EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0450

Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat)

OJ L 145, 4.6.2008, p. 1–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 002 P. 245 - 308

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/10/2013; Imħassar b' 32013R0952

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/450/oj

4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 145/1


REGOLAMENT (KE) Nru 450/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2008

li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 26, 95, 133 u 135 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-Komunità hi bbażata fuq unjoni doganali. Xieraq li, fl-interess kemm ta’ l-operaturi ekonomiċi kif ukoll ta’ l-awtoritajiet doganali fil-Komunità, il-leġiżlazzjoni doganali preżenti tinġabar f’Kodiċi Doganali Komunitarju (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Kodiċi”). Ibbażat fuq il-kunċett ta’ suq intern, il-Kodiċi għandu jinkludi r-regoli ġenerali u l-proċeduri li jiżguraw l-implimentazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra ta’ politika komuni introdotti fil-livell Komunitarju b’ konnessjoni mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn il-Komunità u pajjiżi jew territorji barra mit-territorju doganali tal-Komunità, b’kont meħud tal-ħtiġijiet ta’ dawk il-linji ta’ politika komuni. Il-leġiżlazzjoni doganali għandha tkun taqbel iktar mad-dispożizzjonijiet marbuta mal-ġbir ta’ ħlasijiet ta’ importazzjoni mingħajr bdil għall-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa li hemm fis-seħħ.

(2)

Skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-2004-2005, jixraq li l-qafas legali jiġi adattat għall-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3), kien ibbażat fuq l-integrazzjoni tal-proċeduri doganali applikati separatament fl-Istati Membri rispettiv matul is-snin 80. Dak ir-Regolament kien ripetutament u sostanzjalment emendat sa mill-introduzzjoni tiegħu, sabiex jindirizza problemi speċifiċi bħall-ħarsien tal-intenzjoni tajba jew it-teħid f’kont tal-ħtiġijiet ta’ sigurtà. Emendi ulterjuri għall-Kodiċi huma meħtieġa bħala konsegwenza tat-tibdiliet legali importanti li saru fi snin riċenti, kemm fil-livell Komunitarju kif ukoll f’dak internazzjonali, bħall-iskadenza tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar il-Faħam u l-Azzar u d-dħul fis-seħħ ta’ l-Atti ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 u ta’ l-2005, kif ukoll l-Emenda tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali (minn issa ‘l quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni Riveduta ta’ Kyoto”), li l-adeżjoni tal-Komunità għaliha kienet approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/231/KE (4). Issa wasal iż-żmien biex il-proċeduri doganali jsiru iktar effiċjenti u jittieħed kont tal-fatt li d-dikjarazzjonijiet u l-ipproċessar elettroniċi huma r-regola u li d-dikjarazzjonijiet u l-ipproċessar miktuba huma l-eċċezzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, mhux biżżejjed li jsiru iktar emendi għall-Kodiċi preżenti u hemm bżonn bidla sħiħa.

(4)

Jixraq li jiġi introdott fil-Kodiċi qafas legali għall-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali għall-kummerċ ta’ merkanzija bejn partijiet tat-territorju doganali li għalih japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (5) u partijiet minn dak it-territorju fejn dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx, jew għall-kummerċ bejn partijiet fejn dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx Filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li l-merkanzija kkonċernata hija merkanzija Komunitarja u n-natura fiskali tal-miżuri involuti f’dan il-kummerċ intra-Komunitarju, huwa ġustifikabbli li jiġi introdott permezz ta’ miżuri implimentattivi, simplifikazzjonijiet adatti fil-formalitajiet doganali li għandhom jiġu applikati għal dik il-merkanzija.

(5)

Biex ikun iffaċilitat il-kummerċ leġittimu u l-ġlieda kontra l-frodi jeħtieġ li l-proċeduri u l-proċessi doganali jkunu sempliċi, rapidi u standard. Għalhekk hu xieraq li, bi qbil mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ambjent sempliċi u li jevita l-użu ta’ karti għad-dwana u l-kummerċ, tiġi simplifikata l-leġiżlazzjoni doganali, b’tali mod li tippermetti l-użu ta’ għodod u teknoloġija moderni u biex tippromwovi aktar b’mod uniformi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali u approċċi modernizzati għall-kontroll doganali, b’hekk tgħin biex tiżgura li jkun hemm lok għall-proċeduri ta’ żdoganar li jkunu effiċjenti u sempliċi. Il-proċeduri doganali għandhom jitwaħħdu jew ikunu allinjati u n-numru ta’ proċeduri jitnaqqas għal wieħed li hu ekonomikament ġustifikat, bil-għan li tiżdied il-kompetittività tan-negozju.

(6)

L-ikkompletar tas-suq intern, it-tnaqqis ta’ xkiel għall-kummerċ u l-investiment internazzjonali u l-bżonn imsaħħaħ biex tiġi żgurata s-sigurtà u s-sikurezza fil-fruntieri esterni tal-Komunità biddlu r-rwol ta’ l-awtoritajiet doganali billi tawhom rwol prinċipali fil-katina ta’ forniment u, fil-monitoraġġ u l-amministrazzjoni u tal-kummerċ internazzjonali tagħhom, għamluhom katalista għall-kompetittività tal-pajjiżi u l-kumpanniji. Il-leġiżlazzjoni doganali għandha għalhekk tirrifletti r-realtà ekonomika ġdida u r-rwol u l-missjoni ġodda ta’ l-awtoritajiet doganali.

(7)

L-użu ta’ teknoloġiji ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ambjent mingħajr dokumenti għad-dwana u l-kummerċ, huwa element kruċjali biex jiżgura l-faċilitazzjoni tal-kummerċ u, fl-istess ħin, l-effettività tal-kontrolli doganali, biex b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż għan-negozju u r-riskju għas-soċjetà. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit fil-Kodiċi l-qafas legali li fih tista’ tiġi implimentata dik id-Deċiżjoni, b’mod partikolari l-prinċipju legali li bih it-tranżazzjonijiet kollha doganali u kummerċjali isiru b’mod elettroniku u li s-sistemi ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni għall-operazzjonijiet doganali joffru, f’kull Stat Membru, l-istess faċilitajiet lill-operaturi ekonomiċi.

(8)

Tali użu ta’ teknoloġiji ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni għandu jkun akkumpanjat bl-applikazzjoni armonizzata u standardizzata ta’ kontrolli doganali mill-Istati Membri, biex jiġi żgurat livell ta’ kontroll doganali ekwivalenti madwar il-Komunità sabiex ma jingħatax lok għal għemil anti-kompetittiv fid-diversi punti ta’ dħul u ħruġ Komunitarji.

(9)

Sabiex ikun iffaċilitat in-negozju, waqt li fl-istess ħin ikun hemm lok għal-livelli adattati ta’ kontroll tal-merkanzija li tiddaħħal jew tinħareġ mit-territorju doganali, huwa mixtieq li l-informazzjoni li jipprovdu l-operaturi ekonomiċi tinqasam b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-ħarsien tad-data, bejn l-awtoritajiet doganali u ma’ aġenziji oħra involuti f’dak il-kontroll, bħall-pulizija, il-gwardjani tal-fruntieri, l-awtoritajiet veterinarji u ambjentali, u kontrolli mid-diversi awtoritajiet armonizzati, sabiex l-operatur ekonomiku jkun meħtieġ jagħti l-informazzjoni darba biss u li l-merkanzija tkun ikkontrollata minn dawk l-awtoritajiet fl-istess ħin u post.

(10)

Biex ikunu ffaċilitati ċerti tipi ta’ negozju, kwalunkwe persuna għandu jkompli jkollha d-dritt li taħtar rappreżentant fit-trattati tagħha ma’ l-awtoritajiet doganali. Madankollu, m’għandux jibqa’ jkun aktar possibbli għal dak id-dritt ta’ rappreżentazzjoni li jkun riżervat taħt liġi stabbilita minn wieħed mill-Istati Membri. Barra minn hekk, rappreżentant doganali li jikkonforma mal-kriterji għall-għoti ta’ l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, għandu jkollu d-dritt jipprovdi s-servizzi tiegħu fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn huwa stabbilit.

(11)

Operaturi ekonomiċi li jikkonformaw u li huma affidabbli għandhom, bħala “operaturi ekonomiċi awtorizzati”, ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-użu mifrux tas-simplifikazzjoni u, b’kont meħud ta’ l-aspetti ta’ sigurtà u sikurezza, igawdu minn livelli mnaqqsa ta’ kontrolli doganali. B’hekk huma jistgħu jgawdu l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat dwar “simplifikazzjoni doganali” jew l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat dwar “sikurezza u sigurtà”. Huma jistgħu jiġu mogħtija status wieħed jew l-ieħor, jew it-tnejn flimkien.

(12)

Id-deċiżjonijiet kollha, jiġifieri l-atti uffiċjali mill-awtoritajiet doganali rilevanti għal-leġiżlazzjoni doganali u li jkollhom effett legali fuq persuna jew aktar, inkluża informazzjoni li torbot maħruġa minn dawk l-awtoritajiet, għandhom ikunu koperti mill-istess regoli. Kwalunkwe tali deċiżjoni għandha tkun valida fil-Komunità kollha u tkun tista’ tiġi annullata, emendata ħlief fejn stipulat mod ieħor, jew revokata fejn ma tkunx taqbel mal-leġiżlazzjoni doganali jew l-interpretazzjoni tagħha.

(13)

Skond il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li, flimkien mad-dritt ta’ l-appell kontra kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali, ikun hemm lok biex kull persuna tingħata dritt li tiġi mismugħa qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni li tista’ taffettwaha ħażin.

(14)

Biex il-proċeduri doganali jsiru aktar effiċjenti f’ambjent elettroniku jeħtieġ li jinqasmu r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri differenti. Huwa meħtieġ li jkun żgurat livell xieraq ta’ sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati madwar is-suq intern.

(15)

Sabiex jinstab bilanċ bejn, min-naħa, il-ħtieġa li l-awtoritajiet doganali jiżguraw li l-leġiżlazzjoni doganali tkun applikata sew u, min-naħa l-oħra, id-dritt biex l-operaturi ekonomiċi jkunu trattati b’mod ġust, l-awtoritajiet doganali għandhom jingħataw poteri estensivi ta’ kontroll u l-operaturi ekonomiċi għandhom jingħataw dritt għal appell.

(16)

Sabiex jitnaqqas ir-riskju għall-Komunità, għaċ-ċittadini tagħha u għall-imsieħba kummerċjali tagħha, l-applikazzjoni armonizzata tal-kontrolli doganali mill-Istati Membri għandha tkun ibbażata fuq struttura komuni ta’ maniġġar tar-riskju u sistema elettronika għall-implimentazzjoni tagħha. L-istabbiliment ta’ qafas dwar il-maniġġar tar-riskju għall-Istati Membri kollha m’għandhux iżommhom milli jikkontrollaw il-merkanzija billi jagħmlu spezzjonijiet li jsiru b’mod każwali.

(17)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-fatturi li abbażi tagħhom jiġu applikati d-dazji ta’ l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u miżuri oħra marbuta mal-kummerċ tal-merkanzija. Xieraq ukoll li jsiru dispożizzjonijiet ċari dwar il-ħruġ ta’ provi ta’ oriġini fil-Komunità, jekk l-eżiġenzi tal-kummerċ hekk jitolbu.

(18)

Hu mixtieq li jinġabru flimkien il-każijiet kollha ta’ meta jibda d-dejn doganali fuq l-importazzjoni, minbarra t-tressiq ta’ dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew aċċettazzjoni temporanja b’eżenzjoni parzjali, sabiex jiġu evitati diffikultajiet fuq kif tkun determinata l-bażi legali li fuqha beda d-dejn doganali. L-istess għandu jsir f’każi fejn id-dejn doganali isir ma’ l-esportazzjoni.

(19)

Peress li r-rwol il-ġdid ta’ l-awtoritajiet doganali jimplika l-qsim tar-responsabbiltajiet u l-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji doganali fuq l-art u dawk ta’ fuq il-fruntiera, id-dejn doganali għandu, ħafna drabi, isir fil-post fejn id-debitur hu stabbilit, peress li l-uffiċċju doganali kompetenti għal dan il-post ikun fl-aħjar pożizzjoni li jissorvelja l-attivitajiet tal-persuna kkonċernata.

(20)

Barra minn hekk, skond il-Konvenzjoni riveduta ta’ Kyoto, xieraq li jiġi previst numru inqas ta’ każijiet fejn hi meħtieġa kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit il-post fejn isir id-dejn doganali u biex ikunu rkuprati d-dazji.

(21)

Ir-regoli dwar il-proċeduri speċjali għandhom jippermettu l-użu ta’ garanzija waħda għall-kategoriji kollha tal-proċeduri speċjali u biex dik il-garanzija tkun komprensiva, billi tkopri għadd ta’ tranżazzjonijiet.

(22)

Sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri jitħarsu aħjar, il-garanzija għandha tkopri l-merkanzija mhux iddikjarata jew dik mhix iddikjarata kif suppost inkluża f’kunsinna jew f’ dikjarazzjoni li saret għaliha. Għall-istess raġuni, l-impenn tal-garantur għandu jkopri wkoll l-ammonti ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li għandhom jitħallsu wara l-kontrolli ta’ wara r-rilaxx tal-merkanzija.

(23)

Sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri u biex jitnaqqsu l-każijiet ta’ frodi, xieraq li jsiru arranġamenti li jinkludu miżuri gradati għall-applikazzjoni ta’ garanzija komprensiva. Fejn hemm riskju akbar ta’ frodi għandu jkun possibbli li l-applikazzjoni tal-garanzija komprensiva tiġi projbita b’mod temporanju, b’kont meħud tas-sitwazzjoni partikulari ta’ l-operaturi ekonomiċi konċernati.

(24)

Huwa xieraq li jittieħed kont ta’ l-intenzjoni tajba tal-persuna kkonċernata f’każi fejn isir dejn doganali permezz ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali u biex jitnaqqas l-impatt ta’ negliġenza min-naħa tad-debitur.

(25)

Jeħtieġ li jiġi stabbilit il-prinċipju ta’ kif għandu jkun determinat l-istatus tal-merkanzija Komunitarja u ċ-ċirkustanzi li wasslu għat-telfien ta’ dak l-istatus, u biex tiġi prevista bażi biex jiġi ddeterminat meta dan l-istatus jibqa’ ma jinbidilx f’każijiet fejn il-merkanzija titilaq temporanjament mit-territorju doganali tal-Komunità.

(26)

Huwa xieraq li, meta operatur ekonomiku jkun ta, bil-quddiem, l-informazzjoni meħtieġa biex isiru kontrolli bbażati fuq riskju dwar kemm il-merkanzija hi f’qagħda li tiġi aċċettata, jiġi mbagħad żgurat li din tiġi rilaxxata mingħajr dewmien bħala regola. Kontrolli fiskali u dawk tal-politika kummerċjali għandhom isiru primarjament mill-uffiċċju doganali kompetenti fir-rigward tal-bini ta’ l-operatur ekonomiku.

(27)

Ir-regoli dwar id-dikjarazzjonijiet doganali u biex il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali għandhom ikunu modernizzati u jsiru aktar effiċjenti, b’mod partikolari billi jirrikjedu li d-dikjarazzjonijiet doganali jsiru, normalment, b’mod elettroniku u jipprevedu biss tip wieħed ta’ dikjarazzjoni simplifikata.

(28)

Peress li l-Konvenzjoni riveduta ta’ Kyoto tiffavorixxi l-preżentazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-ispezzjonar tad-dikjarazzjoni doganali qabel il-wasla tal-merkanzija u, barra minn hekk, il-firda bejn il-post fejn tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni u l-post fejn tkun tinsab il-merkanzija, xieraq li jkun hemm żdoganar ċentralizzat fil-post fejn ikun stabbilit l-operatur ekonomiku. L-iżdoganar ċentralizzat għandu jinkludi l-faċilità għall-użu tad-dikjarazzjonijiet simplifikati, diferiment tad-data ta’ meta għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni kompleta u dokumenti meħtieġa, dikjarazzjoni perijodika u ħlas deferit.

(29)

Bħala kontribut għal kondizzjonijiet newtrali għall-kompetizzjoni fil-Komunità kollha xieraq li fuq livell Komunitarju jkunu stabbiliti r-regoli dwar il-qerda jew it-tneħħija ta’ merkanzija mill-awtoritajiet doganali, li qabel kien jeħtieġ leġiżlazzjoni nazzjonali.

(30)

Xieraq li jiġu stabbiliti regoli komuni u sempliċi dwar il-proċeduri speċjali (tranżitu, ħażna, użu speċifiku u pproċessar), biż-żieda ta’ sett żgħir ta’ regoli għal kull kategorija ta’ proċedura speċjali, sabiex l-operatur ikun jista’ jagħżel bl-aktar mod sempliċi l-proċedura ġusta, biex jiġu evitati żbalji u jitnaqqas l-għadd ta’ flus li jridu jiġu rkuprati u jitħallsu lura wara r-rilaxx tal-merkanzija.

(31)

L-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għal diversi proċeduri speċjali li għandhom garanzija waħda u uffiċċju ta’ sorveljanza doganali wieħed għandu jkun iffaċilitat u jkun hemm regoli sempliċi dwar kif isir id-dejn doganali f’dawn il-każijiet. Il-prinċipju bażiku għandu jkun li l-merkanzija li tgħaddi minn proċedura speċjali, jew il-prodotti magħmulin minnha, tkun assessjata meta isir id-dejn doganali. Madankollu, għandu jkun possibbli wkoll, fejn hu ekonomikament ġustifikat, li l-merkanzija tkun valutata meta tgħaddi minn proċedura speċjali. L-istess prinċipji għandhom jgħoddu għall-manuvri użwali.

(32)

In vista taż-żieda fil-miżuri ta’ sigurtà mdaħħla fil-Kodiċi permezz ta’ Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (6), it-tqegħid ta’ merkanzija f’żoni liberi għandu jsir proċedura doganali u l-merkanzija għandha tkun esposta għall-kontrolli doganali mad-dħul u anki fir-rigward ta’ reġistrazzjonijiet.

(33)

Billi l-intenzjoni ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid m’ għadhiex meħtieġa aktar, il-proċedura ta sospensjoni ta’ proċessar attiv għandha titwaħħad ma’ dik ta l-ipproċessar bil-kontrolli doganali u l-proċedura ta’ pproċessar attiv bir-rifużjoni ma tibqax tintuża. Din il-proċedura waħdanija ta’ proċessar attiv għandha tkopri wkoll il-qerda, ħlief fejn il-qerda ssir minn, jew taħt is-superviżjoni, tad-dwana.

(34)

Il-miżuri ta’ sigurtà marbuta mal-merkanzija Komunitarja maħruġa mit-territorju doganali tal-Komunità għandhom japplikaw bl-istess mod għall-esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija li mhux ġejja mill-Komunità. L-istess regoli bażiċi għandhom japplikaw għat-tipi kollha ta’ merkanzija, bil-possibbiltà ta’ eċċezzjonijiet fejn meħtieġ, bħal fil-każ ta’ dik il-merkanzija li tgħaddi biss mit-territorju doganali tal-Komunità.

(35)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (7).

(36)

Huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ miżuri implimentattivi għal dan il-Kodiċi. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri regolatorji u ta’ ġestjoni previsti fl-Arikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(37)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tiddefinixxi l-kondizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan il-Kodiċi. Fejn dawk il-miżuri huma ta’ skop ġenerali u mfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament jew biex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(38)

Huwa xieraq, sabiex jiġi żgurat proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet effettiv, li jiġu eżaminati kwistjonijiet relatati mat-tħejjija tal-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità f’kumitati, gruppi ta’ ħidma u panels stabbiliti minn jew taħt ftehim internazzjonali li jitrattaw mal-leġiżlazzjoni doganali.

(39)

Sabiex il-leġiżlazzjoni doganali tkun simplifikata u razjonalizzata, għadd ta’ dispożizzjonijiet li bħalissa jinsabu fl-atti tal-Komunità, iddaħħlu fil-Kodiċi bl-iskop ta’ trasparenza.

Dawn ir-Regolamenti li ġejjin, flimkien mar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, għandhom għalhekk jiġu revokati:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3925/91 tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar l-eliminazzjoni ta’ kontrolli u formalitajiet applikabbli għall-bagalji ta’ l-istiva u tal-kabina ta’ persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bl-ajru ġewwa l-Komunità u l-bagalji ta’ persuni li jkunu qed jivvjaġġaw bil-baħar ġewwa l-Komunità (8), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1207/2001 tal-11 ta’ Ġunju 2001 dwar proċeduri biex jiffaċilitaw il-ħruġ jew l-għamla ta’ provi ta’ oriġini fil-Komunità u l-ħruġ ta’ ċerti awtoriżżazzjonijiet approvati ta’ l-esportatur taħt id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ preferenzjali bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi (9).

(40)

Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri, li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri applikabbli għall-merkanzija li tiddaħħal jew tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità sabiex tippermetti l-funzjonament effettiv ta’ l-Unjoni Doganali bħala pilastru ċentrali tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjeta kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalita’, kif stabbilit f’ dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KONTENUT

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 7

KAPITOLU 1

Kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, missjoni doganali u definizzjonijiet 7

KAPITOLU 2

Drittijiet u obbligi tal-persuni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni doganali 10

Taqsima 1

Għoti ta’ informazzjoni 10

Taqsima 2

Rappreżentazzjoni doganali 11

Taqsima 3

Operatur ekonomiku awtorizzat 12

Taqsima 4

Deċiżjonijiet relatati ma’ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali 13

Taqsima 5

Penali 15

Taqsima 6

Appelli 15

Taqsima 7

Kontroll ta’ merkanzija 16

Taqsima 8

Żamma ta’ dokumenti u informazzjoni oħra; ħlasijiet u spejjeż 17

KAPITOLU 3

Konverżjoni tal-munita u limiti ta’ żmien 18

TITOLU II

FATTURI LI ABBAŻI TAGĦHOM JIĠU APPLIKATI D-DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI JEW FUQ L-ESPORTAZZJONI U MIŻURI OĦRAJN FIR-RIGWARD TA’ KUMMERĊ TA’ MERKANZIJA 18

KAPITOLU 1

Tariffa doganali komuni u klassifika tal-merkanzija fit-tariffa 18

KAPITOLU 2

Oriġini tal-merkanzija 19

Taqsima 1

Oriġini non-preferenzjali 19

Taqsima 2

Oriġini preferenzjali 19

KAPITOLU 3

Valur ta’ merkanzija għal finijiet doganali 20

TITOLU III

DEJN DOGANALI U GARANZIJI 21

KAPITOLU 1

Meta jibda id-dejn doganali 21

Taqsima 1

Dejn doganali fuq l-importazzjoni 21

Taqsima 2

Dejn doganali fuq l-esportazzjoni 22

Taqsima 3

Dispożizzjonijiet komuni għad-dejn doganali li jsir fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni 23

KAPITOLU 2

Garanzija għal dejn doganali potenzjali jew eżistenti 24

KAPITOLU 3

Irkupru u ħlas ta’ dazju u ħlas lura u maħfra ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni 26

Taqsima 1

Determinazzjoni ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, notifika tad-dejn doganali u dħul fil-kontijiet 26

Taqsima 2

Ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni 28

Taqsima 3

Ħlas lura u maħfra ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni 30

KAPITOLU 4

Risoluzzjoni tad-dejn doganali 31

TITOLU IV

MERKANZIJA MDAĦĦLA FIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-KOMUNITÀ 32

KAPITOLU 1

Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul 32

KAPITOLU 2

Wasla tal-merkanzija 33

Taqsima 1

Importazzjoni ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità 33

Taqsima 2

Preżentazzjoni, ħatt u eżami ta’ merkanzija 35

Taqsima 3

Formalitajiet wara l-preżentazzjoni 35

Taqsima 4

Merkanzija li ċċaqilqet taħt proċedura ta’ tranżitu 35

TITOLU V

REGOLI ĠENERALI DWAR STATUS DOGANALI, TQEGĦID TA’ MERKANZIJA TAĦT PROĊEDURA DOGANALI, VERIFIKA, RILAXX U DISPONIMENT TAL-MERKANZIJA 36

KAPITOLU 1

Status doganali tal-merkanzija 36

KAPITOLU 2

Tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali 36

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 36

Taqsima 2

Dikjarazzjonijiet doganali standard 37

Taqsima 3

Dikjarazzjonijiet doganali simplifikati 38

Taqsima 4

Dispożizzjonijiet li japplikaw għad-dikjarazzjonijiet doganali kollha 38

Taqsima 5

Simplifikazzjonijiet oħra 39

KAPITOLU 3

Verifika u rilaxx ta’ merkanzija 40

Taqsima 1

Verifika 40

Taqsima 2

Rilaxx 41

KAPITOLU 4

Disponiment ta’ merkanzija 41

TITOLU VI

RILAXX GĦAL MOVIMENT LIBERU U EŻENZJONI MID-DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI 42

KAPITOLU 1

Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera 42

KAPITOLU 2

Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni 42

Taqsima 1

Merkanzija rritornata 42

Taqsima 2

Sajd u prodotti tal-baħar 43

Taqsima 3

Miżuri Implimentattivi 43

TITOLU VII

PROĊEDURI SPEĊJALI 43

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 43

KAPITOLU 2

Transitu 46

Taqsima 1

Transitu estern u intern 46

Taqsima 2

Transitu komunitarju 47

KAPITOLU 3

Ħażna 47

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni 47

Taqsima 2

Ħżin temporanju 48

Taqsima 3

Imħażen doganali 49

Taqsima 4

Żoni liberi 49

KAPITOLU 4

Użu speċifiku 50

Taqsima 1

Dħul temporanju 50

Taqsima 2

Użu aħħari 51

KAPITOLU 5

Ipproċessar 51

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 51

Taqsima 2

Proċessar attiv 52

Taqsima 3

Proċessar passiv 52

TITOLU VIII

TLUQ TA’ MERKANZIJA MIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-KOMUNITÀ 53

KAPITOLU 1

Merkanzija li titlaq mit-territorju doganali 53

KAPITOLU 2

Esportazzjoni u esportazzjoni mill-ġdid 54

KAPITOLU 3

Eżenz mid-dazji fuq l-esportazzjoni 55

TITOLU IX

KUMITAT DWAR IL-KODIĊI DOGANALI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI 56

KAPITOLU 1

Kumitat dwar il-kodiċi doganali 56

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet finali 56

ANNESS

TABELLI TA’ KORRELAZZJONI 58

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU 1

Kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, missjoni doganali u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, minn issa ‘l quddiem magħruf bħala “il-Kodiċi”, li jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri ġenerali applikabbli għal merkanzija li tiddaħħal jew tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità.

Mingħajr preġudizzju għall-liġi u l-konvenzjonijiet u l-leġiżlazzjoni Komunitarja f’oqsma oħra, il-Kodiċi għandu japplika b’mod uniformi fit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali jistgħu japplikaw barra mit-territorju doganali tal-Komunità fil-qafas tal-leġiżlazzjoni li tirregola oqsma speċifiċi jew konvenzjonijiet internazzjonali.

3.   Ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali, inklużi s-simplifikazzjonijiet li tipprevedi, għandhom japplikaw għall-kummerċ f’merkanzija bejn partijiet tat-territorju doganali tal-Komunità li għalih japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE u partijiet ta’ dak it-territorju fejn dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx, jew għall-kummerċ bejn partijiet ta’ dak it-territorju fejn dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu u formalitajiet simplifikati għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4). Dawn il-miżuri għandhom jieħdu kont ukoll ta’ ċirkostanzi partikolari li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ ta’ merkanzija li tinvolvi Stat Membru wieħed.

Artikolu 2

Missjoni ta’ l-awtoritajiet doganali

L-awtoritajiet doganali għandhom ikunu responsabbli primarjament għas-superviżjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-Komunità, biex b’hekk jikkontribwixxu għal kummerċ ġust u miftuħ, għall-implimentazzjoni ta’ l-aspetti esterni tas-suq intern, tal-politika komuni tal-kummerċ u tal-linji politiċi komuni l-oħrajn tal-Komunità li jaffettwaw il-kummerċ, kif ukoll għas-sigurtà fil-katina kollha ta’ forniment. L-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu miżuri mmirati, b’mod partikolari, għal li ġej:

(a)

iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha;

(b)

iħarsu lill-Komunità minn kummerċ inġust u illegali waqt li jappoġġaw attivitajiet ta’ negozju leġittimu;

(ċ)

jiżguraw is-sikurezza u s-sigurtà tal-Komunità u r-residenti tagħha, u l-ħarsien ta’ l-ambjent, fejn xieraq f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet oħrajn;

(d)

iżommu bilanċ tajjeb bejn il-kontrolli doganali u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu.

Artikolu 3

Territorju doganali

1.   It-territorju doganali tal-Komunità għandu jkun magħmul minn dawn it-territorji li ġejjin, inkluż l-ilmijiet territorjali tagħhom, l-ilmijiet interni u l-ispazju ta’ l-ajru:

it-territorju tar-Renju tal-Belġju;

it-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija;

it-territorju tar-Repubblika Ċeka;

it-territorju tar-Renju tad-Danimarka, minbarra l-Gżejjer Faeroe u l-Groenlandja;

it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, minbarra l-Gżira ta’ Heligoland u t-territorju ta’ Buesingen (Trattat tat-23 ta’ Novembru 1964 bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Konfederazzjoni Żvizzera);

it-territorju tar-Repubblika ta’ l-Estonja;

it-territorju ta’ l-Irlanda;

it-territorju tar-Repubblika Ellenika;

it-territorju tar-Renju ta’ Spanja, minbarra Ceuta u Melilla;

it-territorju tar-Repubblika Franċiża, minbarra New Caledonia, Mayotte, Saint-Pierre u Miquelon, l-Gżejjer Wallis u Futuna, il-Polinesja Franċiża u t-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u l-Antartika;

it-territorju tar-Repubblika Taljana, barra l-muniċipalitajiet ta’ Livigno u Campione d’Italia u l-ilmijiet nazzjonali tax-Xmara Lugano li jinsabu bejn il-ġnub tax-xmara u l-fruntiera politika taż-żona bejn Ponte Tresa u Porto Ceresio;

it-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003;

it-territorju tar-Repubblika tal-Latvja;

it-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja;

it-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu;

it-territorju tar-Repubblika ta’ l-Ungerija;

it-territorju ta’ Malta;

it-territorju tar-Renju ta’ l-Olanda fl-Ewropa;

it-territorju tar-Repubblika ta’ l-Awstrija;

it-territorju tar-Repubblika tal-Polonja;

it-territorju tar-Repubblika Portugiża;

it-territorju tar-Rumanija;

it-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja;

it-territorju tar-Repubblika Slovakka;

it-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja;

it-territorju tar-Renju ta’ l-Iżvezja;

it-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u ċ-Channel Islands u l-Isle of Man.

2.   It-territorji li ġejjin, inkluż l-ilmijiet territorjali tagħhom, l-ilmijiet interni u l-ispazju ta’ l-ajru, li jinsabu barra t-territorju ta’ l-Istati Membri għandhom, b’kont meħud tal-konvenzjonijiet u tat-trattati li japplikaw għalihom, ikunu kkunsidrati bħala parti mit-territorju doganali tal-Komunità.

(a)

FRANZA

It-territorju ta’ Monaco kif definit fil-Konvenzjoni Doganali ffirmata f’Pariġi fit-18 ta’ Mejju 1963 (Journal Officiel de la République Française (Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tas-27 ta’ Settembru 1963, p. 8679);

(b)

ĊIPRU

It-territorju taż-Żoni Bażi Sovrani tar-Renju Unit ta’ Akrotiri u Dhekelia kif definit fit-Trattat dwar l-Istabbiliment tar-Repubblika ta’ Ċipru, iffirmat f’Nicosia fis-16 ta’ Awwissu 1960 (Trattat tar-Renju Unit Serje Nru 4 (1961) Cmnd. 1252).

