This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2008 tas- 6 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (Verżjoni kodifikata)
Commission Regulation (EC) No 507/2008 of 6 June 2008 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1673/2000 on the common organisation of the markets in flax and hemp grown for fibre (Codified version)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2008 tas- 6 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (Verżjoni kodifikata)
OJ L 149, 7.6.2008, p. 38–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 026 P. 275 - 291
No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2016; Imħassar b' 32016R1237
7.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 149/38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 507/2008
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 fuq l-organizzazzjoni komuni fis-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi l-arranġamenti agromonetarji għall-Euro (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2001 tal-5 ta’ Frar 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (3) ġie emendat kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1673/2000 jipprovdi inter alia għal miżuri li għandhom x’jaqsmu mas-suq intern tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra, li fihom l-għajnuna lill-proċessuri primarji awtorizzati tat-tiben tal-kittien u tal-qanneb u lill-bdiewa li jkollhom tiben ipproċessat f’isimhom, li għalihom iridu jiġu stabbiliti regoli implimentattivi dettaljati. |
(3) |
Il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni tal-proċessuri primarji u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu obduti mill-bdiewa li għandhom tiben ipproċessat f’isimhom għandhom jiġu stabbiliti. L-informazzjoni li għandha tintwera fil-kuntratti tax-xiri/tal-bejgħ, l-obbligazzjonijiet għall-ipproċessar u l-kuntratti ta’ l-ipproċessar li jkopru t-tiben kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 għandhom ukoll jiġu speċifikati. |
(4) |
Xi proċessuri primarji tat-tiben tal-qanneb l-aktar li jipproduċi hija fibra twila tal-qanneb, flimkien, bħala ħaġa sekondarja, ma’ fibra qasira tal-qanneb li jkollha perċentwali għolja ta’ impuritajiet u soddied. Fejn huma ma jkollhomx faċilitajiet xierqa għat-tindif ta’ prodotti sekondarji bħal dawn, huma jistgħu jirranġaw biex il-fibra l-qasira tiġi mnaddfa b’kuntratt minn operatur ieħor. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tindif tal-fibra b’kuntratt għandu jitqies bħala operazzjoni mwettqa mill-proċessur primarju awtorizzat fir-rigward tal-fibra qasira tal-qanneb. Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-operaturi kkonċernati, b’mod partikolari minħabba l-kontrolli, għandhom jiġu stabbiliti kif imiss. |
(5) |
Biex tiġi assigurata l-eliġibbiltà ta’ dawn il-prodotti għall-għajnuna, jeħtieġ li jiġu introdotti, għas-sena kummerċjali kkonċernata, applikazzjoni waħda kif msemmi fl-ewwel Kapitolu tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimemtazzjoni tal-konformità, modulazzjoni u sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa. (5). |
(6) |
Bil-ħsieb li tiġi assigurata amministrazzjoni serja filwaqt li jsir addattament għall-kondizzjonijiet speċjali fis-swieq tal-kittien u l-qanneb, il-perjodu li matulu t-tiben tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra jista’ jiġi pproċessat u, fejn ikun applikabbli, jinbiegħ għandu jiġi ddeterminat. |
(7) |
Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħtu għajnuna għall-fibra qasira tal-kittien jew għall-fibra tal-qanneb li jkollhom iktar minn 7,5 % ta’ impuritajiet u soddied, metodu tal-kalkolazzjoni li jippermetti l-kwantità prodotta li għandha tkun espressa f’termini ekwivalenti b’7,5 % ta’ impuritajiet u l-kontenut tas-soddied għandu jiġi stabbilit. |
(8) |
Bil-ħsieb li wieħed jgħin biex jiġi assigurat li l-mekkaniżmu stabbilizzanti jaħdem sewwa, għandha ssir dispożizzjoni biex tillimita l-kwantitajiet tal-fibra li fuqha l-għajnuna għall-ipproċessar tkun tista’ tingħata fir-rigward ta’ sena kummerċjali għall-kwantità li wieħed jasal għaliha billi jimmoltiplika l-għadd ta’ ettari koperti bil-kuntratti jew l-obbligazzjonijiet għall-ipproċessar bi kwantità unitarja għal kull ettaru. Dik il-kwantità unitarja għandha tiġi ddeterminata minn Stat Membru fuq il-bażi tal-kwantitajiet nazzjonali ggarantiti stabbiliti u ta’ l-ettari kkoltivati. |
(9) |
Huwa fatt magħruf li minħabba l-varjazzjonijiet fil-kwantitjiet tal-garanziji nazzjonali li jistgħu jirriżultaw mill-flessibbiltà introdotta bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000, regoli dettaljati għandhom jiġu stabbiliti biex jiġu ffissati dawn il-kwantitajiet nazzjonali għal kull sena kummerċjali, waqt li jitqiesu xi aġġustamenti li jistgħu jidhru meħtieġa bil-ħsieb li jitqassmu l-kwantitajiet nazzjonali ggarantiti b’mod xieraq fost il-benefiċjarji ta’ l-għajnuna għall-ipproċessar. |
(10) |
Għajnuna għall-ipproċessar għandha tingħata bla ħsara għall-konklużjoni ta’ kuntratt jew ta’ obbligazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000. B’żieda ma’ dan, it-trasferimenti bejn il-kwantitajiet nazzjonali ggarantiti u l-kwantitajiet unitarji għal kull ettaru jrid jiġi ffissat fil-waqt mill-Istat Membru fuq il-bażi taż-żoni koperti b’kuntratti jew b’obbligazzjonijiet. Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex l-informazzjoni rilevanti f’dawn il-kuntratti jew l-obbligazzjonijiet tintbagħat mill-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fil-bidu ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar. Biex jippermettu ċerta flessibbiltà fil-kummerċ ikkonċernat, il-possibbiltajiet għat-trasferiment tal-kuntratti fost il-proċessuri primarji awtorizzati għandhom ikunu suġġetti għal limitu. |
(11) |
Bl-iskop li jkun hemm immaniġġjar serju ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna, l-informazzjoni għandha tintbagħat mill-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru u n-notifiki li għandhom isiru lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jridu jiġu stipulati. |
(12) |
Biex tiġi mmaniġġjata skema bbażata fuq l-għajnuna mogħtija fuq il-bażi tal-kwantitajiet tal-fibra prodotta matul perjodu ta’ 22 xahar, għandha ssir disposizzjoni biex jitressqu, fil-bidu ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar għal ċerta sena kummerċjali, l-applikazzjonijiet ta’ l-għajnuna li jkopru l-fibra li għandha tinkiseb, li l-kwantitajiet tagħha għandhom jiġu indikati perjodikament minn hemm ’il quddiem. |
(13) |
Minħabba l-possibbiltà ta’ l-aġġustamenti fil-kwantitajiet tal-garanziji nazzjonali ggarantiti u l-kwantitajiet unitarji għal kull ettaru, il-kwantitajiet totali tal-fibra li għalihom l-għajnuna tista’ tingħata jkunu magħrufa biss wara li l-ipproċessar ikun tlesta. Għalhekk għandhom isiru dispożizzjonijiet kif jixraq biex titħallas għajnuna bil-quddiem akkont lill-proċessuri primarji fuq il-bażi tal-kwantitajiet tal-fibra miksuba perjodikament. Biex jiġi assigurat li fejn l-irregolaritajiet jiġu osservati l-ammonti dovuti attwalment jitħallsu, dawn il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom ikunu suġġetti għal depożitu ta’ garanzija. Dawn il-garanziji għandhom jikkonformaw ma’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (6) |
(14) |
Għajnuna addizzjonali kif prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 għandha tingħata biss fir-rigward ta’ żoni li t-tiben prodott minnhom ikun ikkwalifika għall-għajnuna għall-ipproċessar f’fibra twila tal-kittien. Ġabra minima ta’ fibra twila tal-kittien prodotta għal kull ettaru kopert b’kuntratt jew b’obbligazzjoni għandha għalhekk tiġi stabbilita biex iċ-ċirkustanzi li taħthom dik il-kondizzjoni tintlaħaq jiġu ddeterminati. |
(15) |
Sistema ta’ verifiki amministattivi u fuq il-post hija vitali għat-tmexxija tajba ta’ l-operazzjonijiet. L-affarijiet li għandhom jiġu vverifikati u l-għadd minimu ta’ verifiki fuq il-post li għandhom isiru għandhom jiġu speċifikati. |
(16) |
Il-konsegwenzi ta’ xi irregolaritajiet osservati għandhom jiġu stabbiliti. Dawn għandhom ikunu severi biżżejjed biex jiskoraġġixxu kwalunkwe użu illegali ta’ l-għajnuna Komunitarja filwaqt li jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
(17) |
Biex iż-żmien meta l-fibra tinkiseb jinġieb biżżejjed qrib l-avveniment operattiv minħabba r-rata tal-kambju għall-pagamenti bil-quddiem u l-għajnuna għall-ipproċessar, dak l-avveniment għandu jseħħ fl-aħħar jum ta’ kull perjodu għan-notifika tal-kwantitajiet tal-fibra miksuba. |
(18) |
Il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni għall-Kittien u l-Qanneb, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għan u sena tat-tqegħid fis-suq
1. Ir-regoli dettaljati ta’ l-applikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1673/2000 huma kif stabbiliti hawnhekk.
