EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0207

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2008 tal- 5 ta’ Marzu 2008 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc ta’ l-2006 dwar id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 62, 6.3.2008, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/207/oj

6.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 62/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 207/2008

tal-5 ta’ Marzu 2008

li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc ta’ l-2006 dwar id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-linji gwida Ewropej għall-Impjieg (2) jinkludu numru ta’ orjentazzjonijiet ta’ politika relevanti għall-impjieg taż-żgħażagħ, li jenfasizzaw li għandhom isiru aktar sforzi biex iwittu t-toroq għaż-żgħażagħ u biex inaqqsu il-qgħad fost iż-żgħażagħ. Dawn il-linji gwida jirreferu wkoll għall-miri u l-livelli ta’ referenza stipulati fl-Istrateġija Ewropea ta’ l-Impjieg sa mill-2003 għat-tnaqqis ta’ tluq bikri mill-iskola, iż-żieda fil-livelli ta’ kisba edukattiva u “bidu ġdid” għaż-żgħażagħ qiegħda.

(2)

Il-livelli edukattivi ta’ referenza huma mnaqqxa fil-Programm ta’ Ħidma ta’ Edukazzjoni u Taħriġ 2010 li huwa implimentat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni (3). Dawn il-livelli ta’ referenza għandhom jgħinu fil-monitoraġġ taż-żieda fil-livelli ta’ kisba edukattiva u fit-tagħlim li jissokta matul il-ħajja u għat-tnaqqis ta’ dawk li jitilqu bikri mill-iskola – għanijiet ta’ politika mmirati biex iħejju bl-aħjar mod iż-żgħażagħ għall-ħajja professjonali u soċjali tagħhom.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar il-Linjigwida Strateġiċi tal-Komunità dwar Koeżjoni (4) ssejjaħ lill-Istati Membri sabiex jagħtu attenzjoni speċjali għall-“implimentazzjoni tal-Patt Ewropew taż-Żgħażagħ, billi jiffaċilitaw l-aċċess għall-impjieg għaż-żgħażagħ, billi jtaffu t-transizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol, inkluż permezz ta’ pariri ta’ gwida tal-karriera, għajnuna fit-tlestija ta’ l-edukazzjoni, aċċess għal taħriġ u apprendistat xieraq”.

(4)

Konsegwentement, teżisti ħtieġa evidenti għal sett ta’ data komprensiv u paragunabbli dwar id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol sabiex jissorvelja l-progress lejn għanijiet komuni ta’ l-Istrateġija Ewropea ta’ l-Impjiegi u tal-Proċess ta’ Inklużjoni Soċjali.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2005 tas-7 ta’ Marzu 2005 li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2007 sa l-2009, għall-istħarriġ kampjun tal-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (5) kien diġà jinkludi modulu ad hoc dwar id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Il-lista ta’ varjabbli għal dan il-modulu għandha tiġi ddefinita.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista dettaljata ta’ varjabbli li għandha tinġabar fl-2009 mill-modulu ad hoc dwar id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol għandha tkun kif stipulata fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1372/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar Linjigwida għall-politika ta’ l-impjiegi ta’ l-Istati Membri (2005/600/KE), ĠU L 205, 6.8.2005, p. 21.

(3)  Kunsill, programm iddettaljat ta’ ħidma dwar is-segwitu ta’ l-għanijiet tas-sistemi ta’ Edukazzjoni u taħriġ fl-Ewropa (2002/C 142/01), ĠU C 142, 14.6.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.

(5)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 23. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 341/2006 (ĠU L 55, 25.2.2006, p. 9).


ANNEX

STĦARRIĠ TAL-ĦADDIEMA

Speċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc 2009 dwar id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol

1.

L-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati: kollha

2.

Il-varjabbli għandhom ikunu kkodifikati kif ġej:

Il-klassifikazzjoni tal-varjabbli ta’ l-Istħarriġ tal-Ħaddiema fil-kolonna “Filtri” tirreferi għall-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005.


Kolonna

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru

203

PARHAT

 

L-ogħla livell ta' edukazzjoni milħuq mill-missier jew l-omm

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-34 sena

1

Baxx: ISCED 0, 1, 2 u 3c qasir

2

Medju: ISCED 3-4, (mingħajr 3c qasir)

3

Għoli: ISCED 5-6

9

Mhux applikabbli (persuna ta' età taħt il-15-il sena jew 'il fuq minn 34 sena)

Xejn

Ebda tweġiba

204-207

PARFOR

 

Art twelid il-missier u l-omm

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-34 sena

 

(Għall-Ġermanja: ċittadinanza/ċittadinanza preċedenti tal-missier u l-omm meta fil-ġimgħa ta' referenza għandhom iċ-ċittadinanza Ġermaniża)

 

Għall-kodifikazzjoni, ara l-klassifika ISO tal-pajjiżi

....

