwida fl-Istandards u l-Interpretazzjonijiet li jittrattaw temi simili u relatati; u

(b)

id-definizzjonijiet, kriterji ta' rikonoxximent u kunċetti ta' kejl għall-assi, obbligazzjonijiet, introjtu u spejjeż fil-Qafas.

12

Meta jsir il-ġudizzju għaqli deskritt fil-paragrafu 10, il-maniġment jista' jikkunsidra wkoll l-aktar stqarrijiet riċenti ta' istituzzjonijiet oħra li jistabbilixxu l-Istandards li jużaw qafas kunċettwali simili biex jiżviluppaw standards tal-kontabilità, litteratura tal-kontabilità oħra u prattiċi industrijali aċċettati, sakemm dawn ma jkunux f'kunflitt mas-sorsi fil-paragrafu 11.

Konsistenza fil-politika tal-kontabilità

13

Entità għandha tagħżel u tapplika l-politika tal-kontabilità tagħha b'mod konsistenti mat-tranżazzjonijiet, avvenimenti u kondizzjonijiet oħra simili, sakemm xi Standard jew Interpretazzjoni speċifikament jitlob jew jippermetti kategorizzazzjoni ta' entrati li għalihom tista' tkun adattata politika differenti. Jekk Standard jew Interpretazzjoni jkunu jeħtieġu jew jippermettu kategorizzazzjoni simili, politika tal-kontabilità xierqa għandha tintgħażel u tiġi applikata b'mod konsistenti f'kull kategorija.

Bidliet fil-politika ta' kontabilità

14

Entità għandha tibdel politika tal-kontabilità biss jekk il-bidla:

(a)

hi meħtieġa minn Standard jew Interpretazzjoni; jew

(b)

ir-riżultati fir-rapporti finanzjarji jipprovdu informazzjoni affidabbli u aktar rilevanti dwar l-effetti tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet oħra dwar il-pożizzjoni finanzjarja, riżultati finanzjarji jew fluss tal-flus tal-entità.

15

Dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji għandhom ikunu jistgħu jqabblu r-rapport finanzjarji ta' entità fuq tul ta' żmien biex jidentifikaw it-tendenza fil-pożizzjoni finanzjarja, riżultati finanzjarji u l-fluss tal-flus. Għalhekk, l-istess politika tal-kontabilità hija applikata f'kull perijodu u minn perijodu għall-ieħor sakemm bidla fil-politika tal-kontabilità ma tissodisfax waħda mill-kriterji fil-paragrafu 14.

16

Dawn li ġejjin m'humiex bidliet fil-politika tal-kontabilità:

(a)

l-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità għat-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet oħra li huma differenti fis-sustanza minn dawk li seħħew qabel; u

(b)

l-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità għal tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet oħra li ma seħħewx qabel jew li kienu immaterjali.

17

L-applikazzjoni inizjali ta' politika biex jingħata valur mill-ġdid lill-assi b'konformità mal-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir jew l-IAS 38 Assi Intanġibbli hi bidla f'politika tal-kontabilità li trid tiġi ttrattata bħala rivalutazzjoni b'konformità mal-IAS 16 jew l-IAS 38, aktar milli skont dan l-Istandard.

18

Il-paragrafi 19–31 ma japplikawx għall-bidla f'politika tal-kontabilità deskritta fil-paragrafu 17

Applikazzjoni tal-bidliet fil-politika tal-kontabilità

19

Bla ħsara għall-paragrafu 23:

(a)

entità għandha tirrapporta bidla fil-politika tal-kontabilità li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' Standard jew Interpretazzjoni skont provvedimenti tranżizzjonali speċifiċi, jekk jeżistu, f'dik l-Istandard jew Interpretazzjoni; u

(b)

meta entità tibdel politika tal-kontabilità fuq l-applikazzjoni inizjali ta' Standard jew Interpretazzjoni li ma tinkludix provvedimenti tranżizzjonali speċifiċi applikabbli għal dik il-bidla, jew li tibdel politika tal-kontabilità b'mod volontarju, għandha tapplika l-bidla b'mod retrospettiv.

20

Għall-iskop ta' dan l-Istandard, applikazzjoni bikrija ta' Standard jew Interpretazzjoni mhix bidla volontarja fil-politika tal-kontabilità.

21

Fin-nuqqas ta' Standard jew Interpretazzjoni li speċifikament tapplika għal tranżazzjoni, avveniment jew kondizzjoni, il-maniġment jista’, b'konformità mal-paragrafu 12, japplika politika tal-kontabilità minn fost l-aktar stqarrijiet riċenti ta' organi oħra li jistipulaw l-Istandards li jużaw qafas konċettwali simili biex jiżviluppaw standards tal-kontabilità. Jekk, wara emenda ta' stqarrija bħal din, l-entità tagħżel li tibdel politika tal-kontabilità, dik il-bidla għandha tkun irrappurtata u tiġi ddikjarata bħala bidla volontarja fil-politika tal-kontabilità.

Applikazzjoni retrospettiva.

22

Bla ħsara għall-paragrafu 23, meta bidla fil-politika tal-kontabilità tkun applikata b'mod retrospettiv skont il-paragrafu 19(a) jew (b), l-entità għandha taġġusta l-bilanċ tal-ftuħ ta' kull komponent ta' ekwità affettwat għall-aktar perijodu viċin preċedenti ppreżentat u l-ammonti komparattivi l-oħra li kienu ddikjarati qabel ippreżentati daqs li kieku l-politika tal-kontabilità l-ġdida dejjem kienet ġiet applikata.

Limitazzjonijiet fuq applikazzjoni retrospettiva

23

Meta applikazzjoni retrospettiva hi meħtieġa mill-paragrafu 19(a) jew (b), bidla fil-politika tal-kontabilità għandha tkun applikata b'mod retrospettiv ħlief fil-każ li ma jkunx prattikabbli li jkunu ddeterminati jew l-effetti speċifiċi għall-perijodu jew l-effett kumulattiv ta' din il-bidla.

24

Meta mhux prattikabbli li jkunu ddeterminati l-effetti fuq perijodu speċifiku ta' bidla ta' politika fil-kontabilità dwar informazzjoni komparattiva għal perijodu wieħed jew aktar ippreżentati, l-entità għandha tapplika l-politika tal-kontabilità ġdida fuq l-ammonti rikonoxxuti tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif kienu fil-bidu tal-aktar perijodu bikri li għalih hu prattikabbli li ssir applikazzjoni retrospettiva, li jista' jkun il-perijodu kurrenti, u tagħmel l-aġġustamenti li jikkorrispondu għall-bilanċ tal-ftuħ ta' kull komponent ta' ekwità ta' dak il-perijodu li kien affettwat.

25

Meta ma jkunx prattikabbli li jkun iddeterminat l-effett kumulattiv, fil-bidu tal-perijodu preżenti, għall-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità fuq il-perijodi preċedenti kollha, l-entità għandha temenda l-informazzjoni komparattiva biex tapplika l-politika tal-kontabilità ġdida b'mod prospettiv mill-aktar data bikrija li tkun prattikabbli.

26

Meta entità tapplika politika tal-kontabilità ġdida b'mod retrospettiv, din tiġi applikata għall-informazzjoni komparattiva għall-perijodi preċedenti li jmorru lura kemm jista' jkun sakemm ikun prattikabbli. Applikazzjoni retrospettiva għall-perijodu preċedenti mhix prattikabbli sakemm ma jkunx prattikabbli li jkun iddeterminat l-effett kumulattiv fuq l-ammonti fil-karti tal-bilanċ kemm tal-ftuħ u tal-għeluq għal dak il-perijodu. L-ammont tal-aġġustament li jirriżulta relatat ma' perijodi ppreżentati qabel dawk fir-rapport finanzjarju jsir lill-bilanċ tal-ftuħ ta' kull komponent ta' ekwità affettwat tal-aktar perijodu preċedenti bikri ppreżentat. Ġeneralment, l-aġġustament jsir fuq il-qligħ imfaddal. Madankollu, l-aġġustament jista' jsir fuq komponent ieħor ta' ekwità (pereżempju, biex ikun konformi ma' Standard jew Interpretazzjoni). Kull informazzjoni oħra dwar perijodu preċedenti, bħal sommarji storiċi ta' tagħrif finanzjarju, jiġi aġġustat ukoll lura kemm jista' jkun sakemm hu prattikabbli.

27

Meta mhux prattikabbli għal entità li tapplika politika tal-kontabilità ġdida b'mod retrospettiv, minħabba li ma tistax tiddetermina l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni tal-politika għall-perijodi preċedenti kollha, l-entità, b'konformità mal-paragrafu 25, tapplika l-politika l-ġdida b'mod prospettiv mill-bidu tal-aktar perijodu bikri prattikabbli. Għalhekk hi ma tagħtix kas tal-porzjon tal-aġġustament kumulattiv lil assi, obbligazzjonijiet u ekwità li jkunu saru qabel dik id-data. Il-bdil ta' politika tal-kontabilità hu permess anki jekk ma jkunx prattikabbli li tapplika l-politika b'mod prospettiv għall-ebda perijodu preċedenti. Il-paragrafi 50–53 jipprovdu gwida dwar meta ma jkunx prattikabbli li tapplika politika tal-kontabilità ġdida fuq perijodu preċedenti wieħed jew aktar.

Żvelar

28

Meta applikazzjoni inizjali ta' Standard jew Interpretazzjoni jkollha effett fuq il-perijodu preżenti jew perijodu preċedenti, kieku jkollha effett bħal dan ħlief li ma jkunx prattikabbli biex ikun iddeterminat l-ammont tal-aġġustament, jew li jista' jkollha effett fuq perijodi futuri, entità għandha tiddikjara:

(a)

it-titlu tal-Istandard jew Interpretazzjoni;

(b)

meta jkun applikabbli, li l-bidla fil-politika tal-kontabilità saret skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tagħha;

(c)

in-natura tal-bidla fil-politika tal-kontabilità;

(d)

meta jkun applikabbli, deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji;

(e)

meta jkun applikabbli, id-dispożizzjonijiet tranżitorji li jista' jkollhom effett fuq perijodi futuri;

(f)

għall-perijodu preżenti u għal kull perijodu preċedenti ppreżentat, sakemm ikun prattikabbli, l-ammont tal-aġġustament:

(i)

għal kull entrata f'linja fir-rapport finanzjarju affettwata; u

(ii)

jekk l-IAS 33 Qligħ sehem b'sehem japplika għall-entità, għall-qligħ bażiku u dilwit għal kull sehem;

(g)

l-ammont tal-aġġustament relatat mal-perijodi qabel dawk ippreżentati, sakemm ikun prattikabbli; u

(h)

jekk l-applikazzjoni retrospettiva meħtieġa mill-paragrafu 19(a) jew (b) mhix prattikabbli għall-perijodu preċedenti partikulari, jew għall-perijodi ta' qabel dawk li fihom kienet ippreżentata, iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-eżistenza ta' dik il-kondizzjoni u deskrizzjoni ta' kif u minn meta kienet applikata l-bidla fil-politika tal-kontabilità.

Rapporti finanzjarji ta' perijodi sussegwenti m'hemmx għalfejn jirrepetu dawn id-dikjarazzjonijiet.

