EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0229

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 229/2008 ta’ l- 10 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 dwar it-twaqqif ta’ sħubijiet ( partnerships ) Ewropej fil-qafas tal-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni

OJ L 73, 15.3.2008, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 120 P. 122 - 123

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/229/oj

15.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 73/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 229/2008

ta’ l-10 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 dwar it-twaqqif ta’ sħubijiet (partnerships) Ewropej fil-qafas tal-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 181a(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 (2) jistipula li jiġu stabbiliti sħubijiet għall-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent.

(2)

Il-Kunsill Ewropew iddeċieda fil-laqgħa tiegħu fi Brussell f’Diċembru 2005 li l-eks-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja għandha tkun pajjiż kandidat għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

(3)

Hu għalhekk xieraq li jiġi stipulat li minflok Sħubija Ewropea, l-Unjoni Ewropea għandha timplimenta fir-relazzjonijiet tagħha ma’ l-eks-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja Sħubija ta’ l-Adeżjoni, u temenda r-Regolament (KE) Nru 533/2004 f’dan is-sens.

(4)

L-Unjoni Statali tas-Serbja u l-Montenegro m’għadhiex teżisti. Għaldaqstant, huwa xieraq li r-Regolament jiġi emendat sabiex jieħu f’kunsiderazzjoni l-fatt li sew is-Serbja u kif ukoll il-Montenegro issa huma żewġ stati indipendenti.

(5)

Ir-Regolament ikopri s-Sħubija ta’ l-Adeżjoni u kif ukoll is-Sħubija Ewropej. Għalhekk, it-test sħiħ jeħtieġ li jittieħed f’kunsiderazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Għandhom jiġu stabbiliti sħubija Ewropej sabiex ikopru l-Albanija, l-Bożnja-Herzegovina, il-Montenegro u s-Serbja inkluż il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda 1244 ta' l-10 ta’ Ġunju 1999, (minn hawnhekk 'il quddiem imsejħa s-sħubijiet). Is-sħubijiet Ewropej għandhom jipprovdu qafas li jinkorpora l-prijoritajiet li joħorġu mill-analiżi tas-sitwazzjonijiet differenti tas-sħab, li fuqhom għandhom ikunu kkonċentrati l-preparamenti għal aktar integrazzjoni ma’ l-Unjoni Ewopea fid-dawl tal-kriterji definiti mill-Kunsill Ewropew u l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni li jinkludi l-Ftehim dwar l-Istabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fejn neċessarju u b’mod partikolari l-kooperazzjoni reġjonali.”;

(2)

Artikolu 1a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1a

Bħala parti mill-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, għandhom jitwaqqfu Sħubija ta’ l-Adeżjoni għall-Kroazja u l-eks-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja. Is-Sħubija ta’ l-Adeżjoni għandhom jipprovdu qafas li jkopri l-prijoritajiet kollha li jirriżultaw mill-analiżi tas-sitwazzjoni f’kull pajjiż, li fuqhom għandhom ikunu kkonċentrati l-preparazzjonijiet għall-adeżjoni fid-dawl tal-kriterji ta’ Kopenħagen definiti mill-Kunsill Ewropew u l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-proċess ta’ stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, inkluż il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (*), u b’mod partikolari l-kooperazzjoni reġjonali.

(*)  Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri fuq naħa waħda u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13). Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri fuq naħa waħda u r-Repubblika tal-Kroazja fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3).”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  Opinjoni mogħtija fil-15 ta’ Jannar 2008 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 86, 24.3.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 269/2006 (ĠU L 47, 17.2.2006, p. 7).


Top