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet tal-Kodiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“awtoritajiet doganali” tfisser l-amministrazzjonijiet doganali ta’ l-Istati Membri responsabbli biex japplikaw il-leġiżlazzjoni doganali u kwalunkwe awtorità oħra mogħtija s-setgħa taħt il-liġi nazzjonali biex tapplika ċerti leġiżlazzjonijiet doganali;

(2)

“leġiżlazzjoni doganali” tfisser il-korp leġislattiv magħmul minn dan li ġej:

(a)

il-Kodiċi u d-dispożizzjonijiet adottati fuq livell Komunitarju u, fejn xieraq, fuq livell nazzjonali, biex jimplimentawh;

(b)

it-Tariffa Doganali Komuni;

(ċ)

il-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali;

(d)

ftehim internazzjonali li jkun fihom dispożizzjonijiet doganali, sa fejn dawn ikunu applikabbli fil-Komunità;

(3)

“kontrolli doganali” tfisser atti speċifiċi magħmula mill-awtoritajiet doganali sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali u leġiżlazzjoni oħra li tirregola d-dħul, il-ħruġ, it-transitu, it-trasferiment, il-ħażna u l-użu aħħari ta’ merkanzija li tmexxiet bejn it-territorju doganali tal-Komunità u territorji oħrajn, u l-preżenza u t-tmexxija fit-territorju doganali ta’ merkanzija mhux Komunitarja u merkanzija taħt il-proċedura ta’ l-użu aħħari;

(4)

“persuna” tfisser persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhumiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi Komunitarja jew nazzjonali bħala dik li għandha l-kapaċità twettaq atti legali;

(5)

“operatur ekonomiku” tfisser persuna li, matul l-attività tan-negozju tagħha, hija involuta f’attivitajiet koperti mil-leġiżlazzjoni doganali;

(6)

“rappreżentant doganali” tfisser kwalunkwe persuna maħtura minn persuna oħra biex twettaq l-atti u l-formalitajiet meħtiġin taħt il-leġiżlazzjoni doganali fit-trattamenti tagħha ma’ awtoritajiet doganali;

(7)

“riskju” tfisser il-probabbiltà ta’ avveniment li jista’ jiġri, fir-rigward ta’ l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu, it-trasferiment jew l-użu aħħari tal-merkanzija trasportata bejn it-territorju doganali tal-Komunità u pajjiżi jew territorji barra dak it-territorju u l-preżenza ta’ merkanzija li m’għandhiex status Komunitarju, li jista’ jkollha kwalunke mir-riżulati li ġejjin:

(a)

tipprevjeni l-applikazzjoni korretta tal-miżuri Komunitarji jew nazzjonali;

(b)

tikkomprometti l-interessi finanzjarji tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha;

(ċ)

tkun ta’ theddida għas-siġurtà u s-sikurezza tal-Komunità u r-residenti tagħha, għal saħħet il-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, għall-ambjent jew għall-konsumaturi;

(8)

“formalitajiet doganali” tfisser l-operazzjonijiet kollha li għandhom jitwettqu mill-persuni kkonċernati u mill-awtoritajiet doganali sabiex ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni doganali;

(9)

“dikjarazzjoni fil-qosor” (dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ) tfisser l-att li bih, qabel jew fil-mument tal-fatt, persuna tinforma lill-awtoritajiet doganali, fil-forma jew mod preskritt, li għandha tiddaħħal jew tinħareġ merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità;

(10)

“dikjarazzjoni doganali” tfisser l-att li bih persuna turi xewqa permezz ta’ forma u l-mod preskritt li tqiegħed il-prodotti taħt proċedura doganali stabbilita, b’indikazzjoni, fejn xieraq, ta’ kwalunkwe arranġament speċifiku li għandu jkun applikat;

(11)

“dikjarant” tfisser il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni fil-qosor jew notifika ta’ ri-esportazzjoni jew tagħmel dikjarazzjoni doganali f’isimha jew il-persuna li f’isimha ssir tali dikjarazzjoni;

(12)

“proċedura doganali” tfisser kwalunkwe minn dawn il-proċeduri li taħtha tista’ titqiegħed il-merkanzija skond dan il-Kodiċi:

(a)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera;

(b)

proċeduri speċjali;

(ċ)

esportazzjoni;

(13)

“dejn doganali” tfisser l-obbligu ta’ persuna biex tħallas l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li japplika għal merkanzija speċifika taħt il-leġiżlazzjoni doganali fis-seħħ;

(14)

“debitur” tfisser kwalunkwe persuna responsabbli għal dejn doganali;

(15)

“dazji fuq l-importazzjoni” tfisser id-dazji doganali li jitħallsu fuq l-importazzjoni tal-merkanzija;

(16)

“dazji fuq l-esportazzjoni” tfisser id-dazji doganali li jitħallsu fuq l-esportazzjoni tal-merkanzija;

(17)

“status doganali” tfisser l-istatus tal-merkanzija bħala merkanzija Komunitarja jew mhux Komunitarja;

(18)

“merkanzija Komunitarja” tfisser il-merkanzija li taqa’ taħt kwalunkwe kategorija minn dawk li ġejjin:

(a)

merkanzija miksuba għal kollox fit-territorju doganali tal-Komunità u li ma tinkorporax merkanzija importata minn pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Komunità. Merkanzija miksuba għal kollox fit-territorju tal-Komunità m’għandhiex ikollha l-istatus doganali ta’ merkanzija Komunitarja jekk tkun miksuba minn merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern, proċedura ta’ ħażna, proċedura ta’ dħul temporanju jew proċedura ta’ proċessar attiv f’każijiet determinati skond l-Artikolu 101(2)(ċ);

(b)

merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità minn pajjiżi jew territorji barra dak it-territorju u rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera;

(ċ)

merkanzija miksuba jew prodotta fit-territorju doganali tal-Komunità, kemm biss minn merkanzija msemmija f’punt (b) jew minn merkanzija msemmija f’punti (a) u (b);

(19)

“merkanzija mhux Komunitarja” tfisser merkanzija oħra barra dik imsemmija f’punt (18) jew li tilfet l-istatus doganali tagħha bħala merkanzija Komunitarja;

(20)

“maniġġar tar-riskju” tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskju u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa biex titnaqqas l-espożizzjoni għar-riskju. Din tinkludi attivitajiet bħall-ġbir ta’ data u ta’ informazzjoni, l-analiżi u l-istima tar-riskju, il-preskrizzjoni u t-teħid ta’ azzjoni u l-monitoraġġ regolari u r-reviżjoni ta’ dak il-proċess u r-riżultati tiegħu, abbażi ta’ sorsi u strateġiji internazzjonali, Komunitarji u nazzjonali;

(21)

“rilaxx ta’ merkanzija” tfisser l-att li bih l-awtoritajiet doganali jagħmlu lill-merkanzija disponibbli għall-finijiet speċifikati fil-proċedura doganali li jitqiegħdu taħtha;

(22)

“superviżjoni doganali” tfisser l-azzjoni meħuda b’mod ġenerali mill-awtoritajiet doganali bil-ħsieb li jiġi żgurat li jiġu osservati l-leġiżlazzjoni doganali u, fejn xieraq, dispożizzjonijiet oħra applikabbli għall-merkanzija soġġetta għal tali azzjoni;

(23)

“ħlas lura” tfisser ir-rifużjoni ta’ dazji li tħallsu fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni;

(24)

“maħfra” tfisser ir-rinunzja ta’ l-obbligu li jitħallas ammont mid-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li ma kienx tħallas;

(25)

“merkanzija pproċessata” tfisser il-merkanzija mqiedgħa taħt proċedura ta’ pproċessar li tkun għaddiet minn operazzjonijiet ta’ pproċessar;

(26)

“persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità” tfisser:

(a)

fil-każ ta’ persuna fiżika, kull persuna li għandha r-residenza normali tagħha fit-territorju doganali tal-Komunità;

(b)

fil-każ ta’ persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta’ persuni, kwalunkwe persuna li għandha l-uffiċċju tagħha reġistrat, il-kwartieri ċentrali jew stabbiliment ta’ negozju permanenti fit-territorju doganali tal-Komunità;

(27)

“preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana” tfisser in-notifika lill-awtoritajiet doganali tal-wasla tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali jew fi kwalunkwe post ieħor imsemmi jew approvat mill-awtoritajiet doganali u bid-disponibbiltà ta’ dik il-merkanzija għal kontrolli doganali;

(28)

“detentur tal-merkanzija” tfisser il-persuna li hi s-sid tal-merkanzija jew li għandha dritt simili biex tiddisponi minnha jew li għandha kontroll fiżiku fuqha;

(29)

“detentur tal-proċedura” tfisser il-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni doganali, jew li f’isimha ssir id-dikjarazzjoni doganali, jew il-persuna li lilha ġew trasferiti d-drittijiet u l-obbligi ta’ dik il-persuna fir-rigward tal-proċedura doganali;

(30)

“miżuri ta’ politika kummerċjali” tfisser miżuri li mhux marbuta ma’ tariffi stabbiliti, bħala parti mill-politika kummerċjali komuni, f’forma ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw il-kummerċ internazzjonali fil-merkanzija;

(31)

“operazzjonijiet ta’ ipproċessar” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

ħdim ta’ merkanzija, inkluż il-muntaġġ jew l-assemblaġġ tagħha jew l-adattament tagħha għal merkanzija oħra;

(b)

l-ipproċessar tal-merkanzija;

(ċ)

il-qerda tal-merkanzija;

(d)

it-tiswija tal-merkanzija, inkluż ir-restawrar tagħha u tqegħid f’ordni tagħha;

(e)

l-użu ta’ merkanzija li ma tinstabx fil-prodotti pproċessati, iżda li tippermetti jew tiffaċilita il-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti, anke jekk jintużaw għal kollox jew parzjalment fil-proċess (aċċessorji tal-produzzjoni);

(32)

“rata ta’ rendiment” tfisser il-kwantità jew il-persentaġġ ta’ prodotti pproċessati miksuba mill-ipproċessar ta’ kwantità partikolari ta’ merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ pproċessar;

(33)

“messaġġ” tfisser komunikazzjoni f’format preskritt li fiha data trasmessa minn persuna, uffiċċju, jew awtorità waħda lil oħra bl-użu ta’ teknoloġija ta’ l-informazzjoni u networks tal-kompjuter;

KAPITOLU 2

Drittijiet u obbligi tal-persuni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni doganali

Taqsima 1

Għoti ta’ informazzjoni

Artikolu 5

Skambju u ħażna ta’ data

1.   L-iskambji kollha ta’ data, dokumenti li jakkumpanjaw, deċiżjonijiet u notifiki bejn l-awtoritajiet doganali u bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni doganali, u l-ħażna ta’ tali data kif meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni doganali, għandhom ikunu magħmula bl-użu ta’ tekniki ta’ pproċessar ta’ data elettroniċi.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu eċċezzjonijiet għall-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Dawk il-miżuri għandhom jiddefinixxu l-każijiet li fihom u l-kondizzjonijiet li taħthom transazzjonijiet bil-miktub jew oħrajn oħra jistgħu jintużaw minflok skambji elettroniċi tad-data, b’kont meħud, b’mod partikolari, ta’ dan li ġej:

(a)

il-possibbiltà ta’ nuqqas temporanju tas-sistemi kompjuterizzati ta’ l-awtoritajiet doganali;

(b)

il-possibbiltà ta’ nuqqas temporanju tas-sistemi kompjuterizzati ta’ l-operatur ekonomiku;

(ċ)

konvenzjonijiet u ftehim internazzjonali li jipprevedu l-użu ta’ dokumenti bil-miktub;

(d)

vjaġġaturi mingħajr aċċess dirett għas-sistemi kompjuterizzati u mingħajr mezzi biex jipprovdu informazzjoni elettronika;

(e)

ħtiġiet prattiċi għal dikjarazzjonijiet li għandhom isiru bil-fomm jew bi kwalunkwe att ieħor.

2.   Ħlief fejn għal dawn huwa previst speċifikament mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri li jistabbilixxu dan li ġej:

(a)

il-messaġġi li għandhom jiġu skambjati bejn l-uffiċċji doganali, kif meħtieġ għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali;

(b)

sett komuni tad-data u format tal-messaġġi li għandhom jiġu skambjati taħt il-leġiżlazzjoni doganali.

Id-data msemmija f’punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu għandha tiġbor fiha d-dettalji meħtieġa għal analiżi tar-riskju u għall-applikazzjoni adatta tal-kontrolli doganali, bl-użu, fejn xieraq, ta’ standards internazzjonali u prattiki kummerċjali.

Artikolu 6

Protezzjoni tad-data

1.   L-informazzjoni kollha miksuba mill-awtoritajiet doganali waqt il-qadi tad-dmirijiet tagħhom li fin-natura tagħha hi kunfidenzjali jew li provduta fuq bażi konfidenzjali għandha tkun koperta bl-obbligu tas-sigriet professjonali. Ħlief kif previst taħt l-Artikolu 26(2), tali informazzjoni m’għandhiex tiġi żvelata mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr il-permess espress tal-persuna jew ta’ l-awtorità li provdietha.

Tali informazzjoni tista’, madankollu, tiġi żvelata mingħajr permess meta l-awtoritajiet doganali huma obbligati jew awtorizzati biex jagħmlu hekk skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ, b’mod partikolari fil-każ tal-protezzjoni tad-data, jew b’konnessjoni ma’ proċeduri legali.

2.   Il-komunikazzjoni ta’ data kunfidenzjali lill-awtoritajiet doganali u awtoritajiet kompetenti oħra ta’ pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Komunità għandha ssir biss fil-qafas ta’ ftehim internazzjonali, billi jkun żgurat livell adegwat tal-protezzjoni tad-data.

3.   L-iżvelar jew il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni għandhom isiru b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data fis-seħħ.

Artikolu 7

Skambju ta’ informazzjoni addizzjonali bejn l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi

1.   L-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi jistgħu jagħmlu skambju ta’ kwalunkwe informazzjoni mhix speċifikament meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni doganali, għall-fini ta’ kooperazzjoni reċiproka fl-identifikazzjoni u fil-kontroreazzjoni tar-riskju. Dak l-iskambju jista’ jsir taħt ftehim bil-miktub u jista’ jinkludi aċċess għas-sistemi tal-kompjuter ta’ l-operaturi ekonomiċi mill-awtoritajiet doganali.

2.   Kwalunkwe informazzjoni provduta minn waħda mill-partijiet lill-oħra waqt il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kunfidenzjali ħlief jekk iż-żewġ partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

Artikolu 8

Għoti ta’ informazzjon mill-awtoritajiet doganali

1.   Kwalunkwe persuna tista’ titlob informazzjoni lill-awtoritajiet doganali dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali. Tali talba tista’ tiġi rifjutata fejn ma tirrelatax ma’ attività marbuta ma’ kummerċ internazzjonali tal-merkanzija li fil-fatt hi prevista.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom iżommu djalogu regolari ma’ l-operaturi ekonomiċi u ma’ l-awtoritajiet oħra involuti fil-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija. Huma għandhom jippromwovu t-trasparenza billi jagħmlu l-leġiżlazzjoni doganali, id-deċiżjonijiet amministrattivi ġenerali u l-formoli ta’ l-applikazzjoni li jappartjenu għal kummerċ internazzjonali fil-merkanzija disponibbli bla xkiel, fejn prattiku mingħajr ħlas, u permezz ta’ l-Internet.

Artikolu 9

Għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet doganali

1.   Kwalunkwe persuna direttament jew indirettament involuta fit-twettiq tal-formalitajiet doganali jew ta’ kontrolli doganali, fuq it-talba ta’ l-awtoritajiet doganali u fi kwalunkwe limitu ta’ żmien speċifikat, għandha tipprovdi lil dawk l-awtoritajiet bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa, f’forma xierqa, u l-assistenza kollha meħtieġa għat-twettiq ta’ dawk il-formalitajiet jew kontrolli.

2.   Il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor jew dikjarazzjoni doganali, jew notifika, jew is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew kwalunkwe deċiżjoni oħra, għandha tirrendi l-persuna kkonċernata responsabbli għal dan li ġej:

(a)

l-akkuratezza u l-kompletezza ta’ l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni, fin-notifika jew fl-applikazzjoni;

(b)

l-awtentiċità ta’ kwalunkwe dokument ippreżentat jew magħmul disponibbli;

(ċ)

fejn applikabbli, konformità ma’ l-obbligi relatati mat-tqegħid tal-merkanzija in kwistjoni taħt il-proċedura doganali kkonċernata, jew mat-tmexxija ta’ l-operazzjonijiet awtorizzati.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-għoti ta’ kwalunkwe informazzjoni fi kwalunkwe forma oħra mitluba minn jew mogħtija lill-awtoritajiet doganali.

Fejn id-dikjarazzjoni jew in-notifika hi ppreżentata, l-applikazzjoni tiġi sottomessa jew l-informazzjoni tingħata minn rappreżentant doganali tal-persuna kkonċernata, ir-rappreżentant doganali għandu jkun marbut ukoll bl-obbligi mniżżla fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 10

Sistemi elettroniċi

1.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiżviluppaw, iżommu u jimpjegaw sistemi elettroniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-uffiċċji doganali u għar-reġistrazzjoni komuni u ż-żamma ta’ rekords relatati, b’mod partikolari, ma’ dan li ġej:

(a)

operaturi ekonomiċi direttament jew indirettament involuti fit-twettiq tal-formalitajiet doganali;

(b)

applikazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet dwar proċedura doganali jew dwar l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat;

(ċ)

applikazzjonijiet u deċiżjonijiet speċjali mogħtija skond l-Artikolu 20;

(d)

maniġġar ta’ riskju komuni, kif imsemmi fl-Artikolu 25.

2.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu dan li ġej:

(a)

il-forma standard u l-kontenut tad-data li għandha tiġi rreġistrata;

(b)

iż-żamma ta’ dik id-data, mill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri;

(ċ)

ir-regoli ta’ aċċess għal dik id-data minn

(i)

operaturi ekonomiċi,

(ii)

awtoritajiet kompetenti oħra,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Taqsima 2

Rappreżentazzjoni doganali

Artikolu 11

Rappreżentant doganali

1.   Kwalunkwe persuna tista’ taħtar rappreżentant doganali.

Tali rappreżentazzjoni tista’ jew tkun diretta, f’liema każ ir-rappreżentant doganali għandu jaġixxi f’isem u għan-nom ta’ persuna oħra, jew indiretta, f’liema każ ir-rappreżentant doganali għandu jaġixxi f’ismu propju iżda għan-nom ta’ persuna oħra.

Rappreżentant doganali għandu jkun stabbilit fit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu, skond il-liġi Komunitarja, il-kondizzjonijiet li taħthom rappreżentant doganali jista’ jipprovdi servizzi fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit. Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ kriterji inqas strinġenti mill-Istat Membru kkonċernat, rappreżentant doganali li jikkonformi mal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) sa (d) ta’ l-Artikolu 14 għandu jkollu d-dritt jipprovdi tali servizzi fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn huwa stabbilit.

3.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu partikolarment dan li ġej:

(a)

il-kondizzjonijiet li taħthom tista’ titneħħa l-ħtieġa msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1;

(b)

il-kondizzjonijiet li taħthom jista’ jingħata u jkun approvat id-dritt imsemmi fil-paragrafu 2;

(ċ)

kwalunkwe miżuri oħrajn għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 12

Għoti ta’ setgħat

1.   Meta jkun qed jittratta ma’ l-awtoritajiet doganali, rappreżentant doganali għandu jiddikjara li qed jaġixxi għan-nom tal-persuna rappreżentata u jispeċifika jekk ir-rappreżentazzjoni hix diretta jew indiretta.

Persuna li tonqos li tiddikjara li qed taġixxi bħala rappreżentant doganali jew li tiddikjara li hi qed taġixxi bħala rappreżentant doganali mingħajr ma tingħata s-setgħa li tagħmel dan għandha titqies li qed taġixxi għan-nom proprju tagħha jew f’isimha stess.

2.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu kwalunkwe persuna li tiddikjara li qed taġixxi bħala rappreżentant doganali biex jipproduċi evidenza tas-setgħa tiegħu mill-persuna rappreżentata.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu derogi mill-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Taqsima 3

Operatur ekonomiku awtorizzat

Artikolu 13

Applikazzjoni u awtorizzazzjoni

1.   Operatur ekonomiku li hu stabbilit fit-territorju doganali tal-Komunità u li jissodisfa l-kondizzjonijiet mniżżla f’Artikoli 14 u 15 jista’ jitlob li jingħata status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat.

L-awtoritajiet doganali għandhom, jekk meħtieġ wara konsultazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kompetenti, jagħtu dak l-istatus, li għandu jkun soġġett għal monitoraġġ kontinwu.

2.   L-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandu jikkonsisti f’żewġ tipi ta’ awtorizzazzjoni: dak ta’ operatur ekonomiku awtorizzat dwar “simplifikazzjoni doganali” u dak ta’ operatur ekonomiku awtorizzat dwar “sikurezza u sigurtà”.

L-ewwel tip ta’ awtorizzazzjoni għandha tippermetti lil operaturi ekonomiċi biex jibbenefikaw minn ċerti simplifikazzjonijiet skond il-leġiżlazzjoni doganali. Taħt it-tieni tip ta’ awtorizzazzjoni d-detentur tagħha għandu jkun intitolat għal faċilitazzjonijiet relatati mas-sikurezza u s-sigurtà.

Iż-żewġ tipi ta’ awtorizzazjonijiet jistgħu jinżammu fl-istess ħin.

3.   L-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandu, skond l-Artikoli 14 u 15, ikun rikonoxxut mill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għall-kontrolli doganali.

4.   L-awtoritajiet doganali għandhom, abbażi tar-rikonoxximent ta’ l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat u sakemm jintlaħqu l-ħtiġijiet marbuta ma’ tip speċifiku ta’ simplifikazzjoni previsti fil-leġiżlazzjoni doganali, jawtorizzaw lill-operatur biex igawdi minn dik is-simplifikazzjoni.

5.   L-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat jista’ jkun sospiż jew irtirat skond il-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 15(1) (g).

6.   L-operatur ekonomiku awtorizzat għandu jinnotifika lill-awtoritajiet doganali bil-fatturi kollha li jinqalgħu wara li jingħata dak l-istatus u li jistgħu jinfluwenzaw it-tkomplija jew il-kontenut tiegħu.

Artikolu 14

Għoti ta’ status

Il-kriterji biex jingħata status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

rekord ta’ konformità ma’ ħtiġiet doganali u fiskali;

(b)

sistema sodisfaċenti ta’ amministrazzjoni ta’ rekords kummerċjali u, fejn xieraq, rekords ta’ trasport, li tippermetti kontrolli doganali adegwati;

(ċ)

solvenza ppruvata;

(d)

skond l-Artikolu 13(2), f’każijiet fejn operatur ekonomiku awtorizzat jixtieq jieħu vantaġġ mis-simplifikazzjonijiet previsti skond il-leġiżlazzjoni doganali, standards prattiċi ta’ kompetenza jew kwalifiki professjonali relatati direttament ma’ l-attività mwettqa;

(e)

skond l-Artikolu 13(2), f’każijiet fejn operatur ekonomiku awtorizzat jixtieq jieħu vantaġġ minn faċilitazzjonijiet fir-rigward ta’ kontrolli doganali relatati mas-sikurezza u s-sigurtà, standards xierqa ta’ sikurezza u sigurtà.

Artikolu 15

Miżuri implimentattivi

1.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu regoli fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

l-għoti ta’ status ta’ operatur ekonomiku awtorizzat;

(b)

il-każijiet fejn għandha titwettaq reviżjoni ta’ l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat;

(ċ)

l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ simplifikazzjonijiet minn operaturi ekonomiċi awtorizzati;

(d)

l-identifikazzjoni ta’ l-awtorità doganali kompetenti għall-għoti ta’ tali status u awtorizzazzjonijiet;

(e)

it-tip u l-firxa ta’ l-iffaċilitar li jista’ jingħata lil operaturi ekonomiċi awtorizzati fir-rigward ta’ kontrolli doganali relatati mas-sigurtà u s-sikurezza;

(f)

konsultazzjoni ma’ u għoti ta’ informazzjoni lil awtoritajiet doganali oħra;

(g)

il-kondizzjonijiet li taħthom l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat jista’ jkun sospiż jew revokat;

(h)

il-kondizzjonijiet li taħthom il-ħtieġa li persuna tkun stabbilita fit-territorju doganli tal-Komunità tista’ titneħħa għal kategoriji speċifiċi ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati, b’kont meħud, b’mod partikolari, ta’ ftehim internazzjonali,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

2.   Dawk il-miżuri għandhom jieħdu kont ta’ dan li ġej:

(a)

ir-regoli adottati skond l-Artikolu 25(3);

(b)

l-involviment professjonali f’attivitajiet koperti mil-leġiżlazzjoni doganali;

(ċ)

standards prattiċi ta’ kompetenza jew kwalifiki professjonali direttament relatati mat-twettiq ta’ l-attività;

(d)

l-operatur ekonomiku bħala d-detentur ta’ kwalunkwe ċertifikat rikonoxxut internazzjonalment maħruġ abbażi tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Taqsima 4

Deċiżjonijiet relatati ma’ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Fejn persuna titlob li l-awtoritajiet doganali jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, dik il-persuna għandha tagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa minn dawk l-awtoritajiet biex huma jkunu jistgħu jieħdu dik id-deċiżjoni.

Deċiżjoni tista’ tintalab ukoll minn, u tittieħed fir-rigward ta’, diversi persuni, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali.

2.   Ħlief fejn previst mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali, deċiżjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tittieħed, u l-applikant ikun notifikat, mingħajr dewmien u, mhux aktar tard minn erba’ xhur mid-data li fiha, l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-awtoritajiet doganali sabiex ikunu jistgħu jieħdu dik id-deċiżjoni, tkun ġiet riċevuta minn dawk l-awtoritajiet.

Madankollu, fejn l-awtoritajiet doganali ma jistgħux ikunu konformi ma’ dawk il-limiti ta’ żmien, huma għandhom jgħarrfu lill-applikant b’dan il-fatt qabel ma jiskadu dawn il-limiti ta’ żmien, fejn jagħtu r-raġunijiet u jindikaw perijodu ta’ żmien ulterjuri li jikkunsidraw meħtieġ biex jagħtu deċiżjoni fuq dik it-talba.

3.   Ħlief fejn speċifikat mod ieħor fid-deċiżjoni jew fil-leġiżlazzjoni doganali, id-deċiżjoni għandha tieħu effett mid-data li fiha l-applikant ikun irċieva d-deċiżjoni, jew li jitqies li jkun irċeviha. Ħlief fil-każjiet previsti fl-Artikolu 24(2), id-deċiżjonijiet adottati għandhom ikunu infurzabbli mill-awtoritajiet doganali minn dik id-data.

4.   Qabel tittieħed deċiżjoni li taffettwa b’mod negattiv lill-persuna jew lill-persuni li hi indirizzata lejhom, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw ir-raġunijiet li fuqhom bi ħsiebhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom lill-persuna jew persuni konċernati, li għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom, f’perijodu preskritt mid-data meta tkun saret il-komunikazzjoni.

Wara li jiskadi dak il-perijodu, il-persuna kkonċernata għandha tkun mgħarrfa, fil-mod xieraq, bid-deċiżjoni, li għandu jkun fiha r-raġunijiet li fuqhom ġiet ibbażata. Id-deċiżjoni għandha tirreferi għad-dritt ta’ l-appell previst fl-Artikolu 23.

5.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu dan li ġej:

(a)

il-każijiet li fihom u l-kondizzjonijiet li taħthom l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 m’għandhux japplika;

(b)

il-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4.

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

6.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’oqsma oħra li jispeċifikaw il-każijiet li fihom, u l-kondizzjonijiet li taħthom, deċiżjonijiet huma invalidi jew isiru ma jiswew xejn, l-awtoritajiet doganali li ħarġu d-deċiżjoni jistgħu jannullawha fi kwalunkwe ħin, jemendawha jew jirrevokawha fejn hi ma tkunx konformi mal-leġiżlazzjoni doganali.

7.   Ħlief meta awtorità doganali taġixxi bħala awtorità ġudizzjarja, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3, 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu u ta’ l-Artikoli 17, 18 u 19 għandhom japplikaw ukoll għad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet doganali mingħajr talba minn qabel mill-persuna kkonċernata u, b’mod partikolari, għan-notifika ta’ dejn doganali stabbilit fl-Artikolu 67(3).

Artikolu 17

Validità tad-deċiżjonijiet mal-Komunità kollha

Ħlief fejn mitlub jew speċifikat mod ieħor, deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ibbażati jew relatati ma’ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali għandhom ikunu validi fit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 18

Annullament ta’ deċiżjonijiet favorevoli

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom jannullaw deċiżjoni favorevoli għal persuna li lilha tkun indirizzata jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

id-deċiżjoni ħarġet abbażi ta’ informazzjoni mhux korretta jew mhux sħiħa;

(b)

l-applikant kien jaf jew suppost kien jaf li l-informazzjoni ma kinitx korretta jew sħiħa;

(ċ)

kieku l-informazzjoni kienet korretta u sħiħa, id-deċiżjoni kienet tkun differenti.

2.   Il-persuna li lilha ġiet indirizzata d-deċiżjoni għandha tkun notifikata bl-annullament tagħha.

3.   Annullament għandu jidħol fis-seħħ mid-data li fiha d-deċiżjoni inizjali daħlet fis-seħħ, sakemm mhux speċifikat b’mod ieħor fid-deċiżjoni skond il-leġiżlazzjoni doganali.

4.   Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(3), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tad-deċiżjonijiet indirizzati lil diversi persuni.

Artikolu 19

Revoka u emenda tad-deċiżjonijiet favorevoli

1.   Deċiżjoni favorevoli għandha tkun revokata jew emendata meta, f’każijiet barra dawk imsemmija fl-Artikolu 18, waħda mill-kondizzjonijiet jew aktar stabbilti għal ħruġ tagħha ma kinux jew m’għadhomx aktar milħuqa.

2.   Ħlief fejn speċifikat mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali, deċiżjoni favorevoli indirizzata lil diversi persuni tista’ tkun revokata biss fir-rigward ta’ persuna li tonqos milli tirrispetta obbligu impost taħt dik id-deċiżjoni.

3.   Il-persuna li lilha kienet indirizzata d-deċiżjoni għandha tkun notifikata bir-revoka jew bl-emenda tagħha.

4.   L-Artikolu 16(3) għandu japplika għar-revoka jew l-emenda tad-deċiżjoni.

Iżda, f’każijiet eċċezzjonali fejn l-interessi leġittimi tal-persuna li lilha kienet indirizzata d-deċiżjoni hekk jirrikjedu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeferixxu d-data li fiha tieħu effett ir-revoka jew l-emenda.

5.   Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(3), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tad-deċiżjonijiet indirizzati lil diversi persuni.

Artikolu 20

Deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom, fuq talba formali, joħorġu deċiżjonijiet relatati ma’ l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi, minn issa ‘l quddiem “deċiżjonijiet BTI”, jew deċiżjonijiet relatati ma’ l-informazzjoni vinkolanti ta’ oriġini, minn issa ‘l quddiem “deċiżjonijiet BOI”.

Tali talba għandha tiġi rifjutata fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fejn l-applikazzjoni ssir, jew diġà saret, fl-istess uffiċċju doganali jew f’ieħor, minn jew f’isem id-detentur ta’ deċiżjoni fir-rigward ta’ l-istess merkanzija u, għal deċiżjonijiet BOI, taħt l-istess ċirkostanzi li jiddeterminaw l-akkwist ta’ oriġini;

(b)

fejn l-applikazzjoni m’għandha x’taqsam ma’ ebda użu intiż tad-deċiżjoni BTI jew BOI jew kwalunkwwe użu intiż ta’ proċedura doganali.

2.   Deċiżjonijiet BTI jew BOI għandhom ikunu vinkolanti biss fir-rigward tal-klassifika fit-tariffa jew id-determinazzjoni ta’ l-oriġini tal-merkanzija.

Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-awtoritajiet doganali, fil-konfront tad-detentur tad-deċiżjoni, fir-rigward biss ta’ merkanzija li għaliha tlestew il-formalitajiet doganali wara d-data li fiha d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għad-detentur tad-deċiżjoni, mhux għall-awtoritajiet doganali, biss b’effett mid-data li fiha hi tkun irċeviet, jew hi meqjusa bħala li rċeviet, in-notifika tad-deċiżjoni.

3.   Deċiżjonijiet BTI jew BOI għandhom ikunu validi għal perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

4.   Għall-applikazzjoni ta’ deċiżjoni BTI jew BOI fil-kuntest ta’ proċedura doganali partikolari, jeħtieġ li d-detentur tad-deċiżjoni għandu jkun kapaċi juri evidenza li:

(a)

fil-każ ta’ deċiżjoni BTI, il-merkanzija ddikjarata tikkorrispondi f’kull rispett ma’ dik deskritta fid-deċiżjoni;

(b)

fil-każ ta’ deċiżjoni BOI, il-merkanzija in kwistjoni u ċ-ċirkostanzi li jiddeterminaw il-ksib ta’ l-oriġini jikkorrispondu f’kull rispett mal-merkanzija deskritta fid-deċiżjoni.

5.   B’deroga mill-Artikolu 16(6) u l-Artikolu 18, deċiżjonijiet BTI jew BOI għandhom ikunu annullati fejn ikunu ibbażati fuq informazzjoni mill-applikanti li mhix preċiża jew li mhix sħiħa.

6.   Deċiżjonijiet BTI jew BOI għandhom ikunu revokati skond l-Artikolu 16(6) u l-Artikolu 19.

Huma ma jistgħux jiġu emendati.

7.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta mizuri għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu

(a)

il-kondizzjonijiet li taħthom, u l-mument meta, id-deċiżjonijiet BTI jew BOI ma jibqgħux validi;

(b)

il-kondizzjonijiet li taħthom, u l-perijodu ta’ żmien li għalih, deċiżjoni msemmija f’punt (a) tista’ tibqa’ tintuża fir-rigward ta’ kuntratti vinkolanti abbażi tad-deċiżjoni u konkluża qabel ma tiskadi l-validità tagħha;

(ċ)

il-kondizzjonijiet li taħthom, il-Kummissjoni tista’ toħroġ deċiżjonijiet li jitolbu lill-Istati Membri jirrevokaw jew jemendaw deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti u jagħtu informazzjoni vinkolanti differenti mqabbla ma’ deċiżjonijiet oħrajn dwar l-istess suġġett

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

9.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li taħthom deċiżjonijiet oħrajn relatati ma’ informazzjoni vinkolanti għandhom jinħarġu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Taqsima 5

Penali

Artikolu 21

Applikazzjoni ta’ penali

1.   Kull Stat Membru għandu jaħseb għal penali għal nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali Komunitarja. Tali penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   Meta jiġu applikati penali amministrattivi, huma jistgħu, inter alia, jieħdu waħda mill-forom li ġejjin, jew it-tnejn:

(a)

multa fi flus mill-awtoritajiet doganali, inkluż, fejn xieraq, arranġament applikat minflok u biex jissostitwixxu penali kriminali;

(b)

ir-revoka, is-sospensjoni jew l-emenda ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni miżmuma mill-persuna kkonċernata.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, kif determinata skond l-Artikolu 188(2), bid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ kif jingħad fil-paragrafu 1 u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

Taqsima 6

Appelli

Artikolu 22

Deċiżjonijiet meħuda minn awtorità ġudizzjarja

L-Artikoli 23 u 24 m’għandhomx japplikaw għall-appelli ppreżentati bil-ħsieb għall-annullament, revoka jew emenda ta’ deċiżjoni relatata ma’ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali meħuda minn awtorità ġudizzjarja, jew mill-awtoritajiet doganali li jaġixxu bħala awtoritajiet ġudizzjarji.

Artikolu 23

Dritt ta’ appell

1.   Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tappella kontra kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali relatata ma’ l-applikazzjoni ta’ legislazzjoni doganali li tikkonċernah direttament u individwalment.

Kwalunkwe persuna li applikat għal deċiżjoni għand l-awtoritajiet doganali u ma ngħatatx deċiżjoni fuq dik it-talba fil-limiti taż-żmien stabbiliti imsemmija fl-Artikolu 16(2) għandha tkun ukoll intitolata teżerċita d-dritt ta’ l-appell.

2.   Id-dritt ta’ l-appell jista’ jkun eżerċitat mill-anqas f’żewġ stadji:

(a)

inizjalment, quddiem l-awtoritajiet doganali jew awtorità ġudizzjarja jew korp ieħor maħtur għal dak il-fini mill-Istati Membri;

(b)

sussegwentement, quddiem korp indipendenti ogħla, li jista’ jkun awtorità ġudizzjarja jew korp ekwivalenti speċjalizzat, skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri.

3.   L-appell għandu jiġi ppreżentat fl-Istat Membru fejn d-deċiżjoni tkun ittieħdet jew saret l-applikazzjoni għaliha.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura ta’ l-appelli tippermetti l-konferma jew il-korrezzjoni immedjata ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 24

Sospensjoni ta’ l-implimentazzjoni

1.   Is-sottomossjoni ta’ appell m’għandhiex tikkawża s-sospensjoni ta’ l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni fil-vertenza.