29

Meta bidla volontarja fil-politika tal-kontabilità jkollha effett fuq il-perijodu preżenti jew perijodu preċedenti, kieku jkollha effett bħal dan ħlief li ma jkunx prattikabbli biex ikun iddeterminat l-ammont tal-aġġustament, jew li jista' jkollha effett fuq perijodi futuri, entità għandha tiżvela:

(a)

in-natura tal-bidla fil-politika tal-kontabilità;

(b)

ir-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni tal-politika l-ġdida ta' kontabilità tipprovdi informazzjoni affidabbli u aktar rilevanti;

(c)

għall-perijodu preżenti u għal kull perijodu preċedenti ppreżentat, sakemm ikun prattikabbli, l-ammont tal-aġġustament:

(i)

għal kull entrata f'linja fir-rapport finanzjarju affettwat; u

(ii)

jekk l-IAS 33 japplika għall-entità, għall-qligħ bażiku u dilwit sehem b'sehem;

(d)

l-ammont tal-aġġustament relatat mal-perijodi qabel dawk ippreżentati, sakemm ikun prattikabbli; u

(e)

jekk l-applikazzjoni retrospettiva ma tkunx prattikabbli għal perijodu preċedenti partikulari, jew għall-perijodi ta' qabel dawk ippreżentati, iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-eżistenza ta' dik il-kondizzjoni u deskrizzjoni ta' kif u minn meta kienet applikata l-bidla fil-politika tal-kontabilità.

Rapporti finanzjarji ta' perijodi sussegwenti m'hemmx għalfejn jirrepetu dawn id-dikjarazzjonijiet.

30

Meta entità ma tkunx applikat Standard jew Interpretazzjoni ġdida li kienet inħarġet iżda għadha ma daħlitx fis-seħħ, l-entità għandha tiżvela:

(a)

dan il-fatt; u

(b)

informazzjoni magħrufa jew li tista' tkun raġonevolment stmata li hi rilevanti biex tevalwa l-impatt possibbli tal-applikazzjoni ta' Standard ġdid jew Interpretazzjoni ġdida fuq ir-rapporti finanzjarji ta' entità fil-perijodu tal-applikazzjoni inizjali.

31

B'konformità mal-paragrafu 30, entità tikkunsidra li tiddikjara:

(a)

it-titlu tal-Istandard ġdid jew Interpretazzjoni ġdida;

(b)

in-natura tal-bidla jew bidliet imminenti fil-politika tal-kontabilità;

(c)

id-data sa meta hi meħtieġa l-applikazzjoni ta' Standard jew Interpretazzjoni;

(d)

id-data meta qed tippjana li tapplika l-Istandard jew Interpretazzjoni inizjalment; u

(e)

jew:

(i)

diskussjoni tal-impatt li l-applikazzjoni inizjali ta' Standard jew Interpretazzjoni mistenni li jħalli fuq ir-rapport finanzjarju ta' entità; jew

(ii)

jekk dak l-impatt mhux magħruf jew mhux raġonevolment stmat, dikjarazzjoni li tispjega dan il-fatt.

BIDLIET FL-ISTIMI TAL-KONTABILITÀ

32

Bħala riżultat ta' inċertezzi inerenti f'attivitajiet kummerċjali, ħafna entrati elenkati fir-rapporti finanzjarji ma jistgħux jitkejlu bi preċiżjoni iżda jistgħu jiġu stmati biss. L-istima tinvolvi ġudizzji għaqlin bbażati fuq l-aktar informazzjoni riċenti u affidabbli. Pereżempju, jistgħu jkunu meħtieġa stimi ta':

(a)

djun irrekuperabbli;

(b)

inventarju li jiġi obsolet;

(c)

il-valur ġust ta' assi u obbligazzjonijiet finanzjarji;

(d)

il-ħajjiet utli ta', jew il-format mistenni fil-konsum ta' benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu f'assi li jistgħu jiddiprezzaw; u

(e)

obbligazzjonijiet ta' garanziji.

33

L-użu ta' stimi raġonevoli huwa parti essenzjali tal-preparazzjoni ta' rapporti finanzjarji u ma jnaqqasx l-affidibilità tagħhom.

34

Stima tista' tkun teħtieġ reviżjoni jekk iseħħu bidliet fiċ-ċirkustanzi li fuqhom l-istima kienet ibbażata jew bħala riżultat ta' informazzjoni ġdida jew aktar esperjenza. Min-natura tagħha, reviżjoni ta' stima ma tirrelatax ma' perijodu preċedenti u mhix korrezzjoni ta' żball.

35

Bidla fuq bażi ta' kejl hi applikata bħala bidla fil-politika tal-kontabilità, u mhix bidla fl-istima tal-kontabilità. Meta hu diffiċli biex tagħraf bidla fil-politika tal-kontabilità minn bidla fi stima tal-kontabilità, il-bidla titqies bħala bidla fl-istima tal-kontabilità.

36

L-effett tal-bidla fi stima tal-kontabilità, ħlief bidla li għaliha japplika l-paragrafu 37, għandu jkun rikonoxxut b'mod prospettiv billi jkun inkluż fil-profitt u t-telf:

(a)

fil-perijodu tal-bidla, jekk l-aġġustament jaffettwa dak il-perijodu biss; jew

(b)

fil-perijodu tal-bidla u perijodi futuri, jekk l-aġġustament jaffettwahom it-tnejn.

37

Sakemm bidla fi stima tal-kontabilità tagħti lok għal bidliet fl-assi u fl-obbligazzjonijiet, jew hi relatata ma' entrata ta' ekwità, din għandha tiġi rikonoxxuta billi jiġi aġġustat l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi, obbligazzjoni jew valur entrati relatati fil-perijodu tal-bidla.

38

Rikonoxximent prospettiv tal-effett tal-bidla fi stima tal-kontabilità tfisser li l-bidla hi applikata għat-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet oħra mid-data tal-bidla fl-istima. Bidla fl-istima tal-kontabilità tista' taffettwa biss il-profitt u t-telf tal-perijodu preżenti, jew il-profitt u telf kemm fuq il-perijodu preżenti kif ukoll fuq dawk futuri. Pereżempju, bidla fl-istima tal-ammont ta' djun irrekuperabbli taffettwa biss il-profitt u t-telf tal-perijodu preżenti u għalhekk tiġi rikonoxxuta fil-perijodu preżenti. Madankollu, bidla fiż-żmien tal-utilità ta', jew il-format mistenni tal-konsum ta' benefiċċji ekonomiċi futuri li jinsabu f'assi deprezzabbli taffettwa l-ispiża ta' deprezzament għal perijodu kurrenti u kull perijodu futur matul iż-żmien tal-utilità tal-assi. Fiż-żewġ każijiet, l-effett tal-bidla relatat mal-perijodu preżenti hu rikonoxut bħala introjtu jew spiża fil-perijodu preżenti. L-effett, jekk hemm, fuq perijodi futuri hu rikonoxxut bħala introjtu jew spejjeż f'dawk il-perijodi futuri.

Żvelar

39

Entità għandha tiżvela n-natura u l-ammont ta' bidla fi stima tal-kontabilità li għandha effett fuq il-perijodu preżenti jew li mistennija tħalli effett fuq perijodi futuri, ħlief għal żvelar tal-effett fuq perijodi futuri meta ma jkunx prattikabbli li jkun stmat dak l-effett.

40

Jekk l-ammont tal-effett f'perijodi futuri ma jkunx żvelat minħabba li ma jkunx prattikabbli li ssir stima, l-entità għandha tiżvela dan.

ŻBALJI

41

Jistgħu jseħħu żbalji dwar ir-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni jew żvelar ta' elementi ta' rapporti finanzjarji. Ir-rapporti finanzjarji mhumiex konformi mal-IFRSs jekk fihom żbalji materjali jew żbalji immaterjali magħmula intenzjonalment biex tinkiseb preżentazzjoni partikulari tal-pożizzjoni finanzjarja, riżultati finanzjarji jew fluss tal-flus ta' entità. Żbalji potenzjali fil-perijodu preżenti li jinkixfu f'dak il-perijodu jiġu kkoreġguti qabel ir-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ. Madankollu, xi kultant żbalji materjali ma jinkixfux qabel ma jasal perijodu sussegwenti, u dawn l-iżbalji minn perijodu ta' qabel jiġu kkoreġuti fl-informazzjoni komparattiva ppreżentata fir-rapporti finanzjarji għal dak il-perijodu sussegwenti (ara l-paragrafi 42–47).

42

Skont il-paragrafu 43, entità għandha tikkoreġi żbalji materjali ta' perijodu ta' qabel b'mod retrospettiv fl-ewwel sett ta' rapporti finanzjarji awtorizzati għall-ħruġ wara li jkunu nkixfu billi:

(a)

terġa' tiddikjara l-ammonti komparattivi għall-perijodu/i preċedenti ppreżentat li fih/om seħħ l-iżball; jew

(b)

jekk l-iżball seħħ qabel l-aktar perijodu bikri preċedenti ppreżentat, billi tiddikjara mill-ġdid il-bilanċ tal-ftuħ tal-assi, obbligazzjonijiet u ekwità għall-aktar perijodu bikri preċedenti ppreżentat.

Limitazzjonijiet fuq dikjarazzjonijiet mill-ġdid retrospettivi

43

Żball f'perijodu ta' qabel għandu jkun ikkoreġut b'dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva ħlief meta ma jkunx prattikabbli li jkunu ddeterminati jew l-effetti fuq perijodu speċifiku jew l-effett kumulattiv tal-iżball.

44

Meta ma jkunx prattikkabli li jkunu ddeterminati l-effetti fuq perijodu speċifiku ta' żball fuq l-informazzjoni komparattiva għal perijodu preċedenti wieħed ippreżentat jew aktar, l-entità għandha terġa' tiddikjara l-bilanċ tal-ftuħ tal-assi, obbligazzjonijiet u ekwità għall-aktar perijodu bikri li għalih hu prattikabbli li ssir dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva (li jista' jkun il-perijodu preżenti).

45

Meta ma jkunx prattikabbli li jkun iddeterminat l-effett kumulattiv, fil-bidu tal-perijodu preżenti, ta' żball fuq il-perijodi preċedenti kollha, l-entità għandha tiddikjara mill-ġdid l-informazzjoni komparattiva biex tikkoreġi l-iżball b'mod prospettiv mill-aktar data bikrija li hi prattikabbli.

46

Il-korrezzjoni ta' żball ta' perijodu ta' qabel hi eskluża mill-profitt jew telf għall-perijodu li fih instab l-iżball. Kull informazzjoni ppreżentata dwar perijodu preċedenti, inklużi sommarji storiċi ta' tagħrif finanzjarju, għandha tkun iddikjarata mill-ġdid lura fiż-żmien kemm jista' jkun sakemm hu prattikabbli.

47

Meta mhux prattikabbli li jkun iddeterminat l-ammont ta' żball (eż. żball fl-applikazzjoni ta' politika tal-kontabilità) għall-perijodi preċedenti kollha, l-entità, b'konformità mal-paragrafu 45, tiddikjara mill-ġdid l-informazzjoni komparattiva b'mod prospettiv mill-aktar data bikrija prattikabbli. Għalhekk hi ma tagħtix kas tal-porzjon tad-dikjarazzjoni b'mod ġdid kumulattiva ta' assi, obbligazzjonijiet u ekwità li jkunu saru qabel dik id-data. Il-paragrafi 50–53 jipprovdu gwida dwar meta ma jkunx prattikabli li jkun ikkoreġut żball għall-perijodu preċedenti wieħed jew aktar.

48

Korrezzjonijiet ta' żbalji huma distinti minn bidliet fl-istimi tal-kontabilità. Stimi tal-kontabilità min-natura tagħhom stess huma approssimazzjonijiet u jistgħu jkunu jeħtieġu reviżjoni kif issir magħrufa informazzjoni addizzjonali. Pereżempju, il-qligħ u t-telf rikonoxxut mir-riżultat ta' kontinġenza mhuwiex korrezzjoni ta' żball.

