EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0540

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2008 tas- 16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli

OJ L 157, 17.6.2008, p. 15–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 016 P. 94 - 101

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/540/oj

17.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 540/2008

tas-16 ta’ Ġunju 2008

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità, fir-rigward tal-format tal-formoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (il-Kodiċi ISM) fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kodiċi ISM kien emendat mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali permezz tar-Riżoluzzjoni 179 (79) tal-Kumitat għas-Sigurtà Marittima, adottata fl-10 ta’ Diċembru 2004, li emendat il-format tad-dokument ta’ konformità u taċ-ċertifikat ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà b’effett mill-1 ta’ Lulju 2006.

(2)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) 336/2006 jiddefinixxi l-Kodiċi ISM bħal dak li jidher fl-Anness I tar-Regolament imsemmi, fil-verżjoni aġġornata tiegħu.

(3)

Biex ikun hemm aktar ċarezza u leġibbiltà aħjar, il-formoli rilevanti għandhom jiġu aġġornati anke fl-Anness II tar-Regolament (KE) 336/2006.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-Sezzjoni 5 fil-Parti B ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 hija sostitwita bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1.


ANNESS

“5.   Il-forma tad-dokumenti ta’ konformità u ċ-ċertifikati ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà

Meta vapuri joperaw f'xi Stat Membru biss, l-Istati Membri għandhom jużaw jew il-formoli mehmuża mal-Kodiċi ISM jew id-Dokument ta’ Konformità, iċ-Ċertifikat ta’ l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà, id-Dokument Interim ta’ Konformità u ċ-Ċertifikat Interim ta’ l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà mfassla fil-forma stabbilita hawn taħt.

F'każ ta' deroga skond l-Artikolu 7(1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7(2), iċ-ċertifikat maħruġ għandu jkun differenti minn dak imsemmi hawn fuq u jkun jindika b'mod ċar li ngħatat deroga skond l-Artikolu 7(1) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament u għandu jinkludi l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli.

DOKUMENT TA' KONFORMITÀ

(Siġill Uffiċjali) (Stat)

Numru taċ-Ċertifikat

Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (*) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(Isem ta' l-Istat)

minn …

(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem u indirizz tal-Kumpanija

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpanija ġiet verifikata u li hija tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ISM) għat-tipi ta' vapuri elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):

 

Vapur tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija

 

Trasportatur ta’ merkanzija sfuża (bulk carrier)

 

Tanker taż-żejt

 

Tanker tal-kimiċi

 

Trasportatur tal-gass

 

Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar

 

Vapur tal-merkanzija ieħor

 

Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri (lanċa ro-ro)

Dan id-Dokument ta' Konformità huwa validu sa …, suġġett għal verifika perjodika.

Id-data ta’ kompletar tal-verifika, li ċ-ċertifikat huwa bbażat fuqha …

(jj/xx/ssss)

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Numru taċ-Ċertifikat

APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA ANNWALI

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond [ir-Regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.4 tal-Kodiċi ISM u] (**) l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità, is-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.

L-EWWEL VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

IT-TIENI VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

IT-TIELET VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

IR-RABA' VERIFIKA ANNWALI

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

IĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ

(Siġill Uffiċjali) (Stat)

Numru taċ-Ċertifikat

Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata] u (***) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità.

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem il-vapur: …

Numru jew ittri ta' distinzjoni: …

Port ta' reġistrazzjoni: …

Tip ta' vapur (****)

Tunnellaġġ gross: …

Numru IMO: …

Isem u indirizz tal-Kumpanija: …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' l-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-vapur ġiet verifikata u li hija tikkonforma mal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni għat-Tħaddim Sigur tal-Vapuri u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (Kodiċi ta' l-ISM), wara verifika li d-Dokument ta' Konformità għall-Kumpanija huwa applikabbli għal dan it-tip ta' vapur.

Dan iċ-Ċertifikat ta’ l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa …, suġġett għal verifika perjodika u li d-Dokument ta' Konformità jibqa' validu.

Id-data ta’ kompletar tal-verifika, li ċ-ċertifikat huwa bbażat fuqha …

(jj/xx/ssss)

Maħruġ fi …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Numru taċ-Ċertifikat

APPROVAZZJONI GĦAL VERIFIKA INTERMEDJA U VERIFIKA ADDIZZJONALI (JEKK MEĦTIEĠA)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI, fil-verifika perjodika skond [ir-Regolament IX/6.1 tal-Konvenzjoni u l-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM u] (*****) l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità, is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà nstabet li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ISM.