2.   Madankollu, l-awtoritajiet doganali għandhom jissospendu l-implimentazzjoni ta’ tali deċiżjoni sħiħa jew parti minnha fejn għandhom raġuni tajba biex jemmnu li d-deċiżjoni fil-vertenza hija inkonsistenti mal-leġiżlazzjoni doganali jew li hemm biża’ ta’ ħsara irreparabbli għall-persuna kkonċernata.

3.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, meta d-deċiżjoni fil-vertenza ikollha l-effett li tikkawża l-ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-sospensjoni ta’ dik id-deċiżjoni għandha tiddependi fuq l-għoti ta’ garanzija, sakemm ma jkunx stabbilit li, abbażi ta’ valutazzjoni dokumentata, tali garanzija tista’ toħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji lid-debitur.

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Taqsima 7

Kontroll ta’ merkanzija

Artikolu 25

Kontrolli doganali

1.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jwettqu l-kontrolli doganali kollha li jqisu meħtieġa.

Il-kontrolli doganali jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari f’eżami tal-merkanzija, teħid ta’ kampjuni, verifika tad-data ddikjarata u l-eżistenza u l-awtentiċità ta’ dokumenti, l-eżami tal-kontabbiltà ta’ l-operaturi ekonomiċi u rekords oħra, l-ispezzjonar ta’ mezzi tat-trasport, l-ispezzjonar ta’ bagalji u merkanzija oħra li jġorru l-persuni jew li jkollhom fuqhom u t-twettiq ta’ stħarriġ uffiċjali u atti simli oħrajn.

2.   Il-kontrolli doganali, barra kontrolli fortuwiti, għandhom primarjament ikunu ibbażati fuq analiżi tar-riskju billi jintużaw metodi tekniċi ta’ proċessar tad-data elettroniċi, bil-għan li jiġu identifikati u valutati r-riskji u jiżviluppaw il-kontromiżuri meħtieġa, abbażi tal-kriterji żviluppati fuq livell nazzjonali, Komunitarju u, fejn disponibbli, fuq livell internazzjonali.

L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jiżviluppaw, iżommu u japplikaw qafas komuni ta’ mmaniġġjar tar-riskju, bbażat fuq l-iskambju ta’ informazzjoni u l-analiżi bejn amministrazzjonijiet u li jistabbilixxi, inter alia, kriterji komuni ta’ evalwazzjoni ta’ riskju, miżuri ta’ kontroll u oqsma ta’ kontroll prijoritarji.

Kontrolli bbażati fuq tali informazzjoni u kriterji għandhom jitwettqu mingħajr preġudizzju għal kontrolli oħrajn li jitwettqu skond il-paragrafi 1 u 2 jew ma’ dispożizzjonijiet oħrajn fis-seħħ.

3.   Il-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri implimentattivi li jistabbilixxu dan li ġej:

(a)

qafas komuni għall-immaniġġjar tar-riskju;

(b)

kriterji komuni u żoni prijoritarji ta’ kontroll;

(ċ)

li jkun hemm skambju ta’ l-informazzjoni dwar riskju u analiżi bejn l-amministrazzjonijiet doganali.

Artikolu 26

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.   Meta, fir-rigward ta’ l-istess merkanzija, għandhom jittwettqu kontrolli għajr kontrolli doganali mill-awtoritajiet kompetenti għajr l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ dawk l-awtoritajiet l-oħra, jippruvaw li jkollhom dawk il-kontrolli mwettqa, fejn ikun possibbli, fl-istess żmien u post bħall-kontrolli doganali (one-stop-shop), bl-awtoritajiet doganali jkollhom ir-rwol koordinattiv fil-kisba ta’ dan.

2.   Fil-qafas tal-kontrolli msemmija f’din it-Taqsima, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħrajn kompetenti jistgħu, fejn meħtieġ għall-iskopijiet li jkun imminimizzat r-riskju u miġġieled il-frodi, jiskambjaw bejniethom u mal-Kummissjoni data li jirċievu fil-kuntest tad-dħul, ħruġ, tranżitu u użu aħħari tal-merkanzija, inkluż it-traffiku postali, li tgħaddi bejn it-territorju doganali tal-Komunità u territorji oħrajn, u l-preżenza u l-moviment ta’ merkanzija fit-territorju doganali ta’ merkanzija mhux Komunitarja u ta’ merkanzija taħt il-proċedura ta’ l-użu aħħari, u r-riżultati ta’ kwalunkwe kontroll. L-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni jistgħu wkoll jiskambjaw tali data ma’ xulxin għall-iskop li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali Komunitarja.

Artikolu 27

Kontroll wara r-rilaxx

L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara li jirrilaxxaw il-merkanzija u sabiex jaċċertaw l-akkuratezza tad-dettalji li hemm fid-dikjarazzjoni fil-qosor jew doganali, jispezzjonaw kwalunkwe dokument u data relatata ma’ l-operazzjonijiet fir-rigward tal-merkanzija in kwistjoni jew ta’ operazzjonijiet kummerċjali preċedenti jew sussegwenti li jinvolvu dik il-merkanzija. Dawk l-awtoritajiet jistgħu jeżaminaw ukoll tali merkanzija u/jew jieħdu kampjuni fejn ikun għadu possibbli għalihom li jagħmlu dan.

Tali spezzjonijiet jistgħu jitwettqu fil-bini tad-detentur tal-merkanzija jew ir-rappreżentant tiegħu, ta’ kwalunkwe persuna oħra direttament jew indirettament involuta f’dawk l-operazzjonijiet f’kapaċità ta’ negozju jew ta’ kwalunkwe persuna oħra fil-pussess ta’ dawk id-dokument u data għal finijiet ta’ negozju.

Artikolu 28

Servizzi bl-ajru u bil-baħar intra-Komunitarji

1.   Kontrolli jew formalitajiet doganali għandhom jitwettqu fir-rigward tal-bagalji ta’ l-istiva u tal-kabina ta’ persuni li jieħdu titjira intra-Komunitarja, jew li jaqsmu l-baħar intra-Komunitarju, fil-każijiet biss meta l-leġiżlazzjoni doganali tipprevedi għal tali kontrolli jew formalitajiet.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

verifiki ta’ sikureza u sigurtà;

(b)

verifiki marbutin ma’ projbizzjonijiet jew restrizzjonijet.

3.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu, u tistabbilixxi, il-każijiet li fihom u l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu applikati kontrolli u formalitajiet doganali għal dawn li ġejjin:

(a)

il-bagalji ta’ l-istiva u tal-kabina ta’ dawn li ġejjin:

(i)

persuni li jieħdu titjira f’inġenju ta’ l-ajru li ġej minn ajruport mhux Komunitarju u li, wara waqfa f’ajruport Komunitarju, ikompli għal ajruport Komunitarju ieħor;

(ii)

persuni li jieħdu titjira f’inġenju ta’ l-ajru li jieqaf f’ajruport Komunitarju qabel ikompli għal ajruport mhux Komunitarju;

(iii)

persuni li jużaw servizz marittimu pprovdut mill-istess bastiment u li jinkludi vjaġġi suċċessivi minn, waqfa fi jew tmiem f’port mhux Komunitarju;

(iv)

persuni abbord inġenju tad-divertiment u inġenju ta’ l-ajru turistiku jew kummerċjali;

(b)

bagalji tal-kabina u ta’ l-istiva:

(i)

li jaslu f’ajruport Komunitarju abbord inġenju ta’ l-ajru li ġej minn ajruport mhux Komunitarju trasferiti f’dak l-ajruport Komunitarju għal inġenju ta’ l-ajru ieħor fuq titjira intra-Komunitarja;

(ii)

mgħobbija f’ajruport Komunitarju fuq inġenju ta’ l-ajru li jipproċedi fuq titjira intra-Komunitarja għal trasferiment f’ajruport Komunitarju ieħor għal inġenju ta’ l-ajru li d-destinazzjoni tiegħu huwa ajruport mhux Komunitarju.

Taqsima 8

Żamma ta’ dokumenti u informazzjoni oħra; ħlasijiet u spejjeż

Artikolu 29

Żamma ta’ dokumenti u informazzjoni oħra

1.   Il-persuna kkonċernata għandha, għall-finijiet tal-kontrolli doganali, iżżomm id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) għal mill-anqas tliet snin kalendarji, bi kwalunkwe mezz aċċessibbli minn u aċċettabbli għall-awtoritajiet doganali.

Fil-każ ta’ merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera f’ċirkostanzi oħrajn barra dawk imsemmija fit-tielet subparagrafu, jew merkanzija dikjarata għall-esportazzjoni, dak il-perijodu għandu jibda mill-aħħar tas-sena li fiha jiġu aċċettati d-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni.

Fil-każ ta’merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera mingħajr dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħha, dak il-perijodu għandu jibda mill-aħħar tas-sena li fiha ma jibqgħux soġġetti għal superviżjoni doganali.

Fil-każ ta’ merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali oħra, dak il-perijodu għandu jibda mill-aħħar tas-sena li fiha ntemmet il-proċedura doganali kkonċernata.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 68(4), fejn kontrolli doganali fir-rigward ta’ dejn doganali juru li l-entrata rilevanti fil-kontijiet għandha tiġi korretta u l-persuna kkonċernata kienet notifikata dwar dan, id-dokumenti u l-informazzjoni għandhom jinżammu għal tliet snin oħra barra l-limitu taż-żmien previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu.

Fejn ikun ġie ppreżentat appell jew fejn jinbdew proċedimenti legali, id-dokumenti u l-informazzjoni jridu jinżammu għall-perijodu previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jew sakemm il-proċedura ta’ l-appelli jew il-proċedimenti legali jintemmu, skond liema tkun ta’ l-aħħar.

Artikolu 30

Ħlasijiet u spejjeż

1.   L-awtoritajiet doganali m’għandhomx jimponu ħlasijiet għat-twettiq ta’ kontrolli doganali jew għal kwalunkwe applikazzjoni oħra tal-leġiżlazzjoni doganali waqt il-ħinijiet uffiċċjali tal-ftuħ ta’ l-uffiċċji doganali kompetenti tagħhom.

Madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jimponu ħlasijiet jew jirkupraw spejjeż fejn jingħataw servizzi speċifiċi, partikolarment dawn li ġejjin:

(a)

attendenza, fejn mitluba, mill-impjegati doganali barra l-ħinijiet uffiċjali jew f’xi bini ieħor li mhuwiex bini doganali;

(b)

analiżi jew rapporti ta’ l-esperti dwar l-merkanzija u l-ħlasijiet tal-posta biex il-merkanzija tintbgħat lura lil applikant, speċjalment fil-każ tad-deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 20 jew l-għoti ta’ informazzjoni skond l-Artikolu 8(1);

(ċ)

l-eżami jew it-teħid ta’ kampjuni tal-merkanzija għall-finijiet ta’ verifika, jew il-qerda tal-merkanzija, fejn ikunu involuti spejjeż oħrajn barra dawk għall-użu tal-ħaddiema tad-dwana;

(d)

miżuri ta’ kontroll eċċezzjonali, fejn dawn huma meħtieġa minħabba n-natura tal-merkanzija jew ta’ riskju potenzjali.

2.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu miżuri għall-implimentazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

KAPITOLU 3

Konverżjoni tal-munita u limiti ta’ żmien

Artikolu 31

Konverżjoni tal-munita

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw, u/jew jagħmlu disponibbli fuq l-Internet, ir-rata tal-kambju applikabbli fejn il-konverżjoni tal-munita hija meħtieġa għal waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

minħabba li fatturi użati għad-determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija huma espressi f’muniti oħrajn barra dawk ta’ l-Istat Membru fejn hu ddeterminat il-valur doganali;

(b)

minħabba li l-valur ta’ l-euro hu meħtieġ f’muniti nazzjonali għal-finijiet ta’ determinazzjoni tal-klassifika tal-merkanzija fit-tariffa u l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni, inklużi il-valuri bażiċi ta’ valur fit-Tariffa Doganali Komunitarja.

2.   Fejn il-konverżjoni tal-munita tkun meħtieġa għal raġunijiet oħrajn barra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, il-valur ta’ l-euro f’muniti nazzjonali li jrid jiġi applikat fil-qafas tal-leġiżlazzjoni doganali għandu jiġi stabbilit mill-anqas darba fis-sena.

3.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu.

Artikolu 32

Limiti ta’ żmien

1.   Fejn perijodu, data jew limitu ta’ żmien hu stabbilit fil-leġiżlazzjoni doganali, tali perijodu m’għandux jiġi estiż jew imnaqqas u tali data jew limitu ta’ żmien m’għandux jiġi differit sakemm ma ssirx dispożizzjoni speċifika fid-dispożizzjonijiet konċernati.

2.   Ir-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien mniżżla fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (10) għandhom japplikaw ħlief fejn jingħad mod ieħor b’mod speċifiku fil-leġiżlazzjoni doganali Komunitarja.

TITOLU II

FATTURI LI ABBAŻI TAGĦHOM JIĠU APPLIKATI D-DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI JEW FUQ L-ESPORTAZZJONI U MIŻURI OĦRAJN FIR-RIGWARD TA’ KUMMERĊ TA’ MERKANZIJA

KAPITOLU 1

Tariffa doganali komuni u klassifika tal-merkanzija fit-tariffa

Artikolu 33

Tariffa Doganali Komuni

1.   Id-dazji dovuti fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq it-Tariffa Doganali Komuni.

Miżuri oħrajn preskritti mid-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw oqsma speċifiċi relatati mal-kummerċ tal-merkanzija għandhom, fejn xieraq, ikunu applikati skond il-klassifikazzjoni dik il-merkanzija fit-tariffa.

2.   It-Tariffa Doganali Komuni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

in-Nomenklatura Magħquda tal-merkanzija kif stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (11);

(b)

kwalunkwe nomenklatura oħra li hi għal kollox jew parzjalment ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li tipprevedi sottodiviżjonijiet ulterjuri għaliha, u li hi stabbilita mid-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw oqsma speċifiċi bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ tariffi relatati mal-kummerċ tal-merkanzija;

(ċ)

id-dazji doganali konvenzjonali jew normali u awtonomi applikabbli għal merkanzija koperta min-Nomenklatura Magħquda;

(d)

il-miżuri preferenzjali tat-tariffi li hemm fil-ftehim li l-Komunità ikkonkludiet ma’ ċerti pajjiżi jew territorji barra mit-territorju doganali tal-Komunità jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji;

(e)

il-miżuri preferenzjali tat-tariffi adottati unilateralment mill-Komunità fir-rigward ta’ ċerti pajjiżi jew territorji barra mit-territorju doganali tal-Komunità jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji;

(f)

miżuri awtonomi li jipprevedu tnaqqis fi jew eżenzjoni minn dazji doganali fuq ċerta merkanzija;

(g)

trattament favorevoli tat-tariffi speċifikati għal ċerta merkanzija, minħabba n-natura jew l-użu aħħari tagħha, fil-qafas tal-miżuri msemmija fil-punti (ċ) sa (f) jew (h);

(h)

miżuri oħrajn ta’ tariffi previsti fil-leġiżlazzjoni agrikola, jew kummerċjali, jew xi leġiżlazzjoni oħra Komunitarja.

3.   Fejn il-merkanzija kkonċernata tissodisfa l-kondizzjonijiet inklużi fil-miżuri stabbiliti fil-punti (d) sa (g) tal-paragrafu 2, il-miżuri msemmija f’dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw, fuq talba tad-dikjarant, minflok dawk previsti fil-punt (ċ) ta’ dak il-paragrafu. Tali applikazzjoni tista’ ssir b’mod retrospettiv, sakemm ikun hemm konformità mal-limiti taż-żmien u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-miżura rilevanti tal-Kodiċi.

4.   Fejn l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (d) sa (g) tal-paragrafu 2, jew l-eżenzjoni mill-miżuri msemmija fil-punt (h) tiegħu, hija ristretta biss għal ċertu volum ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, tali applikazzjoni jew eżenzjoni għandha tieqaf, fil-każ tal-kwoti tat-tariffi, hekk kif jintlaħaq il-volum speċifikat ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet.

Fil-każ tal-limitu tat-tariffi tali applikazzjoni għandha tieqaf bis-saħħa ta’ att legali tal-Komunità.

5.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(3), tadotta mizuri għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-artikolu.

Artikolu 34

Klassifika tal-merkanzija fit-tariffa

1.   Għall-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni, “il-klassifika fit-tariffa” tal-merkanzija għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni ta’ wieħed mis-subintestaturi jew sottodiviżjonijiet ulterjuri tan-Nomenklatura Magħquda li taħtha ser tiġi kklassifikata dik il-merkanzija.

2.   Għall-applikazzjoni ta’ miżuri non-tariffarji, ‘il-klassifika fit-tariffatal-merkanzija għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni ta’ wieħed mis-subintestaturi jew sottodiviżjonijiet ulterjuri tan-Nomenklatura Magħquda, jew ta’ kwalunkwe nomenklatura oħra li hi stabbilita mid-dispożizzjonijiet Komunitarji u li hi għal kollox jew parzjalment ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li tipprevedi sottodiviżjonijiet ulterjuri għaliha, li taħtha ser tiġi kklassifikata dik l-merkanzija.

3.   Is-sottotitolu jew is-sottodiviżjoni ulterjuri determinata skond il-paragrafi 1 u 2 għandha tintuża għall-fini ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri marbuta ma’ dak is-sottotitolu.

KAPITOLU 2

Oriġini tal-merkanzija

Taqsima 1

Oriġini non-preferenzjali

Artikolu 35

Il-kamp ta’ applikazzjoni

L-Artikoli 36, 37 u 38 jistabbilixxu r-regoli għad-determinazzjoni ta’ l-oriġini non-preferenzjali tal-merkanzija għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan li ġej:

(a)

it-Tariffa Doganali Komuni bl-eċċezzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (d) u (e) ta’ l-Artikolu 33(2);

(b)

miżuri, barra l-miżuri tariffarji, stabbiliti permezz tad-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw oqsma speċifiċi relatati mal-kummerċ tal-merkanzija;

(ċ)

miżuri Komunitarji oħrajn relatati ma’ l-oriġini tal-merkanzija.

Artikolu 36

Akkwist ta’ l-oriġini

1.   Merkanzija miksuba għal kollox f’pajjiż jew territorju wieħed għandha titqies bħala li toriġina f’dak il-pajjiż jew territorju.

2.   Merkanzija li l-produzzjoni tagħha kienet tinvolvi aktar minn pajjiż jew territorju wieħed għandha titqies li toriġina fil-pajjiż jew territorju fejn għaddiet mill-aħħar trasformazzjoni sostanzjali tagħha.

Artikolu 37

Prova ta’ l-oriġini

1.   Fejn oriġini ġiet indikata fid-dikjarazzjoni doganali skond il-leġiżlazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu lid-dikjarant iġib prova dwar l-oriġini tal-merkanzija.

2.   Fejn tingħata prova ta’ l-oriġini tal-merkanzija skond il-leġiżlazzjoni doganali jew leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tirregola oqsma speċifiċi, l-awtoritajiet doganali jistgħu, f’każ ta’ dubju raġonevoli, jeħtieġu kwalunkwe prova addizzjonali li tkun meħtieġa biex jiżguraw li l-indikazzjoni ta’ l-oriġini tkun konformi mar-regoli stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

3.   Jista’ jinħareġ dokument fil-Komunità li jagħti prova ta’ l-oriġini fejn hekk meħtieġ mill-eżiġenzi tal-kummerċ.

Artikolu 38

Miżuri implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 36 u 37.

Taqsima 2

Oriġini preferenzjali

Artikolu 39

Oriġini preferenzjali tal-merkanzija

1.   Sabiex tgawdi mill-miżuri msemmija fil-punti (d) jew (e) ta’ l-Artikolu 33(2) jew minn miżuri preferenzjali non-tariffarji, il-merkanzija għandha tikkonforma mar-regoli dwar oriġini preferenzjali msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-artikolu.

2.   Fil-każ ta’ merkanzija li tgawdi minn miżuri preferenzjali mniżżla fil-ftehim li l-Komunità ikkonkludiet ma’ ċerti pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Komunità jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji, ir-regoli dwar oriġini preferenzjali għandhom ikunu stabbiliti f’dawk il-ftehim.

3.   Fil-każ ta’ merkanzija li tgawdi minn miżuri preferenzjali adottati unilateralment mill-Komunità fir-rigward ta’ ċerti pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Komunità jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji, barra dawk imsemmija fil-Paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri li jistabbilixxu r-regoli dwar oriġini preferenzjali.

4.   Fil-każ ta’ merkanzija li tgawdi minn miżuri preferenzjali applikabbli fil-kummerċ bejn it-territorju doganali tal-Komunità u Ceuta u Melilla, imniżżla fil-Protokoll 2 għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1985, ir-regoli dwar oriġini preferenzjali għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 9 ta’ dak il-Protokoll.

5.   Fil-każ ta’ merkanzija li tgawdi minn miżuri preferenzjali mniżżla fl-arranġamenti preferenzjali favur il-pajjiżi u t-territorji barranin assoċjati mal-Komunità, ir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali għandhom ikunu adottati skond l-Artikolu 187 tat-Trattat.

6.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regoli msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

KAPITOLU 3

Valur ta’ merkanzija għal finijiet doganali

Artikolu 40

Il-kamp ta’ applikazzjoni

Il-valur doganali tal-merkanzija, għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni u l-miżuri non-tariffarji stabbiliti mid-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw oqsma speċifiċi relatati mal-kummerċ tal-merkanzija, għandu jkun determinat skond l-Artikoli 41 sa 43.

Artikolu 41

Metodu ta’ valutazzjoni doganali bbażat fuq il-valur tat-transazzjoni

1.   Il-bażi primarja għall-valur doganali tal-merkanzija għandu jkun il-valur tat- transazzjoni, jiġifieri l-prezz li realment tħallas jew għandu jitħallas meta l-merkanzija tinbiegħ għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Komunità, aġġustat, fejn meħtieġ, skond il-miżuri adottati skond l-Artikolu 43.

2.   Il-prezz li realment tħallas jew għandu jitħallas huwa l-pagament totali magħmul jew li għandu jsir mix-xerrej lill-bejjiegħ jew mix-xerrej lil parti terza jew għall-benefiċċju tal-bejjiegħ għall-merkanzija importata u jinkludi l-pagamenti kollha magħmula jew li għandhom isiru bħala kondizzjoni tal-bejgħ ta’ merkanzija importata.

3.   Il-valur tat-transazzjoni għandu japplika dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq kif ix-xerrej jiddisponi minn jew juża l-merkanzija, minbarra kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

restrizzjonijiet imposti jew meħtieġa bil-liġi jew minn awtoritajiet pubbliċi fil-Komunità,

(ii)

limitazzjonijiet taż-żona ġeografika li fiha l-merkanzija tista’ terġa’ tinbiegħ,

(iii)

restrizzjonijiet li ma jaffettwawx sostanzjalment il-valur doganali tal-merkanzija;

(b)

il-bejgħ jew il-prezz m’huwiex soġġett għal xi kondizzjoni jew konsiderazzjoni li għaliha ma jistax ikun determinat valur rigward il-merkanzija li tkun qed tiġi valutata;

(ċ)

l-ebda parti tar-rikavat ta’ kwalunkwe bejgħ mill-ġdid, tneħħija jew użu tal-merkanzija sussegwenti mix-xerrej m’għandha tmur direttament jew indirettament għand il-bejjiegħ, sakemm ma jsirx aġġustament xieraq skond il-miżuri adottati skond l-Artikolu 43;

(d)

ma jkun hemm l-ebda relazzjoni bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ jew ir-relazzjoni ma tkunx influwenzat il-prezz.

Artikolu 42

Metodi sekondarji ta’ valutazzjoni doganali

1.   Fejn il-valur doganali tal-merkanzija ma jkunx jista’ jiġi determinat taħt l-Artikolu 41, dan għandu jiġi determinat billi jipproċedi b’mod sekwenzjali minn punt (a) sa punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, sakemm jintlaħaq l-ewwel punt fejn jista’ jiġi determinat il-valur doganali tal-merkanzija.

L-ordni ta’ applikazzjoni tal-punti (ċ) u (d) għandu jinqaleb jekk jitlob hekk id-dikjarant.

2.   Il-valur doganali, skond il-paragrafu 1, għandu jkun:

(a)

il-valur tat-transazzjoni ta’ merkanzija identika mibjugħa għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Komunità u esportata fl-istess jew madwar l-istess żmien bħall-merkanzija li qed tiġi valutata;

(b)

il-valur tat-transazzjoni ta’ merkanzija simili mibjugħa għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Komunità u esportata fl-istess jew madwar l-istess żmien bħall-merkanzija li qed tiġi valutata;

(ċ)

il-valur ibbażat fuq il-prezz ta’ unità li bih l-merkanzija importata, jew merkanzija identika jew simili importata, tinbiegħ fit-territorju doganali tal-Komunità fl-akbar kwantità totali lill-persuni li ma jiġux mill-bejjiegħa;

(d)

il-valur maħdum.

3.   Fejn il-valur doganali ma jistax jiġi determinat taħt il-paragrafu 1, huwa għandu jiġi determinat, abbażi tad-data disponibbli fit-territorju doganali tal-Komunità, billi jintużaw mezzi raġonevoli konsistenti mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ dan li ġej:

(a)

il-ftehim dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ;

(b)

l-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ;

(ċ)

dan il-kapitolu.

Artikolu 43

Miżuri implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta l-miżuri li jistabbilixxu dan li ġej

(a)

l-elementi li, għall-finijiet li jiġi determinat il-valur doganali, għandhom ikunu miżjuda mal-prezz realment imħallas jew li għandu jitħallas, jew li jistgħu jkunu esklużi;

(b)

elementi li ser jintużaw għad-determinazzjoni tal-valur kompjutat;

(ċ)

il-metodu ta’ determinazzjoni tal-valur doganali f’każijiet speċifiċi, u fir-rigward ta’ merkanzija li fuqha hemm dejn doganali wara l-użu ta’ proċedura speċjali;

(d)

kwalunkwe kondizzjonijiet, dispożizzjonijiet u regoli ulterjuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 41 u 42.

TITOLU III

DEJN DOGANALI U GARANZIJI

KAPITOLU 1

Meta jibda id-dejn doganali

Taqsima 1

Dejn doganali fuq l-importazzjoni

Artikolu 44

Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u dħul temporanju

1.   Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu isir meta jkun hemm tqegħid ta’ merkanzija mhux Komunitarja soġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni taħt waħda minn dawn il-proċeduri doganali li ġejjin:

(a)

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, inkluż taħt id-dispożizzjonijiet ta’ użu aħħari;

(b)

dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni;

2.   Dejn doganali għandu isir fil-waqt ta’ l-aċċettatazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.

3.   Id-dikjarant għandu jkun id-debitur. F’każ ta’ rappreżentazzjoni indiretta, il-persuna li għan-nom tagħha qed issir id-dikjarazzjoni doganali għandha tkun ukoll debitur.

Fejn dikjarazzjoni doganali fir-rigward ta’ waħda mill-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 titfassal abbażi ta’ informazzjoni li twassal biex ma jinġabrux id-dazji kollha fuq l-importazzjoni jew parti minnhom, il-persuna li tkun ipprovdiet l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni u li kienet taf, jew suppost kellha b’mod raġonevoli tkun taf, li tali informazzjoni kienet falza għandha tkun ukoll debitur.

Artikolu 45

Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardaw merkanzija li ma toriġinax

1.   Fejn projbizzjoni fuq restituzzjoni ta’, jew eżenzjoni minn, dazji fuq l-importazzjoni tapplika għal merkanzija li ma toriġinax użata fil-manifattura ta’ prodotti, li għaliha inħarġet prova dwar l-oriġini jew twettqet fil-qafas ta’ arranġament preferenzjali bejn il-Komunità u ċerti pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Komunità jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji, għandu isir dejn doganali fuq l-importazzjoni fir-rigward ta’ dik il-merkanzija li ma toriġinax, permezz ta’ l-aċċettazzjoni tan-notifika ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid rigward il-prodotti in kwistjoni.

2.   Fejn isir dejn doganali skond il-paragrafu 1, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li jikkorrispondi għal dak id-dejn għandu jkun determinat taħt l-istess kondizzjonijiet bħal fil-każ ta’ dejn doganali li jirriżulta mill-aċċettazzjoni, fl-istess data, tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija li ma toriġinax użata fil-manifattura tal-prodotti in kwistjoni għall-finijiet li tintemm il-proċedura ta’ pproċessar attiv.

3.   L-Artikolu 44(2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis. Madankollu, fil-każ ta’ merkanzija mhux Komunitarja msemmija fl-Artikolu 179, il-persuna li tippreżenta n-notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid għandha tkun id-debitur. F’każ ta’ rappreżentazzjoni indiretta, il-persuna li għan-nom tagħha tiġi ppreżentata n-notifika għandha tkun ukoll debitur.

Artikolu 46

Dejn doganali li isir minħabba non-konformità

1.   Għal merkanzija soġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni, għandu isir dejn doganali fuq l-importazzjoni permezz ta’ non-konformità ma’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali dwar id-dħul ta’ merkanzija mhux Komunitarja fit-territorju doganali tal-Komunità, it-tneħħija tagħha mis-superviżjoni doganali jew il-moviment, l-ipproċessar, il-ħażna, l-ammissjoni temporanju jew it-tneħħija ta’ tali merkanzija fit-territorju;

(b)

wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali dwar l-użu aħħari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità;

(ċ)

kondizzjoni li tirregola t-tqegħid ta’ merkanzija mhux Komunitarja taħt proċedura doganali jew l-għoti, permezz ta’ l-użu aħħari tal-merkanzija, ta’ eżenzjoni mid-dazju jew rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni.

2.   Il-ħin meta isir id-dejn doganali għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-mument meta l-obbligu li n-nuqqas ta’ sodisfazzjoni tagħha jagħti lok għad-dejn doganali ma jintlaħaqx jew ma jibqax jintlaħaq;

(b)

il-mument meta tiġi aċċettata dikjarazzjoni doganali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali fejn ikun sussegwentement stabbilit li kondizzjoni li tirregola t-tqegħid tal-merkanzija taħt dik il-proċedura jew l-għoti ta’ eżenzjoni tad-dazju jew rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tal-merkanzija fil-fatt ma tkunx ġiet sodisfatta.

3.   Fil-każijiet imsemmija taħt il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, id-debitur għandu jkun kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe persuna li kienet meħtieġa tissodisfa l-obbligi konċernati;

(b)

kwalunkwe persuna li kienet konxja jew li suppost kellha tkun taf li ma ġiex sodisfatta obbligu skond il-leġiżlazzjoni doganali u li aġixxiet f’isem il-persuna li kienet obbligata tilħaq l-obbligu, jew li ipparteċipat fl-att li wassal biex ma jintlaħaqx l-obbligu;

(ċ)

kwalunkwe persuna li akkwistat jew żammet il-merkanzija in kwistjoni u li kienet konxja jew kellha tkun konxja fil-ħin ta’ l-akkwistat jew ta’ meta rċeviet l-merkanzija li ma ġiex sodisfatt obbligu taħt il-leġiżlazzjoni doganali.

4.   Fil-kazijiet imsemmija fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1, id-debitur għandu jkun il-persuna li hi meħtieġa tikkonforma mal-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali jew li tiddikjara l-oġġetti konċernati taħt dik il-proċedura jew l-għoti ta’ eżenzjoni fuq id-dazju jew rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tal-merkanzija.

Fejn titfassal dikjarazzjoni doganali fir-rigward ta’ waħda mill-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1, jew kwalunkwe informazzjoni meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni doganali relatata mal-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali tingħata lill-awtoritajiet doganali, li twassal biex id-dazji kollha jew parti mid-dazji ta’ l-importazzjoni mhux qed jinġabru, il-persuna li pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni u li kienet taf, jew suppost kellha tkun taf, li tali informazzjoni kienet falza għandha tkun ukoll debitur.

Artikolu 47

Tnaqqis ta’ ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li diġà tħallas

1.   Fejn isir dejn doganali, skond l-Artikolu 46(1), fir-rigward ta’ merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera b’rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħha, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li tħallas meta l-merkanzija kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera għandu jitnaqqas mill-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni li jikkorrispondu għad-dejn doganali.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis fejn isir dejn doganali fir-rigward ta’ skart u prodott mormi li jirriżulta mill-qerda ta’ tali merkanzija.

2.   Fejn isir dejn doganali, skond l-Artikolu 46(1), fir-rigward ta’ merkanzija mqiegħda taħt dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni, l-ammont li tħallas taħt l-eżenzjoni parzjali għandu jitnaqqas mill-ammont tad-dejn doganali.

Taqsima 2

Dejn doganali fuq l-esportazzjoni

Artikolu 48

Esportazzjoni u proċessar passiv

1.   Dejn doganali fuq l-esportazzjoni għandu isir permezz tat-tqegħid ta’ merkanzija soġġetta għal dazji fuq l-esportazzjoni taħt il-proċedura ta’ esportazzjoni jew il-proċedura ta’ proċessar passiv.

2.   Id-dejn doganali għandu isir fiż-żmien ta’ l aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.

3.   Id-dikjarant għandu jkun id-debitur. F’każ ta’ rappreżentazzjoni indiretta, il-persuna li għan-nom tagħha qed issir id-dikjarazzjoni doganali għandha tkun ukoll debitur.

Fejn titfassal dikjarazzjoni doganali abbażi ta’ informazzjoni li twassal biex ma jinġabrux id-dazji ta’ l-esportazzjoni kollha jew parti minnhom, il-persuna li tkun ipprovdiet l-informazzjoni meħtieġa għad-dikjarazzjoni u li kienet taf, jew kellha b’mod raġonevoli tkun taf, li dik l-informazzjoni kienet falza għandha tkun ukoll debitur.

Artikolu 49

Dejn doganali li isir minħabba non-konformità

1.   Għal merkanzija soġġetta għal dazji fuq l-esportazzjoni, għandu isir dejn doganali fuq l-esportazzjoni minħabba n-non-konformità ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali dwar il-ħruġ tal-merkanzija;

(b)

il-kondizzjonijiet li taħthom il-merkanzija tħalliet titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità b’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazji fuq l-esportazzjoni.