Żvelar ta' żbalji f'perijodi ta' qabel

49

Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 42, entità għandha tiżvela:

(a)

in-natura tal-iżball fil-perijodu ta' qabel;

(b)

għal kull perijodu preċedenti ppreżentat, sakemm dan ikun prattikabbli, l-ammont tal-korrezzjoni:

(i)

għal kull entrata f'linja fir-rapport finanzjarju affettwata; u

(ii)

jekk l-IAS 33 japplika għall-entità, għall-profitt bażiku u dilwit sehem b'sehem;

(c)

l-ammont tal-korrezzjoni fil-bidu tal-aktar perijodu preċedenti bikri ppreżentat; u

(d)

jekk mhux prattikabbli li ssir dikjarazzjoni b'mod ġdid b'mod retrospettiv għall-perijodu partikulari preċedenti, iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-eżistenza ta' dik il-kondizzjoni u deskrizzjoni ta' kif u meta l-iżball kien korrett.

Rapporti finanzjarji ta' perijodi sussegwenti m'hemmx għalfejn jirrepetu dawn id-dikjarazzjonijiet.

IMPRATTIKABILITÀ RELATATA MA' APPLIKAZZJONI RETROSPETTIVA U DIKJARAZZONI MILL-ĠDID RETROSPETTIVA

50

F'xi ċirkustanzi, ma jkunx prattikabbli li tkun emendata informazzjoni komparattiva għal perijodu preċedenti wieħed jew aktar biex tinkiseb komparabilità mal-perijodu preżenti. Pereżempju, jista' jkun li t-tagħrif ma jkunx inġabar fil-perijodu/i preċedenti, b'mod li jippermetti jew applikazzjoni retrospettiva ta' politika tal-kontabilità ġdida (inkluża, għall-fini tal-paragrafi 51-53, l-applikazzjoni prospettiva tagħha għal perijodi preċedenti) jew dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva biex tikkoreġi żball f'perijodu ta' qabel, u jista' ma jkunx prattikabbli li terġa' tinħoloq l-informazzjoni.

51

Ta’ spiss ikun hemm bżonn li jsiru stimi fl-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità ta' elementi ta' rapporti finanzjarji magħrufa jew żvelati b'relazzjoni ma' tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet oħra. L-istima hi minnha nnifsha suġġettiva, u l-istimi jistgħu jkunu żviluppati wara d-data tal-karta tal-bilanċ. L-iżvilupp ta' stimi hu potenzjalment aktar diffiċli meta tiġi applikata politika tal-kontabilità b'mod retrospettiv jew meta ssir dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva biex tikkoreġi żball li sar f'perijodu ta' qabel, minħabba l-perijodu itwal ta' żmien li jista' jkun għadda minn meta għaddiet it-tranżazzjoni, avveniment ieħor jew kondizzjoni affettwata. Madankollu, l-objettiv ta' stimi relatati ma' perijodu preċedenti jibqa' l-istess bħal stimi magħmula għall-perijodu preċedenti, partikularment, għall-istima biex tirrifletti ċ-ċirkustanzi li eżistew meta seħħet it-tranżazzjoni, avveniment ieħor jew kondizzjoni oħra.

52

Għalhekk, li tapplika b'mod retrospettiv politika tal-kontabilità ġdida jew li tikkoreġi żball li sar f'perijodu ta' qabel jeħtieġ informazzjoni li tiddistingwi li:

(a)

tipprovdi evidenza taċ-ċirkustanzi li eżistew f'dik id-data(i) li fiha seħħet it-tranżazzjoni, avveniment jew kondizzjoni oħra, u

(b)

kienet tkun disponibbli meta r-rapporti finanzjarji għal dak il-perijodu preċedenti kienu awtorizzati għall-ħruġ

minn informazzjoni oħra. Għal xi tipi ta' stimi (eż. stima ta' valur ġust mhux ibbażata fuq prezz osservabbli jew inputs osservabbli), ma jkunx prattikabbli li jkun hemm distinzjoni bejn dawn it-tipi ta' informazzjoni. Meta applikazzjoni retrospettiva jew dikjarazzjoni b'mod ġdid retrospettiva tkun teħtieġ li ssir stima sinifikanti li għaliha hu impossibbli li tiddistingwi bejn iż-żewġ tipi ta' informazzjoni, ikun imprattikabbli li tigi applikata l-politika tal-kontabilità ġdida jew li jkun ikkoreġut żball f'perijodu ta' qabel b'mod retrospettiv.

53

M'għandux jintuża għaqal b'lura fl-applikazzjoni ta' politika ġdida tal-kontabilità, jew korrezzjoni ta' ammonti għall-perijodu preċedenti, kemm meta jsiru suppożizzjonijiet dwar x'kienu se jkunu l-intenzjonijiet tal-maniġment f'perijodu preċedenti u kemm fl-istima tal-ammonti rikonoxxuti, imkejla jew żvelati f'perijodu preċedenti. Pereżempju, meta entità tikkoreġi żball ta' perijodu ta' qabel fil-kejl ta' assi finanzjarji li kienu preċedentement ikklassifikati bħala investimenti miżmula sal-maturità b'konformità mal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, dan ma jbiddilx il-bażi tal-kejl tagħhom għal dak il-perijodu jekk il-maniġment ikun iddeċieda wara li ma jżommhomx sal-maturità. Ma' dan, meta entità tikkoreġi żball f'perijodu ta' qabel fil-kalkolazzjoni tal-obbligazzjonijiet tagħha għal- leave tal-mard akkumulat mill-impjegati tagħha b'konformità mal-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati, din ma tagħtix kas tal-informazzjoni dwar staġun ta' influwenza serju b'mod mhux tas-soltu matul il-perijodu li jmiss li sar disponibbli wara li r-rapporti finanzjarji għall-perijodu preċedenti kienu awtorizzati għall-ħruġ. Il-fatt li stimi sinifikattivi huma ta' spiss meħtieġa meta ssir emenda ta' informazzjoni komparattiva ppreżentata għall-perijodi preċedenti ma timpedixxix l-aġġustament jew il-korrezzjoni affidabbli tal-informazzjoni komparattiva.

DATA EFFETTIVA

54

Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew f l-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, hija għandha tiżvela dan il-fatt.

IRTIRAR TA' STQARRIJIET OĦRAJN

55

Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 8 Profitt jew telf Nett għall-Perijodu, Żbalji Fundamentali u Bidliet fit-Tipi ta' Politika tal-Kontabilità, rivedut fl-1993.

56

Dan l-Istandard jieħu post dawn l-interpretazzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-SIC2 Konsistenza — Kapitalizzazzjoni ta' Kosti tas-Self; u

(b)

is-SIC18 Konsistenza — Metodi Alternattivi.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 10

Avvenimenti wara d-Data tal-Karta tal-Bilanċ

GĦAN

1

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jiġi stabbilit:

(a)

meta entità għandha taġġusta r-rapporti finanzjarji tagħha għal avvenimenti wara d-data tal-karta tal-bilanċ; u

(b)

l-iżvelar li entità għandha tagħti dwar id-data meta r-rapporti finanzjarji jkunu ġew awtorizzati għal ħruġ u dwar avvenimenti wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

L-Istandard jeħtieġ ukoll li entità m'għandhiex tipprepara r-rapporti finanzjarji tagħha fuq bażi ta' negozju avvjat jekk l-avvenimenti wara d-data tal-karta tal-bilanċ jindikaw li l-preżunzjoni tan-negozju avvjat mhix xierqa.

AMBITU

2

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabilità għal avvenimenti wara d-data tal-karta tal-bilanċ u l-iżvelar tagħhom.

DEFINIZZJONIJIET

3

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Avvenimenti wara d-data tal-karta tal-bilanċ huma dawk l-avvenimenti, favorevoli jew mhux favorevoli, li jseħħu bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data ta' meta r-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għal ħruġ. Żewġ tipi ta' avvenimenti jistgħu jiġu identifikati:

(a)

dawk li jipprovdu evidenza tal-kondizzjonijiet li eżistew fid-data tal-karta tal-bilanċ (avvenimenti ta' aġġustament wara d-data tal-karta tal-bilanċ); u

(b)

dawk li huma indikattivi tal-kondizzjonijiet li seħħew wara d-data tal-karta tal-bilanċ (avvenimenti li ma jaġġustawx wara d-data tal-karta tal-bilanċ).

4

Il-proċess involut fl-awtorizzazzjoni tar-rapporti finanzjarji għal ħruġ ser ivarjaw skont l-istruttura maniġerjali, rekwiżiti statutorji u proċeduri segwiti fil-preparazzjoni u t-tlestija tar-rapporti finanzjarji.

5

F'xi każijiet, entità hija meħtieġa li tissottometti r-rapporti finanzjarji lill-azzjonisti tagħha għall-approvazzjoni wara li r-rapporti finanzjarji jkunu nħarġu. F'dawn il-każijiet, ir-rapporti finanzjarji huma awtorizzati biex joħorġu fid-data tal-ħruġ, mhux fid-data meta l-azzjonisti japprovaw ir-rapporti finanzjarji.

Eżempju

Il-maniġment ta' entità jlesti l-abbozz tar-rapporti finanzjarji għas-sena sal-31 ta' Diċembru 20X1 fit-28 ta' Frar 20X2. Fit-18 ta' Marzu 20X2, il-bord tad-diretturi jirrevedi r-rapporti finanzjarji u jawtorizzahom għal ħruġ. L-entità tiddikjara l-profitt tagħha u informazzjoni finanzjarja oħra magħżula fid-19 ta' Marzu 20X2. Ir-rapporti finanzjarji jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-azzjonisti u oħrajn fl-1 ta' April 20X2. L-azzjonisti japprovaw ir-rapporti finanzjarji fil-laqgħa annwali tagħhom fil-15 ta' Mejju 20X2 u r-rapporti finanzjarji approvati mbagħad jiġu ppreżentati lill-awtorità regolatorja fis-17 ta' Mejju 20X2.

Ir-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għal ħruġ fit-18 ta' Marzu 20X2 (data tal-awtorizzazzjoni mill-bord għal ħruġ).

6

F'ċertu każijiet, il-maniġment tal-entità jkun meħtieġ li jibgħat ir-rapporti finanzjarji tagħha lil bord ta' sorveljanza (magħmul biss minn persuni li mhumiex eżekuttivi) għall-approvazzjoni. F'dawn il-każijiet, ir-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għal ħruġ meta l-maniġment jawtorizzahom għal ħruġ lill-bord ta' sorveljanza.

Eżempju

Fit-18 ta' Marzu 20X2, il-maniġment ta' entità jawtorizza rapporti finanzjarji għal ħruġ lil bord ta' sorveljanza tagħha. Il-bord ta' sorveljanza huwa magħmul biss minn persuni li m'humiex eżekuttivi u jistgħu jinkludu rappreżentanti ta' impjegati u interessi barranin oħrajn. Il-bord ta' sorveljanza japprova r-rapporti finanzjarji fis-26 ta' Marzu 20X2. Ir-rapporti finanzjarji jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-azzjonisti u oħrajn fl-1 ta' April 20X2. L-azzjonisti japprovaw ir-rapporti finanzjarji fil-laqgħa annwali tagħhom fil-15 ta' Mejju 20X2 u r-rapporti finanzjarji approvati mbagħad jiġu ppreżentati lill-awtorità regolatorja fis-17 ta' Mejju 20X2.