2. Is-sena tat-tqegħid fis-suq tibda tiddekorri mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
“persuni trattati bħala proċessuri” tfisser bdiewa li, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 2(1) it-tielet subparagrafu, punt (b) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000, ikkonkludew kuntratti ma’ proċessur primarju awtorizzat biex it-tiben tagħhom jiġi pproċessat f’fibra; |
(b) |
“fibra twila tal-kittien” tfisser fibra tal-kittien b’separazzjoni kompluta tal-fibri u tal-partijiet ta’ l-għuda taz-zokk li jkunu talanqas ta’ tul ta’ 50 ċm bħala medja wara li jiġu mimxuta u rranġati f’marelli paralleli f’qatet, folji jew filaturi; |
(c) |
“fibra qasira tal-kittien” tfisser fibra tal-kittien għajr dik imsemmija f’(b) li tinkiseb talanqas b’separazzjoni parzjali tal-fibri u l-partijiet ta’ l-għuda taz-zokk; |
(d) |
“fibra tal-qanneb” tfisser fibra tal-qanneb miksuba talanqas b’separazzjoni parzjali tal-fibri u l-partijiet ta’ l-għuda taz-zokk. |
Artikolu 3
L-awtorizzazzjoni ta’ proċessuri primarji
1. Il-proċessuri primarji għandhom iressqu applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti li jinkludu talanqas:
(a) |
deskrizzjoni ta’ l-impriża u tal-varjetà sħiħa tal-prodotti miksuba bl-ipproċessar tat-tiben tal-kittien u tal-qanneb; |
(b) |
deskrizzjoni ta’ l-impjanti u t-tagħmir ta’ l-ipproċessar, bid-dettalji tal-post fejn qegħdin u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jkopru:
|
(c) |
deskrizzjoni tal-faċilitajiet għall-ħażna, bid-dettalji tal-post fejn qegħdin u l-kapaċitajiet f’tunnellati metriċi tat-tiben u l-fibra tal-kittien u tal-qanneb. |
2. Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu obbligazzjoni li tgħodd mid-data tas-sottomissjoni biex:
(a) |
jaħżnu separatament mis-sena kummerċjali tal-ħsad tat-tiben ikkonċernat u mill-Istat Membru tal-ħsad, it-tiben tal-kittien, it-tiben tal-qanneb, il-fibra twila tal-kittien, il-fibra qasira tal-kittien u l-fibra tal-qanneb:
|
(b) |
jinżammu reġistrazzjonijiet ta’ kuljum ta’ ħażniet jew reġistrazzjonijiet ta’ lottijiet, regolarment marbuta mal-kontijiet finanzjarji, u ta’ l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 5, flimkien ma’ dokumenti ta’ appoġġ kif speċifikat mill-Istat Membru għall-fini ta’ kontrolli; |
(c) |
jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe tibdiliet fl-informazzjoni koperta bil-paragrafu 1; |
(d) |
joqogħdu għal kwalunkwe verifika taħt l-iskema ta’ l-għajnuna pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1673/2000. |
3. Wara spezzjoni fuq il-post biex jiġi vverifikat li l-informazzjoni koperta bil-paragrafu 1 tkun taqbel mal-fatti, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-proċessuri primarji awtorizzazzjoni li tkopri t-tipi tal-fibra li jilħqu l-kondizzjonijiet eliġibbli għall-għajnuna li huma jistgħu jipproduċu u għandhom jallokaw numru ta’ l-awtorizzazzjoni lil kull wieħed.
Awtorizzazzjoni għandha tingħata fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet.
Fejn hemm bdil f’wieħed jew iżjed mill-affarijiet ta’ l-informazzjoni koperti bil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tikkonferma jew taġġusta l-awtorizzazzjonijiet, fejn ikun meħtieġ wara verifika fuq il-post, fix-xahar ta’ wara n-notifika tal-bidla. Madanakollu, kwalunkwe aġġustament li jeffetwa t-tipi tal-fibra koperti bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija jista’ jidħol fis-seħħ mis-sena kummerċjali sussegwenti.
4. In konnessjoni ma’ l-awtorizzazzjoni tal-proċessuri primarji fir-rigward tal-fibra twila tal-kittien u fl-istess ħin fir-rigward tal-fibra qasira tal-kittien, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-fibra qasira tal-kittien tiġi mnaddfa taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu u jekk dawn jikkunsidraw li l-arraġamenti tal-kontroll ikunu sodisfaċenti, sabiex il-fibra tkun konformi mal-limiti rigward l-impurità u s-soddieda stabbiliti fl-Artikolu 2(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000.
F’dawn il-każi l-proċessuri primarji għandhom jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom biex jagħmlu użu mid-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-awtorizzazzjoni kif previst f’dan il-paragrafu.
Massimu ta’ żewġ naddafa tal-fibra tal-kittien qasir jingħataw l-awtorizzazzjoni biex titnaddaf il-fibra qasira tal-kittien għal kull proċessur primarju għas-sena kummerċjali kkonċernata.