2.   Il-ħin li fih isir id-dejn doganali għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-mument meta l-merkanzija realment titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità mingħajr dikjarazzjoni doganali;

(b)

il-mument meta l-merkanzija tasal f’destinazzjoni barra dik li għaliha tħalliet titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità b’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazji fuq l- esportazzjoni;

(ċ)

jekk l-awtoritajiet doganali ma jkunux f’pożiżżjoni li jiddeterminaw il-mument imsemmi fil-punt (b), l-iskadenza tal-limitu taż-żmien biex tingħata evidenza li l-kondizzjonijiet li jintitolaw il-merkanzija għal tali eżenzjoni ġew sodisfatti.

3.   Fil-każijiet imsemmija taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1, id-debitur għandu jkun kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe persuna li kienet meħtieġa tissodisfa l-obbligu konċernat;

(b)

kwalunkwe persuna li kienet konxja jew li kellha b’mod raġonevoli tkun konxja li l-obbligu kkonċernat ma ġiex sodisfatt u li aġixxiet f’isem il-persuna li kienet obbligata tissodisfa l-obbligu;

(ċ)

kwalunkwe persuna li ħadet sehem fl-att li wassal biex ma jiġix sodisfatt l-obbligu u li kienet konxja jew suppost kellha b’mod raġonevoli tkun taf li dikjarazzjoni doganali li kellha tiġi ppreżentata fil-fatt ma ġietx ippreżentata.

4.   F’każijiet imsemmija taħt il-punt (b) tal-paragrafu 1, id-debitur għandu jkun kwalunkwe persuna li hi meħtieġa tikkonforma mal-kondizzjonijiet li taħthom il-merkanzija tħalliet titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità b’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazji fuq l-esportazzjoni.

Taqsima 3

Dispożizzjonijiet komuni għad-dejn doganali li jsir fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni

Artikolu 50

Projbizzjonijiet u restrizzjonijiet

1.   Id-dejn doganali fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni għandu isir anki jekk ikun relatat ma’ merkanzija soġġetta għall-miżuri ta’ projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ kwalunkwe xorta.

2.   Madankollu, m’għandu isir dejn doganali fuq ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-introduzzjoni illegali fit-territorju doganali tal-Komunità ta’ flus foloz;

(b)

l-introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi minbarra fejn hemm sorveljanza stretta mill-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb ta’ l-użu tagħhom għal finijiet mediċi u xjentifiċi.

3.   Għall-finijiet tal-penali kif applikabbli għal reati doganali, id-dejn doganali għandu madankollu jitqies li sar meta, taħt il-liġi ta’ Stat Membru, id-dazji doganali jew l-eżistenza tad-dejn doganali jipprovdu l-bażi għad-determinazzjoni tal-penali.

Artikolu 51

Diversi debituri

Fejn diversi persuni huma soġġetti għall-ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal dejn doganali wieħed, huma għandhom ikunu flimkien u separatament soġġetti għall-ammont sħiħ tad-dejn.

Artikolu 52

Regoli ġenerali għal kalkolu ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni

1.   L-ammont ta’dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni għandu jiġi determinat abbażi ta’ dawk ir-regoli għall-kalkolu tad-dazju li kienu applikabbli għall-merkanzija kkonċernata fil-ħin li fih sar id-dejn doganali fir-rigward tagħha.

2.   Fejn mhux possibbli jiġi determinat eżatt il-ħin li fih ikun sar id-dejn doganali, dak il-mument għandu jitqies li hu l-waqt li fih l-awtoritajiet doganali jikkonkludu li l-merkanzija hija f’sitwazzjoni fejn ikun sar dejn doganali.

Madankollu, fejn l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet doganali tippermettilhom li jistabbilixxu li d-dejn doganali kien sar qabel iż-żmien meta waslu għal dik il-konklużjoni, id-dejn doganali għandu jitqies li nġarr fl-aktar żmien bikri li tali sitwazzjoni tista’ tkun stabbilita.

Artikolu 53

Regoli speċjali għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni

1.   Fejn saru spejjeż għall-ħażna jew għall-immaniġġjar tas-soltu fit-territorju doganali tal-Komunità fir-rigward ta’merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali, tali spejjeż jew iż-żieda fil-valur m’għandhomx jiġu kkunsidrati għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni fejn id-dikjarant jipprovdi prova sodisfaċenti ta’ dawk l-ispejjeż.

Madankollu, il-valur doganali, il-kwantità, in-natura u l-oriġini ta’ merkanzija mhux Komunitarja użata fl-operazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni.

2.   Fejn il-klassifika fit-tariffa ta’ merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali tinbidel bħala riżultat ta’ manuvri abitwali fit-territorju doganali tal-Komunità, il-klassifika fit-tariffa oriġinali għall-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura għandha tiġi applikata fuq talba tad-dikjarant.

3.   Fejn sar dejn doganali fuq prodotti pproċessati bħala riżultat tal-proċedura ta’ pproċessar attiv, l-ammont ta’ dazju fuq l-imprtazzjoni li jikkorrispondi għal tali dejn għandu, fuq talba tad-dikjarant, ikun determinat abbażi tal-klassifika fit-tariffa, il-valur doganali, il-kwantità, in-natura u l-oriġini tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ pproċessar attiv fil-ħin ta’ l-aċċetazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali relatata ma’ din il-merkanzija.

4.   Fejn il-leġiżlazzjoni doganali tipprevedi trattament favorevoli tat-tariffa ta’ merkanzija jew eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, skond il-punti (d) sa (g) ta’ l-Artikolu 33(2), l-Artikoli 130 sa 133, jew l-Artikoli 171 sa 174, jew skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta’ Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali (12), tali trattament favorevoli tat-tariffa jew eżenzjoni għandhom japplikaw ukoll f’każijiet fejn sar dejn doganali skond l-Artikoli 46 jew 49 ta’ dan ir-Regolament, kemm-il darba n-nuqqas li wassal għall-ġarr ta’ dejn doganali ma kienx jikkostitwixxi attentat ta’ qerq.

Artikolu 54

Miżuri implimentattivi

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu dan li ġej:

(a)

ir-regoli għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni applikabbli għal merkanzija;

(b)

regoli oħrajn speċjali għal proċeduri speċifiċi;

(ċ)

derogi mill-Artikoli 52 u 53, partikolarment biex tiġi evitata l-evażjoni tal-miżuri ta’ tariffi msemmija fl-Artikolu 33(2)(h),

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 55

Post fejn isir id-dejn doganali

1.   Id-dejn doganali għandu jsir fil-post fejn tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali jew in-notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid msemmija fl-Artikoli 44, 45 u 48 jew fejn tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni supplimentari msemmija fl-Artikolu 110(3).

Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-post fejn isir id-dejn doganali għandu jkun il-post fejn jiġru l-ġrajjiet li wasslu għalih.

Jekk mhux possibbli li jiġi ddeterminat dak il-post, id-dejn doganali għandu jsir fil-post fejn l-awtoritajiet doganali jikkonkludu li l-merkanzija hi f’sitwazzjoni li fiha jsir dejn tad-d-dwana.

2.   Jekk il-merkanzija ddaħħlet għal proċedura doganali li ma tkunx twettqet, u l-post ma jkunx jista’ jiġi determinat, skond it-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, f’limitu ta’ żmien speċifiku, id-dejn doganali għandu jsir fil-post fejn il-merkanzija jew tqiegħdet taħt il-proċedura kkonċernata jew kienet introdotta fit-territorju doganali tal-Komunità taħt dik il-proċedura.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu l-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

3.   Fejn l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet doganali tippermettilhom jistabbilixxu li d-dejn doganali jista’ jkun li sar f’diversi postijiet, id-dejn doganali għandu jitqies li sar fil-post fejn ikun sar l-ewwel darba.

4.   Jekk awtorità doganali tistabbilixxi li dejn doganali sar taħt l-Artikolu 46 jew l-Artikolu 49 fi Stat Membru ieħor u l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal dak id-dejn huwa anqas minn EUR 10 000, id-dejn doganali għandu jitqies li sar fl-Istat Membru fejn kienet saret is-sejba.

KAPITOLU 2

Garanzija għal dejn doganali potenzjali jew eżistenti

Artikolu 56

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Dan il-Kapitolu għandu japplika kemm għal garanziji fuq dejn doganali li sar kif ukoll għal dak li jista’ jsir, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

2.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li tingħata garanzija sabiex jiġi żgurat il-ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali. Fejn id-dispożizzjonijiet rilevanti hekk jipprovdu, il-garanzija meħtieġa tista’ tkopri wkoll ħlasijiet oħra kif previst taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra fis-seħħ.

3.   Fejn l-awtoritajiet doganali jeħtieġu li tingħata garanzija, din għandha tkun mitluba mid-debitur jew il-persuna li tista’ ssir id-debitur. Huma jistgħu jippermettu wkoll li l-garanzija tiġi pprovduta minn persuna oħra barra l-persuna mingħand min hi mitluba.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 64, l-awtoritajiet doganali għandhom jeħtieġu li tingħata garanzija waħda biss fir-rigward ta’ merkanzija speċifika jew dikjarazzjoni speċifika.

Il-garanzija prevista għal dikjarazzjoni speċifika għandha tapplika għall-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u ħlasijiet oħrajn fir-rigward tal-merkanzija kollha koperta minn jew rilaxxata permezz ta’ dik id-dikjarazzjoni, kemm jekk dik id-dikjarazzjoni hi korretta jew le.

Jekk il-garanzija ma tkunx ġiet rilaxxata, tista’ tintuża wkoll, fil-limiti ta l-ammont garantit, għall-irkupru ta’ ammonti ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u ħlasijiet oħra li jridu jitħallsu wara kontroll ta’ wara r-rilaxx ta’ dik il-merkanzija.

5.   Fuq talba tal-persuna msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, l-awtoritajiet doganali jistgħu, skond l-Artikolu 62(1) u (2), jawtorizzaw l-għoti ta’ garanzija komprensiva li tkopri l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni għad-dejn doganali fir-rigward ta’ żewġ operazzjonijiet, dikjarazzjonijiet jew proċeduri doganali jew aktar.

6.   L-ebda garanzija m’għandha tkun meħtieġa mill-Istati, mill-awtoritajiet reġjonali u l-gvernijiet lokali jew korpi oħrajn irregolati mil-liġi pubblika, fir-rigward ta’ l-attivitajiet li fihom huma jieħdu sehem bħala awtoritajiet pubbliċi.

7.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jneħħu l-ħtieġa ta’ għoti ta’ garanzija fejn l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid ikun kopert b’ garanzija ma jeċċedix il-limitu massimu ta’ l-istatistika għad-dikjarazzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta’ Mejju 1995 dwar l-istatistika dwar il-kummerċ fl-oġġetti mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha ma’ pajjiżi li mhumiex membri (13).

8.   Garanzija aċċettata jew awtorizzata mill-awtoritajiet doganali għandha tkun valida fit-territorju doganali kollu tal-Komunità, għall-finijiet li għalihom tingħata.

9.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu dan li ġej:

kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu,

każijiet, għajr dawk stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-artikolu, fejn ebda garanzija ma hija meħtieġa,

eċċezzjonijiet għall-paragrafu 8 ta’ dan l-artikolu,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 57

Garanzija obbligatorja

1.   Fejn hu obbligatorju li tiġi provduta garanzija, u soġġett għar-regoli adottati skond l-paragrafu 3, l-awtoritajiet doganali għandhom jiffissaw l-ammont ta’ tali garanzija f’livell ekwivalenti għall-ammont preċiz ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u ta’ ħlasijiet oħrajn fejn dak l-ammont jista’ jkun stabbilit b’ċertezza fil-ħin li fiħ tkun meħtieġa l-garanzija.

Fejn mhux possibbli li jiġi stabbilit l-ammont preċiż, il-garanzija għandha tkun stabbilita għall-ammont massimu, kif stmat mill-awtoritajiet doganali, tad-dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u ta’ ħlasijiet oħrajn li saru jew setgħu saru.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 62, fejn tiġi provduta garanzija komprensiva għall-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali jew ħlasijiet oħrajn li jvarjaw fl-ammont maż-żmien, l-ammont ta’ tali garanzija għandu jiġi stabbilit f’livell li jippermetti li l-ammont ta dazu fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni għad-djun tad-dwana u ħlasijiet oħrajn jkunu koperti f’kull ħin.

3.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu.

Artikolu 58

Garanzija mhux obbligatorja

Fejn l-għoti ta’ garanzija mhux obbligatorju, tali garanzija għandha xorta waħda tkun meħtieġa mill-awtoritajiet doganali jekk huma jqisu li l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali jew ħlasijiet oħrajn mhux ċerti li jitħallsu fiż-żmien preskritt. L-ammont tagħha għandu jkun stabbilit minn dawk l-awtoritajiet biex ma jeċċedix il-livell imsemmi fl-Artikolu 57.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu meta garanzija ma tkunx obbligatorja għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 59

Għoti ta’ garanzija

1.   Garanzija tista’ tiġi pprovduta b’wieħed mill-forom li ġejjin:

(a)

b’depożitu fi flus jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ ħlas rikonoxxut mill-awtoritajiet doganali li hu ekwivalenti għal depożitu fi flus, magħmul f’euro jew fil-munita ta’ l-Istat Membru li fih hi meħtieġa l-garanzija;

(b)

billi l-garanti jimpenja ruħu li jagħmel tajjeb;

(ċ)

b’xi forma oħra ta’ garanzija li tipprovdi assigurazzjoni ekwivalenti li l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u ħlasijiet oħrajn ser jitħalsu.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu l-forom ta’ garanziji msemmijin fil-punt (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

2.   Għandha tingħata garanzija f’forma ta’ depożitu fi flus jew ħlas li jkun meqjus bħala ekwivalenti għal depożitu fi flus skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru fejn hi meħtieġa l-garanzija.

Artikolu 60

Għażla ta’ garanzija

Il-persuna meħtieġa biex tipprovdi garanzija tista’ tagħżel bejn il-forom ta’ garanziji stabbiliti fl-Artikolu 59(1).

Madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jirrifjutaw li jaċċettaw il-forom ta’ garanzija magħzula fejn hija inkompatibbli mal-funzjonament adattat tal-proċedura doganali kkonċernata.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu li l-forma ta’ garanzija magħżula tinżamm għal perijodu speċifiku.

Artikolu 61

Garanti

1.   Il-garanti msemmi fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 59(1) għandu jkun terza persuna stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità. Il-garanti għandu jkun approvat mill-awtoritajiet doganali li jeħtieġu l-garanzija, sakemm il-garanti ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew kumpanija ta’ l-assigurazzjoni, akkreditata fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ.

2.   Il-garanti għandu jimpenja ruħu bil-miktub li jħallas l-ammont garantit ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal dejn doganali u ħlasijiet oħrajn.

3.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrifjutaw li japprovaw il-garanti jew it-tip ta’ garanzija proposta fejn ma jkunx jidher biċ-ċert li dawn jiżguraw fil-perjodu stipulat il-ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u ħlasijiet oħrajn.

Artikolu 62

Garanzija komprensiva

1.   L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 56(5) għandha tingħata biss lill-persuni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu stabbiliti fit-territorji doganali tal-Komunità;

(b)

rekord ta’ konformità ma’ ħtiġiet doganali u tat-taxxa;

(ċ)

jużaw b’mod regolari l-proċeduri doganali involuti jew huma magħrufa ma’ l-awtoritajiet doganali li għandhom il-kapaċità li jaqdu l-obbligu tagħhom rigward dawn il-proċeduri.

2.   Fejn għandha tiġi pprovduta garanzija komprensiva għal djun doganali u ħlasijiet oħra li jistgħu isiru, operatur ekonomiku jista’ jkun awtorizzat juża garanzija komprensiva b’ammont imnaqqas jew li jkollu rinunzja tal-garanzija sakemm huwa jissoddisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

sistema sodisfaċenti ta’ amministrazzjoni ta’ rekords kummerċjali u, fejn xieraq, rekords ta’ trasport, li tippermetti kontrolli doganali adegwati;

(b)

solvenza ppruvata.

3.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri li jirregolaw il-proċedura għal għoti ta’ awtorizzazzjonijiet taħt il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu.

Artikolu 63

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati ma’ l-użu ta’ garanziji

1.   F’każijiet fejn dejn doganali jista’ jsir fil-qafas ta’ proċeduri speċjali, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 u 3.

2.   It-tneħħija tal-garanzija awtorizzata skond l-Artikolu 62(2) m’għandhiex tapplika għal dik il-merkanzija li hi kkunsidrata li tippreżenta riskji akbar ta’ frodi.

3.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri dwar dan li ġej:

(a)

implimentazzjoni ta’ paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

tipprojbixxi temporanjament l-użu ta’ garanzija komprensiva b’ammont imnaqqas imsemmi fl-Artikolu 62(2);

(ċ)

bħala miżura eċċezzjonali f’ċirkostanzi speċjali, tipprojbixxi temporanjament l-użu ta’garanzija komprensiva fir-rigward ta’ merkanzija li ġiet identifikata bħala soġġetta għal frodi fuq skala kbira waqt li taħt garanzija komprensiva.

Artikolu 64

Garanzija addizzjonali jew ta’ sostituzzjoni

Fejn l-awtoritajiet doganali jistabbilixxu li l-garanzija pprovduta ma tiżgurax, jew m’għadhiex ċerta jew suffiċjenti biex tiżgura, il-ħlas fil-perjodu stipualat ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u ħlasijiet oħrajn, huma għandhom jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 56(3) jew biex tipprovdi garanzija addizzjonali jew biex tissostitwixxi l-garanzija oriġinali b’garanzija ġdida, skond l-għażla tagħha.

Artikolu 65

Rilaxx tal-garanzija

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-garanzija immedjatament meta d-dejn doganali jew ir-responsabbiltà għal ħlasijiet oħra jispiċċaw jew ma jistgħux jerġgħu jseħħu.

2.   Fejn id-dejn doganali jew ir-responsabbiltà għal ħlasijiet oħra jkunu spiċċaw parzjalment, jew jista’ jinħoloq biss fir-rigward ta’ parti mill-ammont li kien garantit, parti korrispondenti tal-garanzija għandha tiġi rilaxxata kif meħtieġ fuq talba tal-persuna kkonċernata, sakemm l- ammont involut ma jiġġustifikax tali azzjoni.

3.   Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu.

KAPITOLU 3

Irkupru u ħlas ta’ dazju u ħlas lura u maħfra ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni

Taqsima 1

Determinazzjoni ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, notifika tad-dejn doganali u dħul fil-kontijiet

Artikolu 66

Determinazzjoni ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni

1.   L-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid jitħallas għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet doganali responsabbli għall-post fejn isir id-dejn doganali, jew li jitqies li nġarr skond l-Artikolu 55, hekk kif ikollhom l-informazzjoni meħtieġa.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw l-ammont ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni li jrid jitħallas iddeterminat mid-dikjarant.

Artikolu 67

Notifika tad-dejn doganali

1.   Id-dejn doganali għandu jiġi notifikat lid-debitur fil-forma preskritta fil-post fejn isir id-dejn doganali, jew jitqies bħala li sar skond l-Artikolu 55.

In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex issir fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn, sakemm issir d-determinazzjoni finali ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, ġiet imposta miżura ta’ politika kummerċjali provviżorja, f’forma ta’ dazju;

(b)

fejn l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid jitħallas jeċċedi dak determinat abbażi tad-deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 20;

(ċ)

fejn id-deċiżjoni oriġinali biex ma jiġix notifikat id-dejn doganali jew biex jiġi notifikat b’ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni f’figura anqas mill-ammont ta’ importazzjoni jew esportazzjoni li jrid jitħallas ittieħdet abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali li ġew invalidati f’data aktar tard b’deċiżjoni tal-qorti;

(d)

f’każijiet fejn l-awtoritajiet doganali huma eżentati taħt il-leġiżlazzjoni doganali milli jinnotifikaw id- dazju doganali.

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-punt (d) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mħallas huwa daqs l-ammont imdaħħal fid-dikjarazzjoni doganali, ir-rilaxx tal-merkanzija mill-awtoritajiet doganali għandu jkun ekwivalenti għal notifika lid-debitur dwar id-dejn doganali.

3.   Fejn paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu ma japplikax, id-dejn doganali għandu jkun notifikat lid-debitur fi żmien erbatax-il jum mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jkunu f’pożizzjoni li jiddeterminaw l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni in kwistjoni.

Artikolu 68

Preskrizzjoni tad-dejn doganali

1.   L-ebda dejn doganali m’għandu jiġi notifikat lid-debitur wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha nġarr id-dejn doganali.

2.   Fejn id-dejn doganali jsir bħala riżultat ta’ att li, fiż-żmien li twettaq, kien soġġett għat-teħid ta’ proċedimenti kriminali mill-qorti, il-perijodu ta’ tliet snin stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jiġi estiż għal perijodu ta’ għaxar snin.

3.   Fejn jiġi ppreżentat appell taħt l-Artikolu 23, il-perijodi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu għandhom jiġu sospiżi, sakemm idumu l-proċedimenti ta’ l-appell, mid-data li fiha jkun ġie ppreżentat l-appell.

4.   Fejn terġa’ tiddaħħal ir-responsabbiltà għal dejn doganali skond l-Artikolu 79(5), il-perijodi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu għandhom jkunu kkunsidrati bħala sospiżi mid-data li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal ħlas lura jew għal maħfra skond l-Artikolu 84, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-ħlas lura jew il-maħfra.

Artikolu 69

Dħul fil-kontijiet

1.   L-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 66 għandhom idaħħlu fil-kontijiet tagħhom, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid jitħallas hekk kif iddeterminat skond dak l-Artikolu.

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 67(1).

L-awtoritajiet doganali m’għandhomx għalfejn idaħħlu fil-kontijiet l-ammonti ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li, skond l-Artikolu 68, jikkorrispondu għad-dejn doganali li ma setgħux jibqgħu jiġu notifikati lid-debitur.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-proċeduri prattiċi għad-dħul fil-kontijiet ta’ l-ammonti ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni. Dawk il-proċeduri jistgħu jvarjaw skond jekk, minħabba ċ-ċirkostanzi li fihom sar id-dejn doganali, l-awtoritajiet doganali humiex sodisfatti jew le li dawk l-ammonti ser jitħallsu.

Artikolu 70

Ħin tad-dħul fil-kontijiet

1.   Fejn isir dejn doganali bħala riżultat ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali ta’merkanzija għal proċedura doganali, barra minn dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni, jew xi att ieħor li għandu l-istess effett legali bħal tali aċċettazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom idaħħlu l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid jitħallas fil-kontijiet fi żmien erbatax-il jum mir-rilaxx tal-merkanzija.

Madankollu, sakemm il-ħlas ikun ġie garantit, l-ammont totali ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni relatat mal-merkanzija rilaxxata kollha lill-istess persuna matul perijodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali, li ma jistax jeċċedi l-31 ġurnata, jista’ jkun kopert bi dħul uniku fil-kontijiet fl-aħħar ta’ dak il-perijodu. Tali dħul fil-kontijiet għandu jsir fi żmien erbatax-il ġurnata minn meta jiskadi l-perijodu konċernat.

2.   Fejn l-merkanzija tista’ tiġi rilaxxata soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet li jirregolaw jew id-determinazzjoni ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid jitħallas jew il-ġbir tiegħu, id-dħul fil-kontijiet għandu jsir fi żmien erbatax-il ġurnata minn meta jkun determinat l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid jitħallas jew minn meta jkun stabbilit l-obbligu li jitħallas dak id-dazju.

Madankollu, fejn id-dejn doganali hu relatat ma’ miżura provviżorja ta’ politika kummerċjali li tieħu forma ta’ dazju, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid jitħallas għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea tar-Regolament li jistabbilixxi l-miżura definittiva tal-politika kummerċjali.

3.   Fejn isir dejn doganali f’ċirkostanzi li mhumiex koperti bil-paragrafu 1, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid jitħallas għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien erbatax-il jum mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jkunu f’pożizzjoni li jiddeterminaw l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni in kwistjoni u jieħdu deċiżjoni.

4.   Il-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid jiġi rkuprat jew li jkun fadal jiġi rkuprat meta l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjon jew l-esportazzjoni li jrid jitħallas ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet skond il-paragrafi 1, 2 u 3, jew kien determinat u ddaħħal fil-kontijiet f’livell anqas mill-ammont li kellu jitħallas.

5.   Il-limiti ta’ żmien għad-dħul fil-kontijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw f’ċirkostanzi imprevedibbli jew f’każijiet ta’ force majeure.

Artikolu 71

Miżuri implimentattivi

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu regoli għad-dħul fil-kontijiet għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Taqsima 2

Ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni

Artikolu 72

Limiti ta’ żmien ġenerali għal ħlas u sospensjoni ta’ l-iskadenza tal-ħlas

1.   L-ammonti ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, li jikkorrispondi għal dejn doganali notifikati skond l-Artikolu 67 għandhom jitħallsu mid-debitur fil-perijodu preskritt mill-awtoritajiet doganali.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(2), dak il-perijodu m’għandux jeċċedi l-għaxart ijiem minn notifika lid-debitur dwar id-dejn doganali. Fil-każ ta’ aggregazzjoni tad-dħul fil-kontijiet taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 70(1), dan għandu jkun stabbilit b’tali mod li d-debitur ma jkunx jista’ jikseb perijodu itwal għall-ħlas milli kieku tħalla jiddifferixxi l-ħlas skond l-Artikolu 74.

Estensjoni ta’ dak il-perijodu tista’ tingħata mill-awtoritajiet doganali fuq talba tad-debitur fejn l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid jitħallas kien determinat waqt li sar il-kontroll ta’ wara r-rilaxx kif imsemmi fl-Artikolu 27. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 77(1), tali estensjonijiet m’għandhomx jeċċedu ż-żmien meħtieġ għad-debitur biex jieħu l-passi adegwati biex jeħles l-obbligu tiegħu.

2.   Jekk id-debitur ikun intitolat għal kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet ta’ ħlas stabbilita fl-Artikoli 74 sa 77, il-ħlas għandu jsir fil-perijodu jew perijodi speċifikati relatati ma’ dawk il-faċilitajiet.

3.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għas-sospensjoni tal-limitu taż-żmien għall-ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal dejn doganali fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn applikazzjoni għal maħfra ta’ dazju ssir skond l-Artikolu 84;

(b)

fejn l-merkanzija għandha tiġi sekwestrata, meqruda jew imħollija f’idejn l-Istat;

(ċ)

fejn id-dejn doganali nġarr skond l-Artikolu 46 u kien hemm aktar minn debitur wieħed.

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Dawn il-miżuri għandhom jistabbilixxu, b’mod partikolari, il-perijodu ta’ sospensjoni, b’kont meħud taż-żmien li huwa raġonevoli għall-konklużjoni ta’ kwalunkwe formalità jew għall-irkupru ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali.

Artikolu 73

Ħlas

1.   Il-ħlas għandu jsir fi flus jew bi kwalunkwe mezz ieħor b’effett ta’ ħlas simili, inkluż l-aġġustament ta’ bilanċ ta’ kreditu, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

2.   Il-ħlas jista’ jsir minn terza persuna minflok mid-debitur.

3.   Id-debitur jista’ fi kwalunkwe każ iħallas parti minn jew l-ammont kollu ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mingħajr ma jistenna li jiskadi l-perijodu li hu ngħata għall-ħlas.

Artikolu 74

Differiment ta’ ħlas

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 79, l-awtoritajiet doganali għandhom, fuq talba tal-persuna kkonċernata u ma’ l-għoti ta’ garanzija, jippermettu differiment tal-ħlas tad-dazju li jrid jitħallas bi kwalunkwe mod minn dawn li ġejjin:

(a)

separatament fir-rigward ta’ kull ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mdaħħal fil-kontijiet skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 70(1), jew l-Artikolu 70(4);

(b)

globalment fir-rigward ta’ l-ammonti kollha ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li ddaħħlu fil-kontijiet skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 70(1) matul perijodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali u li ma jeċċedix 31 ġurnata;

(ċ)

globalment fir-rigward ta’ l-ammonti kollha ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jiffurmaw dħul wieħed skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 70(1).

Artikolu 75

Limiti ta’ żmien għal ħlas differit

1.   Il-perijodu biex ikun diferit il-ħlas taħt l-Artikolu 74 għandu jkun ta’ 30 ġurnata.

2.   Fejn il-ħlas ikun differit skond il-punt (a) ta’ l-Artikolu 74, il-perijodu għandu jibda mill-jum wara li d-dejn doganali ġie notifikat lid-debitur.

3.   Fejn il-ħlas ikun differit skond il-punt (b) ta’ l-Artikolu 74, il-perijodu għandu jibda mill-jum wara t-tmiem tal-perijodu ta’ aggregazzjoni. Dan għandu jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li jikkorrispondu għal nofs il-jiem koperti bil-perijodu ta’ aggregazzjoni.

4.   Fejn il-ħlas ikun differit skond il-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 74, il-perijodu għandu jibda mill-għada tat-tmiem tal-perijodu stabbilit għar-rilaxx tal-merkanzija in kwistjoni. Dan għandu jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li jikkorrispondi għal nofs il-jiem koperti bil-perijodu konċernat.

5.   Fejn in-numru ta’ jiem tal-perijodi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ikun numru fard, in-numru ta’ jiem li jrid jitnaqqas mill-perijodu ta’ 30 jum skond dawk il-paragrafi għandu jkun daqs nofs l-iżgħar numru biż-żewġ li jmiss.

6.   Fejn il-perijodi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 huma ġimgħat kalendarji, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li fir-rigward tiegħu ġie differit il-ħlas ma jitħallasx aktar tard mill-Ġimgħa tar-raba’ ġimgħa wara l-ġimgħa kalendarja in kwistjoni.

Jekk dawk il-perijodi jkunu xhur kalendarji, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li fir-rigward tiegħu ġie differit il-ħlas għandu jitħallas sas-sittax-il jum tax-xahar wara x-xahar kalendarju in kwistjoni.

Artikolu 76

Miżuri implimentattivi

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu r-regoli għad-differiment ta’ ħlas f’każijiet fejn id-dikjarazzjoni doganali hija simplifikata skond l-Artikolu 109, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 77

Faċilitajiet ta’ ħlas oħrajn

1.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu lid-debitur faċilitajiet oħrajn ta’ ħlas barra l-ħlas differit bil-kondizzjoni li tingħata garanzija.

Fejn il-faċilitajiet jingħataw skond l-ewwel subparagrafu, l-imgħax tal-kreditu għandhom jitħallsu fuq l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni. Ir-rata ta’ interess ta’ kreditu għandha tkun ir-rata ta’ interess applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni prinċipali l-aktar reċenti tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid imwettqa qabel l-ewwel jum kalendarju tan-nofs sena in kwistjoni (“ir-rata ta’ referenza”), biż-żieda ta’ punt perċentwali.

Għal Stat Membru li mhux jipparteċipa fit-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja, ir-rata ta’ referenza msemmija hawn fuq għandha tkun ir-rata ekwivalenti stabbilita mill-bank ċentrali tiegħu. F’dak il-każ, ir-rata ta’ referenza fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tan-nofs sena in kwistjoni għandha tapplika għas-sitt xhur ta’ wara.

2.   L-awtoritajiet doganali jistgħu ma jeħtiġux garanzija jew ma jitolbux ħlas ta’ imgħax fejn huwa stabbilit, abbażi ta’ valutazzjoni dokumentata tas-sitwazzjoni tad-debitur, li dan ikun joħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji.

3.   Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 u 2.

Artikolu 78

Infurzar ta’ ħlas u arretrati

1.   Fejn l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jrid jitħallas ma jkunx tħallas fiż-żmien preskritt, l-awtoritajiet doganali għandhom jiggarantixxu l-ħlas ta’ dak l-ammont bil-mezzi kollha disponibbli lilhom fil-liġi ta’ l-Istat Membru.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu miżuri fir-rigward ta’ garanzija ta’ ħlas mill-garanti fil-qafas ta’ proċedura speċjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

2.   L-imgħax fuq l-arretrati għandhom jingħaddu fuq l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mid-data li fiha jiskadi ż-żmien preskritt sad-data tal-ħlas.

Ir-rata ta’ imgħax fuq l-arretrati għandha tkun ir-rata ta’ imgħax applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjoni prinċipali l-aktar reċenti tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid imwettqa qabel l-ewwel jum kalendarju tan-nofs sena in kwistjoni (“ir-rata ta’ referenza”), biż-żieda ta’ punt perċentwali.

Għal Stat Membru li mhux jipparteċipa fit-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja, ir-rata ta’ referenza msemmija hawn fuq għandha tkun ir-rata ekwivalenti stabbilita mill-bank ċentrali tiegħu. F’dak il-każ, ir-rata ta’ referenza fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tan-nofs sena in kwistjoni għandha tapplika għas-sitt xhur ta’ wara.

3.   Fejn dejn doganali ġie notifikat skond l-Artikolu 67(3), l-imgħax fuq l-arretrati għandu jitħallas apparti mill-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, mid-data li fiha nġarr id-dejn doganali sad-data ta’ notifika tiegħu.

Ir-rata ta’ l-imgħax fuq l-arretrati għandha tkun iffissata skond il-paragrafu 2.

4.   L-awtoritajiet doganali jistgħu ma jitolbux ħlas ta’ l-imgħax fuq l-arretrati fejn huwa stabbilit, abbażi ta’ valutazzjoni dokumentata s-sitwazzjoni tad-debitur, li jekk jintalab jinħolqu diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji.

5.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu l-każijiet, f’termini ta’ żmien u ammonti, li fih l-awtoritajiet doganali jistgħu jneħħu l-ġbir ta’ imgħax fuq l-arretrati, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Taqsima 3

Ħlas lura u maħfra ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni

Artikolu 79

Ħlas lura u maħfra

1.   Soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima, l-ammonti ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni għandhom, sakemm l-ammont li jrid jitħallas lura jew jinħafer ma jeċċedix ċertu ammont, jitħallsu lura jew jitnaqqsu minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

(a)

ammonti mitluba żejda ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni;

(b)

merkanzija difettuża jew merkanzija li ma tikkonformax mat-termini tal-kuntratt;

(ċ)

żball mill-awtoritajiet kompetenti;

(d)

ekwità.

Barra minn hekk, fejn tħallas ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u ġiet invalidata d-dikjarazzjoni doganali korrispondenti, skond l-Artikolu 114, dak l-ammont għandu jitħallas lura.

2.   Soġġett għar-regoli ta’ kompetenza għal deċiżjoni, meta l-awtoritajiet doganali nfushom jiskopru fil-perijodi msemmija fl-Artikolu 84(1) li ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni jista’ jitħallas lura jew jinħafer skond l-Artikoli 80, 82 jew 93, huma għandhom iħallsu lura jew inaqqsu fuq l-inizjattiva tagħhom stess.