Ir-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għal ħruġ fit-18 ta' Marzu 20X2 (data tal-awtorizzazzjoni mill-maniġment għal ħruġ lill-bord tas-sorveljanza).

7

Avvenimenti wara d-data tal-karta tal-bilanċ jinkludu dawk l-avvenimenti kollha sad-data meta r-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għall-ħruġ, anke jekk dawk l-avvenimenti jseħħu wara t-tħabbira pubblika tal-profitti jew ta' tagħrif finanzjarju magħżul ieħor.

RIKONOXXIMENT U KEJL

Avvenimenti ta' aġġustament wara d-data tal-karta tal-bilanċ

8

Entità għandha taġġusta l-ammonti rikkonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex jirriflettu l-avvenimenti ta' aġġustament wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

9

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' avvenimenti li jirrikjedu aġġustament wara d-data tal-karta tal-bilanċ li jeħtieġu entità biex taġġusta l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha, jew sabiex tirrikonoxxi entrati li qabel ma kinux rikonoxxuti:

(a)

is-sald wara d-data tal-karta tal-bilanċ ta' kawża fil-qorti li jikkonferma li l-entità kellha obbligazzjoni preżenti fid-data tal-karta tal-bilanċ. L-entità taġġusta kull provvediment rikonoxxut minn qabel relatata ma' din il-kawża fil-qorti b'mod konformi mal-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti jew tirrikonoxxi provvediment ġdid. L-entità ma tiżvelax biss obbligazzjoni kontinġenti minħabba li s-sald jipprovdi xhieda addizzjonali li tkun trid tiġi kkunsidrata b'mod konformi mal-paragrafu 16 tal-IAS 37.

(b)

ir-riċeviment ta' tagħrif wara d-data tal-karta tal-bilanċ li jindika li assi kien indebolit fid-data tal-karta tal-bilanċ, jew li l-ammont ta' telf minħabba l-indeboliment rikonoxxut qabel għal dak l-assi jeħtieġ li jiġi aġġustat. Pereżempju:

(i)

il-falliment ta' klijent li jseħħ wara d-data tal-karta tal-bilanċ ġeneralment jikkonferma li telf kien jeżisti fid-data tal-karta tal-bilanċ ma' debitur tan-negozju u li l-entità teħtieġ li taġġusta l-ammont tal-ammont miżmum fil-kotba ma' debituri tan-negozju; u

(ii)

il-bejgħ ta' inventarji wara d-data tal-karta tal-bilanċ jista' jagħti evidenza dwar il-valur li jinġieb nett tagħhom fid-data tal-karta tal-bilanċ.

(c)

id-determinazzjoni wara d-data tal-karta tal-bilanċ tal-kost tal-assi mixtrija, jew ir-rikavat tal-assi mibjugħa, qabel id-data tal-karta tal-bilanċ.

(d)

id-determinazzjoni wara d-data tal-karta tal-bilanċ tal-ammont ta' qsim fil-profitti jew pagamenti bonus, jekk l-entità għandha obbligazzjoni legali attwali jew kostruttiva fid-data tal-karta tal-bilanċ sabiex tagħmel dawn il-pagamenti bħala riżultat tal-avvenimenti qabel dik id-data (ara l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati).

(e)

l-iskoperta ta' frodi jew żbalji li juru li r-rapporti finanzjarji mhumiex korretti.

Avvenimenti li ma jaġġustawx wara d-data tal-karta tal-bilanċ

10

Entità m'għandhiex taġġusta l-ammonti rikkonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex jirriflettu l-avvenimenti li ma jaġġustawx wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

11

Eżempju ta' avveniment li ma jaġġustax wara d-data tal-karta tal-bilanċ hu tnaqqis fil-valur tas-suq ta' investimenti bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data meta r-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għal ħruġ. It-tnaqqis fil-valur tas-suq ġeneralment ma jirrelatax mal-kondizzjoni ta' investimenti fid-data tal-karta tal-bilanċ, iżda jirrifletti ċirkustanzi li jkunu seħħew sussegwentement. Għalhekk, entità ma taġġustax l-ammonti rikkonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tagħha għall-investimenti. Hekk ukoll, l-entità ma taġġornax l-ammonti żvelati għall-investimenti kif inhuma fid-data tal-karta tal-bilanċ, għalkemm tista' tkun meħtieġa li tagħmel aktar żvelar taħt il-paragrafu 21.

Dividendi

12

Jekk entità tiddikjara dividendi għal detenturi ta' strumenti azzjonarji (kif definiti f'IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni) wara d-data tal-karta tal-bilanċ, l-entità m'għandhiex tirrikonoxxi dawk id-dividendi bħala obbligazzjoni fid-data tal-karta tal-bilanċ.

13

Jekk dividendi jiġu ddikjarati (i.e. id-dividendi huma awtorizzati b'mod xieraq u m'għadhomx aktar fid-diskrezzjoni tal-entità) wara d-data tal-karta tal-bilanċ iżda qabel ma' r-rapporti finanzjarji huma awtorizzati għal ħruġ, id-dividendi mhumiex rikonoxxuti bħala obbligazzjoni fid-data tal-karta tal-bilanċ minħabba li ma jissodisfawx il-kriterji ta' obbligazzjoni preżenti f'IAS 37. Dividendi bħal dawn huma żvelati fin-noti għar-rapporti finanzjarji b'mod konformi mal-IAS 1. Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji.

NEGOZJU AVVJAT

14

Entità m'għandhiex tipprepara r-rapporti finanzjarji tagħha fuq bażi ta' negozju avvjat jekk il-maniġment jiiddetermina wara d-data tal-karta tal-bilanċ jew li għandu ħsieb jillikwida l-entità jew li jieqaf jinnegozja, jew li m'għandux alternattiva realistika ħlief li jagħmel hekk.

15

Id-deterjorament fir-riżultati ta' ħidma u fil-pożizzjoni finanzjarja wara d-data tal-karta tal-bilanċ jista' jindika l-bżonn biex jiġi kkunsidrat jekk is-suppożizzjoni tan-negozju avvjat għadhiex adatta. Jekk is-suppożizzjoni tan-negozju avvjat m'għadhiex aktar adatta, l-effett tant jinxtered li dan l-Istandard ikun jeħtieġ bidla fundamentali abbażi tal-kontabilità, aktar milli aġġustament fuq l-ammonti rikonoxxuti fil-bażi oriġinali tal-kontabilità.

16

L-IAS 1 jispeċifika l-iżvelar meħtieġ jekk:

(a)

ir-rapporti finanzjarji mhumiex ippreparati fuq bażi ta' negozju avvjat; jew

(b)

il-maniġment huwa konxju ta' inċertezzi materjali relatati ma' każijiet jew kondizzjonijiet li jistgħu jitfgħu dubju sinifikanti fuq il-kapaċità tal-entità bħala negozju avvjat. L-avvenimenti jew kondizzjonijiet li jeħtieġu żvelar jistgħu jseħħu wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

ŻVELAR

Data tal-awtorizzazzjoni għal ħruġ

17

Entità għandha tiżvela d-data ta' meta r-rapporti finanzjarji ġew awtorizzati għal ħruġ u min ta dik l-awtorizzazzjoni. Jekk is-sidien tal-entità jew oħrajn għandhom is-setgħa li jemendaw ir-rapporti finanzjarji wara l-ħruġ, l-entità għandha tiżvela dak il-fatt.

18

Huwa importanti għal dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji li jkunu jafu meta r-rapporti finanzjarji ġew awtorizzati għall-ħruġ, minħabba li r-rapporti finanzjarji ma jirriflettux avvenimenti wara dik id-data.

Aġġornament ta' żvelar dwar kondizzjonijiet fid-data tal-karta tal-bilanċ

19

Jekk entità tirċievi tagħrif dwar id-data tal-karta tal-bilanċ dwar kondizzjonijiet li eżistew fid-data tal-karta tal-bilanċ, din għandha taġġorna l-iżvelar li jirrelata ma' dawk il-kondizzjonijiet, fid-dawl tat-tagħrif il-ġdid.

20

F'xi każijiet, entità jkollha bżonn taġġorna l-iżvelar dwar ir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex tirrifletti l-informazzjoni li tkun waslet wara d-data tal-karta tal-bilanċ, anke meta l-informazzjoni ma taffettwax l-ammonti li hi tirrikonoxxi fir-rapporti finanzjarji tagħha. Eżempju wieħed tal-ħtieġa fl-aġġornament tal-iżvelar hu meta evidenza ssir disponibbli wara d-data tal-karta tal-bilanċ dwar obbligazzjoni kontinġenti li kien jeżisti fid-data tal-karta tal-bilanċ. Barra milli għandha tikkonsidra jekk għandhiex tirrikonoxxi jew tibdel dispożizzjoni taħt l-IAS 37, kull entità għandha taġġorna l-iżvelar dwar l-obbligazzjoni kontinġenti tagħha fid-dawl ta' dik l-evidenza

Avvenimenti li ma jaġġustawx wara d-data tal-karta tal-bilanċ

21

Jekk avvenimenti li ma jaġġustawx wara d-data tal-karta tal-bilanċ ikunu materjali, in-nuqqas ta' żvelar jista' jinfluwenza d-deċiżjonijiet ekonomiċi ta' utenti meħuda fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji. Għalhekk, entità għandha tiżvela dan li gej għal kull kategorija materjali ta' kull avveniment li ma jaġġustax wara d-data tal-karta tal-bilanċ:

(a)

in-natura tal-avveniment; u

(b)

stima tal-effett finanzjarju fuqha, jew dikjarazzjoni li stima bħal din ma tistax issir.

22

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' avvenimenti li ma jaġġustawx wara d-data tal-karta tal-bilanċ li ġeneralment kienu jirriżultaw fi żvelar:

(a)

kombinament ta' negozju maġġur wara d-data tal-karta tal-bilanċ (l-IAS 3 Kombinamenti ta' Negozji jkunu jeħtieġu żvelar speċifiku f'dawn il-każijiet) jew id-disponiment ta' sussidjarju maġġur;

(b)

tħabbir ta' pjan biex ma titkompliex operazzjoni;

(c)

xirjiet maġġuri ta' assi, klassifikazzjoni ta' assi bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx, disponimenti oħrajn ta' assi, jew esproprjazzjoni ta' assi maġġuri mill-gvern;

(d)

il-qerda ta' impjant tal-produzzjoni magguri b'nirien wara d-data tal-karta tal-bilanċ;

(e)

it-tħabbir, jew il-bidu tal-implimentazzjoni ta', ristrutturar maġġuri (ara l-IAS 37);

(f)

tranżazzjonijiet ta' ishma ordinarji maġġuri u tranżazzjonijiet ta' ishma ordinarji potenzjali wara d-data tal-karta tal-bilanċ (l-IAS 33 Qligħ Sehem b'Sehem ikun jeħtieġ li entità tiżvela deskrizzjoni ta' tranżazzjonijiet bħal dawn, barra meta dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu ħruġ kapitali jew bonus, qsim ta' ishma jew qsim ta' ishma mreġġa' lura li lkoll huma meħtieġa li jiġu aġġustati taħt l-IAS 33);

(g)

bidliet kbar anormali wara d-data tal-karta tal-bilanċ fil-prezzijiet tal-assi u fir-rati tal-kambju barranin;

(h)

bidliet fir-rati tat-taxxa jew fil-liġijiet tat-taxxa ddekretati jew imħabbra wara d-data tal-karta tal-bilanċ li għandhom effett sinifikanti fuq assi tat-taxxa attwali u differiti u obbligazzjonijiet (ara l-IAS 12 Taxxi tad-Dħul);

(i)

li tidħol għal impenji sinifikanti jew obbligazzjonijiet kontinġenti, pereżempju, li toħroġ garanziji sinifikanti; u

(j)

il-bidu ta' litigazzjoni maġġuri li sseħħ biss minħabba avvenimenti li ġraw wara l-għeluq tas-sena finanzjarja.