Qabel l-1 ta’ Frar fir-rigward ta’ kull sena kummerċjali, il-proċessuri primarji awtorizzati għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti kuntratt għat-tindif tal-kittien tal-fibra qasira, li jinkludi talanqas:
(a) |
id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt u s-sena kummerċjali li tkun tikkorrispondi mal-ħsad tat-tiben li minnu l-fibra kkonċernata tkun ġiet miksuba; |
(b) |
in-numru ta’ l-awtorizzazzjoni tal-proċessur primarju u, fil-każ ta’ min inaddaf il-fibra qasira tal-kittien, l-ismijiet, l-ismijiet kummerċjali, l-indirizzi u l-post ta’ l-impjant tagħhom; |
(c) |
stqarrija fis-sens li l-persuni li jnaddfu il-fibra qasira tal-kittien jobbligaw ruħhom:
|
L-obbligazzjonijiet tal-persuni li jnaddfu msemmija fil-punt (ċ) għandhom jitqiesu bħala impriżi ta’ proċessuri primarji taħt l-awtorizzazzjonijiet tagħhom.
5. Ir-rekords ta’ l-istokk tal-proċessuri primarji awtorizzati għandhom jispeċifikaw skond il-jum jew lott u skond il-kategorija skond it-tip ta’ tiben jew it-tipi ta’ fibra maħżuna separatament:
(a) |
il-kwantitajiet li jidħlu fl-impriża u li jkunu koperti b’kull kuntratt jew obbligazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5 u, fejn ikun jgħodd, minn kull fornitur; |
(b) |
il-kwantitajiet ta’ tiben ipproċessati u l-kwantitajiet ta’ fibra miksuba; |
(c) |
it-telf stmat u l-kwantitajiet meqruda, bil-ġustifikazzjonijiet; |
(d) |
il-kwantitajiet li jħallu l-impriża, ikklassifikati skond il-konsenjatarju; |
(e) |
il-kwanitajiet f’kull maħżen. |
Il-proċessuri primarji awtorizzati għandu jkollhom iċ-ċertifikati tal-konsenja jew tar-riċevuta mingħand il-fornitur jew il-konsenjatarju kkonċernat jew kwalunkwe dokument ekwivalenti aċċettat mill-Istat Membru li jkopri l-konsenji kollha tat-tiben u l-fibra li jidħlu jew iħallu l-impriża u li ma jkunux koperti b’kuntratt jew b’rabta kif imsemmi fl-Artikolu 5. Il-proċessuri primarji awtorizzati għandhom iżommu rekord ta’ l-ismijiet jew l-ismijiet kummerċjali u l-indirizzi tal-fornituri jew tal-konsenjatarji kollha.
6. Lott għandu jkun kwantità determinata ta’ tiben tal-kittien jew tal-qanneb innumerata mad-dħul fl-impjanti ta’ pproċessar jew faċilitajiet ta’ ħażna msemmijin fil-paragrafu 1.
Lott jista’ jkun relatat għal kuntratt wieħed biss ta’ bejgħ/xiri li jkopri tiben, impenn ta’ pproċessar jew kuntratt ta’ pproċessar kif imsemmi fl-Artikolu 5.
Artikolu 4
L-obbligazzjonijiet ta’ persuni trattati bħala proċessuri
Il-persuni trattati bħala proċessuri:
(a) |
għandu jkollhom kuntratt ma’ proċessur primarju awtorizzat għall-ipproċessar tat-tiben f’fibra twila tal-kittien, fibra qasira tal-kittien u/jew fibra tal-qanneb; |
(b) |
għandhom iżommu reġistru li fih juru dan li ġej mill-bidu tas-sena kummerċjali in kwistjoni għal kull ġurnata kkonċernata:
|
(c) |
jżommu d-dokumenti ta’ l-appoġġ stipulati mill-Istat Membru għall-iskopijiet tal-kontrolli; u |
(d) |
jaqblu li joqogħdu għal kwalunkwe verifika kif previst taħt din l-iskema ta’ l-għajnuna. |
Artikolu 5
Il-kuntratti
1. Il-kuntratti tal-bejgħ/tax-xiri li jkopru t-tiben, l-obbligazzjonijiet għall-ipproċessar u l-kuntratti ta’ l-ipproċessar kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 għandhom jistipulaw talanqas:
(a) |
id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt jew tas-sena kummerċjali li tikkorrispondi mal-ħsad ikkonċernat; |
(b) |
in-numru ta’ l-awtorizzazzjoni tal-proċessuri primarji, in-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-bidwi skond is-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll integrat previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (7) u l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom; |
(c) |
dettalji li jidentifikaw il-qasam (l-oqsma) agrikolu(i) kkonċernat(i) b’mod konformi mas-sistema ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-oqsma agrikoli kif previst taħt is-sistema integrata għall-amministrazzjoni u l-kontroll; |
(d) |
iż-żoni fejn il-kittien jiġi kkoltivat għall-fibra u dawk fejn il-qanneb jiġi kkoltivat għall-fibra. |
2. Qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kummerċjali kkonċernata, kuntratti għall-bejgħ/għax-xiri jew l-ipproċessar li jkopru t-tiben jistgħu jiġu ttrasferiti lil proċessur primarju awtorizzat għajr dak li jkun oriġinarjament ikkonluda l-kuntratt, bi ftehim iffirmat tal-bidwi u tal-proċessuri primarji awtorizzati biex jittrasferixxu l-kuntratt bejniethom.
Wara l-1 ta’ Jannar tas-sena kummerċjali kkonċernata, trasferimenti ta’ kuntratti kif previst fl-ewwel subinċiż jistgħu jsiru biss taħt ċirkustanzi eċċezzjonali, sostnuti b’evidenza ta’ appoġġ iġġustifikata kif imiss u bl-awtorizzazzjoni ta’ l-Istat Membru.
Artikolu 6
L-informazzjoni li għandha tingħata mill-operaturi
1. Qabel id-data stabbilita mill-Istat Membru u sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Settembru wara l-bidu tas-sena kummerċjali in kwistjoni, proċessuri primarji awtorizzati u persuni trattati bħala proċessuri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bi:
(a) |
lista tal-kuntratti kollha tal-bejgħ/tax-xiri, l-obbligazzjonijiet għall-ipproċessar u l-kuntratti ta’ l-ipproċessar kif imsemmija fl-Artikolu 5 ta’ dik is-sena kummerċjali, maqsuma f’kittien u f’qanneb u li fihom ikun imsemmi n-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-bidwi taħt is-sistema integrata għall-amministrazzjoni u l-kontroll u l-oqsma kkonċernati, u |
(b) |
dikjarazzjoni dwar it-total ta’ l-arji kkoltivati bil-kittien u t-total ta’ l-arji kkoltivati bil-qanneb koperti minn kuntratti ta’ bejgħ/ta’ xiri, l-obbligazzjonijiet għall-ipproċessar u l-kuntratti għall-ipproċessar. |
Madanakollu, l-Istat Membru jista’ jkun jeħtieġ kopja tad-dokumenti kollha kkonċernati minflok il-lista msemmija fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu.
Fejn ċerti kuntratti ta’ l-ipproċessar jew l-obbligazzjonijiet għall-ipproċessar li għandhom x’jaqsmu ma’ l-arji li jinsabu fi Stat Membru għajr dawk li fihom il-proċessur primarju jkun awtorizzat, l-informazzjoni speċifikata fl-ewwel subparagrafu li għandha x’taqsam ma’ l-arji kkonċernati għandha wkoll tingħata mill-parti kkonċernata lill-Istat Membru li fih il-ħsad isir.