3.   Ma jingħatax ħlas lura jew jinħafer jekk is-sitwazzjoni li wasslet għan-notifika tad-dejn doganali tirriżulta minn qerq min-naħa tad-debitur.

4.   Il-ħlas lura m’għandux jagħti lok għall-ħlas ta’ imgħax mill-awtoritajiet doganali konċernati.

Madankollu, għandu jitħallas imgħax fejn deċiżjoni li tagħti ħlas lura mhix implimentata fi żmien tliet xhur mid-data li fiha dik id-deċiżjoni ttieħdet, sakemm in-nuqqas li tiġi sodisfatta l-iskadenza kien barra mill-kontroll ta’ l-awtoritajiet doganali.

F’tali każijiet, l-imgħax għandu jitħallas mid-data meta jiskadi l-perijodu ta’ tliet xhur sad-data tal-ħlas lura. Ir-rata ta’ l-imgħax għandha tiġi stabbilita skond l-Artikolu 77.

5.   Fejn l-awtorità kompetenti bi żball tkun awtorizzat ħlas lura jew maħfra, għandu jerġa’ jiddaħħal id-dejn doganali oriġinali sakemm huwa ma jkunx preskritt taħt l-Artikolu 68.

F’tali każijiet, kwalunkwe imgħax imħallas taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandu jiġi rimburżat.

Artikolu 80

Ħlas lura u maħfra ta’ l-ammonti ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mħallsin żejda

Ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni għandu jitħallas lura jew jinħafer sakemm l-ammont li jikkorrispondi mad-dejn doganali fin-notifika oriġinali jeċċedi l-ammont li jrid jitħallas, jew id-dejn doganali kien notifikat lid-debitur kuntrarjament għall-punti (ċ) jew (d) ta’ l-Artikolu 67(1).

Artikolu 81

Merkanzija difettuża jew merkanzij li ma tikkonformax mat-termini tal-kuntratt

1.   Ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni għandu jitħallas lura jew jitnaqqas jekk in-notifika tad-dejn doganali hi relatata ma’ merkanzija li ġiet rrifjutata mill-importatur peress li, fiż-żmien tar-rilaxx, kienet difettuża jew ma kinitx konformi mal-kondizzjonijiet tal-kuntratt li abbażi tiegħu ġiet impurtata.

Merkanzija difettuża għandha titqies li tinkludi dik il-merkanzija li ġratilha ħsara qabel r-rilaxx tagħha.

2.   Il-ħlas lura jew il-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jingħataw sakemm il-merkanzija ma ntużatx, ħlief għal tali użu inizjali kif seta’ kien meħtieġ biex jiġi stabbilit li kienet difettuża jew kinitx konformi mal-kondizzjonijiet tal-kuntratt u sakemm li hija esportata mit-territorju doganali tal-Komunità.

3.   Minflok tiġi esportata, fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu li l-merkanzija titpoġġa taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv, inkluż għall-qerda, jew it-transitu estern, il-proċedura ta’ ħażna doganali jew il-proċedura taż-żona libera.

Artikolu 82

Ħlas lura jew maħfra minħabba żball mill-awtoritajiet kompetenti

1.   F’sitwazzjonijiet barra dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 79(1) u fl-Artikoli 80, 81 u 83, ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni għandu jitħallas lura jew jitnaqqas fejn, minħabba żball min-naħa ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-ammont li jikkorrispondi għad-dejn doganali li ġie notifikat fil-bidu kien aktar baxx mill-ammont li jrid jitħallas, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

b’ mod raġonevoli, id-debitur ma setax induna b’dak l-iżball;

(b)

id-debitur kien qed jaġixxi bi skop tajjeb.

2.   Fejn it-trattament preferenzjali tal-merkanzija huwa mogħti abbażi ta’ sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva li tinvolvi l-awtoritajiet ta’ pajjiż jew territorju barra t-territorju doganali tal-Komunità, il-ħruġ ta’ ċertifikat minn dawk l-awtoritajiet, jekk ikollu jirriżulta li mhux korrett, għandu jikkostitwixxi żball li ma setax raġġonevolment jiġi osservat fis-sens tal-punt (a) tal-paragrafu 1.

Il-ħruġ ta’ ċertifikat mhux korrett m’għandux, madankollu, jikkostitwixxi żball fejn iċ-ċertifikat hu bbażat fuq rakkont mhux korrett tal-fatti pprovduti mill-esportatur, ħlief fejn ikun evidenti li l-awtoritajiet li ħarġuh kienu konxji jew suppost kellhom ikunu konxji li l-merkanzija ma ssodisfatx il-kondizzjonijiet stabbiliti għall-jedd ta’ trattatment preferenzjali.

Id-debitur għandu jkun kkunsidrat li għandu intenzjoni tajba jekk jista’ juri li, matul il-perijodu li matulu kienu qed isiru l-operazzjonijiet ta’ kummerċ konċernati, hu jkun ħa kura mistħoqqa sabiex jiżgura li l-kondizzjonijiet kollha għat-trattament preferenzjali ġew sodisfatti.

Id-debitur ma jistax jiddependi fuq stqarrija ta’ intenzjoni tajba jekk il-Kummissjoni ppubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, fejn jingħad li jkun hemm lok ta’ dubju dwar l-applikazzjoni xierqa ta’ l-arranġamenti preferenzjali mill-pajjiż jew territorju benefiċjarju.

Artikolu 83

Ħlas lura u maħfra fl-ekwità

F’sitwazzjonijiet oħrajn barra dawk imsemmijin fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 79(1) u fl-Artikoli 80, 81 u 82, ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura jew jitnaqqsu fl-interestt ta’ ekwità fejn isir dejn doganali taħt ċirkostanzi speċjali li fihom id-debitur ma jistax ikun mixli b’qerq jew b’negliġenza ċara.

Artikolu 84

Proċedura għal ħlas lura u maħfra

1.   L-applikazzjonijiet għal ħlas lura jew maħfra skond l-Artikolu 79 għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju doganali xieraq fi żmien il-perijodi li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ dazji fejn intalab ħlas żejjed, żball mill-awtoritajiet kompetenti jew ekwità, fi żmien tliet snin mid-data tan-notifika tad-dejn doganali;

(b)

fil-każ ta’ merkanzija difettuża jew merkanzija li ma tikkonformax mat-termini tal-kuntratt, fi żmien sena mid-data tan-notifika tad-dejn doganali;

(ċ)

fil-każ ta’ invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, fil-perijodu speċifikat fir-regoli applikabbli għall-invalidazzjoni.

Il-perijodu speċifikat f’punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu għandu jkun estiż jekk l-applikant jipprovdi evidenza li nżamm milli jissottometti l-applikazzjoni tiegħu fiż-żmien speċifikat minħabba ċirkostanzi imprevidibbli jew force majeure.

2.   Fejn ikun ġie ppreżentat appell permezz ta’ l-Artikolu 23 kontra n-notifika tad-dejn doganali, il-perijodu rilevanti speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu għandu jkun sospiż, mid-data li fiha jiġi ppreżentat l-appell, sakemm idumu l-proċedimenti ta’ l-appell.

Artikolu 85

Miżuri implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima. Dawk il-miżuri għandhom jistabbilixxu, b’mod partikolar, il-każijiet li fihom il-kummissjoni għandha, skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 184(3), tiddeċiedi jekk il-maħfra jew il-ħlas lura ta ammont ta dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni jkunx ġustifikat.

KAPITOLU 4

Risoluzzjoni tad-dejn doganali

Artikolu 86

Ħlas kollu

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 68 u d-dispożizzjoni fis-seħħ dwar in-nuqqas ta’ rkupru ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali fil-kaz ta’ l-insolvenza tad-debitur stabbilita b’mod ġudizzjarju, id-dejn doganali fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni għandu jispiċċa b’xi mod minn dawn li ġejjin:

(a)

bil-ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni;

(b)

soġġett għall-paragrafu 4, billi jitnaqqas l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni;

(ċ)

fejn, fir-rigward ta’ merkanzija ddikjarata għal proċedura doganali li teħtieġ l-obbligu li jitħallsu d-dazji, id-dikjarazzjoni doganali hi invalidata;

(d)

fejn il-merkanzija soġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tiġi konfiskata;

(e)

fejn il-merkanzija soġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tiġi simultanjament jew sussegwentement konfiskata;

(f)

fejn il-merkanzija soġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni tinqered taħt superviżjoni tad-dwana jew abbandunata lill-Istat;

(g)

fejn l-għajbien tal-merkanzija jew fejn ma ġewx sodisfatti l-obbligi mil-leġiżlazzjoni doganali jirriżulta mill-qerda għal kollox jew it-telfien għal kollox ta’ dik l-merkanzija bħala riżultat tan-natura proprja tal-merkanzija jew ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure, jew bħala konsegwenza ta’ struzzjoni mill-awtoritajiet doganali;

(h)

fejn id-dejn doganali nġarr skond l-Artikolu 46 jew 49 u fejn huma sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

in-nuqqas li wassal biex isir id-dejn doganali ma kellu l-ebda effett sinifikanti fuq l-operazzjoni korretta tal-proċedura doganali kkonċernata u ma kienx jikkostitwixxi attentat ta’ qerq,

(ii)

il-formalitajiet kollha meħtieġa biex tiġi regolarizzata s-sitwazzjoni tal-merkanzija huma sussegwentement imwettqa;

(i)

fejn il-merkanzija rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera mingħajr dazju, jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħha, ġiet esportata bil-permess ta’ l-awtoritajiet doganali;

(j)

fejn ikun sar skond l-Artikolu 45 u fejn ikunu kkanċellati l-formalitajiet imwettqa sabiex ikun jista’ jingħata t-trattament preferenzjali tat-tariffa msemmi f’dak l-Artikolu;

(k)

fejn, soġġett għall-paragrafu 5 ta’ dan l-artikolu, id-dejn doganali nġarr skond l-Artikolu 46 u tiġi pprovduta evidenza sodisfaċenti ta’ l-awtoritajiet doganali li l-merkanzija ma ntużatx jew ma ġietx ikkunsmata u ġiet esportata mit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Fil-każ ta’ konfiska, kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1, id-dejn doganali għandu, madankollu, għall-finijiet tal-penali applikabbli fuq reati tad-dwana, jitqies li ma jkunx spiċċa fejn, taħt il-liġi ta’ Stat Membru, id-dazji doganali jew l-eżistenza ta’ dejn doganali jipprovdu l-bażi għad-determinazzjoni tal-penali.

3.   Fejn, skond il-punt (g) tal-paragrafu 1, id-dejn doganali jkun spiċċa fir-rigward ta’ merkanzija rilaxxa għal ċirkolazzjoni libera mingħajr dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħha, kwalunkwe imbarazz jew skart li jirriżulta mill-qerda tagħha għandu jitqies bħala merkanzija mhux Komunitarja.

4.   Fejn diversi persuni huma soġġetti għal ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali u l-maħfra jingħata, id-dejn doganali għandu jispiċċa biss fir-rigward tal-persuna jew persuni li lilhom ingħatat il-maħfra.

5.   Fil-każ imsemmi fil-punt (k) tal-paragrafu 1, id-dejn doganali m’għandux jispiċċa fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna jew persuni li għamlu attentant ta’ qerq.

6.   Fejn id-dejn doganali jkun sar bis-saħħa ta’ l-Artikolu 46, huwa għandu jispiċċa fir-rigward tal-persuna li l-imġieba tagħha ma kinitx tinvolvi xi attentat ta’ qerq u li kkontribwiit għall-ġlieda kontra l-frodi.

7.   Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu.

TITOLU IV

MERKANZIJA MDAĦĦLA FIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-KOMUNITÀ

KAPITOLU 1

Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

Artikolu 87

Obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

1.   Il-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun koperta b’dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, bl-eċċezzjoni tal-mezzi ta’ trasport importati temporanjament u mezzi ta’ trasport u l-merkanzija fuqhom li tkun biss għaddejja mill-ilmijiet territorjali jew l-ispazju ta’ l-ajru tat-territorju doganali tal-Komunità mingħajr waqfien f’dak it-territorju.

2.   Ħlief fejn speċifikat mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċju doganali kompetenti qabel il-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw, minflok il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, il-preżentazzjoni ta’ notifika u l-aċċess għad-data tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fis-sistema tal-kompjuter ta’ l-operatur ekonomiku.

3.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu dan li ġej:

(a)

il-każijiet, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħtieġa għal dikjarazzjoni fil-qosor ta’ l-importazzjoni tista’ titneħħa jew tiġi adattata;

(b)

il-limitu ta’ żmien li fih id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ppreżentata jew issir disponibbli qabel il-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità;

(ċ)

ir-regoli għal eċċezzjonijiet minn u varjazzjonijiet għal-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b);

(d)

ir-regoli għad-determinazzjoni ta’ l-uffiċċju doganali kompetenti fejn għandha tiġi ppreżentata jew tkun disponibbli d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u fejn għandhom jitwettqu l-analiżi tar-riskju u l-kontrolli tad-dħul ibbażati fuq ir-riskju,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Meta jiġu adottati dawn il-mizuri, għandhu jittieħed kont ta’ dan li ġej:

(a)

ċirkustanzi speċjali;

(b)

l-applikazzjoni ta’ dawk il-mizuri fuq ċerti tipi ta’ ċaqliq ta’ merkanzija, modi ta’ trasport jew operaturi ekonomiċi;

(ċ)

ftehim internazzjonali li jipprovdi arranġamenti speċjali dwar is-sigurtà.

Artikolu 88

Preżentazzjoni u persuna responsabbli

1.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ppreżentata permezz ta’ teknika ta’ pproċessar ta’ data elettronika. L-informazzjoni kummerċjali, talport jew tat-trasport tista’ tintuża’ sakemm ikun fiha d-dettalji meħtieġa għal dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.

L-awtoritajiet doganali jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jaċċettaw dikjarazzjonijiet tas-sommarju tad-dħul bil-miktub, sakemm huma japplikaw l-istess livell ta’ maniġġar ta’ riskju bħal dak applikat fid-dikjarazzjonijiet tas-sommarju ta’ l-importazzjoni billi jużaw teknika ta’ ipproċessar ta’ data elettronika u billi l-ħtiġiet għall-iskambju ta’ tali data ma’ uffiċċji doganali oħrajn ikunu jistgħu jintlaħqu.

2.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ppreżentata mill-persuna li ġġib il-merkanzija, jew li tassumi r-responsabbiltà għat-trasport tal-merkanzija, fit-territorju doganali tal-Komunità.

3.   Minkejja l-obbligi tal-persuna msemmija fil-paragrafu 2, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tista’ tiġi ppreżentata minflok minn wieħed minn dawn il-persuni li ġejjin:

(a)

l-importatur jew id-destinatarju jew persuna oħra li f’ismu jew għan-nom tiegħu qed taġixxi l-persuna msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

kwalunkwe persuna li hi kapaċi tippreżenta l-merkanzija in kwistjoni jew li tara li jiġu preżentati lill-awtorità doganali kompetenti.

4.   Meta d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul hija ppreżentata minn persuna oħra għajr l-operatur tal-mezz tat-trasport li bih il-merkanzija tinġieb fit-territorju doganali Komunitarju, dak l-operatur għandu jippreżenta lill-uffiċju doganali xieraq notifika tal-wasla fil-forma ta’ manifest, nota ta’ dispaċċ jew formola ta’ tagħbija li fiha l-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tiġi identifikata l-merkanzija kollha trasportata li għandha tiġi koperta minn dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ta’ l-importazzjoni.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2) il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-miżuri li jistipulaw l-informazzjoni li għandha tidher fuq in-notifika tal-wasla.

Għandu japplika l-paragrafu 1, mutatis mutandis, għan-notifika tal-wasla msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 89

Emenda tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

1.   Il-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha, fuq talba tagħha stess, ikollha permess li temenda waħda jew aktar mid-dettalji ta’ dik id-dikjarazzjoni wara li tkun ġiet ppreżentata.

Madankollu, l-ebda tali emenda m’għandha tkun possibbli wara kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet doganali infurmaw lill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul li għandhom l-intenzjoni li jeżaminaw il-merkanzija;

(b)

l-awtoritajiet doganali stabbilixxew li d-dettalji in kwistjoni mhumiex korretti;

(ċ)

l-awtoritajiet doganali ppermettew t-tneħħija tal-merkanzija mill-post fejn kienet ġiet ppreżentata.

2.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu eċċezzjonijiet għall-punt (ċ) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, li jiddefinixxu, partikolarment, dan li ġej:

(a)

kriterji li jistabbilixxu raġunijiet għal emendi wara t-tneħħija;

(b)

l-elementi tad-data li jistgħu jiġu emendati;

(ċ)

il-limitu ta’ żmien wara t-tneħħija li matulu tista’ ssir emenda,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 90

Dikjarazzjoni doganali li tissostitwixxi dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

L-uffiċċju doganali kompetenti jista’ jneħħi l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fir-rigward tal-merkanzija li, qabel ma jiskadi t-terminu perentorju msemmi f’punt (b) ta’ l-Artikolu 93(3), tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali. F’dan il-każ, id-dikjarazzjoni doganali għandu jkun fiha ta’ l-inqas id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul. Sakemm id-dikjarazzjoni doganali tiġi aċċettata skond l-Artikolu 114, hi għandu jkollha l-istatus ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.

KAPITOLU 2

Wasla tal-merkanzija

Taqsima 1

Importazzjoni ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità

Artikolu 91

Superviżjoni doganali

1.   Il-merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità għandha, minn meta tidħol, tkun soġġetta għal superviżjoni doganali u tista’ tkun soġġetta għal kontrolli doganali. Fejn applikabbli, huma għandhom ikunu soġġetti għall-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet ġustifikati skond, inter alia, il-moralità pubblika, il-politika pubblika jew is-sigurtà pubblika, il-ħarsien ta’ saħħet u ħajjet il-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, il-ħarsien ta’ l-ambjent, il-ħarsien tal-wirt nazzjonali li jkun fih valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku u l-ħarsien ta’ proprjetà industrijali jew kummerċjali, inklużi kontrolli dwar prekursuri tad-drogi, merkanzija li tikser ċeru drittijiet ta’ proprjetà intelletwali u flus kontanti li jidħlu fil-Komunità, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u maniġġar tas-sajd u ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali.

Hija għandha tibqa’ taħt tali superviżjoni sakemm ikun meħtieġ biex ikun determinat l-istatus doganali tagħha u m’għandhiex titneħħa minn hemm mingħajr il-permess ta’ l-awtoritajiet doganali.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 166, il-merkanzija Komunitarja m’għandhiex tkun soġġetta għal superviżjoni doganali ladarba l-istatus doganali tagħha jkun stabbilit.

Merkanzija mhux Komunitarja għandha tibqa’ taħt is-superviżjoni doganali sakemm tinbidel l-istatus doganali tagħha, jew sakemm tiġi esportata mill-ġdid jew meqruda.

2.   Id-detentur tal-merkanzija taħt superviżjoni doganali jista’, bil-permess ta’ l-awtoritajiet doganali, fi kwalunkwe ħin jeżamina l-merkanzija jew jieħu kampjuni, b’mod partikolari sabiex jiddetermina l-klassifika fit-tariffa, il-valur doganali jew l-istatus doganali tagħha.

Artikolu 92

Trasport għall-post adegwat

1.   Il-persuna li ddaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tittrasportha mingħajr dewmien, bir-rotta speċifikata mill-awtoritajiet doganali u skond l-istruzzjonijiet tagħhom, jekk ikun hemm, sa l-uffiċċju doganali nominat mill-awtoritajiet doganali, jew fi kwalunkwe post ieħor nominat jew approvat minn dawk l-awtoritajiet, jew f’żona libera.

Merkanzija li tiddaħħal f’żona libera għandha tiddaħħal direttament f’dik iż-żona libera, jew bil-baħar jew bl-ajru jew, jekk bl-art, mingħajr ma tgħaddi minn xi parti oħra tat-territorju doganali tal-Komunità, fejn iż-żona libera tmiss il-fruntiera ta’ l-art bejn Stat Membru u pajjiż terz.

Il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali skond l-Artikolu 95.

2.   Kwalunkwe persuna li tassumi responsabbiltà għall-ġarr ta’merkanzija wara li ddaħħlet fit-territorju doganali tal-Komunità għandha ssir responsabbli għall-konformità ma’ l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.

3.   Merkanzija li, għalkemm tkun għadha barra t-territorju doganali tal-Komunità, tista’ tkun soġġetta għall-kontrolli doganali mill-awtorita doganali ta’ Stat Membru bħala riżultat ta’ ftehim milħuq mal-pajjiż rilevanti jew territorju barra t-territorju doganali tal-Komunità, għandha tkun ittrattata bl-istess mod bħal merkanzija li ddaħħlet fit-territorju doganali tal-Komunità.

4.   Il-paragrafu 1 m’għandux jipprekludi applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni speċjali fir-rigward ta’ ittri, kartolini jew materjal stampat u l-ekwivalenti elettroniċi tagħhom f’ medja oħra jew merkanzija li jġorru nies li jivvjaġġaw, merkanzija trasportata f’żoni ta’ fruntieri jew pipelines u wires kif ukoll kwalunkwe traffiku ieħor ta’ importanza ekonomika negliġibbli, sakemm il-possibilitajiet ta’ superviżjoni doganali u ta’ kontroll tad-dwana ma jiġux ipperikolati.

5.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal mezzi ta’ trasport u l-merkanzija li tinġarr fuqhom li jgħaddu biss mill-ilmijiet territorjali jew mill-ispazju ta’ l-ajru tat-territorju doganali tal-Komunità mingħajr ma jieqfu f’dak it-territorju.

Artikolu 93

Servizzi bl-ajru u bil-baħar intra-Komunitarji

1.   L-Artikoli 87 sa 90, 92(1) u 94 sa 97 m’għandhomx japplikaw għal merkanzija li telqet temporanjament mit-territorju doganali tal-Komunità waqt li għaddiet bejn żewġ punti f’dak it-territorju bil-baħar jew bl-ajru, sakemm il-ġarr sar b’rotta diretta u permezz ta’ servizz ta’ l-ajru jew tal-baħar regolari mingħajr waqfien barra t-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċjali għas-servizzi bl-ajru u servizzi regolari bil-baħar għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 94

Trasport taħt ċirkostanzi speċjali

1.   Fejn, minħabba ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure, l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 92(1) ma jkunx jista’ jintlaħaq, il-persuna marbuta b’dak l-obbligu jew kwalunkwe persuna oħra li qed taġixxi għan-nom ta’ dik il-persuna għandha tgħarraf lill-awtoritajiet doganali bis-sitwazzjoni mingħajr dewmien. Fejn iċ-ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure ma jirriżultawx f’telf totali tal-merkanzija, l-awtoritajiet doganali għandhom ukoll ikunu mgħarrfa dwar il-post preċiż fejn tinsab.

2.   Fejn, minħabba ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure, xi inġenji tal-baħar jew ta’ l-ajru koperti bl-Artikolu 92(5) ikunu mġiegħla jidħlu fil-port jew jinżlu temporanjament fit-territorju doganali tal-Komunità u ma jistax jintlaħaq l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-persuna li daħħlet inġenji tal-baħar jew ta’ l-ajru fit-territorju doganali tal-Komunità, jew kwalunkwe persuna oħra li taġixxi fl-isem ta’ dik il-persuna, għandha tgħarraf lill-awtoritajiet doganali bis-sitwazzjoni mingħajr dewmien.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw il-miżuri li jridu jittieħdu biex tiġi permessa s-superviżjoni doganali fuq il-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1, jew fuq inġenji tal-baħar jew ta’ l-ajru u kwalunkwe merkanzija fuqhom fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-paragrafu 2, u biex jiġi żgurat, fejn xieraq, li huma sussegwentement imwassla fl-uffiċċju doganali jew xi post ieħor nominat jew approvat mill-awtoritajiet.

Taqsima 2

Preżentazzjoni, ħatt u eżami ta’ merkanzija

Artikolu 95

Preżentazzjoni ta’ merkanzija lid-dwana

1.   Merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tiġi ppreżentata lid-dwana minnufih mal-wasla tagħha fl-uffiċċju doganali nominat jew kwalunkwe post ieħor nominat jew approvat mill-awtoritajiet doganali jew fiż-żona libera minn waħda mill-persuni li ġejjin:

(a)

il-persuna li daħħlet il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità;

(b)

il-persuna li f’isimha taġixxi l-persuna li daħħlet l-merkanzija f’dak it-territorju;

(ċ)

il-persuna li assumiet ir-responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija wara li ddaħħlet fit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Minkejja l-obbligi tal-persuna deskritta fil-paragrafu 1, il-preżentazzjoni tal-merkanzija tista’ tiġi effettwata minflok minn waħda mill-persuni li ġejjin:

(a)

kwalunkwe persuna li immedjatament tpoġġi l-merkanzija taħt proċedura doganali;

(b)

id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni tal-faċilitajiet ta’ ħażna jew kwalunkwe persuna li twettaq attività f’żona libera.

3.   Il-persuna li tippreżenta l-merkanzija għandha tagħmel referenza għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew id-dikjarazzjoni doganali li tkun ġiet ippreżentata fir-rigward tal-merkanzija.

4.   Il-paragrafu 1 m’għandux jipprekludi l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ ittri, kartolini jew materjal stampat u l-ekwivalenti tagħhom elettroniċi miżmuma fuq medja oħra jew merkanzija li jġorru nies li jivvjaġġaw, merkanzija trasportata f’żoni ta’ fruntieri jew f’pipelines u wires kif ukoll kwalunkwe traffiku ieħor ta’ importanza ekonomika negliġibbli, sakemm dik is-superviżjoni doganali u possibiltajiet ta’ kontroll doganali ma jkunux b’hekk preġudikati.

Artikolu 96

Ħatt u eżami ta’ merkanzija

1.   Il-merkanzija għandha tinħatt jew isir trażbord tagħha mill-mezz ta’ trasport li jkun qed iġorrha bil-permess ta’ l-awtoritajiet doganali biss f’postijiet nominati jew approvati minn dawk l-awtoritajiet.

Madankollu, tali permess m’għandux ikun meħtieġ fil-każ ta’ periklu imminenti li jeħtieġ l-ħatt minnufih tal-merkanzija kollha jew parti minnha. F’dak il-każ, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu mgħarrfa minnufih kif meħtieġ.

2.   L-awtoritajiet doganali jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu li l-merkanzija tinħatt u titneħħa mill-pakketti għall-fini ta’ eżami, teħid ta’ kampjuni minnha jew eżami tal-mezzi ta’ trasport li jkunu qed iġorruha.

3.   Il-merkanzija ppreżentata lid-dwana m’għandhiex titneħħa mill-post fejn tkun ġiet ipprezentata mingħajr il-permess ta’ l-awtoritajiet doganali.

Taqsima 3

Formalitajiet wara l-preżentazzjoni

Artikolu 97

Obbligu għat-tqegħid ta’ merkanzija mhux Komunitarja taħt proċedura doganali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 125 sa 127, il-merkanzija mhux Komunitarja ppreżentata lid-dwana għandha titqiegħed taħt proċedura doganali.

2.   Ħlief fejn previst mod ieħor, id-dikjarant għandu jkun ħieles li jagħżel il-proċedura doganali li taħtha jixtieq iqiegħed il-merkanzija, taħt il-kondizzjonijiet għal dik il-proċedura, irrispettivament min-natura jew kwantità tagħha, jew il-pajjiż ta’ l-oriġini, il-kunsinna jew id-destinazzjoni tagħha.

Artikolu 98

Merkanzija meqjusa għal ħażna temporanja

1.   Ħlief meta l-merkanzija minnufih titqiegħed taħt proċedura doganali li għaliha tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni doganali, jew li tqiegħdet f’żona libera, il-merkanzija mhux Komunitarja ppreżentata lid-dwana għandha titqies li tqiegħdet taħt ħażna temporanja, skond l-Artikolu 151.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 87(2) u l-eċċezzjonijiet jew tneħħija previsti fil-miżuri adottati taħt l-Artikolu 87(3), fejn jinstab li l-merkanzija mhux Komunitarja ppreżentata lid-dwana mhix koperta b’dikjarazzjoni fil-qosor ta’ l-importazzjoni, id-detentur tal-merkanzija għandu jagħmel tali dikjarazzjoni minnufih.

Taqsima 4

Merkanzija li ċċaqilqet taħt proċedura ta’ tranżitu

Artikolu 99

Tneħħija għal merkanzija li tasal taħt tranżitu

L-Artikolu 92, bl-eċċezzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu, u l-Artikoli 95 sa 98 m’għandhomx japplikaw meta merkanzija li qiegħda diġa’ taħt proċedura ta’ tranżitu tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 100

Dispożizzjonijiet applikabbli għal merkanzija mhux Komunitarja wara t-tmiem ta’ proċedura ta’ tranżitu

L-Artikoli 96, 97 u 98 għandhom japplikaw għall-merkanzija mhux Komunitarja li tiċċaqlaq taħt proċedura ta’ tranżitu, ladarba tali merkanzija tkun ġiet ippreżentata lill-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità, skond ir-regoli li jirregolaw it-tranżitu.

TITOLU V

REGOLI ĠENERALI DWAR STATUS DOGANALI, TQEGĦID TA’ MERKANZIJA TAĦT PROĊEDURA DOGANALI, VERIFIKA, RILAXX U DISPONIMENT TAL-MERKANZIJA

KAPITOLU 1

Status doganali tal-merkanzija

Artikolu 101

Preżunzjoni ta’ l-istatus doganali ta’ merkanzija Komunitarja

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 161 il-merkanzija kollha fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tiġi meqjusa bħala merkanzija Komunitarja, sakemm ma jkunx stabbilit li ma hix merkanzija Komunitarja.

2.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu

(a)

il-każijiet li fihom il-preżunzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandiex tapplika;

(b)

il-mezzi li bihom l-istatus doganali ta’ merkanzija Komunitarja jista’ jiġi stabbilit;

(ċ)

il-każijiet li fihom il-merkanzija miksuba b’mod sħiħ fit-territorju doganali tal-Komunità m’għandux ikollha l-istatus doganali ta’ merkanzija Komunitarja jekk hija miksuba minn merkanzija mpoġġiha taħt il-proċedura ta’ transitu estern, proċedura ta’ ħażna, il-proċedura ta’ dħul temporanju jew il-proċedura ta’ proċessar attiv,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 102

Telfien ta’ l-istatus doganali tal-merkanzija Komunitarja

Il-merkanzija Komunitarja għandha ssir merkanzija mhux Komunitarja fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn hija tiċċaqlaq barra mit-territorju doganali tal-Komunità, sakemm ma japplikawx ir-regoli dwar it-tranżitu intern jew il-miżuri stabbiliti skond l-Artikolu 103;

(b)

fejn hija tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern, il-proċedura ta’ ħzin jew il-proċedura ta’ pproċessar attiv, safejn tippermetti l-leġiżlazzjoni doganali;

(ċ)

fejn hija tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ użu aħħari u hija jew sussegwentement abbandunata lill-Istat, jew hija meqruda u jibqa’ l-iskart;

(d)

fejn d-dikjarazzjoni għar-rilaxx ta’ merkanzija għal ċirkolazzjoni libera hi invalidata wara r-rilaxx skond il-miżuri adottati skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 114(2).

Artikolu 103

Merkanzija Komunitarja li titlaq mit-territorju doganali temporanjament

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li taħthom il-merkanzija Komunitarja tista’ tiċċaqlaq, mingħajr ma tkun soġġetta għal proċedura doganali, minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità u temporanjament barra minn dak it-territorju mingħajr tibdil ta’ l-istatus doganali tagħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

KAPITOLU 2

Tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 104

Dikajrazzjoni doganali ta’ merkanzija u superviżjoni doganali ta’ merkanzija Komunitarja

1.   Il-merkanzija kollha maħsuba biex titqiegħed taħt proċedura doganali, barra mill-proċedura dwar żona libera, għandha tkun koperta b’dikjarazzjoni doganali adatta għall-proċedura partikolari.

2.   Merkanzija Komunitarja ddikjarata għall-esportazzjoni, transitu Komunitarju intern jew proċessar passiv għandha tkun soġġetta għal superviżjoni tad-dwana mill-ħin ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmi f’ paragrafu 1 sal-ħin li fih tħalli l-Komunità jew tkun abbandunata lill-Istat jew meqruda jew sal-ħin li tiġi invalidata d-dikjarazzjoni tad-dwana.

Artikolu 105

Uffiċċji doganali kompetenti

1.   Ħlief fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tipprevedi mod ieħor, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-post u l-kompetenza tad-diversi uffiċċji doganali li jinstabu fit-territorju tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti l-ħinijet uffiċjali tal-ftuħ li huma raġonevoli u xierqa għal dawk l-uffiċċji, b’kont meħud tan-natura tat-traffiku u tal-merkanzija u l-proċeduri doganali li taħthom għandhom ikunu mqiegħda, sabiex il-fluss tat-traffiku internazzjonali ma jkunx la mxekkel u lanqas distort.

2.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri li jiddefinixxu il-bosta rwoli u responsabbiltajiet ta’ uffiċċji doganali kompetenti, u b’mod partikolari ta’ dawn li ġejjin:

(a)

l-uffiċċji doganali tad-dħul, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħruġ;

(b)

l-uffiċċji doganali li jwettqu l-formalitajiet għat-tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali;

(ċ)

l-uffiċċji doganali li jagħtu l-awtorizzazzjonijiet u proċeduri ta’ superviżjoni doganali.

Artikolu 106

Żdoganar ċentralizzat

1.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw persuna biex tippreżenta, jew tagħmel disponibbli, fl-uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn tkun stabbilita dikjarazzjoni doganali għall-merkanzija li tkun ippreżentata lid-dwana f’uffiċċju doganali ieħor. F’tali każijiet, id-dejn doganali għandu jitqies li jkun magħmul fl-uffiċċju doganali li fih ġiet ippreżentata jew magħmula disponibbli d-dikjarazzjoni doganali.

2.   L-uffiċċju doganali li fih hija ppreżentata jew magħmula disponibbli d-dikjarazzjoni doganali għandu jwettaq il-formalitajiet għall-verifika tad-dikjarazzjoni, l-irkupru ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal kwalunkwe dejn doganali u għall-għoti tar-rilaxx tal-merkanzija.