DATA EFFETTIVA

23

Entità għandha tapplika dan l-Istandard għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija mħeġġa. Jekk entità tapplika dan l-Istandard għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar 2005, għandha tiżvela dan il-fatt.

IRTIRAR TAL-IAS 10 (RIVEDUT FL-1999)

24

Dan l-Istandard jissostitwixxi l-IAS Avvenimenti Wara d-Data tal-Karta tal-Bilanċ (rivedut fl-1999).

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 11

Kuntratti ta' Kostruzzjoni

GĦAN

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jippreskrivi t-trattament fil-kontabilità ta' dħul u spejjeż assoċjati ma' kuntratti tal-kostruzzjoni. Minħabba n-natura tal-attività mwettqa f’kuntratti tal-kostruzzjoni, id-data meta wieħed jidħol għall-attività tal-kuntratt u d-data meta titlesta l-attività normalment jaqgħu f’perijodi differenti ta' kontabilità. Għaldaqstant, il-kwistjoni ewlenija fil-kontabilità għal kuntratti tal-kostruzzjoni hija l-allokazzjoni tad-dħul mill-kuntratt u l-kosti tal-kuntratt għall-perijodi tal-kontabilità meta jitwettaq ix-xogħol tal-kostruzzjoni. Dan l-Istandard juża l-kriterji ta' rikonoxximent stabbiliti fil-Qafas għall-Preparazzjoni u l-Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji sabiex jiġi ddeterminat meta d-dħul mill-kuntratt u l-kosti tal-kuntratt għandhom jiġu rikonoxxuti bħala dħul u spejjeż fir-rapport tal-introjtu. Dan jipprovdi wkoll gwida prattika dwar l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji.

AMBITU

1

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat għall-kontabilità ta' kuntratti tal-kostruzzjoni fir-rapporti finanzjarji tal-kuntratturi.

2

Dan l-Istandard jieħu post l-IAS 11 Kontabilità għal Kuntratti ta' Kostruzzjoni approvat fl-1978.

DEFINIZZJONIJIET

3

It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Kuntratt ta' kostruzzjoni huwa kuntratt innegozjat speċifikament għall-kostruzzjoni ta' assi jew taħlita ta' assi li huma relatati mill-qrib bejniethom jew interdipendenti għal dak li jirrigwarda d-disinn, it-teknoloġija u l-funzjoni tagħhom jew l-iskop jew użu aħħari tagħhom.

Kuntratt bi prezz fiss huwa kuntratt tal-kostruzzjoni fejn il-kuntrattur jaċċetta prezz fiss ta' kuntratt, jew rata fissa għal kull unità ta' produzzjoni, li f’xi każijiet huwa soġġett għal klawsoli ta' eskalazzjoni tal-kosti.

Kuntratt ta' kost b'żjieda huwa kuntratt ta' kostruzzjoni fejn il-kuntrattur jingħata rimbors għal kosti permissibbli jew definiti b'xi mod ieħor, b'żjieda ta' perċentwal fuq dawk il-kosti jew ta' ħlas fiss.

4

Kuntratt ta' kostruzzjoni jista' jiġi innegozjat għall-kostruzzjoni ta' assi wieħed bħal pont, bini, diega, pipeline, triq, bastiment jew mina. Kuntratt ta' kostruzzjoni jista' jittratta wkoll dwar il-kostruzzjoni ta' numru ta' assi li huma relatati mill-qrib jew interdipendenti f’dak li jirrigwarda d-disinn, it-teknoloġija u l-funzjoni tagħhom jew l-iskop jew użu aħħari tagħhom; eżempji ta' dawn it-tipi ta' kuntratti jinkludu dawk għall-kostruzzjoni ta' raffineriji u impjanti jew tagħmir kumpless ieħor.

5

Għall-finijiet ta' dan l-Istandard, kuntratti ta' kostruzzjoni jinkludu:

(a)

kuntratti għall-forniment ta' servizzi li huma relatati direttament mal-kostruzzjoni tal-assi, bħal pereżempju, dawk għas-servizzi ta' managers tal-proġetti u periti; u

(b)

kuntratti għall-qerda jew ir-restawr ta' assi, u r-restawr tal-ambjent wara l-qerda tal-assi.

6

Il-kuntratti ta' kostruzzjoni huma fformulati b'diversi modi li, għall-finijiet ta' dan l-Istandard, huma kklassifikati bħala kuntratti bi prezz fiss u kuntratti ta' kost b'żjieda. Xi kuntratti ta' kostruzzjoni jistgħu jinkludu karatteristiċi kemm ta' kuntratt bi prezz fiss kemm ta' kuntratt ta' kost b'żjieda, pereżempju fil-każ ta' kuntratt ta' kost b'żjieda bi prezz massimu miftiehem. F’dawk iċ-ċirkustanzi, jeħtieġ li kuntrattur jikkunsidra l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafi 23 u 24 sabiex jiddetermina meta għandu jirrikonoxxi dħul u spejjeż ta' kuntratt.

IKKUMBINAR U SEGMENTAR TA' KUNTRATTI TA' KOSTRUZZJONI

7

Ir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard huma normalment applikati separatament għal kull kuntratt tal-kostruzzjoni. Madankollu, f’ċerti ċirkustanzi, huwa neċessarju li l-Istandard jiġi applikat separatament għal komponenti identifikabbli ta' kuntratt wieħed jew għal grupp ta' kuntratti flimkien sabiex tiġi riflessa s-sustanza ta' kuntratt jew ta' grupp ta' kuntratti.

8

Meta kuntratt ikopri numru ta' assi, il-kostruzzjoni ta' kull assi għandha tiġi ttrattata bħala kuntratt separat ta' kostruzzjoni meta:

(a)

proposti separati jkunu ġew sottomessi għal kull assi;

(b)

kull assi kien soġġett għal negozjar separat u l-kuntrattur u l-klijent kienu f’pożizzjoni fejn setgħu jaċċettaw jew jirrifjutaw dik il-parti tal-kuntratt relatata ma' kull assi; u

(c)

il-kosti u d-dħul ta' kull assi jistgħu jiġu identifikati.

9

Grupp ta' kuntratti, kemm jekk ma' klijent wieħed jew ma' bosta klijenti, għandu jiġi ttrattat bħala kuntratt ta' kostruzzjoni wieħed meta:

(a)

il-grupp ta' kuntratti jkun innegozjat bħala pakkett wieħed;

(b)

il-kuntratti jkunu tant interkonnessi mill-qrib li jkunu, effettivament, parti minn proġett wieħed b'marġni ta' profitt totali; u

(c)

il-kuntratti jiġu mwettqa simultanjament jew f’sekwenza kontinwa.

10

Kuntratt jista' jipprovdi għall-kostruzzjoni ta' assi addizzjonali fuq l-għażla tal-klijent jew jista' jiġi emendat biex jinkludi l-kostruzzjoni ta' assi addizzjonali. Il-kostruzzjoni tal-assi addizzjonali għandha tiġi ttrattata bħala kuntratt separat ta' kostruzzjoni meta:

(a)

l-assi jkun ivarja b'mod sinifikanti fid-disinn, it-teknoloġija jew il-funzjoni minn dak jew dawk koperti mill-kuntratt oriġinali; jew

(b)

il-prezz tal-assi jkun innegozjat mingħajr ma jitqies il-prezz tal-kuntratt oriġinali.

DĦUL MILL-KUNTRATT

11

Id-dħul mill-kuntratt għandu jinkludi:

(a)

l-ammont inizjali ta' dħul miftiehem fil-kuntratt; u

(b)

varjazzjonijiet fix-xogħol taħt il-kuntratt, klejms u ħlasijiet ta' inċentiv:

(i)

safejn ikun probabbli li dawn ser jirriżultaw fi dħul; u

(ii)

ikunu jistgħu jiġu mkejla b'mod affidabbli.

12

Id-dħul mill-kuntratt jiġi mkejjel skont il-valur ġust tal-korrispettiv riċevut jew riċevibbli. Il-kejl tad-dħul mill-kuntratt huwa affettwat minn varjetà ta' inċertezzi li jiddependu mill-eżitu ta' avvenimenti futuri. L-istimi spiss ikunu jeħtieġu li jiġu rriveduti hekk kif iseħħu l-avvenimenti u jiġu riżolti l-inċertezzi. Għalhekk, l-ammont tad-dħul mill-kuntratt jista' jiżdied jew jonqos bejn perijodu u ieħor. Pereżempju:

(a)

kuntrattur u klijent jistgħu jaqblu dwar varjazzjonijiet jew klejms li jżidu jew inaqqsu d-dħul mill-kuntratt f’perijodu li jiġi wara dak li fih ikun ġie miftiehem inizjalment il-kuntratt;

(b)

l-ammont tad-dħul miftiehem f’kuntratt bi prezz fiss jista' jiżdied b'riżultat ta' klawsoli ta' eskalazzjoni tal-kost;

(c)

l-ammont ta' dħul mill-kuntratt jista' jonqos b'riżultat ta' penali li jiskattaw minħabba dewmien ikkawżat mill-kuntrattur fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt; jew

(d)

meta kuntratt bi prezz fiss jinvolvi prezz fiss għal kull unità ta' produzzjoni, id-dħul mill-kuntratt jiżdied hekk kif in-numru ta' unitajiet jiżdied.

13

Varjazzjoni hija struzzjoni mill-klijent għal bidla fil-firxa tax-xogħol li għandu jitwettaq skont il-kuntratt. Varjazzjoni tista' twassal għal żieda jew tnaqqis fid-dħul mill-kuntratt. Eżempji ta' varjazzjonijiet huma bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet jew id-disinn tal-assi u bidliet fit-tul taż-żmien tal-kuntratt. Varjazzjoni hija inkluża fid-dħul mill-kuntratt meta:

(a)

ikun probabbli li l-klijent ser japprova l-varjazzjoni u l-ammont tad-dħul li jirriżulta mill-varjazzjoni; u

(b)

l-ammont tad-dħul ikun jista' jitkejjel b'mod affidabbli.

14

Klejm hija ammont li l-kuntrattur ifittex li jiġbor mingħand il-klijent jew parti oħra bħala rimbors għal spejjeż mhux inklużi fil-prezz tal-kuntratt. Klejm tista' tirriżulta minn, pereżempju, dewmien ikkawżat mill-klijent, żbalji fl-ispeċifikazzjonijiet jew fid-disinn, u varjazzjonijiet ikkontestati fix-xogħol tal-kuntratt. Il-kejl tal-ammonti ta' dħul li jirriżultaw minn klejms huwa soġġett għal livell għoli ta' inċertezza u spiss jiddependi mill-eżitu ta' negozjati. Għaldaqstant, il-klejms huma inklużi fid-dħul mill-kuntratt biss meta:

(a)

in-negozjati jkunu laħqu stadju avvanzat u jkun probabbli li l-klijent ser jaċċetta l-klejm; u

(b)

l-ammont li probabbilment ikun ser jiġi aċċettat mill-klijent ikun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli.