VERIFIKA INTERMEDJA (li għandha titlesta bejn id-dati tat-tieni u t-tielet anniversarju)

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (******)

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (******)

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

VERIFIKA ADDIZZJONALI (******)

Iffirmata: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat)

Post tal-Verifika: …

Data: …

ID-DOKUMENT INTERIM TA’ KONFORMITÀ

(Siġill Uffiċjali) (Stat)

Numru taċ-Ċertifikat

Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (*******) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem u indirizz tal-Kumpanija

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI s-sistema ta' amministrazzjoni tas-sigurtà tal-Kumpanija ġiet rikonoxxuta li tissodisfa l-għanijiet tal-paragrafu 1.2.3 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006, għat-tip(i) ta' vapuri elenkati hawn taħt (ħassar kif meħtieġ):

 

Vapur tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri

 

Inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija

 

Trasportatur ta’ merkanzija sfuża (bulk carrier)

 

Tanker taż-żejt

 

Tanker tal-kimiċi

 

Trasportatur tal-gass

 

Unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar

 

Vapur tal-merkanzija ieħor

 

Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri (lanċa ro-ro)

Dan id-Dokument Interim ta' Konformità huwa validu sa …

Maħruġ fi: …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ id-dokument)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

ĊERTIFIKAT INTERIM TA’ L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SIGURTÀ

(Siġill Uffiċjali) (Stat)

Numru taċ-Ċertifikat

Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet [tal-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, kif emendata u] (********) tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM fi ħdan il-Komunità

Taħt l-awtorità tal-Gvern ta' …

(isem ta' l-Istat)

minn …

(il-persuna jew organizzazzjoni awtorizzata)

Isem il-vapur: …

Numru jew ittri ta' distinzjoni: …

Port ta' reġistrazzjoni: …

Tip ta' vapur (*********): …

Tunnellaġġ gross: …

Numru IMO…

Isem u indirizz tal-Kumpanija: …

(ara l-paragrafu 1.1.2 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006)

B'DAN QIEGĦED JIĠI ĊĊERTIFIKAT LI r-rekwiżiti tal-paragrafu 14.4 tal-Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 336/2006 ġew sodisfatti u li d-Dokument ta' Konformità/Dokument Interim ta' Konformità (**********) tal-Kumpanija huwa rilevanti għal dan il-vapur.

Dan iċ-Ċertifikat Interim tal-Amministrazzjoni tas-Sigurtà huwa validu sa … suġġett li d-Dokument ta’ Konformità/id-Dokument Interim ta’ Konformità (**********) jibqa’ validu.

Maħruġ fi: …

(post tal-ħruġ tad-dokument)

Data tal-ħruġ: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed joħroġ iċ-ċertifikat)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)

Numru taċ-Ċertifikat

Il-validità ta' dan iċ-Ċertifikat Interim ta' l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà hija estiża sa:

Data ta' l-estensjoni: …

(Firma ta' l-uffiċjal awtorizzat kif dovut li qed jestendi l-validità)

(Siġill jew timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ, skond kif meħtieġ)


(*)  Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

(**)  Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

(***)  Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

(****)  Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor. Vapur Ro-Ro tal-passiġġieri.

(*****)  Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

(******)  Jekk applikabbli Referenza hija magħmula għall-paragrafu 13.8 tal-Kodiċi ISM u l-paragrafu 3.4.1 tal-Linji Gwida dwar l-Implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) (ir-Riżoluzzjoni A.913 (22)).

(*******)  Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

(********)  Tista' titħassar għal vapuri li huma impenjati biss fuq vjaġġi fi ħdan Stat Membru wieħed.

(*********)  Daħħal it-tip ta' vapur minn fost dawn li ġejjin: vapur tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-passiġġieri; inġenju ta' veloċità kbira tal-merkanzija; trasportatur ta' merkanzija sfuża (bulk carrier); tanker taż-żejt; tanker tal-kimiċi; trasportatur tal-gass; unità mobbli għat-tħaffir fuq il-baħar; vapur tal-merkanzija ieħor. vapur Ro-Ro tal-passiġġieri.

(**********)  Ħassar kif meħtieġ”


Top