2. Fir-rigward ta’ l-ewwel sitt xhur tas-sena kummerċjali u wara kull perjodu ta’ erba’ xhur minn hemm ’il quddiem, proċessuri primarji awtorizzati u persuni trattati bħala proċessuri għandhom jiddikjaraw dan li ġej lill-awtoritajiet kompetenti sa l-aħħar tax-xahar sussegwenti fir-rigward ta’ kull kategorija tal-prodotti maħżuna separatament:
(a) |
il-kwantitajiet tal-fibra prodotta u koperta bl-applikazzjonijiet ta’ l-għajnuna; |
(b) |
il-kwantitajiet ta’ fibra oħra prodotta; |
(c) |
il-kwantità totali aggregata ta’ tiben li jkun daħal fl-impriża; |
(d) |
il-kwantitajiet fil-ħażna; |
(e) |
fejn ikun xieraq, għandha ssir lista b’mod konformi mal-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-kuntratti tal-bejgħ/tax-xiri li jkopru t-tiben u l-kuntratti għall-ipproċessar li jkun ġie ttrasferit b’mod konformi ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2), bl-ismijiet ta’ min qiegħed jirċievi u ta’ min qiegħed jittrasferixxi. |
Għal kull perjodu kkonċernat, flimkien mad-dikjarazzjonijiet tagħhom kif previst fl-ewwel subinċiż persuni trattati bħala proċessuri għandhom iressqu evidenza bħala appoġġ rigward il-kwantitajiet tal-fibra li tinħareġ fis-suq u li tkun koperta bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Din l-evidenza ta’ appoġġ għandha tkun speċifikata mill-Istat Membru u għandha tinkludi talanqas kopji tal-fatturi kummerċjali li jkopru l-kittien u l-qanneb u attestati mill-proċessur primarju awtorizzat li jkun ipproċessa t-tiben u li jkun jiċċertifika l-kwantitajiet u t-tipi ta’ fibra miksuba.
Wara li jinnotifikaw lill-Istat Membru, il-proċessuri primarji awtorizzati u l-persuni trattati bħala proċessuri jistgħu jieqfu milli jibagħtu d-dikjarazzjonijiet kif previst f’dan il-paragrafu rigward il-kwantitajiet li jidħlu u jħallu l-impriża u l-kwantitajiet ipproċessati fejn dawn l-operazzjonijiet ikunu waqfu definittivament għas-sena kummerċjali kkonċernata.
3. Qabel l-1 ta’ Mejju wara s-sena kummerċjali in kwistjoni, il-proċessuri primarji għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-modi prinċipali li bihom il-fibra u l-prodotti l-oħra miksuba jkunu ntużaw.
Artikolu 7
L-intitolament għall-għajnuna
1. Għajnuna għall-ipproċessar tat-tiben tal-kittien u l-qanneb kif previst mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 għandha titħallas fuq il-kittien u l-fibra tal-qanneb biss fejn din:
(a) |
tiġi minn tiben kopert mill-kuntratti ta’ bejgħ/xiri, obbligi ta’ pproċessar jew kuntratti ta’ pproċessar kif imsemmija fl-Artikolu 5 li tkopri oqsma tal-kittien jew qanneb ikkultivat għall-fibra u permezz ta’ l-applikazzjoni unika kif msemmija fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II tat-Tieni Parti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, kif ippreżentat għas-sena li fiha tibda s-sena tat-tqegħid fis-suq; |
(b) |
tinkiseb qabel l-l ta’ Mejju wara l-aħħar tas-sena kummerċjali in kwistjoni minn proċessur primarju awtorizzat u, fil-każ ta’ persuni trattati bħala proċessuri, tinħareġ fis-suq qabel dik id-data. |
2. Fejn l-Istat Membru jiddeċiedi li jagħti għajnuna għal fibra qasira tal-kittien jew fibra tal-qanneb li jkollha iżjed minn 7,5 % impuritajiet u soddied, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 2(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 tal-kwantità “Q” li għaliha l-għajnuna tingħata għandha tkun ikkalkulata billi tiġi applikata l-formula:
Q = P* [(100 – x) / (100 – 7,5)]
fejn “P” tirrappreżenta l-kwantità tal-fibra eliġibbli miksuba b’mhux iżjed mill-perċentwali awtorizzata ta’ “x” impuritajiet u soddied.
Artikolu 8
Il-kwantitajiet nazzjonali ggarantiti
1. Il-5 000 tunnellata metrika ta’ fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb biex titqassam bħala kwantitajiet nazzjonali ggarantiti b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 għandha tkun allokata qabel is-16 ta’ Novembru għas-sena kummerċjali kurrenti fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati qabel is-16 ta’ Ottubru u li jkopru:
(a) |
l-arji koperti bil-kuntratti tal-bejgħ/tax-xiri, l-obbligazzjonijiet ta’ l-ipproċessar u l-kuntratti għall-ipproċessar imressqa b’mod konformi ma’ l-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament; |
(b) |
il-prodott stmat tat-tiben u l-fibra tal-kittien u tal-qanneb. |
2. Biex tistabbilixxi l-kwantitajiet nazzjonali li għalihom tista’ tingħata l-għajnuna għall-ipproċessar rigward sena kummerċjali partikolari, qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kummerċjali in kwistjoni l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-trasferimenti tal-kwantitajiet nazzjonali ggarantiti magħmula b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000.
Madanakollu, għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, qabel l-1 ta’ Awissu wara l-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 7(1) (b) ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru jista’ jaġġusta l-kwantitajiet ittrasferiti.
3. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000, il-kwantità ta’ fibra twila tal-kittien, tal-fibra qasira tal-kittien u tal-fibra tal-qanneb u li għaliha l-għajnuna għall-ipproċessar tista’ tingħata rigward sena kummerċjali lil proċessur primarju awtorizzat jew lil persuna trattata bħala proċessur għandha tkun limitata għal għadd ta’ ettari ta’ oqsma koperti bil-kuntratt tal-bejgħ/tax-xiri jew b’obbligazzjoni għall-ipproċessar jew, kif jista’ jagħti l-każ, b’kuntratt għall-ipproċessar, immultiplikat bil-kwantità unitarja li għandha tiġi ddeterminata.
Qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena kummerċjali kurrenti l-Istat Membru għandu jiddetermina l-kwantità unitarja msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-intier tat-territorju tiegħu għat-tliet tipi ta’ fibra kkonċernati.
4. Fejn il-kwantitajiet tal-fibra li għalihom tingħata għajnuna lil ċerti proċessuri primarji awtorizzati jew lil ċerti persuni trattati bħala proċessuri jkunu taħt il-limiti applikabbli għalihom skond il-paragrafu 3, l-Istat Membru jista’ wara li jirċievi d-dikjarazzjonijiet kollha kif previst fl-Artikolu 6(2)(a) fir-rigward tas-sena kummerċjali kkonċernata, iżid il-kwantitajiet unitarji kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu biex jerġa’ jalloka mill-ġdid il-kwantitajiet disponibbli lill-proċessuri primarji awtorizzati l-oħra jew lill-persuni trattati bħala proċessuri li l-kwantitjiet eliġibbli tagħhom ikunu jeċċedu l-limitu applikabbli għalihom.
Artikolu 9
L-applikazzjonijiet għall-għajnuna
1. Il-proċessuri primarji awtorizzati għandhom iressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ipproċessar tat-tiben lill-awtoritajiet kompeteti fir-rigward tal-fibra twila tal-kittien, il-fibra qasira tal-kittien, u l-fibra tal-qanneb li għandhom jinkisbu mit-tiben mis-sena kummerċjali qabel il-limitu taż-żmien stabbilit mill-Artikolu 7(1)(b). Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jitressqu mhux aktar tard mid-data stabbilita fl-Artikolu 6(1).
Fejn il-fibra tkun sa tinkiseb parzjalment mit-tiben prodott fi Stat Membru għajr f’dak li fih il-proċessur primarju jkun awtorizzat, l-applikazzjonijet għall-għajnuna għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti fi Stat Membru fejn it-tiben jinħasad u għandha tintbagħat kopja lill-Istat Membru fejn il-proċessur primarju jkun awtorizzat.
2. Il-persuni trattati bħala proċessuri għandhom iressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ipproċessar tat-tiben lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-fibra twila tal-kittien, il-fibra qasira tal-kittien, u l-fibra tal-qanneb li għandhom jinkisbu mit-tiben mis-sena kummerċjali kkonċernata u jinħarġu fis-suq qabel il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 7(1)(b). Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jitressqu mhux aktar tard mid-data stabbilita fl-Artikolu 6(1).
3. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu talanqas:
(a) |
l-ismijiet, l-indirizzi u l-firem ta’ l-applikanti u, fejn ikun jgħodd, in-numri ta’ l-awtorizzazzjoni tal-proċessuri primarji jew in-numri ta’ l-identifikazzjoni taħt is-sistema integrata għall-amministrazjoni u l-kontroll tal-persuni trattati bħala proċessuri, |
(b) |
stqarrija li l-kwantitajiet tal-fibra twila tal-kittien, il-fibra qasira tal-kittien u l-fibra tal-qanneb koperti mill-applikazzjoni jkunu sa jiġu koperti bid-dikjarazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 6(2)(a). |
Għall-finijiet ta’ l-għoti ta’ l-għajnuna, dikjarazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 6(2)(a) għandhom jifformaw parti integrali mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna.
Artikolu 10
Il-pagamenti bil-quddiem ta’ l-għajnuna
1. Fejn applikazzjonijiet għal pagamenti bil-quddiem jitressqu mad-dikjarazzjonijiet tal-fibra miksuba kif previst fl-Artikolu 6(2)(a), il-pagamenti għandhom jitħallsu lill-proċessuri primarji awtorizzati sa l-aħħar tax-xahar li jiġi wara li titressaq d-dikjarazzjoni, basta l-applikazzjoni għall-għajnuna tkun tressqet b’mod konformi ma’ l-Artikolu 9. Mingħajr preġudizzju għal-limitu stabbilit fl-Artikolu 8(3), il-pagamenti bil-quddiem għandhom ikunu ugwali għal 80 % ta’ l-għajnuna li tikkorrispondi mal-kwantitajiet tal-fibra ddikjarata.
2. Self għandu jingħata biss fejn ma jkun instab li saret ebda irregolarità mill-applikant fir-rigward tas-sena tas-suq ikkonċernata skond il-kontrolli previsti fl-Artikolu 13 u fejn tkun depożitata garanzija.
Ħlief fir-rigward tal-garanziji relevanti fejn il-fibra tal-kittien qasira hija mnaddfa b’kuntratt, għal kull proċessur primarju awtorizzat u kull tip ta’ fibra, il-garanzija għandha tkun ta’ 35 % ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna li tikkorrispondi għall-kwantitajiet ta’ fibra li joħorġu mill-multiplikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3).
Madankollu, Stati Membri jistgħu jiddisponu li l-ammont tal-garanzija jkun ibbażat fuq il-produzzjoni stmata. F’dan il-każ:
(a) |
il-garanzija tista’ ma tkunx irrilaxxata kemm parti minnha jew kollha kemm hi qabel l-għotja ta’ l-għajnuna; |
(b) |
minkejja l-ħames subparagrafu, f’dak li jirrelata għall-ammont totali ta’ self mogħti l-ammont tal-garanzija ma jistax ikun inqas minn:
|
Meta l-fibra tal-kittien qasir hija mnaddfa b’kuntratt, il-garanzija rilevanti għandha tkun ugwali għall-110 %:
— |
ta’ l-ammont ta’ għajnuna li jikkorrispondi għall-kwantitajiet ta’ fibri li joħroġ mill-multiplikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3), jew |
— |
meta l-Istat Membru japplika s-subparagrafu ta’ hawn fuq, l-ammont totali ta’ self mogħti għas-sena tas-suq in kwestjoni. |
Il-garanzija għandha tkun rilaxxata kollha kemm hi bejn l-ewwel u l-10 jum wara dak li fih tkun saret l-għotja ta’ l-għajnuna fi proporzjon għall-kwantitajiet li fuqhom l-Istat Membru jkun ta l-għajnuna għalli-ipproċessar.
3. L-Artikolu 3 u t-Titoli II, III u VI tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom jgħoddu għall-garanziji kif imsemmi f’dan l-Artikolu.
Artikolu 11
L-għajnuna addizzjonali
Għajnuna addizzjonali kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 għandha tingħata lill-proċessuri primarji tal-kittien tal-fibra twila li jkunu awtorizzati fir-rigward ta’ arji li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament u li jkunu koperti b’kuntratti tal-bejgħ/tax-xiri u b’obbligazzjonijiet għall-ipproċessar imressqa b’konformità ma’ l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament.
Madanakollu, fl-arja li fir-rigward tagħha tingħata għajnuna addizzjonali m’għandhiex teċċedi dik li tkun tikkorrispondi mal-kwantità tal-kittien tal-fibra twila li tkun tikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ l-eliġibbiltà għall-għajnuna għall-ipproċessar u miksuba fir-rigward tas-sena kummerċjali ikkonċernata, diviża bi prodott ta’ 680 kg ta’ fibra twila tal-kittien għal kull ettaru.
Artikolu 12
Il-ħlas ta’ l-għajnuna
1. Għajnuna għall-ipproċessar u, fejn ikun xieraq, għajnuna addizzjonali għandha tingħata ġaladarba l-verifiki kollha stabbiliti jkunu saru u wara li l-kwantitajiet definittivi tal-fibra eliġibbli għall-għajnuna jkunu ġew iddeterminati fir-rigward tas-sena kummerċjali kkonċernata.
2. L-għajnuna għall-ipproċessar u, fejn xieraq, l-għajnuna addizzjonali għandha titħallas mill-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu t-tiben tal-kittien jew tal-qanneb ikun inħasad qabel il-15 ta’ Ottubru ta’ wara l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 7(1)(b).
Artikolu 13
Il-kontrolli
1. Għandhom isiru kontrolli biex jassiguraw konformità mal-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna u dawn għandhom jinvolvu b’mod partikolari:
(a) |
il-verifiki dwar il-konformità mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-proċessuri primarji u t-twettiq ta’ l-obligazzjonijiet tagħhom minn persuni trattati bħala proċessuri; |
(b) |
tqabbil ta’ informazzjoni dwar oqsma agrikoli msemmija fil-kuntratti ta’ bejgħ/xiri, obbligi ta’ pproċessar u kuntratti ta’ pproċessar biex tivverifika jekk din taqbilx ma’ dak stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003; |
(c) |
il-verifika ta’ l-informazzjoni b’appoġġ għall-kwantitajiet koperti b’applikazzjonijiet għall-għajnuna mingħand proċessuri primarji u persuni trattati bħala proċessuri. |
Il-verifiki tal-proċessuri primarji awtorizzati li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom ikopru l-ipproċessar tat-tiben tal-kittien u tal-qanneb ikkoltivat għall-fibra prodotta fil-Komunità.
2. L-ispezzjonijiet fuq il-post li jsiru għall-iskopijiet ta’ kontrolli kif previst fil-paragrafu 1 għandhom jiddeċiedu dwarhom l-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, bil-ħsieb li jiċċekkjaw għall-inqas 75 % tal-proċessuri primarji awtorizzati u 10 % tal-persuni trattati bħala proċessuri kull sena kummerċjali. Madanakollu, fl-ebda każ l-għadd ta’ spezzjonijiet fuq il-post li jsir fi kwalunkwe Stat Membru ma jista’ jkun anqas mill-għadd totali ta’ l-ettari ddikjarati li jiġu kkoltivati bil-kittien u l-qanneb f’dak l-Istat Membru, diviż b’750.
L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom ikopru wkoll lil dawk li jnaddfu l-fibra qasira tal-kittien li jkunu kkonkludew kuntratti ma’ proċessuri primarji awtorizzati għat-tindif tal-fibra.
3. L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jinvolvu b’mod partikolari:
(a) |
il-pjanti, l-istokkijiet u l-fibra miksuba; |
(b) |
rekords ta’ l-istokkijiet u l-kontijiet finanzjarji; |
(c) |
l-enerġija kkonsmata b’diversi mezzi ta’ produzzjoni u d-dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-manodopera użata; u |
(d) |
kwalunkwe dokument kummerċjali rilevanti għall-kontrolli. |
Fil-każ ta’ dubju rigward l-eliġibbiltà, u b’mod partikolari rigward il-kontenut ta’ l-impuritajiet tal-fibra qasira tal-kittien u l-fibra tal-qanneb, kampjun rappreżentativ għandu jittieħed mill-gruppi li dwarhom ikun hemm dubju u għandha ssir preċiżazzjoni eżatta dwar il-karatteristiċi rilevanti. Fejn applikabbli u jkun jiddependi miċ-ċirkustanzi, l-Istat Membru għandu jiddetermina l-kwantitajiet li ma jkunux eliġibbli fost dawk koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna.
Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000, l-Istat Membru li jwettaq l-ispezzjoni għandu jibgħat il-konklużjonijiet immedjatament lill-Istat Membru li jkun se jħallas l-għajnuna.
Artikolu 14
Il-Pieni
1. Fejn il-verifiki juru li l-obbligazzjonijiet li jkunu ġew assunti fl-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ma jkunux twettqu, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi rtirata immedjatament u minkejja l-Artikolu 3(3), il-proċessuri li l-awtorizzazzjoni tagħhom tkun ġiet irtirata m’għandhomx jingħataw awtorizzazzjoni oħra qabel it-tieni sena kummerċjali li tibda wara d-data tal-verifika jew id-data li fiha kwalunkwe nuqqas milli jitwettqu dawn l-obbligazzjonijiet jkun ġie stabbilit.
2. Fejn dikjarazzjoni falza ssir deliberatament jew bħala riżultat ta’ negliġenza serja jew fejn il-proċessur primarju jkun iffirma kuntratti tal-bejgħ/tax-xiri li jkopru t-tiben jew ikun daħal għal obbligazzjonijiet għall-ipproċessar li jkopru għadd ta’ ettari li normalment għandhom jipprovdu ammont ta’ prodott ogħla b’mod sinifikanti milli jista’ jiġi pproċessat b’mod konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jidhru f’din l-awtorizzazzjoni, il-proċessur primarju awtorizzat jew il-persuna trattata bħala proċessur m’għandhiex tikkwalifika għall-għajnuna ta’ l-ipproċessar jew, fejn ikun jgħodd, għall-għajnuna addizzjonali kif prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 rigward is-sena kummerċjali kkonċernata u s-sena kummerċjali ta’ wara.
3. Fejn kwantitajiet ta’ fibra twila tal-kittien, fibra qasira tal-kittien jew fibra tal-qanneb koperti b’applikazzjonijiet għall-għajnuna jinsab li jeċċedu lil dawk li jilħqu l-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà għall-għajnuna u attwalment miksuba fir-rigward ta’ perjodu msemmi fl-Artikolu 6(2), l-għajnuna li tista’ tingħata għal kull tip ta’ fibra għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(3), tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-kwantitajiet attwalment eliġibbli fir-rigward tas-sena kummerċjali kkonċernata, imnaqqsa bid-doppju tad-differenza minn dawk koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna.
4. Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, fil-każ li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jitressqu tard kif previst fl-Artikolu 9 jew titressaq tard inkella tiġi ddikjarata tard l-informazzjoni kif previst fl-Artikolu 6, l-għajnuna li għaliha ssir l-applikazzjoni u li għaliha l-parti kkonċernata kienet tkun intitolata kieku l-applikazzjoni tressqet jew ġiet iddikjarata sal-limitu taż-żmien għandha titnaqqas b’1 % għal kull ġurnata tax-xogħol. L-applikazzjonijiet u l-informazzjoni kif previst fl-Artikolu 6(1) imressqin aktar minn 25 ġurnata tard għandhom ikunu inammissibbli.
5. Fejn jgħodd, l-għajnuna addizzjonali msemmija fl-Artikolu 11 għandha titnaqqas bl-istess perċentwali bħal dik applikata għat-total ta’ l-għajnuna pproċessata fir-rigward tas-sena kummerċjali kkonċernata.
Artikolu 15
In-notifiki
1. Fit-tieni xahar wara t-tmiem ta’ kull perjodu kif imsemmi fl-ewwel sub-inċiż ta’ l-Artikolu 6(2), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi:
(a) |
il-kwantitajiet totali tal-fibra twila tal-kittien, il-fibra qasira tal-kittien, aġġustati, fejn jgħodd, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 7(2), li għalihom ikunu tressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna fil-perjodu kkonċernat; |
(b) |
il-kwantitajiet mibjugħa kull xahar u l-prezzijiet rilevanti li jistgħu jiġu ppubblikati fl-iktar swieq importanti fl-istadju tal-produzzjoni għall-kwalitajiet tal-fibra ta’ oriġini Komunitarja li jkunu l-aktar rappreżentattivi tas-suq; |
(c) |
għal kull sena ta’ marketing, dikjarazzjoni sommarja tal-kwantitajiet ta’ ħjut tal-kittien twal, ħjut tal-kittien qosra u ħjut tal-qanneb miksuba mit-tiben ta’ oriġini tal-Komunità maħżun fl-aħħar tal-perjodu kkonċernat. |
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar u fir-rigward tas-sena kummerċjali kurrenti, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi:
(a) |
transferimenti ta’ kwantitajiet nazzjonali ggarantiti magħmula b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 u l-kwantitajiet nazzjonali ggarantiti li jirriżultaw minn dawn it- trasferimenti; |
(b) |
prospett sommarju ta’ l-arji kkultivati bil-kittien u l-qanneb għall-fibra u koperti b’kuntratti jew l-obbligazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000; |
(c) |
il-kwantitajiet unitarji stabbiliti skond l-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament; |
(d) |
il-produzzjoni stmata tat-tiben u l-fibra tal-kittien u l-qanneb; |
(e) |
l-għadd ta’ impriżi ta’ l-ipproċessar awtorizzati u l-kapaċità totali tagħhom għall-ipproċessar f’termini tad-diversi tipi ta’ fibra fir-rigward tas-sena kummerċjali kurrenti; |
(f) |
fejn jgħodd, l-għadd tal-persuni li jnaddfu l-fibra qasira tal-kittien bil-kuntratt. |
3. Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja li għandha x’taqsam mas-sena kummerċjali ta’ qabel ta’ l-aħħar:
(a) |
prospett sommarju tal-kwantitajiet totali tal-fibra twila tal-kittien, tal-fibra qasira tal-kittien u tal-fibra tal-qanneb koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna:
|
(b) |
il-kwantitajiet totali ta’ fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb li ma jkunux eliġibbli minħabba li jkollhom perċentwali ta’ impuritajiet b’eċċess għal-limitu stabbilit fl-Artikolu 2(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 u li jinkisbu mill-proċessur primarju awtorizzat u mill-persuni trattati bħala proċessuri; |
(c) |
prospett sommarju ta’ l-għadd ta’ ettari li jinsabu rispettivament fiż-zoni I u II kif definiti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 u li għalihom l-għajnuna addizzjonali prevista fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament tkun ingħatat; |
(d) |
fejn ikun jgħodd, il-kwantitajiet nazzjoanli ggarantiti u l-ammonti unitarji li jirriżultaw mill-aġġustamenti previsti fit-tieni subpargrafu ta’ l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-Regolament; |
(e) |
l-għadd ta’ pieni kif previst fl-Artikolu 14(1), (2) u (3) li jkun ġie deċiż li jiġu applikati u dawk li jkunu qed jiġu kkunsidrati; |
(f) |
fejn jgħodd, rapport fuq l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3(4) ta’ dan ir-Regolament u fuq il-kontrolli u l-kwantitajiet ikkonċernati. |
4. Fejn l-Istat Membru jiddeċiedi skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 li jagħti għajnuna għall-fibra qasira tal-kittien jew għall-fibra tal-qanneb li jkollha iżjed minn 7,5 % ta’ impuritajiet u soddied, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena kummerċjali kurrenti, waqt li jispeċifika l-azjendi tradizzjonali kkonċernati.
F’dawn il-każi, flimkien ma’ l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu l-Istat Membru għandu jinkludi analiżi tal-kwantitajiet attwali, mhux aġġustati tal-fibra qasira tal-kittien u tal-fibra tal-qanneb li jkun fihom iżjed minn 7,5 % ta’ impuritajiet u soddied u li jkunu koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna.
Article 16
Fatt operattiv
Għall-kull perjodu msemmi fl-Artikolu 6 (2), il-fatt operattiv għar-rata ta’ kambju għall-ewro biex tkopri l-advance u l-għajnuna għall-ipproċessar għall-kwantità kkonċernata hija dik msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1913/2006.
Artikolu 17
Qanneb importat
1. Il-liċenzja msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 għandha tkun imfassla skond il-mudell mogħti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Il-liċenza għandha tiġi maħruġa biss fejn ikun ippruvat għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru li qed jimporta li l-kondizzjonijiet preskritti ġew sodisfatti.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreskrivu il-kondizzjonijiet li jridu jiġu milħuqa mill-applikazzjoni tal-liċenzja u l-ħruġ u l-użu tal-liċenzja. Madankollu, kaxex 1, 2, 4, 14, 15, 16, 17, 18, 20, 24 u 25 tal-liċenzja għandhom jiġu mimlija.
Il-liċenzji jistgħu jinħarġu u jkunu użati permezz ta’ sistemi kompjuterizzati skond ir-regoli dettaljati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti. Il-kontenut ta’ dawk il-liċenzji jenħtieġ li jkun identiku għal dak tal-liċenzji fuq il-karta msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi. Fl-Istati Membri fejn m’humiex disponbbli tali sistemi kompjuterizzati, l-importatur jista’ juża biss liċenzja b’forma tal-karta.
Is-sistema ta’ iċċekjar msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 għandha tiġi stabbilita minn kull Stat Membru kkonċernat.
2. Għall-għanijiet tat-tielet linja ta’ l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu arranġamenti għall-awtorizzazzjoni ta’ importaturi taż-żerriegħa tal-qanneb minbarra dik biex tiġi miżrugħa. Dawk l-arranġamenti għandhom jinkludu d-definizzjoni tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, iċċekkjar, u l-penali li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ irregolarità.
Fil-każ ta’ żerriegħa tal-qanneb importata kif inhi riferuta fl-ewwel subparagrafu, il-liċenzja riferuta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha toħroġ biss meta l-importatur awtorizzat jintrabat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ppreżentati, fil-limitu ta’ żmien u taħt il-kondizzjonijiet definiti mill-Istat Membru, b’dokumenti li jaffermaw li ż-żerriegħa tal-qanneb imħarsa mil-liċenzja għaddiet, f’perjodu ta’ anqas minn 12-il xahar mid-data ta’ meta ħarġet il-liċenzja, minn waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
titqiegħed kondizzjoni li teskludi l-użu għaż-żrigħ; |
(b) |
tħalltet ma’ żerriegħa oħra li m’hiex żerriegħa tal-qanneb għall-iskopijiet tan-nutriment ta’ l-annimali, ma’ żerriegħa tal-qanneb li tlaħħaq għall-massimu ta’ 15 % tat-taħlita totali, u, f’każijiet eċċezzjonali, massimu ta’ 25 % fuq it-talba ta’ l-importatur awtorizzat akkumpanjata b’ġustifikazzjoni; |
(c) |
reġgħet ġiet esportata lejn pajjiż li mhux tal-Komunità. |
Madankollu, jekk parti miż-żerriegħa tal-qanneb li hija mħarsa mil-liċenzja m’għaddietx minn waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu ta’ qabel fiż-żmien limitat ta’ 12-il xahar, l-Istat Membru jista’, fuq talba ta’ l-importatur awtorizzat akkumpanjat minn ġustifikazzjoni, jestendi l-limitu ta’ żmien b’perjodu wieħed jew tnejn ta’ sitt xhur.
L-attestazzjonijiet referuti fit-tieni subparagrafu għandhom jiġu mfassla mill-operaturi li jkunu wettqu l-operazzjonijiet u għandhom ikunu magħmulin għall-inqas minn din l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-isem, l-indirizz sħiħ, l-Istat Membru u l-firma ta’ l-operatur, |
(b) |
deskrizzjoni ta’ l-operazzjoni mwettqa li tħares il-kondizzjonijiet preskritti fit-tieni subparagrafu u d-data ta’ meta twettqet, |
(c) |
il-kwantità f’kilogrammi ta’ żerriegħa tal-qanneb relatata ma’ l-operazzjoni. |
3. Fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, kull Stat Membru kkonċernat għandu jagħmel iċċekkjar fuq l-eżatezza ta’ l-attestazzjonijiet li jirrelataw ma’ l-operazzjonijiet riferuti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 mwettqa fuq it-territorju tagħhom.
Fejn ikun xieraq, l-Istat Membru importatur għandu jibgħat lill-Istati Membri kkonċernati kopji ta’ l-attestazzjonijiet li jikkonċernaw l-operazzjonijiet imwettqa fuq it-territorju ta’ dawn ta’ l-aħħar u sottomessi minn importaturi awtorizzati. Meta jiġu skoperti irregolaritajiet waqt l-iċċekkjar imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru importatur.
4. Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.
Mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar kull sena l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-penali imposti jew passi meħuda bħala riżultat ta’ l-irregolaritajiet skoperti tul is-sena ta’ marketing preċedenti.
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, li għandha tgħaddihom lill-Istati Membri l-oħra, l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u għall-iċċekkjar referuti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 18
Ir-Regolament (KE) Nru 245/2001 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 19
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tieghu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 953/2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru. 1673/2000 ser jiġi sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta’ Lulju 2008.
(2) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.
(3) ĠU L 35, 6.2.2001, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
(4) Ara l-Anness II.
(5) ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 319/2008 (ĠU L 95, 8.4.2008, p. 63).
(6) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006.
(7) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2001 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1093/2001 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 52/2002 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2002 |
Artikolu 1(2) biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1401/2003 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 873/2005 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 |
Artikolu 24 biss |
ANNESS III
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 245/2001 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 2, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 2, l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(a) |
Artikolu 2, it-tieni inċiż, kliem tal-bidu |
— |
Artikolu 2, it-tieni inċiż, punt (a) |
Artikolu 2(b) |
Artikolu 2, it-tieni inċiż, punt (b) |
Artikolu 2(ċ) |
Artikolu 2, it-tieni inċiż, punt (c) |
Artikolu 2(d) |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 3(1) l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 3(1)(a) |
Artikolu 3(1) l-ewwel subparagrafu, punt (b), l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(1)(b)(i) |
Artikolu 3(1) l-ewwel subparagrafu, punt (b), it-tieni inċiż |
Artikolu 3(1)(b)(ii) |
Artikolu 3(1) l-ewwel subparagrafu, punt (b), it-tielet inċiż |
Artikolu 3(1)(b)(iii) |
Artikolu 3(1) l-ewwel subparagrafu, punt (ċ) |
Artikolu 3(1)(ċ) |
Artikolu 3(1) it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 3(2), kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 3(2), kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 3(2) l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(2)(a) |
Artikolu 3(2) l-ewwel inċiż, punt (a) |
Artikolu 3(2)(a)(i) |
Artikolu 3(2) l-ewwel inċiż, punt (b) |
Artikolu 3(2)(a)(ii) |
Artikolu 3(2) l-ewwel inċiż, punt (ċ) |
Artikolu 3(2)(a)(iii) |
Artikolu 3(2) it-tieni inċiż |
Artikolu 3(2)(b) |
Artikolu 3(2) it-tielet inċiż |
Artikolu 3(2)(ċ) |
Artikolu 3(2) ir-raba’ inċiż |
Artikolu 3(2)(d) |
Artikolu 3(3) sa (6) |
Artikolu 3(3) sa (6) |
Artikolu 4, kliem tal-bidu |
Artikolu 4, kliem tal-bidu |
Artikolu 4, punt (a) |
Artikolu 4 punt(a) |
Artikolu 4, punt (b), l-ewwel inċiż |
Artikolu 4, punt(b)(i) |
Artikolu 4, punt (b), it-tieni inċiż |
Artikolu 4, punt (b)(ii) |
Artikolu 4, punt (b), it-tielet inċiż |
Artikolu 4, punt (b)(iii) |
Artikolu 4, punti (ċ) u (d) |
Artikolu 4, punti (ċ) u (d) |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 6(1) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 6(1) l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 6(1) l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 6(1) l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 6(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6(1) it-tielet subparagrafu |
Artikolu 6(1) it-tielet subparagrafu |
Artikolu 6(2) u (3) |
Artikolu 6(2) u (3) |
Artikolu 7(1), kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 7(1), kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 7(1) l-ewwel inċiż |
Artikolu 7(1)(a) |
Artikolu 7(1) it-tieni inċiż |
Artikolu 7(1)(b) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 8(1), kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 8(1) kliem ta’ introduzzjoi |
Artikolu 8(1) l-ewwel inċiż |
Artikolu 8(1)(a) |
Artikolu 8(1) it-tieni inċiż |
Artikolu 8(1)(b) |
Artikolu 8(2), (3) u (4) |
Artikolu 8(2), (3) u (4) |
Artikolu 9(1) u (2) |
Artikolu 9(1) u (2) |
Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 9(3) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 9(3) l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 9(3) l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 9(3) l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 9(3) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9(3) it-tieni subparagrafu |
Artikoli 10, 11 u 12 |
Artikoli 10, 11 u 12 |
Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 13(1) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 13(1) l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 13(1) l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 13(1) l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 13(1) l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż |
Artikolu 13(1) l-ewwel subparagrafu, punt (ċ) |
Artikolu 13(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, punt (ċ) |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, ir-raba’ inċiż |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, punt (d) |
Artikolu 13(3), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 13(3), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15(1) u (2) |
Artikolu 15(1) u (2) |
Artikolu 15(3), kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 15(3), kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 15(3)(a)(1) |
Artikolu 15(3)(a)(i) |
Artikolu 15(3)(a)(2) |
Artikolu 15(3)(a)(ii) |
Artikolu 15(3)(a)(3) |
Artikolu 15(3)(a)(iii) |
Artikolu 15(3)(b) sa (f) |
Artikolu 15(3)(b) sa (f) |
Artikolu 15(4) |
Artikolu 15(4) |
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
Artikolu 17 |
— |
Artikolu 17a(1) |
Artikolu 17(1) |
Artikolu 17a(2) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 17(2) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 17a(2), it-tieni subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 17a(2), it-tieni subpargrafu, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 17a(2) it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 17(2) it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 17a(2) it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 17(2) it-tieni subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 17a(2) it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż |
Artikolu 17(2) it-tieni subparagrafu, punt (ċ) |
Artikolu 17a(2) it-tielet subparagrafu |
Artikolu 17(2) it-tielet subparagrafu |
Artikolu 17a(2) ir-raba’ subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 17(2) ir-raba’ subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 17a(2) ir-raba’ subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 17(2) ir-raba’ subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 17a(2) ir-raba’ subparagrafu, it-tielet inċiż |
Artikolu 17(2) ir-raba’ subparagrafu, punt (ċ) |
Artikolu 17a(2), ir-raba' inċiż, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 17a(2), ir-raba' inċiż, kliem ta’ introduzzjoni |
Artikolu 17a(3) u (4) |
Artikolu 17(3) u (4) |
Artikolu 18 |
— |
— |
Artikolu 18 |
Artikolu 19, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 19 |
Artikolu 19, it-tieni u t-tielet subparagrafi |
— |
Anness |
Anness I |
— |
Annessi II u III |