15

Ħlasijiet ta' inċentiv huma ammonti addizzjonali mħallsa lill-kuntrattur jekk l-istandards speċifikati tal-prestazzjoni jintlaħqu jew jinqabżu. Pereżempju, kuntratt jista' jippermetti ħlas ta' inċentiv lill-kuntrattur jekk il-kuntratt jitlesta kmieni. Ħlasijiet ta' inċentiv huma inklużi fid-dħul mill-kuntratt meta:

(a)

il-kuntratt ikun avvanzat biżżejjed tant li jkun probabbli li l-istandards speċifikati tat-twettiq ikunu ser jintlaħqu jew jinqabżu; u

(b)

l-ammont tal-ħlas ta' inċentiv ikun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli.

KOSTI TAL-KUNTRATT

16

Il-kosti tal-kuntratt għandhom jinkludu:

(a)

kosti li huma relatati direttament mal-kuntratt speċifiku;

(b)

kosti li huma attribwibbli għal attività tal-kuntratt b'mod ġenerali u li jistgħu jiġu allokati għall-kuntratt; u

(c)

kosti oħrajn li huma imponibbli speċifikament lill-klijent skont it-termini tal-kuntratt.

17

Kosti li huma relatati direttament ma' kuntratt speċifiku jinkludu;

(a)

spejjeż ta' xogħol fuq is-sit, inkluża s-superviżjoni fuq is-sit;

(b)

il-kosti ta' materjali użati fil-kostruzzjoni;

(c)

diprezzament ta' impjanti u tagħmir użati għall-kuntratt;

(d)

kosti ta' ċaqliq ta' impjanti, tagħmir u materjali lejn u mis-sit tal-kuntratt;

(e)

kosti għall-kiri ta' impjanti u tagħmir;

(f)

kosti għad-disinn u assistenza teknika li huma direttament relatati mal-kuntratt;

(g)

l-ispejjeż stmati ta' xogħol ta' rettifikazzjoni u garanzija, inklużi spejjeż mistennija ta' garanzija; u

(h)

klejms minn terzi persuni.

Dawn l-ispejjeż jistgħu jitnaqssu b'kull introjtu inċidentali li ma jkunx inkluż fid-dħul mill-kuntratt, bħal per eżempju introjtu mill-bejgħ ta' materjali żejda u d-disponiment tal-impjant u t-tagħmir fit-tmiem tal-kuntratt.

18

Il-kosti li jistgħu jkunu attribwibbli għal attività fuq kuntratti in ġenerali, u li jistgħu jkunu allokati għal kuntratti speċifiċi jinkludu:

(a)

assigurazzjoni;

(b)

il-kosti ta' disinn u assistenza teknika li m'humiex direttament relatati ma' kuntratt speċifiku; u

(c)

spejjeż ġenerali tal-kostruzzjoni.

Dawk il-kosti jiġu allokati permezz ta' metodi li huma sistematiċi u razzjonali u huma applikati b'mod konsistenti għall-kosti kollha li jkollhom karatteristiċi simili. L-allokazzjoni hija bbażata fuq il-livell normali tal-attività ta' kostruzzjoni. L-ispejjeż ġenerali tal-kostruzzjoni jinkludu kosti bħat-tħejjija u l-ipproċessar tal-pagi tal-personal tal-kostruzzjoni. Il-kosti li jistgħu jkunu attribwibbli għal attività fuq kuntratti inġenerali u li jistgħu jkunu allokati għal kuntratti speċifiċi jinkludu wkoll l-ispejjeż tas-self meta l-kuntrattur jadotta t-trattament alternattiv permess f’IAS 23 Kosti tas-Self.

19

Il-kosti li huma speċifikament imponibbli lill-klijent skont it-termini tal-kuntratt jistgħu jinkludu xi kosti ta' amministrazzjoni ġenerali u kosti tal-iżvilupp li għalihom ikun speċifikat rimbors skont it-termini tal-kuntratt.

20

Il-kosti li ma jistgħux jiġu attribwiti għal attività ta' kuntratt jew li ma jistġħux jiġu allokati għal xi kuntratt huma esklużi mill-kosti ta' kuntratt ta' kostruzzjoni. Dawn il-kosti jinkludu:

(a)

kosti ta' amministrazzjoni ġenerali li għalihom ma jkunx speċifikat rimbors fil-kuntratt;

(b)

kosti ta' bejgħ;

(c)

kosti ta' riċerka u żvilupp li għalihom ma jkunx speċifikat rimbors fil-kuntratt; u

(d)

diprezzament ta' impjant u tagħmir inattiv li ma jintużax f’kuntratt partikolari.

21

Il-kosti tal-kuntratt jinkludu l-kosti attribwibbli għall-kuntratt għall-perijodu mid-data minn meta jiġi konkluż kuntratt sat-tlestija finali tal-kuntratt. Madankollu, kosti li jkunu relatati direttament ma' kuntratt u li jintefqu għall-konklużjoni tal-kuntratt huma wkoll inklużi bħala parti mill-kosti tal-kuntratt jekk jistgħu jiġu identifikati separatament u mkejla b'mod affidabbli u jkun probabbli li l-kuntratt ser jinkiseb. Meta l-kosti li jintefqu għall-konklużjoni ta' kuntratt jiġu rikonoxxuti bħala spiża fil-perijodu meta jintefqu, dawn ma jiġux inklużi fil-kosti tal-kuntratt meta l-kuntratt jinkiseb f’perijodu sussegwenti.

RIKONOXXIMENT TA' DĦUL U SPEJJEŻ TAL-KUNTRATT

22

Meta l-eżitu ta' kuntratt ta' kostruzzjoni jkun jista' jiġi stmat b'mod affidabbli, id-dħul mill-kuntratt u l-kosti tal-kuntratt assoċjati mal-kuntratt ta' kostruzzjoni għandhom jiġu rikonoxxuti bħala dħul u spejjeż rispettivament b'referenza għall-istadju tat-tlestija tal-attività tal-kuntratt fid-data tal-karta tal-bilanċ. Telf mistenni fuq il-kuntratt ta' kostruzzjoni għandu jiġi rikonoxxut immedjatament bħala spiża skont il-paragrafu 36.

23

Fil-każ ta' kuntratt bi prezz fiss, l-eżitu ta' kuntratt ta' kostruzzjoni jista' jiġi stmat b'mod affidabbli meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfati:

(a)

id-dħul totali mill-kuntratt ikun jista' jiġi mkejjel b'mod affidabbli;

(b)

ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mal-kuntratt ser jgħaddu għal fuq l-entità;

(c)

kemm il-kosti tal-kuntratt biex jitlesta l-kuntratt kif ukoll l-istadju tat-tlestija tal-kuntratt fid-data tal-karta tal-bilanċ jistgħu jiġu mkejla b'mod affidabbli; u

(d)

il-kosti tal-kuntratt attribwibbli għall-kuntratt jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar u mkejla b'mod affidabbli sabiex b'hekk il-kosti tal-kuntratt li jkunu attwalment intefqu jkunu jistgħu jiġu mqabbla ma' stimi preċedenti.

24

Fil-każ ta' kuntratt ta' kost b'żjieda, l-eżitu ta' kuntratt ta' kostruzzjoni jista' jiġi stmat b'mod affidabbli meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfati:

(a)

ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mal-kuntratt ser jgħaddu għal fuq l-entità; u

(b)

il-kosti tal-kuntratt attribwibbli għall-kuntratt, kemm jekk ikunu rimborsabbli speċifikament jew le, ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar u mkejla b'mod affidabbli.

25

Ir-rikonoxximent tad-dħul u l-spejjeż b'referenza għall-istadju ta' tlestija ta' kuntratt spiss jissejjaħ il-metodu tal-perċentwal komplut. Skont dan il-metodu, id-dħul mill-kuntratt jiġi mqabbel mal-kosti tal-kuntratt li jintefqu biex jintlaħaq dak l-istadju ta' tlestija, u dan jirriżulta fir-rapportaġġ tad-dħul, spejjeż u profitt li jistgħu jiġu attribwiti għall-proporzjon ta' xogħol lest. Dan il-metodu jipprovdi informazzjoni utli dwar il-livelli milħuqa fl-attività u t-twettiq tal-kuntratt matul perijodu.

26

Taħt il-metodu tal-perċentwal komplut, id-dħul mill-kuntratt jiġi rikonoxxut bħala dħul fir-rapport tal-introjtu fil-perijodi tal-kontabilità li fihom ikun sar ix-xogħol. Il-kosti tal-kuntratt huma normalment rikonoxxuti bħala spiża fir-rapport tal-introjtu fil-perijodi tal-kontabilità li fihom isir ix-xogħol relatat. Madankollu, kull eċċess mistenni fil-kosti totali tal-kuntratt fuq id-dħul totali ta' dak il-kuntratt huwa rikonoxxut bħala spiża immedjatament skont il-paragrafu 36.

27

Kuntratt jista' jkun nefaq kosti tal-kuntratt li jkunu relatati ma' attività futura fuq il-kuntratt. Dawk il-kosti tal-kuntratt huma rikonoxxuti bħala assi kemm-il darba jkun probabbli li jistgħu jiġu rkuprati. Dawk il-kosti jirrappreżentaw ammont dovut mill-klijent u spiss huma kklassifikati bħala xogħol fl-idejn.

28

L-eżitu ta' kuntratt tal-kostruzzjoni jista' jiġi stmat b'mod affidabbli biss meta jkun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi assoċjati mal-kuntratt ser jgħaddu għal fuq l-entità; Madankollu, meta tqum inċertezza dwar jekk jistax jinġabar ammont diġà inkluż fid-dħul tal-kuntratt, u li jkun diġà rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu, l-ammont li ma jistax jinġabar jew l-ammont li fir-rigward tiegħu l-irkupru ma jkunx għadu probabbli għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża u mhux bħala aġġustament tal-ammont tad-dħul mill-kuntratt.

29

Entità ġeneralment tkun tista' tagħmel stimi affidabbli wara li tkun ikkonkludiet kuntratt li jistabbilixxi:

(a)

id-drittijiet enforzabbli ta' kull parti fir-rigward tal-assi li għandu jinbena;

(b)

il-korrispettiv li għandu jgħaddi bejniethom; u

(c)

il-mod u t-termini tas-saldu.

Normalment ikun neċessarju wkoll għall-entità li jkollha sistema effettiva interna ta' estimi u rapportaġġ finanzarju. L-entità tanalizza u, fejn ikun meħtieġ, tirrevedi l-estimi tad-dħul tal-kuntratt u l-kosti tal-kuntratt hekk kif il-kuntratt jipprogressa. Il-bżonn għal dawn ir-reviżjonijiet ma jfissirx neċessarjament li l-eżitu tal-kuntratt ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli.

30

L-istadju tat-tlestija ta' kuntratt jista' jiġi ddeterminat b'varjetà ta' modi. L-entità tuża l-metodu li jkejjel b'mod affidabbli x-xogħol imwettaq. Skont in-natura tal-kuntratt, il-metodi jistgħu jinkludu:

(a)

il-proporzjon li jirrappreżentaw il-kosti tal-kuntratt minfuqa għax-xogħol imwettaq meta mqabbla mal-istima tal-kosti totali tal-kuntratt;

(b)

surveys tax-xogħol imwettaq; jew

(c)

tlestija ta' proporzjon fiżiku tax-xogħol tal-kuntratt.

Ħlasijiet għal xogħol mibdi u ħlasijiet bil-quddiem riċevuti mingħand klijenti ġeneralment ma jirriflettux ix-xogħol imwettaq.