3.   L-uffiċċju doganali li fih il-merkanzija hija ppreżentata għandu, mingħajr preġudizzju għall-kontrolli ta’ sikurezza u sigurtà, iwettaq kwalunkwe eżami mitlub bir-raġun mill-uffiċċju doganali li fih hija ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali u għandu jirrilaxxa l-merkanzija, b’kont meħud ta’ l-informazzjoni li jkun irċieva minn dak l-uffiċċju.

4.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu partikolarment regoli fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

l-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-każijiet li fihom għandha titwettaq reviżjoni ta’ l-awtorizzazzjoni;

(ċ)

il-kondizzjonijiet li taħthom tingħata l-awtorizzazzjoni;

(d)

l-identifikazzjoni ta’ l-awtorità doganali kompetenti għall-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni;

(e)

konsultazzjoni ma’ u għoti ta’ informazzjoni lil awtoritajiet doganali oħrajn, fejn xieraq;

(f)

il-kondizzjonijiet li taħthom l-awtorizzazzjoni tista’ tiġi sospiża jew revokata;

(g)

ir-rwol u r-responsabbiltajiet speċifiċi ta’ l-uffiċċji doganali kompetenti involuti, partikolarment fir-rigward tal-kontrolli li għandhom jiġu applikati;

(h)

il-forma ta’, u kwalunkwe limitu ta’ żmien għat-tkomplija tal-formalitajiet,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Dawk il-miżuri għandhom jieħdu kont ta’ dan li ġej:

fir-rigward tal-punt (ċ), fejn Stat Membru wieħed jew aktar huma involuti, konformità mill-applikant mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 għall-għoti ta’ l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat;

fir-rigward tal-punt (d), il-post fejn il-kontijiet prinċipali ta’ l-applikant għall-finijiet doganali huma miżmuma jew aċċessibbli, li jiffaċilitaw il-kontrolli abbażi ta’ verifika, u fejn mill-anqas jitwettqu parti mill-attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 107

Tipi ta’ dikjarazzjonijiet doganali

1.   Id-dikjarazzjoni doganali għandha tiġi ppreżentata permezz ta’ teknika ta’ proċessar ta’ data elettronika. L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni doganali tieħu l-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant, ladarba l-awtoritajiet doganali għandhom aċċess għal dik id-data fis-sistema elettronika tad-dikjarant u li l-ħtiġiet għal kwalunkwe skambju meħtieġ għal tali data bejn l-uffiċċji doganali jintlaħqu.

2.   Fejn dan huwa previst fil-leġiżlazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw dikjarazzjoni doganali fuq karta, jew dikjarazzjoni doganali bil-fomm jew bi kwalunkwe att ieħor li bih il-merkanzija tista’ titpoġġa taħt proċedura doganali.

3.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu.

Taqsima 2

Dikjarazzjonijiet doganali standard

Artikolu 108

Kontenut ta’ dikjarazzjoni u dokumenti ta’ sostenn

1.   Dikjarazzjonijiet doganali għandu jkun fihom id-dettalji kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha hi ddikjarata l-merkanzija. Dikjarazzjonijiet doganali magħmula bl-użu ta’ teknika ta’ proċessar tad-data elettronika għandu jkun fihom firma elettronika jew mezz ieħor ta’ awtentiċità. Dikjarazzjonijiet bil-karta għandhom ikunu ffirmati.

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet li magħhom iridu jikkorrispondu d-dikjarazzjonijiet doganali.

2.   Id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-proċedura doganali li għaliha hi ddikjarata l-merkanzija għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet doganali meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni.

3.   Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali bl-użu ta’ teknika ta’ pproċessar ta’ data elettronika, l-awtoritajiet doganali jistgħu wkoll jippermettu li jiġu ppreżentati dokumenti ta’ sostenn bl-użu ta’ tali teknika. L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw, minflok il-preżentazzjoni ta’ dawn id-dokumenti, l-aċċess għad-data rilevanti fis-sistema tal-kompjuter ta’ l-operatur ekonomiku.

Madankollu, fuq talba tad-dikjarant, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li dawk id-dokumenti jsiru disponibbli wara r-rilaxx tal-merkanzija.

4.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta mizuri għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-artikolu.

Taqsima 3

Dikjarazzjonijiet doganali simplifikati

Artikolu 109

Dikjarazzjoni simplifikata

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom, sakemm il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu huma sodisfatti, jawtorizzaw kwalunkwe persuna li jkollha merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali abbażi ta’ dikjarazzjoni simplifikata tista’ tħalli barra ċerti mid-dettalji u dokumenti ta’ sostenn imsemmijin fl-Artiklu 108.

2.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, relatati mal-kondizzjonijiet li taħthom għandha tingħata l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

3.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri dwar l-ispeċifikazzjonijiet li magħhom għandhom jikkorrispondu d-dikjarazzjonijiet simplifikati.

Artikolu 110

Dikjarazzjoni supplimentari

1.   Fil-każ ta’ dikjarazzjoni simplifikata skond Artikolu 109(1), id-dikjarant għandu jipprovdi dikjarazzjoni supplimentari li fiha d-dettalji ulterjuri meħtieġa biex tkun kompluta d-dikjarazzjoni doganali għall-proċedura doganali kkonċernata.

Id-dikjarazzjoni supplimentari tista’ tkun ta’ natura ġenerali, perijodika jew rikapitulattiva.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu eċċezzjonijiet għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

2.   Id-dikjarazzjoni supplimentari u d-dikjarazzjoni simplifikata msemmijin fl-Artikolu 109(1) għandhom jitqiesu bħala strument wieħed, indiviżibbli li jidħol fis-seħħ fid-data meta tkun aċċettata d-dikjarazzjoni simplifikata skond l-Artikolu 112.

Meta d-dikjarazzjoni simplifikata tieħu l-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant u aċċess għal din id-data mill-awtoritajiet doganali, id-dikjarazzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data meta l-merkanzija titniżżel fir-rekords.

3.   Il-post fejn għandha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni supplimentari skond l-awtorizzazzjoni għandu jitqies, għall-finijiet ta’ l-Artikolu 55, bħala l-post fejn ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali.

Taqsima 4

Dispożizzjonijiet li japplikaw għad-dikjarazzjonijiet doganali kollha

Artikolu 111

Persuna li tippreżenta dikjarazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 110 (1), dikjarazzjoni doganali tista’ ssir minn kwalunkwe persuna li hi kapaċi tippreżenta jew tagħmel disponibbli d-dokumenti kollha li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li fir-rigward tagħha hija ddikjarata l-merkanzija. Din il-persuna għandha tkun kapaċi wkoll tippreżenta l-merkanzija in kwistjoni jew tara li tiġi ppreżentata lill-uffiċċju doganali kompetenti.

Madankollu, fejn l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali timponi obbligi partikolari fuq persuna speċifika, id-dikjarazzjoni għandha ssir minn dik il-persuna jew mir-rappreżentant tagħha.

2.   Id-dikjarant għandu jkun stabbilit fit-territorju doganali tal-Komunità. Madankollu, id-dikjaranti li ġejjin m’għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu stabbiliti fil-Komunità:

persuni li jippreżentaw dikjarazzjoni għal tranżitu jew dħul temporanju;

persuni li jiddikjaraw merkanzija okkażjonalment, sakemm li l-awtoritajiet doganali jqisu dan bħala ġustifikat.

3.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu l-każijiet li fihom, u l-kondizzjonijiet li taħthom, il-ħtiġiet imsemmijin fil-paragrafu 2 jistgħu jitneħħew, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 112

Aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjoni

1.   Id-dikjarazzjonijiet li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbilti f’dan il-Kapitolu għandhom ikunu aċċettati mill-awtoritajiet doganali immedjatament, sakemm il-merkanzija li jirreferu għaliha ġiet ippreżentata lid-dwana jew tissodisfa l-awtoritajiet doganali, tkun magħmula disponibbli għal kontrolli doganali.

Meta d-dikjarazzjoni tieħu l-forma ta’ dħul fir-rekords tad-dikjarant u aċċess għal din id-data mill-awtoritajiet doganali, id-dikjarazzjoni għandha titqies li ġiet aċċettata fil-mument li fih il-merkanzija tiddaħħal fir-rekords. L-awtoritajiet doganali jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi legali tad-dikjarant jew l-applikazzjoni ta’ kontrolli ta’ sikurezza u sigurtà, ineħħu l-obbligu li l-merkanzija tkun ippreżentata jew magħmula disponibbli għall-kontroll doganali.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 110(2) jew it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, meta dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata f’uffiċċju doganali għajr l-uffiċċju li fih tiġi ppreżentata l-merkanzija, id-dikjarazzjoni għandha tiġi aċċettata meta l-uffiċċju li fih l-merkanzija tiġi ppreżentata jikkonferma d-disponibbiltà tal-merkanzija għal kontrolli doganali.

3.   Id-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali mill-awtoritajiet doganali għandha, ħlief fejn previst mod ieħor, tkun id-data użata għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha l-merkanzija hija ddikjarata u għall-formalitajiet l-oħra kollha ta’ l-importazzjoni jew l-esportazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 113

Emenda ta’ dikjarazzjoni

1.   Id-dikjarant għandu, fuq talba tiegħu, jkollu permess li jemenda dettall wieħed jew aktar tad-dikjarazzjoni wara li d-dikjarazzjoni tkun aċċettata mid-dwana. L-emenda m’għandhiex tħalli li d-dikjarazzjoni tkun applikabbli għal merkanzija oħra barra dik li kienet tkopri oriġinarjament.

2.   Ebda tali emenda m’għandha tiġi permessa fejn din tintalab wara kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet doganali għarrfu lid-dikjarant li għandhom il-ħsieb jeżaminaw il-merkanzija;

(b)

l-awtoritajiet doganali stabbilixxew li d-dettalji in kwistjoni mhumiex korretti;

(ċ)

l-awtoritajiet doganali rrilaxxaw il-merkanzija.

3.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu eċċezzjonijiet għall-punt (ċ) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 114

Invalidazzjoni ta’ dikjarazzjoni

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom, fuq it-talba tad-dikjarant, jinvalidaw dikjarazzjoni li tkun diġà aċċettata fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn ikunu sodisfatti li l-merkanzija ser titqiegħed minnufih taħt proċedura doganali oħra;

(b)

fejn ikunu sodisfatti li bħala riżultat ta’ ċirkostanzi speċjali, it-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali li għaliha ġiet iddikjarata mhijiex aktar iġġustifikata.

Madankollu, fejn l-awtoritajiet doganali jkunu għarrfu lid-dikjarant bl-intenzjoni tagħhom li jeżaminaw il-merkanzija, talba għall-invalidatà tad-dikjarazzjoni m’għandhiex tiġi aċċettata qabel ma jitwettaq l-eżami.

2.   Id-dikjarazzjoni m’għandhiex tkun invalidata wara li l-merkanzija tkun ġiet rilaxxata.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu eċċezzjonijiet għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Taqsima 5

Simplifikazzjonijiet oħra

Artikolu 115

Faċilitar tat-tfassil ta’ dikjarazzjonijiet doganali għal merkanzija li taqa’ taħt subintestaturi ta’ tariffa differenti

Fejn kunsinna hija magħmula minn merkanzija li taqa’ fi ħdan subintestaturi differenti ta’ tariffi, u titrratta ma’ kull wieħed minn dik il-merkanzija skond is-subintestaturi tat-tariffa tagħha għall-iskop li titfassal id-dikjarazzjoni doganali tkun tinvolvi piż ta’ xogħol u spiża mhux proporzjonali għad-dazji li jistgħu jiġu imposti fuq l-importazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq it-talba tad-dikjarant, jaqblu li d-dazji fuq l-importazzjoni jkunu imposti fuq il-kunsinna sħiħa abbażi tas-subintestaturi tat-tariffa tal-merkanzija li hija soġġetta għall-ogħla rata ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu.

Artikolu 116

Simplifikazzjoni ta’ formalitajiet u kontrolli doganali

1.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw simplifikazzjonijiet, minbarra dawk previsti fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu, tal-formalitajiet u l-kontrolli doganali.

2.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu partikolarment regoli fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

l-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-każijiet li fihom għandha titwettaq reviżjoni ta’ l-awtorizzazzjoni u l-kondizzjonijiet li taħthom l-użu tagħhom għandu jiġi monitorjat mill-awtoritajiet doganali;

(ċ)

il-kondizzjonijiet li taħthom jingħataw l-awtorizzazzjonijiet;

(d)

il-kondizzjonijiet li taħthom operatur ekonomiku jista’ jiġi awtorizzat biex iwettaq ċerti formalitajiet doganali li fil-prinċipju għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet doganali, inkluża l-awto-valutazzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, u biex iwettaq ċerti kontrolli taħt superviżjoni doganali;

(e)

l-identifikazzjoni ta’ awtorità doganali kompetenti għall-għoti ta’ l-awtorizzazzjonijiet;

(f)

konsultazzjoni ma’ u għoti ta’ informazzjoni lil awtoritajiet doganali oħrajn, fejn xieraq;

(g)

il-kondizzjonijiet li taħthom l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jiġu sospiżi jew revokati;

(h)

ir-rwol u r-responsabbiltajiet speċifiċi ta’ l-uffiċċji doganali kompetenti involuti, partikolarment fir-rigward tal-kontrolli li għandhom jiġu applikati;

(i)

il-forma ta’, u kwalunkwe limitu ta’ żmien għat-tkomplija tal-formalitajiet,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Dawk il-miżuri għandhom jieħdu kont ta’ dan li ġej:

il-formalitajiet doganali li għandhom jitkomplew u l-kontrolli doganali li għandhom jitwettqu għall-finijiet ta’ sikurezza u sigurtà fuq merkanzija li tiddaħħal jew titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità;

ir-regoli adottati skond l-Artikolu 25(3);

fir-rigward tal-punt (d), fejn Stat Membru wieħed jew aktar huma involuti, l-applikant għandu jkollu l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat skond l-Artikolu 14;

fir-rigward tal-punt (e), il-post fejn il-kontijiet prinċipali ta’ l-applikant għall-finijiet doganali huma miżmuma jew aċċessibbli, li jiffaċilitaw il-kontrolli abbażi ta’ verifika, u fejn mill-anqas jitwettqu parti mill-attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni.

KAPITOLU 3

Verifika u rilaxx ta’ merkanzija

Taqsima 1

Verifika

Artikolu 117

Verifika ta’ dikjarazzjoni doganali

L-awtoritajiet doganali jistgħu, bil-għan li jivverifikaw kemm huma ezatti d-dettalji li hemm f’dikjarazzjoni doganali li huma jkunu aċċettaw:

(a)

jeżaminaw d-dikjarazzjoni u d-dokumenti kollha ta’ sostenn;

(b)

jeħtieġu d-dikjarant jippreżenta dokumenti oħrajn;

(ċ)

jeżaminaw il-merkanzija;

(d)

jieħdu kampjuni biex janalizzaw jew jeżaminaw il-merkanzija bir-reqqa.

Artikolu 118

Eżami ta’ u teħid ta’ kampjuni tal-merkanzija

1.   It-trasport tal-merkanzija lejn il-postijiet fejn trid tiġi eżaminata u fejn iridu jittieħdu kampjuni minnha, u l-immaneġġjar kollu meħtieġ biex isir tali eżami jew biex jittieħdu l-kampjuni, għandu jitwettaq minn jew taħt ir-responsabbiltà tad-dikjarant. Id-dikjarant għandu jħallas l-ispejjeż involuti.

2.   Id-dikjarant għandu jkollu dritt li jkun prezenti jew ikun rappreżentat meta tiġi eżaminata l-merkanzija u meta jittieħdu l-kampjuni minnha. Fejn l-awtoritajiet tad-dwana jkollhom raġunijiet biżżejjed biex jagħmlu dan, jistgħu jitolbu lid-dikjarant biex ikun preżenti jew biex ikun rappreżentat meta tiġi eżaminata l-merkanzija jew jittieħdu kampjuni minnha jew biex jagħtihom l-għajnuna meħtieġa biex ikunu faċilitati tali eżami jew teħid ta’ kampjuni.

3.   Sakemm il-kampjuni jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ, l-awtoritajiet tad-dwana m’għandhomx ikunu soġġetti għall-ħlas ta’ ebda kumpens għalihom iżda għandhom iħallsu l-ispejjeż ta’ l-analiżi jew l-eżami tagħhom.

Artikolu 119

Eżami parzjali u teħid ta’ kampjuni tal-merkanzija

1.   Meta tkun eżaminata parti biss mill-merkanzija koperta b’dikjarazzjoni doganali, jew jittieħdu l-kampjuni minnha, ir-riżultati ta’ l-eżami parzjali, jew ta’ l-analiżi jew l-eżami tal-kampjuni, għandhom ikunu ikkunsidrati li japplikaw għall-merkanzija kollha koperta bl-istess dikjarazzjoni.

Madankollu, id-dikjarant jista’ jitlob eżami jew teħid ta’ kampjuni ulterjuri mill-merkanzija jekk jidhirlu li r-riżultati ta’ l-eżami parzjali, jew ta’ l-analiżi jew ta’ l-eżami tal-kampjuni meħuda, mhumiex validi fir-rigward tal-kumplament tal-merkanzija dikjarata. It-talba għandha tintlaqa’, dejjem jekk il-merkanzija ma ġietx rilaxxata, jew, jekk rilaxxata, id-dikjarant iġib provi li bl-ebda mod ma sar tibdil fiha.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta dikjarazzjoni doganali tkopri żewġ oġġetti jew aktar, id-dettalji marbuta ma’ kull oġġett għandhom jitqiesu li jiffurmaw dikjarazzjoni separata.

3.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(3), tadotta miżuri li jistabbilixxu l-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ riżultati diverġenti ta’ l-eżamijiet skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 120

Riżultati tal-verifika

1.   Ir-riżultati tal-verifika tad-dikjarazzjoni doganali għandhom jintużaw għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li taħtha tpoġġiet il-merkanzija.

2.   Fejn ma tkunx verifikata d-dikjarazzjoni doganali, għandu japplika l-paragrafu 1 abbażi tad-dettalji li hemm fid-dikjarazzjoni.

3.   Ir-riżultati tal-verifika magħmula mill-awtoritajiet doganali għandu jkollhom l-istess forza konklussiva f’kull parti tat-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 121

Miżuri ta’ identifikazzjoni

1.   L-awtoritajiet doganali jew, fejn xieraq, l-operaturi ekonomiċi, awtorizzati li jagħmlu hekk mill-awtoritajiet doganali, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jidentifikaw il-merkanzija meta tkun meħtieġa l-identifikazzjoni sabiex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha ġiet iddikjarata dik il-merkanzija.

Dawk il-miżuri ta’ identifikazzjoni għandu jkollhom l-istess effett legali f’ kull parti tat-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Il-mezzi ta’ identifikazzjoni mwaħħla mal-merkanzija jew mal-mezzi tat-trasport għandhom jitneħħew jew jinqerdu biss mill-awtoritajiet doganali jew, fejn l-awtoritajiet doganali jawtorizzawhom biex jagħmlu dan, mill-operaturi ekonomiċi, sakemm, minħabba ċirkostanzi imprevedibbli jew force majeure, it-tneħħija jew il-qerda tagħhom tkun meħtieġa biex jiżguraw li titħares il-merkanzija jew il-mezzi tat-trasport.

Artikolu 122

Miżuri implimentattivi

Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta din it-Taqsima.

Taqsima 2

Rilaxx

Artikolu 123

Rilaxx tal-garanzija

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 117, meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet biex il-merkanzija tgħaddi mill-proċedura kkonċernata u sakemm kwalunkwe restrizzjoni tkun ġiet applikata u l-merkanzija mhijiex soġġetta għal kwalunkwe projbizzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-merkanzija hekk kif ikunu verifikati jew aċċettati mingħajr verifika d-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni doganali.

L-ewwel sottoparagrafu għandu japplika meta l-verifikazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 117 ma tistax tintemm fi żmien raġonevoli u l-merkanzija mhix aktar meħtieġa li tkun preżenti għall-finijiet ta’ verifika.

2.   Il-merkanzija kollha koperta mill-istess dikjarazzjoni għandha tiġi rilaxxata fl-istess zmien.

Għall-finijiet ta’ l-ewwel sottoparagrafu, meta dikjarazzjoni doganali tkopri żewġ oġġetti jew aktar, id-dettalji relatati ma’ kull oġġett għandhom jitqiesu li jiffurmaw dikjarazzjoni doganali separata.

3.   Meta tiġi ppreżentata f’uffiċċju doganali għajr mill-uffiċċju li fih ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali involuti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa għar-rilaxx tal-merkanzija, mingħajr preġudizzju għall-kontrolli xierqa.

Artikolu 124

Rilaxx li jiddependi fuq il-ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali jew mill-għoti ta’ garanzija

1.   Meta t-tqegħid ta’ merkanzija taħt proċedura doganali twassal għal dejn doganali, ir-rilaxx tal-merkanzija għandu jkun soġġett għal ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għad-dejn doganali jew l-għoti ta’ garanzija biex tkopri dak id-dejn.

Madankollu, mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, l-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni.

Fejn, skond id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha ġiet iddikjarata l-merkanzija, l-awtoritajiet tad-dwana jitolbu li tingħata garanzija, dik il-merkanzija m’għandhiex tkun rilaxxata biex tgħaddi mill-proċedura doganali in kwistjoni qabel ma tingħata tali garanzija.

2.   Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri li jistabbilixxu eċċezzjonijiet għall-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

KAPITOLU 4

Disponiment ta’ merkanzija

Artikolu 125

Qerda tal-merkanzija

Fejn l-awtoritajiet doganali għandhom motivi raġonevoli, jistgħu jirrikjedu li tinqered merkanzija ppreżentata lid-dwana u għandhom jinfurmaw lid-detentur tal-merkanzija dwar dan. L-ispejjeż tal-qerda għandhom jitħallsu mid-detentur tal-merkanzija.

Artikolu 126

Mizuri li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet doganali

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu kwalunkwe mizura meħtieġa, inkluż il-konfiska u l-bejgħ, jew il-qerda, biex jeħilsu minn merkanzija fil-kazijiet li ġejjin:

(a)

meta wieħed mill-obbligi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali dwar l-introduzzjoni ta’ merkanzija mhux Komunitarja fit-territorju doganali tal-Komunità ma jkunx ġie sodisfatt, jew il-merkanzija tkun ġiet miżmuma mis-superviżjoni doganali;

(b)

meta l-merkanzija ma tistax tkun rilaxxata minħabba kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

(i)

ma kienx possibbli li tiġi jew titkompla tiġi eżaminata l-merkanzija fil-perijodu stabbilit mill-awtoritajiet doganali minħabba xi raġunijiet dovuti lid-dikjarant,

(ii)

id-dokumenti li għandhom jingħataw qabel ma l-merkanzija tista’ titpoġġa taħt, jew tiġi rilaxxata għal, proċedura doganali mitluba ma kinux disponibbli,

(iii)

il-ħlasijiet jew il-garanzija li suppost saru jew ġew mogħtija fir-rigward ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, kif ikun il-kaz, ma sarux jew ma ġewx mogħtija fiż-żmien preskritt,

(iv)

hija soġġetta għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet;

(ċ)

meta l-merkanzija ma tneħħietx fi zmien raġonevoli wara r-rilaxx tagħha;

(d)

meta wara r-rilaxx tagħha, instab li l-merkanzija ma ssodisfatx il-kondizzjonijiet biex tiġi rilaxxata;

(e)

meta l-merkanzija hija abbandunata lill-Istat skond l-Artikolu 127.

2.   Il-merkanzija mhux Komunitarja li tkun abbandunata ma’ l-Istat, ġiet issekwestrata jew konfiskata għandha titqies li tkun tpoġġiet taħt il-proċedura ta’ ħazna temporanja.

Artikolu 127

Abbandun

1.   Il-merkanzija mhux Komunitarja u l-merkanzija taħt il-proċedura ta’ l-użu aħħari tista’ bil-permess minn qabel ta’ l-awtoritajiet doganali titħalla f’idejn l-Istat mid-detentur tal-proċedura jew, fejn applikabbli, id-detentur tal-merkanzija.

2.   L-abbandun m’ għandux jinvolvi spejjez għall-Istat. Id-detentur tal-proċedura jew, fejn ikun applikabbli, id-detentur tal-merkanzija, għandu jeħel l-ispejjez hu meta din tinqered jew jiddisponu mod ieħor mill-merkanzija.

Artikolu 128

Miżuri implimentattivi

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, relatati ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

TITOLU VI

RILAXX GĦAL MOVIMENT LIBERU U EŻENZJONI MID-DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI

KAPITOLU 1

Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

Artikolu 129

Kamp ta’ applikazzjoni u effett

1.   Il-merkanzija mhux Komunitarja intiża li titqiegħed fis-suq Komunitarju jew intiżi għall-użu privat jew għall-konsum fil-Komunità għandha titqiegħed taħt rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.

2.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għandu jeħtieġ dan li ġej:

(a)

il-ġbir ta’ kwalunkwe dazju fuq l-importazzjoni dovut;

(b)

il-ġbir, kif xieraq, ta’ spejjeż oħrajn, kif previst fid-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ relatati mal-ġbir ta’ dawk l-ispejjeż;

(ċ)

l-applikazzjoni ta’ mizuri ta’ politika kummerċjali u projbizzjonijiet u restrizzjonijiet sakemm ma jkunux iridu jiġu applikati fi stadju iktar bikri;

(d)

it-twettiq tal-formalitajiet l-oħrajn stabbiliti fir-rigward ta’ l-importazzjoni tal-merkanzija.

3.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għandu jagħti lill-merkanzija mhux komunitarja l-istatus doganali ta’ merkanzija komunitarja.

KAPITOLU 2

Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni

Taqsima 1

Merkanzija rritornata

Artikolu 130

Kamp ta’ applikazzjoni u effett

1.   Il-merkanzija mhux Komunitarja li, oriġinarjament ġiet esportata bħala merkanzija Komunitarja mit-territorju doganali tal-Komunità, tiġi rritornata lil dak it-territorju fi żmien tliet snin u ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għandha, fuq talba tal-persuna kkonċernata, tiġi eżentata mid-dazji fuq l-importazzjoni.

2.   Il-perijodu ta’ tliet snin imsemmi fil-paragrafu 1 jista jinqabeż sabiex jittieħed kont ta’ ċirkostanzi speċjali.

3.   Meta, qabel ma tiġi esportata mit-territorju doganali tal-Komunità, il-merkanzija rritornata ġiet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera mingħajr dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni minħabba l-użu aħħari partikolari tagħha, l-eżenzjoni mid-dazju skond il-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk għandha tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera għall-istess użu aħħari.

Meta l-użu aħħari tal-merkanzija msemmija li trid tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera m’għadux l-istess, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni għandu jitnaqqas b’kwalunkwe ammont li nġabar fuq il-merkanzija meta ġiet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera l-ewwel darba. Jekk l-ammont ta’ l-aħħar ikun ogħla minn dak intaxxat għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija rritornata, m’għandu jingħata l-ebda ħlas lura.

4.   Meta merkanzija Komunitarja tkun tilfet l-istatus doganali tagħha bħala merkanzija Komunitarja skond il-punt (b) ta’ l-Artikolu 102 u hija sussegwentement rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera, il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5.   L-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni għandha tingħata biss jekk il-merkanzija hija importata mill-ġdid fl-istat li fih kienet esportata.

Artikolu 131

Każijiet li fihom ma tingħata l-ebda eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni

L-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 130 m’għandhiex tingħata fil-każijietli ġejjin:

(a)

merkanzija esportata mit-territorju doganali tal-Komunità taħt il-proċedura ta’ proċessar passiv, sakemm ma tapplikax waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

dik il-merkanzija tibqa’ fl-istat li fiha tkun ġiet esportata;

(ii)

ir-regoli adottati skond l-Artikolu 134 jippermettu għal dan.

(b)

merkanzija li tkun ibbenefikat mill-miżuri stabbiliti taħt il-politika agrikola komuni li jinvolvu l-esportazzjoni tagħha barra mit-territorju doganali tal-Komunità, ħlief fejn ir-regoli adottati skond l-Artikolu 134 jippermettu dan.

Artikolu 132

Merkanzija li qabel tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv

1.   L-Artikolu 130 għandu japplika mutatis mutandis għal prodotti pproċessati li oriġinarjament ġew esportati mill-ġdid mit-territorju doganali tal-Komunità sussegwentement għal proċedura ta’ proċessar attiv.

2.   Fuq talba tad-dikjarant u dejjem jekk hu jissottometti l-informazzjoni meħtieġa, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni fuq il-merkanzija koperta mill-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu għandu jkun determinat skond Artikolu 53(3). Id-data ta’ meta tkun aċċettata n-notifika ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid għandha titqies bħala d-data tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.

3.   L-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 130 m’għandhiex tingħata fuq prodotti proċessati li kienu esportati skond il-punt (b) ta’ Artikolu 142(2), sakemm ma jkunx żgurat li l-ebda merkanzija ser titqiegħed taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv.

Taqsima 2

Sajd u prodotti tal-baħar

Artikolu 133

Prodotti tas-sajd u prodotti oħra tal-baħar

1. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 36(1), dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati mid-dazji fuq l-importazzjoni meta jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera:

(a)

prodotti tas-sajd u prodotti oħra tal-baħar territorjali ta’ pajjiż jew territorju barra t-territorju doganali tal-Komunità permezz ta’ inġenji tal-baħar irreġistrati biss jew dokumentati fi Stat Membru u li jtajru il-bandiera ta’ dak l-istat;

(b)

prodotti miksuba mill-prodotti msemmija f’punt (a) abbord vapuri għall-iffriżar tas-sajd li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak il-punt.

Taqsima 3

Miżuri Implimentattivi

Artikolu 134

Miżuri Implimentattivi

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, relatati ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

TITOLU VII

PROĊEDURI SPEĊJALI

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 135

Il-kamp ta’ applikazzjoni

Il-merkanzija tista’ titpoġġa taħt xi waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin ta’ proċeduri speċjali:

(a)

transitu, li għandu jinkludi transitu estern u intern;

(b)

ħzin, li għandu jinkludi ħzin temporanju, ħażna doganali u żoni liberi;

(ċ)

użu speċifiku, li għandu jinkludi dħul temporanju u użu aħħari;

(d)

ipproċessar, li għandu jinkludi pproċessar attiv u passiv.

Artikolu 136

Awtorizzazzjoni

1.   Awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali għandha tkun meħtieġa għal dan li ġej:

l-użu tal-proċedura ta’ l-ipproċessar attiv jew passiv, tal-proċedura ta’ dħul temporanju jew ta’ l-użu aħħari;

l-operat tal-faċilitajiet ta’ ħzin għall-ħzin temporanju jew ħzin doganali tal-merkanzija, minbarra fejn l-operatur tal-faċilità ta’ ħażna hija l-awtorità doganali nnifisha.

Il-kondizzjonijiet li bihom titħalla tintuża’ waħda jew aktar mill-proċeduri msemmijin hawn fuq jew l-operat ta’ faċilitajiet ta’ ħażna għandhom ikunu stabbiliti fl-awtorizzazzjoni.

2.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu partikolarment regoli fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

l-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-każijiet li fihom għandha titwettaq reviżjoni ta’ l-awtorizzazzjoni;

(ċ)

il-kondizzjonijiet li taħthom tingħata l-awtorizzazzjoni;

(d)

l-identifikazzjoni ta’ l-awtorità doganali kompetenti għall-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni;

(e)

konsultazzjoni ma’ u għoti ta’ informazzjoni lil awtoritajiet doganali oħrajn, fejn xieraq;

(f)

il-kondizzjonijiet li taħthom l-awtorizzazzjoni tista’ tiġi sospiża jew revokata;

(g)

ir-rwol u r-responsabbiltajiet speċifiċi ta’ l-uffiċċji doganali kompetenti involuti, partikolarment fir-rigward tal-kontrolli li għandhom jiġu applikati;

(h)

il-forma ta’, u kwalunkwe limitu ta’ żmien għat-tkomplija tal-formalitajiet,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Dawk il-miżuri għandhom jieħdu kont ta’ dan li ġej:

(a)

fir-rigward tal-punt (ċ), fejn Stat Membru wieħed jew aktar huwa involut, konformità mill-applikant mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 għall-għoti ta’ l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat;

(b)

fir-rigward tal-punt (d), il-post fejn il-kontijiet prinċipali ta’ l-applikant għall-finijiet doganali huma miżmuma jew aċċessibbli, li jiffaċilitaw il-kontrolli abbażi ta’ verifika, u fejn mill-anqas jitwettqu parti mill-attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni.

3.   Minbarra fejn hu previst mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali, l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss lil dawn in-nies li ġejjin:

(a)

persuni li huma stabbiliti fit-territorju dogananli tal-Komunità, minbarra fejn hu previst mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali;

(b)

persuni li jipprovdu l-garanzija meħtieġa tat-twettiq xieraq ta’ l-operazzjonijiet u, f’każijiet fejn dejn doganali jew ħlasijiet oħra jistgħu jinteħlu għal merkanzija taħt proċedura speċjali, jipprovdu garanzija skond l-Artikolu 56;

(ċ)

fil-kaz tad-dħul temporanju jew il-proċedura ta’ l-ipproċessar attiv, il-persuna li tuza’ l-merkanzija jew tirranġa għall-użu tagħha jew twettaq operazzjonijiet ta’ ipproċessar fuq il-merkanzija jew tirranġa biex isiru, rispettivament.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jipprevedu derogi mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

4.   Ħlief meta jkun provdut mod ieħor u flimkien ma’ paragrafu 3, l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandha tingħata biss fejn jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-awtoritajiet doganali jistgħu jeżerċitaw superviżjoni doganali mingħajr ma jkollhom għalfejn jintroduċu arranġamenti amministrattivi li mhumiex proporzjonali għall-bżonnijiet ekonomiċi involuti;

(b)

fejn l-interessi essenzjali tal-produtturi Komunitarji ma jkunux affettwati ħazin minn awtorizzazzjoni għal proċedura ta’ l-ipproċessar (kondizzjonijiet ekonomiċi).

L-interessi essenzjali tal-produtturi Komunitarji għandhom jitqiesu li ma ġewx affetwati ħażin, kif imsemmi f’punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, ħlief fejn teżisti evidenza kuntrarja jew fejn il-leġiżlazzjoni doganali jipprovdu li l-kondizzjonijiet ekonomiċi jitqiesu li ntlaħqu.

Fejn teżisti evidenza li l-interessi essenzjali tal-produtturi Komunitarji x’aktarx ikunu affetwati ħażin, għandha ssir eżaminazzjoni tal-kondizzjonijiet ekonomiċi skond l-Artikolu 185.

