EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0166

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 166/2008 tat- 22 ta’ Frar 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi (Toyocerin) bħala addittiv ta’ l-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 50, 23.2.2008, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 034 P. 154 - 156

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/09/2015; Imħassar b' 32015R1399

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/166/oj

23.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 50/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 166/2008

tat-22 ta’ Frar 2008

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi (Toyocerin) bħala addittiv ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni hija dwar awtorizzazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ mikroorganiżmu Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 (Toyocerin) għal dundjani għat-tismin, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ mikroorganiżmu ġie awtorizzat b’mod permanenti għal ħnieżer żgħar taħt ix-xahrejn u ħnieżer nisa mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 (2), ħnieżer żgħar u ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (3), bhejjem ta’ l-ifrat għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 225/2005 (4) u fniek għat-tismin u tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (5).

(5)

Ġiet sottomessa data ġdida bħala appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal dundjani għat-tismin. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-19 ta’ Settembru 2007 li l-preparazzjoni ta’ mikroorganiżmu Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 (Toyocerin) ma għandhix effett negattiv fuq il-konsumaturi, l-utenti jew l-ambjent (6). Skond din l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparazzjoni ma għandha l-ebda effett negattiv fuq din il-kategorija ta’ annimal addizzjonali u hija effikaċi fit-titjib taż-żieda fil-piż, it-teħid ta’ l-għalf u l-użu ta’ l-għalf. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-evalwazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Skond dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 41, 13.2.2002, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1143/2007 (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 23).

(3)  ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 45, 16.2.2005, p. 3.

(5)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1445/2006 (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 22).

(6)  Opinjoni Xjentifika tal-Forum dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sikurezza u l-effikaċja ta’ Toyocerin (Bacillus cereus var. toyoi) bħala addittiv ta’ l-għalf għad-dundjani. Adottata fid-19 ta’ Settembru 2007. Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 549, 1-11.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazz-joni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana,

4b1701

Rubinum SA

Bacillus cereus var. toyoi

NCIMB 40112/CNCM I-1012

(Toyocerin)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Bacillus cereus var. toyoi

NCIMB 40112/CNCM I-1012

 

Metodu analitiku (1):

Enumerazzjoni: metodu bi pjanci ta’ tifrix bl-użu ta’ tryptone soya agar bi trattament ta’ tisħin minn qabel ta’ kampjuni ta’ l-għalf u identifikazzjoni: pulsed field gel electrophoresis (PFGE)

Dundjani għat-tismin

0.2 × 109

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Għas-sikurezza: għandhom jintużaw nuċċalijiet u ingwanti matul l-immaniġġjar.

3.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats permessi: sodju monensin, sodju lasalocid, robenidine, halofuginone, diclazuril, ammonju maduramycin.

14 ta’ Marzu 2018


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


Top