EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0044

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 44/2008 tat- 18 ta’ Jannar 2008 li jistabilixxi safejn jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet li jsiru fl-ewwel 10 t’ijiem ta’ Jannar 2008 għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni tal-butir li joriġina minn New Zealand skond in-numri tal-kwoti 09.4195 u 09.4182

OJ L 16, 19.1.2008, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/44/oj

19.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 16/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 44/2008

tat-18 ta’ Jannar 2008

li jistabilixxi safejn jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet li jsiru fl-ewwel 10 t’ijiem ta’ Jannar 2008 għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni tal-butir li joriġina minn New Zealand skond in-numri tal-kwoti 09.4195 u 09.4182

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2) u li jiftaħ il-kwoti tat-tariffi, u partikolarment Artikolu 35a (3) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, magħmulin mill-1 sa’ l-10 ta’ Jannar 2008 għall-butir li joriġina minn New Zealand skond in-numri tal-kwoti 09.4195 u 09.4182 irriferiti fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u nnotifikati lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Jannar 2008, jikkonċernaw kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Għalhekk il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjonijiet għandhom jiġu ffissati għall-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-butir li joriġina minn New Zealand skond in-numri tal-kwoti 09.4195 u 09.4182 magħmulin skond ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 mill-1 sa’ l-10 ta’ Jannar 2008 u nnotifikati lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Jannar 2008 jridu jiġu aċċettati suġġetti għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjonijiet kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1565/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 37).


ANNESS

In-numru tal-kwota

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni

09.4195

12,685836  %

09.4182

100  %


Top