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri li jirregolaw dan li ġej:

(a)

l-eżami tal-kondizzjonijiet ekonomiċi;

(b)

id-determinazzjoni ta’ każijiet li fihom l-interessi essenzjali tal-produtturi Komunitarji x’aktarx ikunu affetwati ħażin, b’kont meħud tal-miżuri politiċi kummerċjali u agrikoli;

(c)

id-determinazzjoni tal-każijiet li fihom il-kondizzjonijiet ekonomiċi jitqiesu li ntlaħqu.

5.   Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika l-awtoritajiet doganali bil-fatturi kollha li jinqalgħu wara li ngħatat l-awtorizzazzjoni li jistgħu jinfluwenzaw it-tkomplija jew il-kontenut tagħha.

Artikolu 137

Rekords

1.   Ħlief għall-proċedura ta’ transitu, jew fejn hu previst mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, id-detentur tal-proċedura, u l-persuni kollha li qed iwettqu attività li tinvolvi l-ħażna, it-tħaddim jew l-ipproċessar ta’ merkanzija, jew il-bejgħ jew ix-xiri ta’ merkanzija f’żoni liberi, għandhom iżommu rekords f’forma approvata mill-awtoritajiet doganali.

Ir-rekords għandhom jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jissorveljaw il-proċedura kkonċernata, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni tal-merkanzija taħt dik il-proċedura, l-istatus tagħhom doganali u l-moviment tagħhom.

2.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, relatati ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 138

Rilaxx ta’ proċedura

1.   F’każijiet oħra barra l-proċedura ta’ transitu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 166, proċedura speċjali għandha tiġi rilaxxata meta l-merkanzija mqiegħda taħt dik il-proċedura, jew il-prodotti pproċessati, jiġu mqiegħda taħt proċedura doganali sussegwenti, ikunu telqu mit-territorju doganali Komunitarju, jew ġew meqruda u ma tħalla l-ebda skart jew ġew abbandunati lill-Istat, skond l-Artikolu 127.

2.   Il-proċedura ta’ transitu għandha tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet doganali meta jkunu f’pożizzjoni li jistabbilixxu, abbażi ta’ tqabbil tad-data disponibbli lill-uffiċċju doganali tat-tluq u dik disponibbli lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, li l-proċedura ntemmet sew.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi rregolazzata s-sitwazzjoni tal-merkanzija li rigward tagħha ma gietx rilaxxata proċedura taħt il-kondizzjonijiet preskritti.

Artikolu 139

Trasferiment ta’ drittijiet u obbligi

Id-drittijiet u l-obbligi tad-detentur tal-proċedura fir-rigward ta’ merkanzija li tqiegħdet taħt proċedura speċjali barra mit-transitu jistgħu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet doganali, jiġu trasferiti fl-intier jew parzjalment lil-persuni oħra li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti għall-proċedura kkonċernata.

Artikolu 140

Ċaqliq tal-merkanzija

1.   Merkanzija mqiegħda taħt proċedura speċjali minbarra transitu jew f’żona libera tista’ tiċċaqlaq bejn postijiet differenti fit-territorju doganali tal-Komunità, sakemm dan huwa previst fl-awtorizzazzjoni jew taħt il-leġislazjoni doganali.

2.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu.

Artikolu 141

Forom użwali ta’ maneġġjar

Merkanzija mqiegħda taħt ħażna fl-imħażen tad-dwana jew proċedura ta’ l-ipproċessar jew f’żona libera jistgħu jgħaddu minn forom użwali ta’ maneġġjar intenzjonati li jippriservawhom, itejbu d-dehra jew il-kwalità ta’ fuq is-suq tagħhom jew jippreparawhom għad-distribuzzjoni jew għall-bejgħ mill-ġdid.

Artikolu 142

Merkanzija ekwivalenti

1.   Merkanzija ekwivalenti għandha tikkonsisti f’merkanzija Komunitarja li tiġi maħżuna, użata jew ipproċessata minflok il-merkanzija mqiegħda taħt proċedura speċjali.

Taħt il-proċedura ta’ l-ipproċessar passiv, il-merkanzija ekwivalenti għandha tikkonsisti f’merkanzija mhux Komunitarja li hi pproċessata minflok merkanzija Komunitarja mqiegħda taħt il-proċedura ta’ ipproċessar passiv.

Merkanzija ekwivalenti għandu jkollha l-istess kodiċi bi tmien numri tan-Nomenklatura Magħquda, l-istess kwalità kummerċjali u l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-merkanzija li tkun qed tissostitwixxi.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jipprevedu derogi mit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw dawn li ġejjin, sakemm jiġi żgurat it-twettiq xieraq tal-proċedura, b’mod partikolari fir-rigward ta’ superviżjoni doganali:

(a)

l-użu ta’ merkanzija ekwivalenti taħt proċedura speċjali barra t-transitu, id-dħul temporanju u l-proċedura ta’ ħażna temporanju;

(b)

fil-każ tal-proċedura ta’ l-ipproċessar attiv, l-esportazzjoni tal-prodotti pproċessati miksuba minn merkanzija ekwivalenti qabel l-importazzjoni tal-merkanzija li qed jieħdu postha;

(ċ)

fil-kaz tal-proċedura ta’ l-ipproċessar passiv, l-importazzjoni ta’ prodotti pproċessati miksuba minn merkanzija ekwivalenti qabel l-esportazzjoni ta’ merkanzija li qed jieħdu postha.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu l-każijiet li fihom l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw l-użu ta’ merkanzija ekwivlenti taħt dħul temporanju għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

3.   L-użu ta’ merkanzija ekwivalenti m’għandhiex tkun permessa fi kwalunkwe mil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-forom tas-soltu ta’ maneġġjar kif definiti fl-Artikolu 141 biss jitwettqu taħt proċessar attiv;

(b)

fejn projbizzjoni fuq restituzzjoni ta’, jew eżenzjoni minn, dazji fuq l-importazzjoni tapplika għal merkanzija li ma toriġinax użata fil-manifattura ta’ prodotti proċessati taħt proċessar attiv, li għaliha inħarġet prova dwar l-oriġini jew twettqet fil-qafas ta’ arranġament preferenzjali bejn il-Komunità u ċerti pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Komunità jew gruppi ta’ tali pajjiżi jew territorji; jew

(ċ)

fejn dan iwassal għal vantaġġ mhux ġustifikat tad-dazju fuq l-importazzjoni.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jispeċifikaw każijiet addizzjonali fejn merkanzija ekwivalenti ma tistax tintuża għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

4.   Fil-każ imsemmi f’punt (b) ta’ paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, u fejn il-prodotti pproċessati jkunu soġġetti għal dazji fuq l-esportazzjoni jekk ma kinux esportati fil-kuntest tal-proċedura ta’ ipproċessar attiv, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jipprovdi garanzija biex jiżgura l-ħlas tad-dazji jekk il-merkanzija li mhux Komunitarja ma tkunx importata fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 169 (3).

Artikolu 143

Miżuri implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri dwar it-tħaddim tal-proċeduri taħt dan it-Titolu.

KAPITOLU 2

Transitu

Taqsima 1

Transitu estern u intern

Artikolu 144

Transitu estern

1.   Taħt il-proċedura ta’ transitu estern, il-merkanzija li mhix Komunitarja tista’ tiġi mċaqalqa minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità mingħajr ma tkun soġġetta għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

dazji fuq l-importazzjoni;

(b)

ħlasijiet oħrajn kif previst taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra fis-seħħ;

(ċ)

mizuri ta’ politika kummerċjali, sakemm dawn ma jipprojbixxux id-dħul jew ħruġ ta’ merkanzija fi jew mit-territorju doganali tal-Komunita'.

2.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu każijiet li fihom u l-kondizzjonijiet li taħthom il-prodotti komunitarji għandhom jitpoġġew taħt transitu estern għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

3.   Il-moviment kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jseħħ f’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

taħt il-proċedura ta’ transitu estern tal-Komunità;

(b)

skond il-Konvenzjoni tat-TIR, dment li tali moviment:

(i)

ikun beda jew għandu jintemm barra t-territorju doganali tal-Komunità, jew

(ii)

jitwettaq bejn żewġ punti fit-territorju doganali tal-Komunità mit-territorju ta’ pajjiż jew territorju barra t-territorju doganali tal-Komunità;

(ċ)

skond il-Konvenzjoni ta’ l-ATA/Konvenzjoni ta’ Istanbul, fejn iseħħ moviment ta’ transitu;

(d)

kopert bil-Manifest tar-Rhine (Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine);

(e)

kopert bil-formola 302 provduta fil-Ftehim bejn il-Partijiet tat-Trattat ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana rigward l-Istatus tal-Forzi tagħhom, iffirmat f’Londra fid-19 ta’ Ġunju 1951;

(f)

taħt is-sistema postali skond l-atti ta’ l-Unjoni Universali tal-Posta, meta l-merkanzija tinġarr minn jew għad-detenturi ta’ drittijiet u obbligi taħt tali atti.

4.   It-transitu estern għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 140.

Artikolu 145

Transitu intern

1.   Taħt il-proċedura ta’ transitu intern, u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u 3, il-merkanzija Komunitarja tista’ tiġi mċaqalqa minn punt għall-ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità, u tgħaddi minn territorju ieħor barra dak it-territorju, mingħajr l-ebda bidla fl-istatus doganali tagħhom.

2.   Il-moviment imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jseħħ b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

taħt il-proċedura interna tat-transitu tal-Komunità sakemm tali possibiltà hija provduta fi ftehim internazzjonali;

(b)

skond il-Konvensjoni tat-TIR;

(ċ)

skond il-Konvenzjoni ta’ l-ATA/Konvenzjoni ta’ Istanbul, fejn iseħħ moviment ta’ transitu;

(d)

kopert bil-Manifest tar-Rhine (Artikolu 9 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine);

(e)

kopert bil-formola 302 kif provdut fil-Ftehim bejn il-Partijiet fit-Trattat ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana rigward l-istatus tal-Forzi tagħhom, iffirmat f’Londra fid-19 ta’ Ġunju 1951;

(f)

taħt is-sistema postali skond l-atti ta’ l-Unjoni Universali tal-Posta, meta l-merkanzija tinġarr minn jew għad-detenturi ta’ drittijiet u obbligi taħt tali atti.

3.   Fil-każijiet imsemmija f’punti (b) sa (f) tal-paragrafu 2, il-merkanzija għandha żżomm l-istatus tagħha ta’ merkanzija Komunitarja fil-każ biss li dak l-istatus huwa stabbilit taħt ċerti kondizzjonijiet u b’mezzi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li taħthom u l-mezzi li bihom jista’ jiġi stabbilit l-istatus doganali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Taqsima 2

Transitu komunitarju

Artikolu 146

Obbligi tad-detentur tal-proċedura ta’ transitu tal-Komunità u ta’ min iġorr u jirċievi l-merkanzija li tiċċaqlaq taħt il-proċedura ta’ transitu tal-Komunità

1.   Id-detentur tal-proċedura ta’ transitu tal-Komunità għandu jkun responsabbli għal dan li ġej:

(a)

il-preżentazzjoni tal-merkanzija intatta u l-informazzjoni meħtieġa fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt u b’konformità mal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet doganali biex jiżguraw l-identifikazzjoni tagħhom;

(b)

l-osservanza tad-dispożizzjonijiet doganali relatati mal-proċedura;

(ċ)

sakemm mhux provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali, l-għoti ta’ garanzija biex ikun żgurat il-ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal kwalunkwe dejn tad-dwana jew ħlasijiet oħra, kif previst taħt dispożizzjonijiet oħra rilevanti fis-seħħ, li jkunu magħmula fir-rigward tal-merkanzija.

2.   L-obbligu tad-detentur tal-proċedura għandu jintlaħaq u l-proċedura ta’ transitu għandha tintemm meta l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura u l-informazzjoni meħtieġa jkunu disponibbli fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni skond il-leġiżlazzjoni doganali.

3.   Min iġorr jew jirċievi merkanzija u jaċċetta merkanzija meta jaf li qed tiċċaqlaq taħt il-proċedura ta’ transitu tal-Komunità għandu jkun ukoll responsabbli għall-preżentazzjoni tal-merkanzija intatta fl-uffiċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt u b’konformità mal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet doganali biex jiżguraw l-identifikazzjoni tagħhom.

Artikolu 147

Merkanzija li tgħaddi mit-territorju ta’ pajjiż barra t-territorju doganali tal-Komunità taħt il-proċedura ta’ transitu estern tal-Komunità

1.   Il-proċedura ta’ transitu estern tal-Komunità għandha tapplika għall-merkanzija li tgħaddi minn territorju barra t-territorju doganali tal-Komunità jekk tintlaħaq waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

isir provvediment għal dak il-għan taħt ftehim internazzjonali;

(b)

il-ġarr minn dak it-territorju isir taħt kopertura ta’ dokument wieħed tat-trasport imfassal fit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Fil-każ imsemmi f’punt (b) ta’ l-ewwel paragrafu, l-operazzjoni tal-proċedura ta’ transitu estern tal-Komunità għandha tkun sospiża waqt li l-merkanzija tkun barra t-territorju doganali tal-Komunità.

KAPITOLU 3

Ħażna

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 148

Il-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Permezz tal-proċedura ta’ ħażna, il-merkanzija li mhix tal-Komunità tista’ tinħażen fit-territorju doganali tal-Komunità mingħajr ma tkun soġġetta għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

dazji fuq l-importazzjoni;

(b)

ħlasijiet oħrajn kif previst taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra fis-seħħ;

(ċ)

mizuri ta’ politika kummerċjali, sakemm dawn ma jipprojbixxux id-dħul jew ħruġ ta’ merkanzija fi jew mit-territorju doganali tal-Komunita'.

2.   Merkanzija komunitarja tista’ titqiegħed taħt il-proċedura ta’ ħażna fl-imħażen doganali jew żona libera skond il-leġiżlazzjoni doganali jew il-leġiżlazzjoni Komunitarja li jirregolaw oqsma speċifiċi, jew sabiex jibbenefikaw minn deċiżjoni li tagħti ħlas lura jew tnaqqis ta’ dazji fuq l-importazzjoni.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu każijiet li fihom u l-kondizzjonijiet li taħthom, il-merkanzija Komunitarja tista’ titpoġġa taħt ħażna doganali jew proċeduri ta’ żona libera għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 149

Responsabbiltajiet tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jew tal-proċedura

1.   Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni u d-detentur tal-proċedura għandhom ikunu responsabbli għal dawn li ġejjin:

(a)

jiżguraw li l-merkanzija taħt il-proċeduri ta’ ħażna temporanju jew ħażna doganali ma titneħħix mis-superviżjoni doganali;

(b)

jilħqu l-obbligazzjonijiet li jinqalgħu minħabba l-ħażna ta’ merkanzija kopert bil-proċeduri ta’ ħażna temporanja jew ħażna doganali;

(ċ)

jikkonformaw mal-kondizzjonijiet partikolari speċifikati fl-awtorizzazzjoni għall-operat tal-ħażna fl-imħażen doganali jew il-faċilitajiet tal-ħażna temporanja.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna maħżen doganali pubbliku, tista’ tipprovdi li r-responsabbiltajiet imsemmija f’punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 jaqgħu esklussivament fuq id-detentur tal-proċedura.

3.   Id-detentur tal-proċedura għandu jkun responsabbli għall-qadi ta’ l-obbligazzjonijiet li jinqalgħu mit-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċeduri ta’ ħażna temporanja jew ħażna doganali.

Artikolu 150

Dewmien ta’ proċedura tal-ħażna

1.   M’għandux ikun hemm limitu fuq it-tul ta’ żmien li l-merkanzija tista’ tibqa’ taħt proċedura ta’ ħażna.

2.   Madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jistabbilixxu limitu ta’ żmien li fih għandha tinħeles proċedura ta’ ħzin f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn faċilità ta’ ħażna hija operata mill-awtoritajiet doganali u disponibbli għall-użu minn kwalunkwe persuna għall-ħażna temporanja ta’ merkanzija taħt l-Artikolu 151;

(b)

f’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’mod partikolari fejn it-tip u n-natura tal-merkanzija jistgħu, fil-każ ta’ ħażna fuq perijdu twil, ikunu ta’ theddida għas-saħħa tal-bniedem, ta’ l-annimali jew tal-pjanti jew għall-ambjent.

3.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu l-każijiet msemmijin fil-paragrafu 2, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Taqsima 2

Ħżin temporanju

Artikolu 151

Tqegħid ta’ merkanzija fi ħażna temporanja

1.   Meta ma jkunx dikjarat mod ieħor għal proċedura doganali, il-merkanzija li mhix tal-Komunità li ġejja għandha titqies li hija dikjarata għall-proċedura ta’ ħażna temporanja mid-detentur tal-merkanzija fil-mument tal-preżentazzjoni tagħha lid-dwana:

(a)

il-merkanzija li tkun iddaħħlet fit-territorju doganali tal-Komunità, barra milli direttament f’żona libera;

(b)

il-merkanzija li tkun iddaħħlet minn żona libera f’parti oħra tat-territorju doganali tal-Komunità;

(ċ)

il-merkanzija li għaliha l-proċedura ta’ transitu estern intemmet.

Id-dikjarazzjoni doganali għandha tiġi kkunsidrata li saret u ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali fil-mument ta’ preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana.

2.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, jew dokument ta’ transitu li jissostitwiha, għandha tikkostitwixxi dikjarazzjoni għal proċedura ta’ ħażna temporanja.

3.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jeħtieġu lid-detentur tal-merkanzija jipprovdi garanzija bil-ħsieb li jiżguraw li jsir ħlas ta’ l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li jikkorrispondi għal kwalunkwe dejn tad-dwana jew ħlasijiet oħra, kif previst taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra fis-seħħ, li jistgħu jkunu magħmula.

4.   Fejn, għal kwalunkwe raġuni, il-merkanzija ma tistax titqiegħed jew ma tistax tinżamm aktar taħt proċedura ta’ ħażna temporanja, l-awtoritajiet doganali għandhom mingħajr dewmien jieħdu l-mizuri kollha meħtieġa biex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tal-merkanzija. L-Artikoli 125 sa 127 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5.   Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu.

Artikolu 152

Merkanzija mqiegħda f’ ħażna temporanja

1.   Merkanzija taħt il-proċedura ta’ ħażna temporanja għandha tiġi maħżuna biss f’postijiet awtorizzati għall-ħażna temporanja.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 91(2), merkanzija taħt il-proċedura ta’ ħażna temporanja għandha tkun soġġetta biss għal dawk il-forom ta’ maneġġjar kif huma maħsuba biex jiżguraw il-preservazzjoni tagħha fi stat mhux mittiefes mingħajr ma tkun modifikata d-dehra tagħha jew il-karatteristiċi tekniċi.

Taqsima 3

Imħażen doganali

Artikolu 153

Ħżin f’imħażen doganali

1.   Taħt il-proċedura ta’ ħażna fl-imħażen doganali, merkanzija mhux Komunitarja tista’ tiġi maħżuna f’bini jew fi kwalunkwe post ieħor awtorizzat għal dik il-proċedura permezz ta’ u taħt is-superviżjoni doganali, minn issa ‘l quddiem “imħażen doganali”.

2.   Imħażen doganali jistgħu jkunu disponibbli għall-użu minn kwalunkwe persuna għal ħażna ta’ merkanzija (imħazen doganali pubbliċi), jew għall-ħażna ta’ merkanzija mid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għall-ħzin fl-imħażen doganali (imħażen doganali privati).

3.   Merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ ħażna fl-imħażen doganali tista’ titneħħa temporanjament mill-imħazen doganali. Tali tneħħija għandha, barra f’każ ta’ force majeure, tkun awtorizzata bil-quddiem mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 154

Merkanzija komunitarja, attivitajiet ta’ użu aħħari u ta’ proċessar

1.   L-awtoritajiet doganali jistgħu, fejn jeżisti bżonn ekonomiku u mhux se tkun affettwata ħażin is-superviżjoni doganali, jawtorizzaw li jsir dan li ġej f’imħażen doganali:

(a)

ħażna tal-merkanzija Komunitarja;

(b)

proċessar tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ l-ipproċessar attiv jew ta’ l-użu aħħari, mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet provduti minn dawn il-proċeduri.

2.   Fil-kazijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-merkanzija m’għandhiex titqies li qiegħda taħt il-proċedura ta’ ħzin fl-imħazen doganali.

Taqsima 4

Żoni liberi

Artikolu 155

Nominazzjoni ta’ żoni liberi

1.   L-Istati Membri jistgħu jinnominaw partijiet mit-territorju doganali tal-Komunità bħala żoni liberi.

Għal kull żona libera l-Istat Membru għandu jiddetermina ż-żona koperta u jiddefenixxi l-punti tad-dħul u l-ħruġ.

2.   Iz-zoni liberi għandhom ikunu magħluqin minn kull naħa.

Il-perimetru u l-punti tad-dħul u l-ħruġ taż-żona taż-żoni liberi għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni doganali.

3.   Il-persuni, il-merkanzija u l-mezzi tat-trasport li jidħlu fi jew jitilqu minn żoni liberi jistgħu jkunu soġġetti għal kontrolli.

Artikolu 156

Bini u attivitajiet f’żoni liberi

1.   Il-kostruzzjoni ta’ kwalunkwe bini f’żona libera jeħtieġ approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet doganali.

2.   Skond il-leġiżlazzjoni doganali, għandha titħalla kwalunkwe attività industrijali, kummerċjali jew ta’ servizz f’żona libera. It-twettiq ta’ tali attivitajiet għandu jkun soġġett għal notifika, bil-quddiem, lill-awtoritajiet doganali.

3.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jimponu projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, skond in-natura tal-merkanzija kkonċernata, jew il-ħtiġiet ta’ superviżjoni doganali, jew il-ħtiġiet dwar sigurtà u sigurezza.

4.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jipprojbixxu persuni li ma jipprovdux il-garanziji meħtieġa ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet doganali milli jwettqu attività f’żona libera.

Artikolu 157

Preżentazzjoni ta’ merkanzija u t-tqegħid tagħhom taħt il-proċedura

1.   Il-merkanzija li tiddaħħal f’zona libera għandha tkun ippreżentata lid-dwana u tgħaddi mill-formalitajiet doganali preskritti f’dawn il-kazijiet li ġejjin:

(a)

meta tiddaħħal f’żona libera direttament minn barra t-territorju doganali tal-Komunità;

(b)

meta tiġi mqiegħda taħt proċedura doganali li ġiet mitmuma jew inħelset meta mqiegħda taħt il-proċedura ta’ żona libera;

(ċ)

meta titqiegħed taħt il-proċedura ta’ żona libera sabiex tkunu tista’ tibbenefika minn deċizjoni dwar ħlas lura jew tnaqqis fid-dazji ta’ l-importazzjoni;

(d)

fejn il-leġiżlazzjoni minbarra dik doganali tipprovdi għal tali formalitajiet.

2.   Il-merkanzija li tiddaħħal f’żona libera f’ċirkustanzi oħra barra dawk koperti b’paragrafu 1 m’għandhiex għalfejn tkun ippreżentati lid-dwana.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 158, merkanzija mdaħħla f’żona libera hija meqjusa li tqiegħdet taħt il-proċedura taż-żona libera:

(a)

fil-mument tad-dħul tagħha fiż-żona libera, sakemm ma tkunx diġà tqiegħdet taħt proċedura oħra doganali;

(b)

fil-mument meta proċedura ta’ transitu tintemm, sakem ma tkunx imqiegħda immedjatament taħt proċedura doganali sussegwenti.

Artikolu 158

Merkanzija komunitarja f’żoni liberi

1.   Merkanzija komunitarja tista’ tiddaħħal, tinħażen, tiġi mċaqalqa, użata, proċessata jew ikkonsmata f’żona libera. F’tali każijiet il-merkanzija m’għandhiex tkun meqjusa li qiegħda taħt il-proċedura ta’ żona libera.

2.   Fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, l-awtoritajiet doganali għandhom jiċċertifikaw l-istatus doganali tal-merkanzija Komunitarja tal-merkanzija li ġejja:

(a)

merkanzija komunitarja li tidħol f’żona libera;

(b)

merkanzija Komunitarja li għaddiet minn operazzjonijiet ta’ ipproċessar f’żona libera;

(ċ)

merkanzija li titħalla għal ċirkolazzjoni libera f’żona libera.

Artikolu 159

Merkanzija mhux komunitarja f’żoni liberi

1.   Il-merkanzija li mhux komunitarja, filwaqt li tibqa’ f’żona libera, tinħeles għaċ-ċirkolazzjoni libera jew titqiegħed taħt proċedura ta’ proċessar attiv, dħul temporanju jew proċeduri ta’ użu aħħari, taħt il-kondizzjonijiet mniżżla għal dawk il-proċeduri.

F’tali każijiet il-merkanzija m’għandhiex tkun meqjusa li qiegħda taħt il-proċedura ta’ żona libera.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-fornituri jew għall-ħażna ta’ provvisti, fejn il-proċedura kkonċernata hekk tipprovdi, paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu m’għandux jeskludi l-użu jew il-konsum ta’ merkanzija li r-rilaxx tagħha għal ċirkolazzjoni libera jew dħul temporanju ma jirrikjedix l-applikazzjoni ta’ dazji ta’ importazzjoni stabbiliti taħt linji ta’ politika komuni agrikoli jew kummerċjali.

Fil-każ ta’ tali użu jew konsum, m’għandha tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew għall-proċedura ta’ dħul temporanju.

Tali dikjarazzjoni għandha, madankollu, tkun meħtieġa jekk tali merkanzija hija soġġetta għal kwota jew limitu fuq it-tariffa.

Artikolu 160

Ħruġ ta’ merkanzija barra minn żona libera

Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni f’oqsma oħra minbarra d-dwana, merkanzija f’żona libera tista’ tkun esportata jew esportata mill-ġdid mit-territorju doganali tal-Komunità, jew tiddaħħal f’parti oħra tat-territorju doganali tal-Komunità.

L-Artikoli 91 sa 98 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-merkanzija mdaħħla f’partijiet oħra tat-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 161

Status Doganali

Fejn merkanzija tittieħed ‘il barra minn żona libera f’parti oħra tat-territorju doganali tal-Komunità jew imqiegħda taħt proċedura doganali, għandha titqies bħala merkanzija mhux Komunitarja sakemm l-istatus doganali tagħha bħala merkanzija Komunitarja ma ġiex ippruvat biċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 158(2) jew bi kwalunkwe status ieħor provdut fil-leġiżlazzjoni doganali Komunitarja.

Madankollu, għall-iskopijiet ta’ applikazzjoni ta’ dazji fuq l-esportazzjoni u liċenzji ta’ esportazzjoni jew miżuri ta’ kontroll ta’ l-esportazzjoni stabbiliti taħt il-linji ta’ politika komuni agrikoli jew kummerċjali, tali merkanzija għandha titqies bħala merkanzija Komunitarja, sakemm ma jiġix stabbilit li m’għandhiex status doganali ta’ merkanzija Komunitarja.

KAPITOLU 4

Użu speċifiku

Taqsima 1

Dħul temporanju

Artikolu 162

Il-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju, il-merkanzija li mhix Komunitarja intiża għall-esportazzjoni mill-ġdid tista’ użata fit-territorju doganali tal-Komunità, b’eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni u mingħajr ma tkun soġġetta għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

ħlasijiet oħrajn kif previst taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra fis-seħħ;

(b)

mizuri ta’ politika kummerċjali, sakemm dawn ma jipprojbixxux id-dħul jew ħruġ ta’ merkanzija fi jew mit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Il-proċedura ta’ dħul temporanju tista’ tintuza’ biss dejjem jekk jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merkanzija mhix maħsuba li tgħaddi minn xi bidliet, ħlief minn inżul fil-valur tagħha minħabba l-użu li jsir minnha;

(b)

ikun possibbli li jiġi żgurat li l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tista’ tiġi ddentifikata, ħlief meta, bil-ħsieb tan-natura tal-merkanzija jew ta’ l-użu intiż, in-nuqqas ta’ miżuri ta’ identifikazzjoni mhux soġġetta li tagħti lok għal kwlaunkwe abbuż tal-proċedura jew, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 142, fejn konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta’ merkanzija ekwivalenti tista’ tiġi verifikata;

(ċ)

id-detentur tal-proċedura huwa stabbilit barra mit-territorju doganali tal-Komunità, minbarra fejn previst mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali;

(d)

il-ħtiġiet għall-eżenzjoni totali jew parzjali mid-dazji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni doganali Komunitarja huma milħuqa.

Artikolu 163

Il-perijodu li matulu l-merkanzija tista’ tibqa’ taħt dħul temporanju

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw il-perijodu li fih il-merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ dħul temporanju għandha tiġi esportata mill-ġdid taħt proċedura doganali sussegwenti. Tali perijodu għandu jkun twil biżżejjed biex jintlaħaq l-għan ta’ użu awtorizzat.

2.   Il-perijodu massimu li matulu l-merkanzija tista’ tibqa’ taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju għall-istess skop u taħt ir-responsabbiltà ta’ l-istess detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jkun 24 xahar, anki meta l-proċedura nħelset bit-tqegħidt tal-merkanzija taħt proċedura oħra u sussegwentement mqiegħda taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju mill-ġdid.

3.   Fejn, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, l-użu awtorizzat ma jistax jintlaħaq fil-perijodi msemmija fil-paragrafu 1 u 2, l-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq it-talba debitament ġustifikata tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni, jestendu dawk il-perijodi għal tul ta’ żmien raġonevoli.

Artikolu 164

Sitwazzjonijiet koperti bid-dħul temporanju

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu l-każijiet li fihom, u l-kondizzjonijiet taħt liema, tista’ tintuża’ l-proċedura tad-dħul temporanju u tista’ tingħata eżenzjoni totali jew parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Fl-adozzjoni ta’ tali miżuri, għandu jittieħed kont ta’ ftehim internazzjonali u tan-natura u l-użu tal-merkanzija.

Artikolu 165

Ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni fil-każ ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali

1.   L-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni fir-rigward ta’ merkanzija taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni għandu jkun iffissat bħala 3 % ta’ l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li kellu jitħallas kieku dik il-merkanzija kellha tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera fid-data ta’ meta tpoġġiet taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju.

Dak l-ammont għandu jitħallas għal kull xahar jew frazzjoni minn xahar li matulu l-merkanzija tqiegħdet taħt dħul temporanju b’eżenzjoni parzjali mid-dazju fuq l-importazzjoni.

2.   L-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni m’għandux jeċċedi dak li kellu jitħallas kieku l-merkanzija kkonċernata ġiet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fid-data li tqiegħdet taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju.

Taqsima 2

Użu aħħari

Artikolu 166

Proċedura ta’ użu aħħari

1.   Taħt il-proċedura ta’ użu aħħari, il-merkanżija tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera taħt eżenzjoni jew mid-dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju minħabba l-użu speċifiku tagħha. Hija għandha tibqa’ taħt is-superviżjoni doganali.

2.   Is-superviżjoni doganali taħt il-proċedura ta’ l-użu aħħari għandha tintemm f’dawn il-każijiet:

(a)

meta l-merkanzija ntużat għall-iskopijiet stabbiliti għall-applikazzjoni ta’ l-eżenzjoni mid-dazju jew rata mnaqqsa ta’ dazju;

(b)

meta l-merkanzija tkun esportata, meqruda jew abbandunata għall-Istat;

(ċ)

meta l-merkanzija ntużat għal skopijiet oħra barra dawk stabbiliti għall-applikazzjoni ta’ l-ezenzjoni mid-dazju jew rata ta’ dazju mnaqqsa u d-dazji fuq l-importazzjoni applikabbli ġew imħallsa.

3.   Fejn rata ta’ rendiment hija meħtieġa, l-Artikolu 167 għandu japplika mutatis mutandis għall-proċedura ta’ użu aħħari.

KAPITOLU 5

Ipproċessar

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 167

Rata ta’ rendiment

Ħlief meta tkun speċifikata rata ta’ rendiment fil-leġiżlazzjoni Komunitarja li tirregola oqsma speċifiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu jew r-rata ta’ rendiment jew ir-rata medja ta’ l-operazzjoni ta’ pproċessar jew fejn hu xieraq, il-metodu biex tkun determinata tali rata.

Ir-rata ta’ rendiment jew rata medja ta’ rendiment għandha tkun determinata abbażi taċ-ċirkustanzi attwali li fihom jitwettqu operazzjonijiet ta’ ipproċessar, jew li fihom iridu jiġu mwettqa. Dik ir-rata tista’ tiġi aġġustata, fejn xieraq, skond l-Artikoli 18 u 19.

Taqsima 2

Proċessar attiv

Artikolu 168

Il-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 142, taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv merkanzija mhux Komunitarja tista’ tintuża fit-territorju doganali tal-Komunità f’waħda jew aktar operazzjoni ta’ proċessar mingħajr tali merkanzija ma tkun soġġetta għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

dazji fuq l-importazzjoni;

(b)

ħlasijiet oħrajn kif previst taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra fis-seħħ;

(ċ)

mizuri ta’ politika kummerċjali, sakemm dawn ma jipprojbixxux id-dħul jew ħruġ ta’ merkanzija fi jew mit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Il-proċedura ta’ proċessar attiv tista’ tintuza’ biss f’każijiet oħra barra t-tiswija u l-qerda meta, mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ aċċessorji tal-produzzjoni, il-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tista’ tkun identifikata fil-prodotti pproċessati.

Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 142, il-proċedura tista’ tintuża’ meta tkun tista’ tiġi vverifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta’ merkanzija ekwivalenti.

3.   Barra mill-paragrafi 1 u 2, il-proċedura ta’ proċessar attiv tista’ tintuża għal din il-merkanzija li ġejja:

(a)

merkanzija maħsuba li tgħaddi minn operazzjonijiet biex tiġi żgurata l-konformità ma’ ħtiġijiet tekniċi għar-rilaxx tagħha għaċ-ċirkolazzjoni libera;

(b)

merkanzija li għandha tgħaddi mill-forom użwali ta’ maneġġjar skond l-Artikolu 141.

Artikolu 169

Perijodu biex jinħelsu

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-perijodu li fih il-proċedura ta’ proċessar attiv għandha tinħeles, skond l-Artikolu 138.

Dak il-perijodu għandu jibda mid-data meta l-merkanzija mhux Komunitarja titqiegħed taħt il-proċedura u għandu jieħu kont taż-żmien meħtieġ biex jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ proċessar u tinħeles il-proċedura.

2.   L-awtoritajiet dogananli jistgħu jagħtu estensjoni, ta’ tul ta’ żmien raġonevoli, tal-perijodu speċifikat skond il-paragrafu 1, fuq sottomissjoni ta’ talba debitament ġustifikata mid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni.

L-awtorizzazzjoni tista’ tispeċifika li perijodu li jibda waqt xahar kalendarju, tliet xhur jew semestru għandha tintemm fl-aħħar ġurnata tax-xahar, tliet xhur jew semestru sussegwenti rispettivament.

3.   F’każijiet ta’ esportazzjoni minn qabel skond punt (b) ta’ Artikolu 142(2), l-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-perijodu li fih il-merkanzija mhux Komunitarja għandha tkun iddikjarata għall-proċedura. Dak il-perijodu għandu jibda minn meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni doganali relatata mal-prodotti proċessati miksuba mill-merkanzija ekwivalenti korrispondenti.

Artikolu 170

Esportazzjoni mill-ġdid temporanja għal aktar proċessar

Soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali, xi uħud jew il-merkanzija kollha mqiegħda taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv, jew il-prodotti proċessati, jistgħu jiġu temporanjament esportati mill-ġdid bl-iskop ta’ aktar proċessar barra t-territorju doganali Komunitarju, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti għall-proċedura ta’ l-ipproċessar passiv.

Taqsima 3

Proċessar passiv

Artikolu 171

Il-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Taħt il-proċedura ta’ proċessar passiv il-merkanzija Komunitarja tista’ tiġi temporanjament esportata mit-territorju doganali tal-Komunità sabiex tgħaddi mill-operazzjonijiet ta’ proċessar. Il-prodotti proċessati li jirriżultaw minn din il-merkanzija jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera b’eżensjoni sħiħa jew parzjal mid-dazji ta’ importazzjoni fuq it-talba tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jew kwalunkwe persuna oħra stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità sakemm li dik il-persuna kisbet il-kunsens tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni u l-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni huma sodisfatti.

2.   L-ipproċessar passiv m’għandux jitħalla għal din il-merkanzija Komunitarja li ġejja:

(a)

merkanzija li l-esportazzjoni tagħha twassal għall-ħlas lura jew tnaqqis fid-dazji fuq l-importazzjoni;

(b)

merkanzija li, qabel ma ġiet esportata, ġiet rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera taħt eżenzjoni mid-dazju jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju permezz ta’ l-użu aħħari tagħha, sakemm ma jintlaħqux l-iskopijiet ta’ dak l-użu aħħari, sakemm dik il-merkanzija m’għandhiex tgħaddi minn operazzjonijiet ta’ tiswija;

(ċ)

merkanzija li l-esportazzjoni tagħha twassal għall-għoti ta’ rimborż fuq l-esportazzjoni;

(d)

merkanzija li fir-rigward tagħha jingħata vantaġġ finanzjarju barra r-rimborżi msemmija fil-punt (ċ) taħt il-politika agrikola komuni permezz ta’ l-esportazzjoni ta’ dik il-merkanzija.

3.   F’każijiet mhux koperti b’Artikoli 172 u 173 u fejn huma involuti dazji ad valorem, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni għandu jkun ikkalkulat abbażi ta’ l-ispiża ta’ l-operazzjoni ta’ proċessar meħuda barra t-territorju doganali Komunitarju.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu r-regoli għal tali kalkolazzjoni u r-regoli fejn dazji speċifiċi huma involuti għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

4.   L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-perijodu li fih il-merkanzija li hija temporanjament esportata għandha tiġi importata mill-ġdid fit-territorju doganali Komunitarju fil-forma ta’ prodotti proċessati, u mqiegħda taħt rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, sabiex tkun tista’ tgawdi minn eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni. Huma jistgħu, jestendu dak il-perijodu, għal tul ta’ żmien raġonevoli, fuq sottomissjoni ta’ talba debitament sostanzjata mid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 172

Merkanzija msewwija bla ħlas

1.   Meta jiġi stabbilit għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet doganali li l-merkanzija ġiet imsewwija bla ħlas, jew minħabba obbligu kuntrattwali jew tal-liġi li joħroġ minn garanzija jew minħabba xi difett ta’ manifattura jew materjal, hija għandha tkun eliġibbli għal eżenzjoni sħiħa mid-dazji fuq l-importazzjoni.

2.   Il-Paragrafu 1 m’għandux japplika meta kont ġie meħud tad-difett ta’ manifattura jew ta’ materjal fil-ħin meta l-merkanzija kkonċernata ġiet rilaxxata l-ewwel għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 173

Sistema standard ta’ skambju

1.   Taħt is-sistema standard ta’ skambju prodott impurtat, minn issa ‘l quddiem magħruf bħala prodott li jieħu post ieħor, jista', skond il-paragrafi 2 sa 5, jieħu post prodott proċessat.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw li tintuża’ s-sistema standard ta’ skambju fejn l-operazzjoni ta’ proċessar tinvolvi t-tiswija ta’ merkanzija Komunitarja difettuża barra minn dik li hija soġġetta għall-miżuri tal-politika agrikola komuni jew l-arranġamenti speċifiċi applikabbli għal ċertu merkanzija li tirriżulta mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli.

3.   Il-prodotti li jieħdu post oħrajn għandu jkollhom l-istess kodiċi bi tmien numri tan-Nomenklatura Magħquda, l-istess kwalità kummerċjali u l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-merkanzija difettuża li kieku din ta’ l-aħħar kellha tissewwa.

4.   Fejn il-merkanazija difettuża ntużat qabel l-esportazzjoni, il-prodotti li jieħdu posthom x’aktarx li ntużaw ukoll.

L-awtoritajiet doganali għandhom, madankollu, ineħħu l-ħtieġa stabbilita fl-ewwel subparagrafu jekk il-prodott li jieħu post ieħor ġie fornut bla ħlas, jew minħabba xi obbligu kuntrattwali jew bil-liġi li joħroġ mill-garanzija jew minħabba xi difett materjali jew fil-manifattura.

5.   Id-dispożizzjonijiet li kieku japplikaw għall-prodotti pproċessati għandhom japplikaw għall-prodotti li jieħdu post oħrajn.

Artikolu 174

Importazzjoni minn qabel ta’ prodotti sostituti

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom, taħt il-kondizzjonijiet li jistabbilixxu huma, u fuq it-talba tal-persuna kkonċernata, jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti sostituti qabel il-merkanzija difettuża tiġi esportata.

Fil-każ ta’ tali importazzjoni minn qabel ta’ prodott sostitut, għandha tingħata garanzija li tkopri l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni li jkollu jitħallas kieku l-merkanzija difettuża ma tiġix esportata skond il-paragrafu 2.

2.   Il-merkanzija difettuża għandha tiġi esportata fi żmien xahrejn mid-data li tiġi aċċettata mill-awtoritajiet doganali d-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ prodotti sostituti.

3.   Fejn, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-merkanzija difettuża ma tistax tiġi esportata fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq it-talba debitament ġustifikata tal-persuna kkonċernata, jestendu dak il-perijodu għal tul ta’ żmien raġonevoli.

TITOLU VIII

TLUQ TA’ MERKANZIJA MIT-TERRITORJU DOGANALI TAL-KOMUNITÀ

KAPITOLU 1

Merkanzija li titlaq mit-territorju doganali

Artikolu 175

Obbligu li ssir dikjarazzjoni qabel it-tluq

1.   Il-merkanzija destinata li tħalli t-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun koperta b’dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq jew magħmula disponibbli fl-uffiċċju doganali kompetenti qabel il-merkanzija titneħħa mit-territorju doganali tal-Komunità.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal dik il-merkanzija li tinġarr fuq mezzi ta’ trasport li jgħaddu biss mill-ilmijiet territorjali jew mill-ispazju ta’ l-ajru tat-territorju doganali tal-Komunità mingħajr waqfa f’dak it-territorju.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq għandha tieħu l-forma ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

fejn merkanzija tielqa mit-territorju doganali tal-Komunità hija mqiegħda taħt proċedura doganali u għall-iskop tagħha dikjarazzjoni doganali hija meħtieġa, id-dikjarazzjoni doganali xierqa;

(b)

notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 179;

(ċ)

fejn la dikjarazzjoni doganali lanqas notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid huma meħtieġa, id-dikjarazzjoni fil-qosor ta’ ħruġ msemmija fl-Artikolu 180.

3.   Id-dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq għandu jkun fiha ta’ l-anqas id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor ta’ ħruġ.

Artikolu 176

Miżuri li jistabbilixxu ċerti dettalji

1.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jikkonċernaw dan li ġej:

(a)

il-każijiet li fihom, u l-kondizzjonijiet li taħthom, merkanzija tielqa mit-territorju doganali tal-Komunità ma tkunx soġġetta għal dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq;

(b)

il-kondizzjonijiet li taħthom il-ħtieġa għal dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq tista’ titneħħa jew tiġi adattata;

(ċ)

it-terminu perentorju sa meta d-dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq għandha ssir jew tkun disponibbli qabel ma l-merkanzija titneħħa mit-territorju doganali tal-Komunità;

(d)

kwalunkwe eċċezzjoni minn u varjazzjonij għat-terminu perentorju msemmi fil-punt (ċ);

(e)

id-determinazzjoni ta’ l-uffiċċju doganali kompetenti fejn għandha ssir jew tkun disponibbli d-dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq u fejn għandhom isiru l-analiżi tar-riskju u l-kontrolli tal-ħruġ dwar riskju fuq l-esportazzjoni.

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

2.   Meta jiġu adottati dawk il-mizuri, għandhu jittieħed kont ta’ dan li ġej:

(a)

ċirkustanzi speċjali;

(b)

l-applikazzjoni ta’ dawn il-mizuri fuq ċerti tipi ta’ ċaqliq ta’ merkanzija, mezzi ta’ trasport jew operaturi ekonomiċi;

(ċ)

ftehim internazzjonali li jipprovdi arranġamenti speċjali dwar is-sigurtà.

Artikolu 177

Superviżjoni doganali u formalitajiet tal-ħruġ

1.   Il-merkanzija li titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun soġġetta għal superviżjoni doganali u tista’ tkun soġġetta għall-kontrolli doganali. Fejn xieraq, l-awtoritajiet doganali jistgħu, skond il-miżuri adottati taħt il-paragrafu 5, jiddeterminaw ir-rotta li għandha tintuża, u l-limitu ta’ żmien li għandu jiġi rispettat meta l-merkanzija għandha titlaq it-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Il-merkanzija destinata biex titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun ippreżentata lid-dwana fl-uffiċċju doganali kompetenti għall-post fejn il-merkanzija titlaq it-territorju doganali tal-Komunità u għandha tkun soġġetta għall-applikazzjoni ta’ formalitajiet tal-ħruġ, li għandhom, kif xieraq, jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

il-ħlas lura jew it-tnaqqis fid-dazji ta’ l-importazzjoni jew il-ħlas ta’ rimborżi fuq l-esportazzjoni;

(b)

il-ġbir ta’ dazji fuq l-esportazzjoni;

(ċ)

il-formalitajiet meħtieġa taħt dispożizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward ta’ ħlasijiet oħra;

(d)

l-applikazzjoni ta’ projbizzjonijiet u restrizzjonijiet, inklużi dawk kontra l-prekursuri tad-drogi, il-merkanzija li tikser ċerti drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-flus kontanti li ħerġin mill-Komunità, ġustifikati fuq raġunijet ta’, inter alia, moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika, il-protezzjoni ta saħħet u ħajjet il-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti, il-protezzjoni ta l-ambjent, il-protezzjoni ta’ wirt nazzjonali li għandu valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku u l-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali jew kummerċjali, kif ukoll l-implimentazzjoni ta konservazzjoni tas-sajd u miżuri ta ġestjoni u ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali.

3.   Il-merkanzija li titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità għandha tiġi ppreżentata lid-dwana minn wieħed mill-persuni li ġejjin:

(a)

il-persuna li esportat il-merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità;

(b)

il-persuna li f’isimha jew f’isem min taġixxi l-persuna li esportat il-merkanzija minn dak it-territorju;

(ċ)

il-persuna li assumiet ir-responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija qabel l-esportazzjoni tagħha mit-territorju doganali tal-Komunità.

4.   Rilaxx għall-ħruġ għandu jingħata b’kondizzjoni li l-merkanzija kkonċernata titlaq it-territorju doganali tal-Komunità fl-istess kondizzjoni bħal meta ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq.

5.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, 2 u 3 ta’ dan l-artikolu.

KAPITOLU 2

Esportazzjoni u esportazzjoni mill-ġdid

Artikolu 178

Merkanzija Komunitarja

1.   Il-merkanzija Komunitarja destinata biex titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità għandha titqiegħed taħt il-proċedura ta’ l-esportazzjoni.

2.   Paragrafu 1 m’għandux japplika għal din il-merkanzija li ġejja:

(a)

merkanzija li titqiegħed taħt proċedura ta’ l-użu aħħari jew ta’ proċessar passiv;

(b)

merkanzija li trid tgħaddi mill-proċedura ta’ tranżitu intern jew titlaq temporanjament mit-territorju doganali tal-Komunità, skond Artikolu 103.

3.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri li jistabbilixxu l-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni applikabbli għall-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ l-esportazzjoni, taħt il-proċedura ta’ l-użu aħħari jew il-proċedura ta’ l-ipproċessar passiv.

Artikolu 179

Merkanzija mhux Komunitarja

1.   Il-merkanzija li mhux Komunitarja destinata biex titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun soġġetta għal notifika dwar l-esportazzjoni mill-ġdid li għandha ssir fl-uffiċċju doganali kompetenti u skond il-formalitajiet tal-ħruġ.

2.   L-Artikoli 104 sa 124 għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-notifika dwar l-esportazzjoni mill-ġdid.

3.   Paragrafu 1 m’għandux japplika għal din il-merkanzija li ġejja:

(a)

merkanzija li tgħaddi mill-proċedura ta’ tranżitu estern u li tgħaddi biss mit-territorju doganali tal-Komunità;

(b)

merkanzija trasbordata fi, jew esportata mill-ġdid direttament minn, żona libera;

(ċ)

merkanzija taħt il-proċedura ta’ ħażna temporanja li hi esportata mill-ġdid direttament minn faċilità ta’ ħażna temporanja awtorizzat.

Artikolu 180

Dikjarazzjoni fil-qosor dwar il-ħruġ

1.   Fejn merkanzija hi destinata li titlaq mit-territorju doganali tal-Komunità u ma tkunx meħtieġa dikjarazzjoni doganali jew notifika dwar l-esportazzjoni mill-ġdid, għandha ssir dikjarazzjoni fil-qosor dwar il-ħruġ fl-uffiċċju doganali kompetenti, skond l-Artikolu 175.

2.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor fuq il-ħruġ għandha ssir permezz ta’ teknika ta’ proċessar ta’ data elettronika. L-informazzjoni kummerċjali, dwar il-port jew it-trasport tista’ tintuża’, dejjem jekk ikun fiha d-dettalji meħtieġa għal dikjarazzjoni fil-qosor dwar il-ħruġ.

3.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet sommarji fuq l-importazzjoni fuq karta, dejjem jekk jużaw l-istess livell ta’ maniġġjar ta’ riskju bħal dak applikat għad-dikjarazzjonijiet sommarji ta ħruġ magħmula bl-użu ta’ teknika ta’ proċessar ta’ data elettronika u li jkunu jistgħu jintlaħqu l-ħtiġijiet marbuta ma’ l-iskambju ta’ tali data ma’ uffiċċji doganali oħra.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw, minflok il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, il-preżentazzjoni ta’ notifika u l-aċċess għad-data tad-dikjarazzjoni fil-qosor fis-sistema tal-kompjuter ta’ l-operatur ekonomiku.

4.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandha tiġi ppreżentata minn wieħed minn dawn il-persuni li ġejjin:

(a)

il-persuna li ġġib il-merkanzija, jew li tassumi responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija, barra mit-territorju doganali tal-Komunità;

(b)

l-esportatur jew il-konsenjatur jew xi persuna oħra li f’ismu jew għan-nom tiegħu qed jaġixxu l-persuni msemmija f’punt (a);

(ċ)

kwalunkwe persuna li hi kapaċi tippreżenta l-merkanzija in kwistjoni jew li tara li jiġu preżentati lill-awtorità doganali kompetenti.

Artikolu 181

Emenda tad-dikjarazzjoni fil-qosor dwar il-ħruġ

Fuq talba tiegħu, id-dikjarant għandu jitħalla jemenda waħda jew aktar mid-dettalji ta’ dik id-dikjarazzjoni tal-ħruġ fil-qosor wara li tkun ġiet ippreżentata.

Madankollu, l-ebda emenda ma hi possibbli wara kwalunkwe minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet doganali infurmaw lill-persuna li ppreżentat id-dikjarazzjoni fil-qosor li għandhom l-intenzjoni li jeżaminaw il-merkanzija;

(b)

l-awtoritajiet doganali stabbilixxew li d-dettalji in kwistjoni mhumiex korretti;

(ċ)

l-awtoritajiet doganali diġa’ ħallew it-tneħħija tal-merkanzija.

Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu eċċezzjonijiet għall-punt (ċ) tat-tieni subparagrafu ta’ dan l-artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

KAPITOLU 3

Eżenzjoni mid-dazji fuq l-esportazzjoni

Artikolu 182

Esportazzjoni temporanja

1.   Mingħajr preġiduzzju għall-Artikolu 171 merkanzija Komunitarja tista’ tkun temporanjament esportata mit-territorju doganali tal-Komunità u tibbenefika minn eżenzjoni fuq id-dazju, soġġetta għal importazzjoni mill-ġdid.

2.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu.

TITOLU IX

KUMITAT DWAR IL-KODIĊI DOGANALI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU 1

Kumitat dwar il-kodiċi doganali

Artikolu 183

Aktar miżuri implimentattivi

1.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 184(2), tadotta regoli għall-interoperabbiltà tas-sistemi doganali elettroniċi ta’ l-Istati Membri kif ukoll għall-komponenti rilevanti Komunitarji biex iwasslu għall-kooperazzjoni mtejba bbażata fuq skambju ta’ data elettronika bejn awtoritajiet doganali, bejn awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni u bejn awtoritajiet doganali u operaturi ekonomiċi.

2.   Il-miżuri mfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, li jistabbilixxu dan li ġej:

(a)

il-kondizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni tista’ toħroġ deċiżjonijiet fejn titlob lill-Istati Membri jirrevokaw jew jemendaw deċiżjoni — minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 20(8)(ċ), maħruġin fil-qafas tal-leġiżlazzjoni doganali li tiddevja minn deċiżjonijiet komparabbli ta’ awtoritajiet kompetenti oħrajn u b’hekk tikkomprometti l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali;

(b)

kwalunkwe miżura implimentattiva oħra, fejn meħtieġa, inkluż fejn il-Komunità aċċettat l-impenji u l-obbligi rigward ftehim internazzjonali li jeħtieġu l-adattament tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi;

(ċ)

aktar każijiet u kondizzjonijiet li taħthom l-applikazzjoni tal-Kodiċi tista’ tkun simplifikata,

għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 184(4).

Artikolu 184

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali, minn issa ‘l quddiem magħruf bħala “il-Kumitat”.

2.   Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 5 (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 4 (3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

4.   Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 185

Aktar materji

Il-Kumitat jista’ jeżamina kwalunkwe mistoqsija li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni doganali li titqajjem mill-president, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru, u li tikkonċerna, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe problemi li jinqalgħu mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali;

(b)

kwalunkwe pożizzjoni li trid tittieħed mill-Komunità fil-kumitati, gruppi ta’ Ħidma u panels introdotti permezz jew taħt ftehim internazzjonali li jittratta l-leġiżlazzjoni doganali

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 186

Tħassir

Regolamenti (KEE) Nru 3925/91, (KEE) Nru 2913/92 u (KE) Nru 1207/2001 huma hawnhekk revokati.

Ir-referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabelli ta’ korrelazzjoni mniżżla fl-Anness.

Artikolu 187

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 188

Applikazzjoni

1.   Artikolu 1(3) subparagrafu 2, Artikolu 5(1) subparagrafu 2, Artikolu 5(2) subparagrafu 109, Artikolu 10(2), Artikolu 11(3), Artikolu 12(2) subparagrafu 2, Artikolu 15, Artikolu 16(5), Artikolu 18(4), Artikolu 19(5), Artikolu 20(7), Artikolu 20(8), Artikolu 20(9), Artikolu 24(3) subparagrafu 2, Artikolu 25(3), Artikolu 28(3), Artikolu 30(2), Artikolu 31(3), Artikolu 33(5), Artikolu 38, Artikolu 39(3), […] Artikolu 39(6), Artikolu 43, Artikolu 54, Artikolu 55(2) subparagrafu 2, Artikolu 56(9), Artikolu 57(3), Artikolu 58(2), Artikolu 59(1) subparagrafu 2, Artikolu 62(3), Artikolu 63(3), Artikolu 65(3), Artikolu 67(1) subparagrafu 3, Artikolu 71, Artikolu 72(3), Artikolu 76, Artikolu 77(3), Artikolu 78(1) subparagrafu 2, Artikolu 78(5), Artikolu 85, Artikolu 86(7), Artikolu 87(3), Artikolu 88(4) subparagrafu 2, Artikolu 89(2), Artikolu 93(2), Artikolu 101(2), Artikolu 103, Artikolu 105(2), Artikolu 106(4), Artikolu 107(3), Artikolu 108(1) subparagrafu 2, Artikolu 109(4), Artikolu 109(2), Artikolu 110(3), Artikolu 110(1) subparagrafu 3, Artikolu 111(3), Artikolu 112(4), Artikolu 113(3), Artikolu 114(2) subparagrafu 2, Artikolu 115(2), Artikolu 116(2), Artikolu 119(3), Artikolu 122, Artikolu 124(2), Artikolu 128, Artikolu 134, Artikolu 136(2), Artikolu 136(3) subparagrafu 2, Artikolu 136(4) subparagrafu 4, Artikolu 137(2), Artikolu 140(2), Artikolu 142(1) subparagrafu 4, Artikolu 142(2) subparagrafu 2, Artikolu 142(3) subparagrafu 2, Artikolu 143, Artikolu 144(2), Artikolu 145(3) subparagrafu 2, Artikolu 148(2) subparagrafu 2, Artikolu 150(3), Artikolu 151(5), Artikolu 164, Artikolu 171(3) subparagrafu 2, Artikolu 176(1), Artikolu 177(5), Artikolu 178(3), Artikolu 181(3), Artikolu 182(2), Artikolu 183(1) u Artikolu 183(2) għandhom ikunu applikabbli mill-24 ta' Ġunju 2008.

2.   Id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu applikabbli ladarba d-dispożizzjonijiet implimentattivi abbażi ta’ l-artikoli msemmijin fil-paragrafu 1 huma applikabbli. Id-dispożizzjonijiet implimentattivi għandhom jidħlu fis-seħħ mhux qabel mill-24 ta' Ġunju 2009.

Minkejja d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet implimentattivi, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament imsemmi f’dan il-paragrafu għandhom ikunu applikabbli mhux aktar tard mill-24 ta' Ġunju 2013.

3.   L-Artikolu 30(1) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 23 ta' April 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 309, 16.12.2006, p. 22.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2006, Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2007 (ĠU C 298 E, 11.12.2007, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2008.

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 86, 3.4.2003, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/485/KE (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 113).

(5)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/8/KE (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 11).

(6)  ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(8)  ĠU L 374, 31.12.1991, p. 4. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(9)  ĠU L 165, 21.6.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 75/2008 (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 1).

(10)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

(11)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 275/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 3).

(12)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 274/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 1).

(13)  ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.


ANNESS

TABELLI TA’ KORRELAZZJONI

1.   Regolament (KEE) Nru 2913/92

Regolament (KEE) Nru 2913/92

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 4

Artikolu 2

Artikolu 1

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 4, minn punt (4a) sa (4d)

Artikolu 5

Artikoli 11 u 12

Artikolu 5a

Artikoli 13, 14 u 15

Artikolu 6

Artikolu 16

Artikolu 7

Artikolu 16

Artikolu 8

Artikolu 18

Artikolu 9

Artikolu 19

Artikolu 10

Artikolu 16

Artikolu 11

Artikoli 8 u 30

Artikolu 12

Artikolu 20

Artikolu 13

Artikoli 25 u 26

Artikolu 14

Artikolu 9

Artikolu 15

Artikolu 6

Artikolu 16

Artikolu 29

Artikolu 17

Artikolu 32

Artikolu 18

Artikolu 31

Artikolu 19

Artikoli 116 u 183

Artikolu 20

Artikoli 33 u 34

Artikolu 21

Artikolu 33

Artikolu 22

Artikolu 35

Artikolu 23

Artikolu 36

Artikolu 24

Artikolu 36

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 37

Artikolu 27

Artikolu 39

Artikolu 28

Artikolu 40

Artikolu 29

Artikolu 41

Artikolu 30

Artikolu 42

Artikolu 31

Artikolu 42

Artikolu 32

Artikolu 43

Artikolu 33

Artikolu 43

Artikolu 34

Artikolu 43

Artikolu 35

Artikolu 31

Artikolu 36

Artikolu 41

Artikolu 36a

Artikolu 87

Artikolu 36b

Artikoli 5, 88 u 89

Artikolu 36c

Artikolu 90

Artikolu 37

Artikolu 91

Artikolu 38

Artikoli 92 u 93

Artikolu 39

Artikolu 94

Artikolu 40

Artikolu 95

Artikolu 41

Artikolu 95

Artikolu 42

Artikolu 91

Artikolu 43

Artikolu 44

Artikolu 45

Artikolu 46

Artikolu 96

Artikolu 47

Artikolu 96

Artikolu 48

Artikolu 97

Artikolu 49

Artikolu 50

Artikoli 98 u 151

Artikolu 51

Artikoli 151 u 152

Artikolu 52

Artikolu 152

Artikolu 53

Artikolu 151

Artikolu 54

Artikolu 99

Artikolu 55

Artikolu 100

Artikolu 56

Artikolu 125

Artikolu 57

Artikolu 126

Artikolu 58

Artikoli 91 u 97

Artikolu 59

Artikolu 104

Artikolu 60

Artikolu 105

Artikolu 61

Artikolu 107

Artikolu 62

Artikolu 108

Artikolu 63

Artikolu 112

Artikolu 64

Artikolu 111

Artikolu 65

Artikolu 113

Artikolu 66

Artikolu 114

Artikolu 67

Artikolu 112

Artikolu 68

Artikolu 117

Artikolu 69

Artikolu 118

Artikolu 70

Artikolu 119

Artikolu 71

Artikolu 120

Artikolu 72

Artikolu 121

Artikolu 73

Artikolu 123

Artikolu 74

Artikolu 124

Artikolu 75

Artikolu 126

Artikolu 76

Artikoli 108, 109, 110 u 112

Artikolu 77

Artikoli 107 u 108

Artikolu 78

Artikolu 27

Artikolu 79

Artikolu 129

Artikolu 80

Artikolu 81

Artikolu 115

Artikolu 82

Artikolu 166

Artikolu 83

Artikolu 102

Artikolu 84

Artikolu 135

Artikolu 85

Artikolu 136

Artikolu 86

Artikolu 136

Artikolu 87

Artikolu 136

Artikolu 87a

Artikolu 88

Artikolu 136

Artikolu 89

Artikolu 138

Artikolu 90

Artikolu 139

Artikolu 91

Artikoli 140 u 144

Artikolu 92

Artikolu 146

Artikolu 93

Artikolu 147

Artikolu 94

Artikoli 62, 63, 136 u 146

Artikolu 95

Artikoli 136 u 146

Artikolu 96

Artikolu 146

Artikolu 97

Artikolu 143

Artikolu 98

Artikoli 143, 148 u 153

Artikolu 99

Artikolu 153

Artikolu 100

Artikolu 136

Artikolu 101

Artikolu 149

Artikolu 102

Artikolu 149

Artikolu 103

Artikolu 104

Artikolu 136

Artikolu 105

Artikolu 137

Artikolu 106

Artikoli 137 u 154

Artikolu 107

Artikolu 137

Artikolu 108

Artikolu 150

Artikolu 109

Artikoli 141 u 143

Artikolu 110

Artikolu 153

Artikolu 111

Artikolu 140

Artikolu 112

Artikolu 53

Artikolu 113

Artikolu 114

Artikoli 142 u 168

Artikolu 115

Artikoli 142 u 143

Artikolu 116

Artikolu 136

Artikolu 117

Artikolu 136

Artikolu 118

Artikolu 169

Artikolu 119

Artikolu 167

Artikolu 120

Artikolu 143

Artikolu 121

Artikoli 52 u 53

Artikolu 122

Artikoli 52 u 53

Artikolu 123

Artikolu 170

Artikolu 124

Artikolu 125

Artikolu 126

Artikolu 127

Artikolu 128

Artikolu 129

Artikolu 130

Artikolu 168

Artikolu 131

Artikolu 143

Artikolu 132

Artikolu 136

Artikolu 133

Artikolu 136

Artikolu 134

Artikolu 135

Artikolu 53

Artikolu 136

Artikolu 53

Artikolu 137

Artikolu 162

Artikolu 138

Artikolu 136

Artikolu 139

Artikolu 162

Artikolu 140

Artikolu 163

Artikolu 141

Artikolu 164

Artikolu 142

Artikoli 143 u 164

Artikolu 143

Artikoli 47 u 165

Artikolu 144

Artikoli 47, 52 u 53

Artikolu 145

Artikoli 48 u 171

Artikolu 146

Artikoli 143 u 171

Artikolu 147

Artikolu 136

Artikolu 148

Artikolu 136

Artikolu 149

Artikolu 171

Artikolu 150

Artikolu 171

Artikolu 151

Artikolu 171

Artikolu 152

Artikolu 172

Artikolu 153

Artikolu 171

Artikolu 154

Artikoli 173 u 174

Artikolu 155

Artikolu 173

Artikolu 156

Artikolu 173

Artikolu 157

Artikolu 174

Artikolu 158

Artikolu 159

Artikolu 160

Artikolu 161

Artikoli 176, 177 u 178

Artikolu 162

Artikolu 177

Artikolu 163

Artikolu 145

Artikolu 164

Artikoli 103 u 145

Artikolu 165

Artikolu 143

Artikolu 166

Artikolu 148

Artikolu 167

Artikoli 155 u 156

Artikolu 168

Artikolu 155

Artikolu 168a

Artikolu 169

Artikoli 157 u 158

Artikolu 170

Artikoli 157 u 158

Artikolu 171

Artikolu 150

Artikolu 172

Artikolu 156

Artikolu 173

Artikoli 141 u 159

Artikolu 174

Artikolu 175

Artikolu 159

Artikolu 176

Artikolu 137

Artikolu 177

Artikolu 160

Artikolu 178

Artikolu 53

Artikolu 179

Artikolu 180

Artikolu 161

Artikolu 181

Artikolu 160

Artikolu 182

Artikoli 127, 168 u 179

Artikolu 182a

Artikolu 175

Artikolu 182b

Artikolu 176

Artikolu 182c

Artikoli 176, 179 u 180

Artikolu 182d

Artikoli 5, 180 u 181

Artikolu 183

Artikolu 177

Artikolu 184

Artikolu 185

Artikoli 130 u 131

Artikolu 186

Artikolu 130

Artikolu 187

Artikolu 132

Artikolu 188

Artikolu 133

Artikolu 189

Artikolu 56

Artikolu 190

Artikolu 58

Artikolu 191

Artikolu 56

Artikolu 192

Artikoli 57 u 58

Artikolu 193

Artikolu 59

Artikolu 194

Artikolu 59

Artikolu 195

Artikolu 61

Artikolu 196

Artikolu 60

Artikolu 197

Artikolu 59

Artikolu 198

Artikolu 64

Artikolu 199

Artikolu 65

Artikolu 200

Artikolu 201

Artikolu 44

Artikolu 202

Artikolu 46

Artikolu 203

Artikolu 46

Artikolu 204

Artikoli 46 u 86

Artikolu 205

Artikolu 46

Artikolu 206

Artikoli 46 u 86

Artikolu 207

Artikolu 86

Artikolu 208

Artikolu 47

Artikolu 209

Artikolu 48

Artikolu 210

Artikolu 49

Artikolu 211

Artikolu 49

Artikolu 212

Artikolu 50

Artikolu 212a

Artikolu 53

Artikolu 213

Artikolu 51

Artikolu 214

Artikoli 52 u 78

Artikolu 215

Artikoli 55 u 66

Artikolu 216

Artikolu 45

Artikolu 217

Artikoli 66 u 69

Artikolu 218

Artikolu 70

Artikolu 219

Artikolu 70

Artikolu 220

Artikoli 70 u 82

Artikolu 221

Artikoli 67 u 68

Artikolu 222

Artikolu 72

Artikolu 223

Artikolu 73

Artikolu 224

Artikolu 74

Artikolu 225

Artikolu 74

Artikolu 226

Artikolu 74

Artikolu 227

Artikolu 75

Artikolu 228

Artikolu 76

Artikolu 229

Artikolu 77

Artikolu 230

Artikolu 73

Artikolu 231

Artikolu 73

Artikolu 232

Artikolu 78

Artikolu 233

Artikolu 86

Artikolu 234

Artikolu 86

Artikolu 235

Artikolu 4

Artikolu 236

Artikoli 79, 80, u 84

Artikolu 237

Artikoli 79 u 84

Artikolu 238

Artikoli 79, 81 u 84

Artikolu 239

Artikoli 79, 83, 84, u 85

Artikolu 240

Artikolu 79

Artikolu 241

Artikolu 79

Artikolu 242

Artikolu 79

Artikolu 243

Artikolu 23

Artikolu 244

Artikolu 24

Artikolu 245

Artikolu 23

Artikolu 246

Artikolu 22

Artikolu 247

Artikolu 183

Artikolu 247a

Artikolu 184

Artikolu 248

Artikolu 183

Artikolu 248a

Artikolu 184

Artikolu 249

Artikolu 185

Artikolu 250

Artikoli 17, 120 u 121

Artikolu 251

Artikolu 186

Artikolu 252

Artikolu 186

Artikolu 253

Artikolu 187

2.   Regolamenti (KEE) Nru 3925/91 u (KE) Nru 1207/2001

Regolament Imħassar

Dan ir-Regolament

Regolament (KEE) Nru 3925/91

Artikolu 28

Regolament (KE) Nru 1207/2001

Artikolu 39


Top