4 ċifri (il-missier – l-ewwel 2 ċifri, l-omm – l-aħħar 2 ċifri)

9999

Mhux applikabbli

Xejn

Ebda tweġiba

208

HATVOC

 

Orjentazzjoni ta' l-ogħla livell ta' edukazzjoni formali li nkiseb (HATLEVEL)

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-34 sena

1

Edukazzjoni ġenerali:

2

Edukazzjoni vokazzjonali fil-biċċa l-kbira (jew unikament) ibbażata l-iskola

3

Taħlita ta' edukazzjoni vokazzjonali bbażata l-iskola u fuq il-post tax-xogħol

4

Edukazzjoni vokazzjonali fil-biċċa l-kbira ibbażata fuq il-post tax-xogħol

5

Edukazzjoni vokazzjonali, bl-ebda distinzjoni possibbli bejn 2,3 u 4

9

Mhux applikabbli

Xejn

Ebda tweġiba

209-214

STOPDATE

 

Xahar u sena ta' tluq mill-edukazzjoni formali għall-aħħar darba

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-34 sena u EDUCSTAT=2 u HATLEVEL≠00

Xahar u sena

999999

Mhux applikabbli

Xejn

Ebda tweġiba

215

WORKEDUC

 

Xogħol matul l-istudji fl-edukazzjoni formali

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-34 sena

0

L-ebda xogħol jew xogħol ta' inqas minn xahar 1 fis-sena

1

Xogħol (unikament) bħala parti mill-programm edukattiv

2

Xogħol waqt l-istudju iżda esternament mill-programm edukattiv

3

Xogħol (unikament) matul interruzzjoni ta' l-istudji

4

Xogħol bħala taħlita ta' 1 u 2

5

Xogħol bħala taħlita ta' 1 u 3

6

Xogħol bħala taħlita ta' 2 u 3

7

Xogħol bħala taħlita ta' 1, 2 u 3

9

Mhux applikabbli

Xejn

Ebda tweġiba

216-221

JOBSTART

 

Xahar u sena tal-bidu ta' l-ewwel xogħol ta' aktar minn 3 xhur wara t-tluq mill-edukazzjoni formali għall-aħħar darba

Kol.209-214 ≠ 999999 u xejn

000000

Qatt ma kelli impjieg għal aktar minn 3 xhur

000001

Ix-xogħol attwali kien l-ewwel xogħol tiegħi

……

Xahar u sena

999999

Mhux applikabbli

Xejn

Ebda tweġiba

222-224

JOBDUR

 

Tul ta' żmien ta' l-ewwel xogħol ta' aktar minn 3 xhur (wara t-tluq mill-edukazzjoni formali għall-aħħar darba)

Kol. 216-221 ≠ 000000 u 000001 u 999999

Numru ta' xhur

999

Mhux applikabbli

Xejn

Ebda tweġiba

225

FINDMETH

 

Metodu li ppermetta s-sejba ta' l-ewwel xogħol ta' aktar minn 3 xhur (wara t-tluq mill-edukazzjoni formali għall-aħħar darba)

Kol. 216-221 ≠ 000000 u 999999

1

Permezz ta' istituzzjoni edukattiva

2

Permezz tas-SPI (Servizzi Pubbliċi ta' Impjieg)

3

Permezz ta' riklami fl-istampa jew l-Internet

4

Preżentazzjoni ta' applikazzjoni diretta (spontanja) għax-xogħol lil min iħaddem

5

Permezz tal-familja u l-ħbieb

6

Xogħol instab wara esperjenza preċedenti (impjieg tas-sajf/bħala student, apprentistat, kariga ta' taħriġ, impjieg volontarju) fl-istess kumpanija

7

Varar ta' negozju privat

8

Oħrajn

9

Mhux applikabbli

Xejn

Ebda tweġiba

226-229

JOBOCC

 

Kariga fl-ewwel xogħol ta' aktar minn 3 xhur (wara t-tluq mill-edukazzjoni formali għall-aħħar darba)

Kol. 216-221 ≠ 000000 u 000001 u 999999

....

ISCO-88 (COM) ikkodifikat f'livell ta' 3 ċifri jew jekk possibbli 4

9999

Mhux applikabbli

Xejn

Ebda tweġiba

230

JOBCONTR

 

Tip ta' kuntratt fl-ewwel xogħol ta' aktar minn 3 xhur (wara t-tluq mill-edukazzjoni formali għall-aħħar darba)

Kol. 216-221 ≠ 000000 u 000001 u 999999

1

Għal rasi

2

Impjegat, fulltime permanenti

3

Impjegat, part-time permanenti

4

Impjegat, fulltime temporanju

5

Impjegat, part-time temporanju

6

Ħaddiem mal-familja

9

Mhux applikabbli

Xejn

Ebda tweġiba

231

TRANSACT

 

Attività ewlenija ta' mill-inqas 3 xhur wara t-tluq mill-edukazzjoni formali għall-aħħar darba u qabel il-bidu ta' l-ewwel impjieg

Kol.209-214 ≠ 999999 u xejn u {l-ewwel impjieg mibdi aktar minn 3 xhur wara d-data fil-Kol.209-214 jew Kol.216-221 =000000}

1

Impjegat – xogħol f'impjieg(i) ta' ftit żmien (massimu 3 xhur)

2

Lieva jew xogħol obbligatorju fil-komunità

3

Qiegħed, attivament infittex għal xogħol

Qiegħed, mhux qed infittex għal xogħol attivament minħabba:

4

Responsabilitajiet tal-familja

5

Parteċipazzjoni f'edukazzjoni mhux formali

6

Attivitajiet volontarji

7

Problemi tas-saħħa

8

Raġunijiet oħrajn

9

Mhux applikabbli

Xejn

Ebda tweġiba

232/237

 

Fattur li jimmoltiplika l-komponenti għall-modulu LFS ta' l-2009 (fakultattiv)

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-34 sena

0000-9999

Il-Kolonni 232-235 fihom numri sħaħ

00-99

Il-Kolonni 236-237 fihom il-punti deċimali

238

(PARNAT)

 

Ċittadinanza tal-ġenituri fil-mument ta' twelidhom (fakultattiv)

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-34 sena

 

Għall-kodifikazzjoni, ara l-klassifika ISO tal-pajjiżi

9999

Mhux applikabbli

Xejn

Ebda tweġiba


Top