31

Meta l-istadju ta' tlestija jkun iddeterminat b'referenza għall-kosti tal-kuntratt li jkunu ntefqu sa dik id-data, dawk l-kosti tal-kuntratt biss li jirriflettu x-xogħol imwettaq għandhom jiġu inklużi fil-kosti li jkunu ntefqu sa dik id-data. Eżempji ta' kosti tal-kuntratt li huma esklużi huma:

(a)

kosti tal-kuntratt li huma relatati ma' attività futura fuq il-kuntratt, bħall-ispejjeż ta' materjali li jkunu ġew ikkunsinnati lil sit ta' kuntratt jew merfugħa għal użu f’kuntratt iżda li jkunu għadhom ma ġewx installati, użati jew applikati matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, ħlief jekk il-materjali jkunu saru speċifikament għall-kuntratt; u

(b)

ħlasijiet li jsiru lil sottokuntratturi bil-quddiem qabel ma jsir ix-xogħol taħt is-sottokuntratt.

32

Meta l-eżitu ta' kuntratt tal-kostruzzjoni ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli:

(a)

id-dħul għandu jiġi rikonoxxut biss sal-limitu tal-kosti tal-kuntratt li jintefqu u li jkun probabbli li jkunu jistgħu jiġu rkuprati; u

(b)

il-kosti tal-kuntratt għandhom ikunu rikonoxxuti bħala spiża fil-perijodu li fih ikunu ntefqu.

Telf mistenni fuq il-kuntratt ta' kostruzzjoni għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża immedjatament skont il-paragrafu 36.

33

Matul l-istadji bikrin ta' kuntratt, spiss ikun il-każ li l-eżitu tal-kuntratt ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli. Madankollu, jista' jkun probabbli li l-entità tirkupra l-kosti tal-kuntratt li tkun nefqet. Għalhekk, id-dħul mill-kuntratt għandu jiġi rikonoxxut biss sal-limitu tal-kosti li jintefqu li jkunu mistennija li jkunu rkuprabbli. Billi l-eżitu ta' kuntratt tal-kostruzzjoni ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli, ebda profitt m'huwa rikonoxxut. Madankollu, għalkemm l-eżitu ta' kuntratt ma jistax jiġi stmat b'mod affidabbli, jista' jkun probabbli li l-kosti totali tal-kuntratt jaqbżu d-dħul totali tal-kuntratt. F’dawk il-każijiet, kull eċċess mistenni fil-kosti totali tal-kuntratt fuq id-dħul totali ta' dak il-kuntratt huwa rikonoxxut bħala spiża immedjatament skont il-paragrafu 36.

34

Kosti tal-kuntratt li ma jkollhomx probabbiltà li jiġu rkuprati huma rikonoxxuti bħala spiża immedjatament. Eżempji ta' ċirkustanzi fejn jista' ma jkunx probabbli li jiġu rkuprati l-kosti ta' kuntratt li jkunu ntefqu u fejn jista' jkun meħtieġ li l-kosti ta' kuntratt jiġu rikonoxxuti bħala spiża immedjatament jinkludu kuntratti:

(a)

li m'humiex għal kollox infurzabbli, jiġifieri meta jkun hemm dubju serju dwar il-validità tagħhom;

(b)

li t-tlestija tagħhom tkun soġġetta għall-eżitu ta' litigazzjoni jew leġiżlazzjoni pendenti;

(c)

li jkunu relatati ma' proprjetajiet li aktarx ser ikunu kkundannati jew esproprjati;

(d)

fejn il-klijent ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu; jew

(e)

meta l-kuntrattur ma jkunx jista' jlesti l-kuntratt jew inkella ma jistax jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt il-kuntratt.

35

Meta l-inċertezzi li ma jkunux ippermettew li l-eżitu tal-kuntratt jiġi stmat b'mod affidabbli ma jkunux għadhom jeżistu, id-dħul u l-ispejjeż assoċjati mal-kuntratt ta' kostruzzjoni għandhom jiġu rikonoxxuti skont il-paragrafu 22 u mhux skont il-paragrafu 32.

RIKONOXXIMENT TA' TELF MISTENNI

36

Meta jkun probabbli li l-kosti totali tal-kuntratt ser jaqbżu d-dħul totali tal-kuntratt, it-telf mistenni għandu jiġi rikonoxxut bħala spiża immedjatament.

37

L-ammont ta' dak it-telf għandu jiġi ddeterminat irrispettivament minn:

(a)

jekk ix-xogħol ikunx beda fuq il-kuntratt;

(b)

l-istadju tat-tlestija tal-attività tal-kuntratt; jew

(c)

l-ammont ta' profitti li jkunu mistennija fuq kuntratti oħra li ma jkunux ittrattati bħala kuntratt ta' kostruzzjoni wieħed skont il-paragrafu 9.

BIDLIET FL-ISTIMI

38

Il-metodu tal-perċentwal komplut huwa applikat fuq bażi kumulattiva f’kull perijodu tal-kontabilità għall-istimi kurrenti tad-dħul mill-kuntratt u tal-kosti tal-kuntratt. Għalhekk, l-effett ta' bidla fl-istima tad-dħul minn kuntratt jew ta' kosti ta' kuntratt, jew l-effett ta' bidla fl-istima tal-eżitu ta' kuntratt, għandhom jiġu kontabilizzati bħala bidla fl-istima tal-kontabilità (ara l-IAS 8 Politika tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji). L-istimi mibdula jintużaw fid-determinazzjoni tal-ammont tad-dħul u l-ispejjeż rikonoxxuti fir-rapport tal-introjtu fil-perijodu li fih issir il-bidla u f’perijodi sussegwenti.

ŻVELAR

39

Entità għandha tiżvela:

(a)

l-ammont ta' dħul mill-kuntratt rikonoxxut bħala dħul waqt il-perijodu;

(b)

il-metodi użati biex jiġi ddeterminat id-dħul mill-kuntratt rikonoxxut fil-perijodu; u

(c)

il-metodi użati biex jiġi ddeterminat l-istadju tat-tlestija ta' kuntratti li jkunu jinsabu għaddejjin.

40

Entità għandha tiżvela dan kollu li ġej għal kuntratti li jkunu jinsabu għaddejjin fid-data tal-karta tal-bilanċ:

(a)

l-ammont aggregat tal-kosti li jintefqu u l-profitti rikonoxxuti (wara li jitnaqqas it-telf rikonoxxut) sa dik id-data;

(b)

l-ammont ta' ħlasijiet bil-quddiem riċevuti u:

(c)

it-total ta' ammonti miżmuma;

41

L-ammonti miżmuma huma fatturi mal-progress tax-xogħol li ma jitħallsux sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt għall-ħlas ta' dawk l-ammonti jew sakemm jiġu rrettifikati d-difetti. Fatturi mal-progress tax-xogħol huma ammonti fatturati għal xogħol li jkun sar fuq kuntratt kemm jekk ikunu tħallsu u kemm jekk ma jkunux tħallsu mill-klijent. Ħlasijiet bil-quddiem huma ammonti riċevuti mill-kuntrattur qabel ma jsir ix-xogħol relatat.

42

Entità għandha tippreżenta:

(a)

l-ammont gross dovut mingħand klijenti għax-xogħol tal-kuntratt bħala assi; u

(b)

l-ammont gross dovut lil klijenti għax-xogħol tal-kuntratt bħala obbligazzjoni.

43

L-ammont gross dovut mingħand klijenti għax-xogħol tal-kuntratt huwa l-ammont nett ta’;

(a)

il-kosti li jintefqu flimkien mal-profitti rikonoxxuti; wara li jitnaqqsu

(b)

is-somma tat-telf rikonoxxut u fatturi mal-progress tax-xogħol

għall-kuntratti kollha li jkunu fl-idejn li għalihom is-somma tal-ispejjeż li jintefqu u tal-profitti rikonoxxuti (wara li jitnaqqas it-telf rikonoxxut) jeċċedu l-fatturi mal-progress tax-xogħol.

44

L-ammont gross dovut lill-klijenti għax-xogħol tal-kuntratt huwa l-ammont nett ta’:

(a)

il-kosti li jintefqu flimkien mal-profitti rikonoxxuti; wara li jitnaqqsu

(b)

is-somma tat-telf rikonoxxut u fatturi mal-progress tax-xogħol

għall-kuntratti kollha li jkunu jinsabu għaddejjin li għalihom il-kontijiet tal-progress jeċċedu l-ispejjeż li jintefqu flimkien mal-profitti rikonoxxuti (wara li jitnaqqas it-telf rikonoxxut).

45

Entità tiżvela kull obbligu kontinġenti u assi kontinġenti skont l-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti. Obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti jistgħu jirriżultaw minn elementi bħal kosti ta' garanziji, klejms, penali u telf possibbli.

DATA EFFETTIVA

46

Dan l-Istandard isir operattiv għal rapporti finanzjarji li jkopru l-perijodi li jibdew fl-1 ta' Jannar 1995 jew wara.

STANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 12

Taxxi fuq id-Dħul

GĦAN

L-għan ta' dan l-Istandard huwa li jistabbilixxi t-trattament fil-kontijiet għal taxxi fuq id-dħul. Il-kwistjoni prinċipali fil-kontabilità għal taxxi fuq id-dħul hija kif għandhom jitqiesu l-konsegwenzi għat-taxxa attwali u futuri ta’:

(a)

l-irkupru futur (saldu) tal-ammont miżmum fil-kotba fil-kotba ta’ assi (obbligazzjonijiet) li huma rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ tal-entità; u

(b)

tranżazzjonijiet u avvenimenti oħra tal-perijodu attwali li huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-entità.

Huwa inerenti fir-rikonoxximent ta’ assi jew obbligazzjoni li l-entità li tirrapporta tkun tistenna li tirkupra jew li ssaldi l-ammont miżmum fil-kotba fil-kotba ta’ dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni. Jekk ikun probabbli li l-irkupru jew is-saldu ta’ dak l-ammont miżmum fil-kotba ser jagħmel il-pagamenti futuri ta’ taxxa akbar (iżgħar) milli kienu jkunu li kieku dak l-irkupru jew saldu ma kellhom ebda konsegwenza tat-taxxa, dan l-Istandard jeħtieġ li entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita (assi ta’ taxxa differita), b’ċerti eċċezzjonijiet limitati.

Dan l-Istandard jirrikjedi li entità tirrapporta l-konsegwenzi tat-taxxa ta' tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn bl-istess mod li tirrapporta t-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti l-oħrajn infushom. Għalhekk, għal tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn rikonoxxuti fil-profitt jew telf, l-effetti kollha relatati tat-taxxa huma rikonoxxuti fil-profitt jew telf. Għal tranżazzjonijiet u avvenimenti oħrajn rikonoxxuti direttament f'ekwità, l-effetti kollha relatati tat-taxxa huma rikonoxxuti wkoll f'ekwità. Bl-istess mod, ir-rikonoxximent ta’ assi u obbligazzjonijiet ta' taxxa differita f’kombinament ta’ negozji jaffettwa l-ammont ta’ avvjament li joriġina f’dak il-kombinament ta’ negozji jew l-ammont ta’ kull eċċess tal-interess tal-akkwirent fil-valur ġust nett tal-assi, l-obbligazzjonijiet, u l-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-akkwiżit fuq il-kost tal-kombinament.

Dan l-istandard jittratta wkoll ir-rikonoxximent ta’ assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw minn telf mhux użat għal skop ta’ taxxa jew minn krediti mhux użati tat-taxxa, il-preżentazzjoni tat-taxxi fuq id-dħul fir-rapporti finanzjarji u l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar it-taxxi fuq id-dħul.

AMBITU

1

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat fil-kontabilità għal taxxi fuq id-dħul.

2

Għall-għanijiet ta’ dan l-Istandard, it-taxxi fuq id-dħul jinkludu t-taxxi domestiċi u barranin kollha li huma bbażati fuq profitti taxxabbli. Taxxi fuq id-dħul jinkludu wkoll taxxi, bħal taxxi miżmuma minn ras il-għajn (withholding), li huma pagabbli minn kumpanija sussidjarja, assoċjata jew impriża konġunta, fuq distribuzzjonijiet lill-entità li tirrapporta.

3

[Imħassra]

4

Dan l-Istandard ma jindirizzax il-metodi ta’ kontabilità għal għotjiet pubbliċi (ara l-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika) jew krediti ta’ taxxa fuq l-investiment. Madankollu, dan l-Istandard jindirizza l-kontabilità għal differenzi temporanji li jistgħu jinħolqu minn tali għotjiet jew krediti tat-taxxa fuq investimenti.

DEFINIZZJONIJIET

5

It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Profitt tal-kontabilità huwa l-profitt jew telf għal perijodu qabel it-tnaqqis tal-ispiża tat-taxxa.

Profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) huwa l-profitt (telf) għal perijodu, stabbilit skont ir-regoli ffissati mill-awtoritajiet tat-taxxa, li għalih isiru pagabbli (rikuprabbli) t-taxxi fuq id-dħul.

Spiża (dħul) għat-taxxa hija (huwa) l-ammont aggregat inkluż fil-kalkolu tal-profitt jew tat-telf għall-perijodu fir-rigward ta’ taxxa kurrenti u taxxa differita.

Taxxa kurrenti hija l-ammont ta’ taxxi fuq id-dħul pagabbli (rikuprabbli) fir-rigward tal-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) għal perijodu.

Obbligazzjonijiet ta taxxa differita huma l-ammonti ta’ taxxi fuq id-dħul pagabbli f’perijodi futuri fir-rigward tad-differenzi temporanji taxxabbli.

Assi ta taxxa differita huma l-ammonti ta’ taxxi fuq id-dħul rikuprabbli f’perijodi futuri fir-rigward ta’:

(a)

differenzi temporanji deduċibbli;

(b)

il-ġarr għas-snin ta’ wara ta’ telf mhux użat għat-taxxa; u

(ċ)

il-ġarr għas-snin ta’ wara ta’ krediti ta’ taxxa mhux użati.

Differenzi temporanji huma differenzi bejn l-ammont ta’ assi jew obbligazzjonijiet miżmum fil-karta tal-bilanċ u l-bażi ta’ taxxa tiegħu. Differenzi temporanji jistgħu jkunu jew:

(a)

differenzi temporanji taxxabbli, li huma differenzi temporanji li jirriżultaw f’ammonti taxxabbli fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) ta’ perijodi futuri meta l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew l-obbligazzjoni jiġi rkuprat jew saldat; jew

(b)

differenzi temporanji deduċibbli, li huma differenzi temporanji li jirriżultaw f’ammonti li jitnaqqsu fil-kalkolu ta’ profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) ta’ perijodi futuri meta l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi jew l-obbligazzjoni jiġi rkuprat jew saldat.

Il-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni hija l-ammont attribwit għal dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni għal għanijiet ta’ taxxa.

6

L-ispiża tat-taxxa (dħul tat-taxxa) tinkludi (jinkludi) l-ispiża tat-taxxa kurrenti (dħul mit-taxxa kurrenti) u l-ispiża tat-taxxa differita (dħul minn taxxa differita).

Bażi għat-taxxa

7

Il-bażi għat-taxxa ta’ assi hija l-ammont li jkun deduċibbli għal għanijiet ta’ taxxa kontra kull benefiċċju ekonomiku taxxabbli li jasal għand entità meta tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi. Jekk dawk il-benefiċċji ekonomiċi ma jkunux taxxabbli, il-bażi għat-taxxa tal-assi tkun ugwali għall-ammont miżmum fil-kotba.

Eżempji

1

Magna tiswa 100. Għal għanijiet ta’ taxxa, diġà tnaqqas deprezzament ta’ 30 fil-perijodi kurrenti u preċedenti u l-bqija tal-kost ikun deduċibbli f’perijodi futuri, jew bħala deprezzament jew permezz ta’ tnaqqis mad-disponiment. Id-dħul iġġenerat permezz tal-użu tal-magna huwa taxxabbli, kull qligħ mad-disponiment tal-magna jkun taxxabbli u kull telf mad-disponiment ikun deduċibbli għal għanijiet ta’ taxxa. Il-bażi għat-taxxa tal-magna hija 70.

2

L-imgħax riċevibbli għandu ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Id-dħul relatat mill-imgħax jiġi ntaxxat fuq bażi tal-ħlas. Il-bażi għat-taxxa tal-imgħax riċevibbli hija żero.

3

Ir-riċevibbli kummerċjali għandhom ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Id-dħul relatat diġà ġie inkluż fil-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa). Il-bażi għat-taxxa tar-riċevibbli kummerċjali huwa 100.

4

Id-dividendi riċevibbli minn sussidjarja għandhom ammont miżmum fil-kotba ta' 100. Id-dividendi mhumiex taxxabbli. Fis-sustanza, l-ammont miżmum fil-kotba kollu tal-assi huwa deduċibbli kontra l-benefiċċji ekonomiċi. Konsegwentament, il-bażi għat-taxxa tad-dividendi riċevibbli hija ta’ 100 (1).

5

Self riċevibbli għandu ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Il-ħlas lura tas-self m’ hu ser ikollu ebda konsegwenzi għat-taxxa. Il-bażi għat-taxxa tas-self hija ta 100.

8

Il-bażi għat-taxxa ta’ obbligazzjoni hija l-ammont miżmum tagħha, nieqes kull ammont li jkun deduċibbli għal għanijiet ta’ taxxa fir-rigward ta’ dik l-obbligazzjoni f’perijodi futuri. Fil-każ ta’ dħul li jiġi rċevut bil-quddiem, il-bażi għat-taxxa tal-obbligazzjoni li tirriżulta hija l-ammont miżmum fil-kotba tagħha, wara li jitnaqqas kull ammont tad-dħul li ma jkunx taxxabbli f’perijodi futuri.

Eżempji

1

L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu spejjeż dovuti b’ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. L-ispiża relatata titnaqqas għal għanijiet ta’ taxxa fuq bażi tal-ħlas. Il-bażi għat-taxxa tal-ispejjeż dovuti hija żero.

2

L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu dħul mill-imgħax riċevut bil-quddiem, b’ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Id-dħul relatat mill-imgħax kien intaxxat fuq bażi tal-ħlas. Il-bażi għat-taxxa tal-imgħax riċevut bil-quddiem hija żero.

3

L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu spejjeż dovuti b’ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. L-ispiża relatata diġà tnaqqset għal għanijiet ta’ taxxa. Il-bażi għat-taxxa tal-ispejjeż dovuti hija ta 100.

4

L-obbligazzjonijiet kurrenti jinkludu multi u penali dovuti b’ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Il-multi u l-penali m’humiex deduċibbli għall-għanijiet ta’ taxxa. Il-bażi għat-taxxa tal-multi u l-penali dovuti hija ta 100  (2).

5

Self pagabbli għandu ammont miżmum fil-kotba ta’ 100. Il-ħlas lura tas-self ma jkollu ebda konsegwenzi għat-taxxa. Il-bażi għat-taxxa tas-self hija ta 100.

9

Xi entrati għandhom bażi għat-taxxa iżda m’humiex rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet fil-karta tal-bilanċ. Pereżempju, il-kosti tar-riċerka huma rikonoxxuti bħala spejjeż fil-kalkolu tal-profitt tal-kontabilità fil-perijodu li fih jintefqu iżda jistgħu ma jkunux permessi bħala tnaqqis fil-kalkolu tal-profitt taxxabbli (telf għat-taxxa) ħlief f’perijodu aktar tard. Id-differenza bejn il-bażi għat-taxxa tal-kosti tar-riċerka, jiġifieri l-ammont li l-awtoritajiet tat-taxxa jippermettu bħala tnaqqis f’perijodi futuri, u l-ammont miżmum ta’ żero hija differenza temporanja deduċibbli li tirriżulta f’assi ta’taxxa differita.

10

Fejn il-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni ma tkunx ċara minnufih, huwa utli li jiġi kkunsidrat il-prinċipju fundamentali li fuqu huwa bbażat dan l-Istandard: li entità għandha, b’ċerti eċċezzjonijiet limitati, tirrikonoxxi obbligazzjoni (assi) ta’ taxxa differita kull meta l-irkupru jew is-saldu tal-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi jew obbligazzjoni jirrendi l-pagamenti futuri tat-taxxa akbar (iżgħar) milli kienu jkunu kieku tali rkupru jew saldu ma kellu jkollu ebda konsegwenzi għat-taxxa. L-eżempju C ta’ wara l-paragrafu 52 juri ċirkustanzi fejn jista’ jkun utli li jiġi kkunsidrat dan il-prinċipju fundamentali, pereżempju, meta l-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni tkun tiddependi fuq il-mod mistenni ta’ rkupru jew saldu.

11

F’rapporti finanzjarji kkonsolidati, id-differenzi temporanji huma stabbiliti billi jitqabblu l-ammonti miżmuma fil-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati mal-bażi għat-taxxa xierqa. Il-bażi għat-taxxa hija stabbilita b’referenza għal prospett tat-taxxa kkonsolidat f’dawk il-ġurisdizzjonijiet li fihom jintbagħat dan il-prospett. F’ġurisdizzjonijiet oħrajn, il-bażi għat-taxxa hija stabbilita b’referenza għall-prospetti tat-taxxa ta’ kull entità fil-grupp.

RIKONOXXIMENT TAL-OBBLIGAZZJONIJIET TA’ TAXXA KURRENTI U TAL-ASSI TA’ TAXXA KURRENTI

12

It-taxxa kurrenti għal perijodi kurrenti u preċedenti għandha, sal-ammont mhux imħallas, tkun rikonoxxuta bħala obbligazzjoni. Jekk l-ammont diġà mħallas fir-rigward tal-perijodi kurrenti u preċedenti jaqbeż l-ammont dovut għal dawk il-perijodi, l-eċċess ikun rikonoxxut bħala assi.

13

Il-benefiċċju relatat ma’ telf għat-taxxa li jista’ jinġarr lura biex tiġi rkuprata taxxa kurrenti ta’ perijodu preċedenti għandu jkun rikonoxxut bħala assi.

14

Meta telf għat-taxxa jintuża biex tkun irkuprata taxxa kurrenti ta’ perijodu preċedenti, entità tirrikonoxxi l-benefiċċju bħala assi fil-perijodu li fih iseħħ it-telf għat-taxxa minħabba li jkun probabbli li l-benefiċċju jgħaddi lill-entità u li l-benefiċċju jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

RIKONOXXIMENT TAL-OBBLIGAZZJONIJIET TA’ TAXXA DIFFERITA U TAL-ASSI TA’ TAXXA DIFFERITA

DIFFERENZI TEMPORANJI TAXXABBLI

15

Għandha tiġi rikonoxxuta obbligazzjoni ta' taxxa differita għad-differenzi temporanji taxxabbli kollha, ħlief sal-punt li l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita toriġina minn:

(a)

ir-rikonoxximent inizjali ta’ avvjament; jew

(b)

ir-rikonoxximent inizjali ta’ assi jew obbligazzjoni fi tranżazzjoni li: