Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0087

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/87/KE tat- 22 ta' Settembru 2008 li temenda d-Direttiva 2006/87 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 255, 23.9.2008, p. 5–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 007 P. 113 - 135

No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2018; Impliċitament imħassar minn 32016L1629

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/87/oj

23.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 255/5


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/87/KE

tat-22 ta' Settembru 2008

li temenda d-Direttiva 2006/87 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 20, paragrafu 1, tagħha,

Billi:

(1)

Mill-adozzjoni tad-Direttiva f’Diċembru 2006, intlaħaq ftehim dwar emendi fuq ir-Regolament dwar l-Ispezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine b’konformità ma’ l-artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta tat-Tbaħħir fuq ir-Rhine. Huwa għalhekk meħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2006/87/KE kif xieraq.

(2)

Għandu jiġi żgurat li ċ-ċertifikat Komunitarju tal-bastimenti u ċ-ċertifikat tal-bastimenti maħruġ b'konformità mar-Regolament dwar l-Ispezzjoni tal-Bastimenti tar-Rhine jinħarġu abbażi tar-rekwiżiti tekniċi li jiggarantixxu livell ekwivalenti ta’ sigurtà.

(3)

Biex jiġu evitati kemm distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kif ukoll livelli differenti ta’ sigurtà, l-emendi għad-Direttiva 2006/87/KE għandhom ikunu implimentati mill-aktar fis.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġ intern fuq l-ilma (2),

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 2006/87/KE huwa emendat skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi V u VI tad-Direttiva 2006/87/KE huma emendati skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Stati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva b'effett mit-30 ta' Diċembru 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li għandhom rotot ta' l-ilma interni bħal dawk imsemmija f'Artikolu 1 tad-Direttiva 2006/87/KE.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.


ANNESS I

L-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-werrej huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu ta' l-Artikolu 2.18 huwa sostitwit bi

“Artikolu 2,18 – Numru uniku ta' identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej”.

(b)

It-titolu ta' l-Artikolu 6.09 huwa sostitwit bi

“Artikolu 6,09 – Aċċettazzjoni u spezzjonijiet perjodiċi”.

(ċ)

Jiddaħħal l-Artikolu 10.03b li ġej:

“Artikolu 10.03c – Sistemi tat-tifi tan-nar installati b'mod permanenti għall-protezzjoni ta' oġġetti”.

(2)

L-Artikolu 2.07, paragrafu 1, it-terminu “numru uffiċjali” huwa sostitwit b' “Numru uniku ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej”.

(3)

L-Artikolu 2.17 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, tinżied is-sentenza li ġejja:

“Huma għandhom jaġġornaw ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 b'konformità ma' dan.”

(b)

Għandu jinżied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.

Sabiex jitwettqu miżuri amministrattivi għas-sikurezza u navigazzjoni mingħajr xkiel u għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 2.02 sa 2.15 kif ukoll l-Artikoli 8, 10, 11, 12, 15, 16 u 17 ta' din id-Direttiva se jingħata biss aċċess għall-qari (read only) għar-reġistru skond il-mudell stabbilit fl-Anness VI lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, l-Istati Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Mannheim u, sa fejn jiġi garantit livell ekwivalenti ta' privatezza, lil pajjiżi terzi abbażi ta' ftehimiet amministrattivi.”

(4)

L-Artikolu 2.18 se jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2.18

Numru uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej

1.

In-numru uniku ta' identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej (ENI), f'dan li ġej imsemmi numru ta' identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej, jikkonsisti fi tmien figuri numeriċi Għarab skond l-Appendiċi III.

2.

L-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu ċertifikat Komunitarju għandhom iniżżlu n-numru ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej fuqu. Jekk il-bastiment ikollu numru ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej meta jinħariġlu ċ-Ċertifikat Komunitarju, dan għandu jingħata lill-bastiment mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn il-bastiment ikun ġie rreġistrat jew il-port ta' irmiġġ.

Fir-rigward ta' bastimenti minn pajjiżi li ma jkunux jistgħu jingħataw numru ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej, in-numru ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej li għandu jitniżżel fiċ-ċertifikat Komunitarju għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat Komunitarju.

3.

Numru ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej wieħed biss jista' jingħata għal kull bastiment. In-numru ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej jinħareġ darba biss u ma jinbidilx għal kemm idum ibaħħar il-bastiment.

4.

Sid il-bastiment, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu japplika għand l-awtoritajiet kompetenti biex jiġi assenjat in-numru ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej. Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom ikunu responsabbli wkoll li jkollhom in-numru ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej li jitniżżel fiċ-ċertifikat Komunitarju li jitwaħħal mal-bastiment.

5.

Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-ħruġ tan-numri ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti u ta' l-awtoritajiet kompetenti notifikati minn pajjiżi terzi, u dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri. Meta jintalab, dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi.

6.

Kull awtorità kompetenti skond il-paragrafu 5 għandha tagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa biex tinforma lill-bqija ta' l-awtoritajiet kompetenti elenkati fir-reġistru skond il-paragrafu 5 dwar kull numru ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej li toħroġ kif ukoll dwar data għall-identifikazzjoni tal-bastiment stabbilita fl-appendiċi IV. Din id-data tista' tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra, Stati Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Mannheim u, safejn jiġi garantit livell ekwivalenti ta' privatezza, lil pajjiżi terzi abbażi ta' ftehimiet amministrattivi sabiex iwettqu miżuri amministrattivi għas-sigurtà u tbaħħir mingħajr xkiel u għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 2.02 sa 2.15 u l-Artikolu 2.18(3) kif ukoll l-Artikoli 8, 10, 11, 12, 15, 16 u 17 ta' din id-Direttiva.”

(5)

Fl-Artikolu 2.19, il-paragrafu 2, it-tieni sottoparagrafu, it-terminu “numru uffiċjali” huwa sostitwit b' “Numru ta' identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej”.

(6)

L-Artikolu 6.02(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Jekk l-apparat tat-tmun (steering apparatus) ikollu powered drive unit, għandu jkun hemm drive unit oħra indipendenti jew manual drive addizzjonali Fil-każ li d-drive unit tas-sistema tat-tmun ma tibqax tiffunzjona jew tiffunzjona ħażin, id-drive unit l-oħra jew il-manual drive għandhom jibdew joperaw f'5 sekondi.”

(7)

L-Artikolu 6.03 se jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6.03

L-unità tat-tħaddim ta' l-apparat tat-tmun idrawliku

1.

L-ebda konsumatur ta' enerġija ieħor ma jista' jkun imqabbad ma' l-unità tat-tħaddim ta' l-apparat tat-tmun idrawliku.

2.

It-tankijiet idrawliċi għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' twissija li tissorvelja t-tnaqqis fil-livell taż-żejt 'l isfel mill-inqas livell meħtieġ għal tħaddim mingħajr periklu.

3.

Il-qisien, id-disinn u l-arranġament tas-sistema tal-pajpijiet għandhom kemm jista' jkun jeskludu kwalunkwe ħsara mekkanika jew ħsara li tirriżulta min-nirien.

4.

Il-manek idrawliċi għandhom

a)

ikunu permissibbli biss jekk l-assorbiment jew il-libertà tal-moviment tal-komponenti jwasslu sabiex ikollu jsir użu minnhom ta' bilfors,

b)

ikunu ddisinjati għal ta' l-anqas l-aktar pressa ta' servizz,

c)

isiru mill-ġdid ta' l-anqas kull tmien snin.

5.

Ċilindri idrawliċi, pompi idrawliċi u muturi idrawliċi kif ukoll muturi elettriċi għandhom jiġu eżaminati ta' l-anqas kull tmien snin minn ditta speċjalizzata u jitranġaw jekk ikun hemm il-bżonn.”

(8)

L-Artikolu 6.07(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-frażi introduttorja tiġi mibdula b'dan li ġej:

“Fil-pożizzjoni tat-tmun għandu jkun hemm allarm ottiku u akustiku biex jiġbed l-attenzjoni għal dan li ġej:”

(b)

Il-punt (a) jitbiddel b'dan li ġej:

“a)

il-livell taż-żejt tat-tankijiet idrawliċi li jaqa' taħt l-aktar livell baxx ta' kontenut skond l-artikolu 6.03(2) u tnaqqis tal-pressjoni tas-servizz tas-sistema idrawlika;”

(9)

L-Artikolu 6.09 se jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6.09

Aċċettazzjoni u spezzjonijiet perjodiċi

1.

Għandha ssir spezzjoni ta' l-installazzjoni korretta tas-sistema tat-tmun minn entità ta' spezzjoni. Għal dan il-għan l-entità ta' spezzjoni tista' teħtieġ id-dokumenti li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tas-sistema tat-tmun;

(b)

disinji u informazzjoni dwar l-unitajiet tat-tħaddim ta' l-apparat tat-tmun u l-kontrolli tat-tmun;

(c)

informazzjoni dwar l-apparat tat-tmun;

(d)

skema tas-sistema elettrika;

(e)

deskrizzjoni tar-regolatur tar-rata tad-dawran (rate-of-turn regulator);

(f)

struzzjonijiet ta' kif titħaddem u dwar il-manutenzjoni tas-sistema tat-tmun.

2.

It-tħaddim tas-sistema kollha tat-tmun għandu jiġi vverifikat permezz ta' test tan-navigazzjoni. Jekk hemm stallat regolatur tar-rata tad-dawran għandu jiġi vverifikat li rotta magħżula minn qabel tista' tinżamm b'mod affidabbli u li l-manuvrar fil-liwjiet jista' jitwettaq bla periklu.

3.

Sistemi tat-tmun power driven għandhom jiġu spezzjonati minn espert:

(a)

qabel ma' jintużaw;

(b)

wara ħsara;

(c)

wara kull modifika jew tiswija;

(d)

regolarment mill-anqas kull sentejn.

4.

L-ispezzjoni għandha ta' l-anqas tkopri:

(a)

verifika tal-konformità mad-disinji approvati u fi spezzjonijiet perjodiċi jekk il-modifiki fis-sistema tat-tmun ikunux saru;

(b)

test funzjonali tas-sistema tat-tmun għall-possibbiltajiet operattivi kollha;

(c)

verifika viżwali u verifika ta' l-issikkar tal-komponenti idrawliċi, partikolarment valvi, linji ta' pajpijiet, manek idrawliċi, ċilindri idrawliċi, pompi idrawliċi u strainers idrawliċi;

(d)

verifika viżwali tal-komponenti elettriċi, partikolarment relays, muturi elettriċi u apparat ta' sigurtà;

(e)

verifika ta' l-apparat ottiku u akustiku ta' kontroll.

5.

Għandu jinħareġ ċertifikat ta' ispezzjoni, iffirmat mill-ispettur u li jkun juri d-data ta' l-ispezzjoni.”

(10)

L-Artikolu 7.02 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ L-ispazju ta' viżwali mgħottija għat-tmunier 'il quddiem mill-bastiment fi stat mhux mgħobbi, b'nofs il-provvisti tiegħu iżda mingħajr saborra, m'għandux ikun iżjed minn żewġ tulijiet tal-bastiment jew 250 m, skond liema jkun l-inqas, sal-wiċċ ta' l-ilma.”

(b)

It-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 6 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Biex jiġu evitati riflessi, it-twieqi ta' quddiem tal-briġġ għandhom ikunu ta' tip li ma jirriflettux jew impoġġija b'mod li jeskludu r-riflessi b'mod effettiv. Dan ir-rekwiżit jitqies li ntlaħaq jekk it-twieqi jkunu inklinati mill-pjan vertikali, u jkunu f'angolu 'l barra ta' mhux inqas minn 10° u mhux aktar minn 25°.”

(11)

L-Artikolu 8.05(7) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“7.

Direttament f'outlets ta' tankijiet il-pajpijiet għad-distribuzzjoni tal-fjuwils għandhom jintramaw b'valv li jagħlaq malajr (quick-closing valve) li jista' jitħaddem mill-gverta, anke meta l-kmamar ikkonċernati jkunu magħluqa.

Jekk l-apparat operattiv ikun moħbi, l-għatu jew cover m'għandux ikun jissakkar.

L-apparat operattiv għandu jkun immarkat bl-aħmar. Jekk l-appart ikun moħbi għandu jkun immarkat b'sinjal għall-valv li jagħlaq malajr (quick-closing valve) skond id-Disinn 9 ta' l-Appendiċi I b'tul ta' naħa ta' mill-anqas 10ċm.

L-ewwel sottoparagrafu għandu japplika għat-tankijiet immuntati direttament fuq il-magna.”

(12)

Fl-Artikolu 9.15(9) tinżied is-sentenza li ġejja:

“L-għadd ta' ġonot ta' kejbil għandu jkun limitat għall-inqas ammont.”

(13)

L-Artikolu 10.03a huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“8.

Għandu jinħareġ ċertifikat ta' ispezzjoni, iffirmat mill-espert u li jkun juri d-data ta' l-ispezzjoni.”

(b)

Jitħassar il-paragrafu 10.

(14)

L-Artikolu 10.03b huwa emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1 il-punt (d) li ġej huwa miżjud:

“(d)

FK-5-1-12 (Dodecafluoro-2-methylpentane-3-on).”

b)

Il-punt b tal-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

Iż-żennuni tal-ħruġ għandhom ikunu ta' qies u mgħammra b'tali mod li l-materjal li jitfi n-nar jiġi distribwit b'mod uniformi. B'mod partikolari, il-komponent tat-tifi għandu jkun effettiv ukoll taħt il-pannelli ta' l-art.”

(c)

Fil-paragrafu 5, il-punt (e), punt (cc) huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“(cc)

għandha tittieħed azzjoni mill-ekwipaġġ meta tiġi attivata s-sistema tat-tifi tan-nar u meta jkun hemm aċċess għall-kamra protetta wara l-attivazzjoni jew l-għargħar, partikolarment fir-rigward tal-preżenza possibbli ta' sustanzi perikolużi;”

(d)

Il-paragrafu 9, il-punt (e), huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“(e)

Għandu jinħareġ ċertifikat ta' ispezzjoni, iffirmat mill-espert u li jkun juri d-data ta' l-ispezzjoni.”

(e)

Il-paragrafu 13 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“13.   FK-5-1-12 – sistemi tat-tifi tan-nar

Is-sistemi tat-tifi tan-nar li jużaw l-FK-5-1-12 bħala l-komponent li jitfi n-nar għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin, minbarra r-rekwiżiti li hemm taħt is-sezzjonijiet 1 sa 9:

(a)

jekk ikun hemm diversi kmamar li se jiġu protetti, kull waħda b'volum gross differenti, kull kamra għandu jkollha s-sistema tat-tifi tan-nar tagħha stess;

(b)

kull kontenitur ta' FK-5-1-12 installat fil-kamra li se tiġi protetta għandu jkun mgħammar b'valv tar-rilaxx għall-pressjoni żejda. Il-valv li jeħles il-pressjoni żejda (overpressure relief valve) għandu jħalli joħroġ mingħajr ħsara l-kontenut tal-kontenitur fil-kamra li se tiġi protetta jekk il-kontenitur ikun espost għall-effetti tan-nar u s-sistema tat-tifi tan-nar ma tkunx ġiet attivata;

(c)

kull kontenitur għandu jkollu tagħmir li jiċċekkja l-pressjoni tal-gass;

(d)

il-kontenituri m'għandhomx jimtlew aktar minn 1,00 kg/l. Dan il-volum speċifiku ta' FK-5-1-12 mhux taħt pressa għandu jkun ta' 0,0719 m3/kg;

(e)

il-volum ta' FK-5-1-12 għall-kamra li se tiġi protetta għandu jkun mill-inqas 5,5 % tal-volum gross tal-kamra. Dan il-volum għandu jkun fornut f'10 sekondi;

(f)

il-kontenituri ta' l-FK-5-1-12 għandu jkollhom monitur tal-pressjoni li jitfa' sinjal ta' allarm li jinstema' u li jidher fil-kamra tat-tmunier f'każ ta' telf ta' fjuwil mhux awtorizzat. Jekk ma jkunx hemm kamra tat-tmunier, dan is-sinjal ta' allarm għandu jingħata minn fuq barra tal-kamra li se tiġi protetta;

(g)

wara li timtela, il-konċentrazzjoni fil-kamra li se tiġi protetta m'għandhiex tkun iżjed minn 10,0 %.”

(15)

Jiddaħħal l-Artikolu 10.03c li ġej:

“Artikolu 10.03c

Sistemi tat-tifi tan-nar installati b'mod permanenti għall-protezzjoni ta' oġġetti

Is-sistemi tat-tifi tan-nar installati b'mod permanenti għall-protezzjoni ta' oġġetti għandhom jitħallew biss fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat.”

(16)

Fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 10.05, l-ewwel sottoparagrafu huwa ssostitwit bit-test li ġej:

“2.

Ġakketta tas-salvataġġ personalizzata u li tintefaħ awtomatikament skond l-istandards Ewropej EN 395: 1998, 396: 1998 EN ISO 12402-3: 2006, EN ISO 12402-4: 2006; għandha tkun qrib kull persuna li tkun regolarment abbord l-inġenju.”

(17)

Fl-Artikolu 14.13 is-sentenza li ġejja għandha tiddaħħal wara t-tieni sentenza:

“Barra minn hekk, għal bastimenti tal-passiġġieri l-esperti għandhom jivverifikaw jekk ċerifikat validu ta' l-ispezzjoni li jiċċertifika l-istallazzjoni tas-sistema ta' allarm tal-gas imsemmija fl-Artikolu 15.15(9) ikunx disponibbli.”

(18)

L-Artikolu 15.03 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, tinżied is-sentenza li ġejja:

“Id-data tal-bastiment ankrat (lightship) ikkunsidrata għall-kalkolu ta' l-istabbiltà għandha tiġi ddeterminata permezz ta' heeling test.”

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

Fit-tielet sottoparagrafu, il-frażi tal-bidu trid tinbidel b'dan li ġej:

“Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta' taqsima 3(d) għandu jiġi ppruvat għall-kondizzjoni ta' tagħbija (load condition) li ġejja:”

(ii)

L-aħħar sottoparagrafu huwa mħassar.

(c)

Il-paragrafu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

Il-punti (a) u (b) u (c) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

ir-righting lever massimu hmax għandu jidher b'angolu tat-tinġib ta' φmax ≥ (φmom + 3°) u m'għandux ikun anqas minn 0,20 m. Madankollu, fil-każ φf < φmax ir-righting lever fl-angolu tad-downflooding φf m'għandux ikun anqas minn 0,20 m;

(b)

l-angolu tad-downflooding φf ma għandux ikun anqas minn (φmom + 3°);

(c)

iż-żona A taħt il-kurva tar-righting levers għandha, skond il-pożizzjoni ta' φf u φmax, tilħaq mill-inqas wieħed mill-valuri li ġejjin:

Każ

 

 

A

1

φmax ≤ 15° jew φf ≤ 15°

 

0,05 m.rad sa l-iżgħar fost l-angoli φmax jew φf

2

15° < φmax < 30°

φmax ≤ φf

0,035+0,001 · (30- φmax) m·rad sa l-angolu φmax

3

15° < φf < 30°

φmax > φf

0,035+0,001 · (30- φmax) m·rad sa l-angolu φf

4

φmax ≥ 30° u φf ≥ 30°

 

0,035 m·rad sa l-angolu φ = 30°

Fejn:

hmax

huwa l-lever massimu;

φ

l-angolu tat-tinġib

φf

l-angolu tad-downflooding, li huwa l-angolu tat-tinġib, fejn il-ftuħ fil-buq, fis-sovrastruttura jew gverti li ma jistgħux jingħalqu sabiex ikunu ssiġillati għall-ilma, jinżlu taħt l-ilma;

φmom

l-angolu massimu tat-tinġib skond (e);

φmax

l-angolu tat-tinġib li fih jidher ir-righting lever massimu;

A

iż-żona taħt il-kurva tar-righting levers.”

(ii)

Il-Punt (e) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

f'kull wieħed miż-żewġ każijiet li ġejjin l-angolu tat-tinġib φmom m'għandux jaqbeż it-12°:

(aa)

f'applikazzjoni tal-mument tat-tinġib minħabba l-persuni u r-riħ skond is-sezzjonijiet 4 u 5;

(bb)

f'applikazzjoni tal-mument tat-tinġib minħabba l-persuni u d-dawran skond is-sezzjonijiet 4 u 6.”

(d)

Fil-paragrafu 4, l-ispjegazzjoni

“ni

=

4 għaż-żoni ħielsa tal-gverta u ż-żoni tal-gverta bl-għamara mobbli;

għaż-żoni tal-gverta għamara li wieħed ipoġġi fuqha fissa bħall-bankijiet, ni għandu jkun ikkalkolat billi wieħed jassumi żona ta' 0,45 m fil-wisa' u 0,75 m fil-fond tas-sedil għal kull persuna”

tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“ni

=

3,75 għaż-żoni ħielsa tal-gverta u ż-żoni tal-gverta bl-għamara mobbli;

għaż-żoni tal-gverta għamara li wieħed ipoġġi fuqha fissa bħall-bankijiet, ni għandu jkun ikkalkolat billi wieħed jassumi żona ta' 0,50 m fil-wisa' u 0,75 m fil-fond tas-sedil għal kull persuna”

(e)

Il-paragrafu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

Din it-tabella ta’ taħt il-frażi introduttorja tat-tieni sottoparagrafu hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

 

“Status ta' kompartiment-1

Status ta' kompartiment-2

Dimensjoni tal-ħsara tal-ġenb

lonġitudinali l [m]

0,10 · LWL, madankollu mhux anqas minn 4,00 m

0,05 · LWL, madankollu mhux anqas minn 2,25 m

trasversali b [m]

B/5

0,59

vertikali h [m]

mill-qiegħ tal-bastiment sa fuq mingħajr delimitazzjoni

Dimensjoni tal-ħsara tal-qiegħ

lonġitudinali l [m]

0,10 · LWL, madankollu mhux anqas minn 4,00 m

0,05 · LWL, madankollu mhux anqas minn 2,25 m

trasversali b [m]

B/5

vertikali h [m]

0,59; pajpijiet installati skond l-Artikolu 15.02, sezzjoni 13(ċ) għandhom jitqiesu bħala intatti”

(ii)

Fil-punt (b) l-aħħar sottoparagrafu tħassar.

(f)

Fil-paragrafu 10 il-punt (d) li ġej huwa miżjud:

“d)

il-kalkolu ta' l-effett tal-wiċċ vojt fl-istadji intermedjarji kollha ta' l-għargħar għandu jkun ibbażat il-wiċċ kollu tal-kompartimenti bil-ħsara.”

(g)

Il-paragrafu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

Fil-frażi introduttorja, il-kliem “minħabba persuni” huma mħassra.

(ii)

Il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“b)

lil hinn mill-pożizzjoni ta’ ekwilibriju l-parti pożittva tal-kurva tar-righting lever għandha turi valur tar-righting lever ta’ GZR ≥ 0,02 m f’żona ta’ A ≥ 0,0025 m·rad. Dawn il-valuri minimi għall-istabbiltà għandhom jintlaħqu sakemm l-immersjoni ta’ l-ewwel ftuħ mhux protett jew fi kwalunkwe każ qabel ma jintlaħaq angolu tat-tinġib ta’ φm of 25°.

Image

(19)

L-Artikolu 15.06 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 3, punt (a) is-sentenza li ġejja hija miżjuda:

“kmamar, ħlief il-kabini, u gruppi ta’ kmamar li għandhom ħruġ wieħed biss, għandu jkollhom minn ta’ l-anqas ħruġ ta’ emerġenza wieħed;”

(b)

Fil-paragrafu 8, il-punt (a), il-frażi ta’ introduzzjoni tiġi mibdula b’dan li ġej:

“il-partijiet kollha tal-muster areas (AS) għandhom jikkorrispondu għal ta’ l-anqas il-valur li ġej:”

(20)

L-Artikolu 15.09 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel sottoparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Minbarra l-bagi speċifikati fl-Artikolu 10.05(1), il-partijiet kollha tal-gverta intiżi għall-passiġġiera u mhux magħluqa għandhom ikunu mgħammra b'bagi tas-salvataġġ li għandhom jitpoġġew fuq iż-żewġ naħat tal-bastiment b’mhux anqas minn 20 m bejn waħda u oħra. Il-bagi tas-salvataġġ għandhom ikunu kkunsidrati xierqa jekk ikunu konformi ma'

l-istandard Ewropew EN 14144: 2003, jew

il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (SOLAS 1974) il-Kapitolu III Regola 7.1 u l-Kodiċi ta’ l-Apparat Internazzjonali tas-Salvataġġ (LSA-), il-paragrafu 2.1.”

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Barra mill-bagi tas-salvataġġ imsemmija fit-taqsima 1, tagħmir individwali tas-salvataġġ tal-ħajja skond l-Artikolu 10.05, taqsima 2, għandu jkun f'post li l-persunal abbord ikun jista' jagħmel użu minnu b'mod faċli. Għal dak il-persunal abbord li mhux responsabbli minn dmirijiet skond ir-rutina ta’ sigurtà, jistgħu jintużaw ġkieket tas-salvataġġ li ma jintefħux jew li jintefħu b’mod semi-awtomatiku skond l-istandards imsemmija fl-artikolu 10.05, taqsima 2.”

(c)

Il-paragrafu 4 hu emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel sottoparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Minbarra t-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja msemmi fit-taqsimiet 1 u 2, tagħmir individwali tas-salvataġġ tal-ħajja skond l-artikolu 10.05, taqsima 2, għandu jkun disponibbli għal 100 % tan-numru ta’ passiġġieri li jistgħu jkunu abbord. Ġkieket tas-salvataġġ li ma jintefħux jew li jintefħu b’mod semi-awtomatiku skond l-istandards imsemmija fl-artikolu 10.05, taqsima 2, huma permessi wkoll.”

(ii)

It-tieni sottoparagrafu huwa mħassar.

(21)

L-Artikolu 15.10(6), l-aħħar sentenza, huwa sostitwit bit-test li ġej:

“L-impjant ta’ enerġija ta’ emerġenza għandu jkun installat jew ’il fuq mil-linja tal-marġni jew kemm jista' jkun ’il bogħod minn sorsi ta’ enerġija skond l-Artikolu 9.02(1), biex ikun żgurat li, fil-każ ta’ għargħar skond l-Artikolu 15.03(9), ma jkunx mgħargħar fl-istess ħin tas-sorsi ta’ enerġija.”

(22)

L-Artikolu 15.11 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

Fil-parti (d), il-punt (aa) qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(aa)

Anness I, Parti 3, tal-Kodiċi għall-Proċeduri tat-Test tan-Nirien, u”

(ii)

Jinżied il-punt (e) li ġej:

“(e)

L-entità ta' spezzjoni tista', skond il-Kodiċi tal-Proċeduri għat-Test tan-Nirien, tordna test dwar kampjun ta' ħajt sabiex tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 dwar ir-reżistenza u ż-żieda fit-temperatura.”

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ħitan diviżorji

(a)

il-ħitan bejn il-kmamar għandhom ikunu ddisinjati skond it-tabelli li ġejjin:

aa)

Tabella għall-ħitan bejn il-kmamar, fejn m'huma installati l-ebda sistemi ta' bexxiexa bil-pressjoni skond l-Artikolu 10.03a

Kmamar

Ċentri ta’ Kontroll

Trombi tat-Taraġ

Muster areas

Swali

Kmamar tal-magni

Kċejjen

Kmamar tal-ħżin

Ċentri ta’ Kontroll

A0

A0/B15 (1)

A30

A60

A60

A60

Trombi trombi tat-Taraġ

 

A0

A30

A60

A60

A60

Muster areas

 

 

A30/B15 (2)

A60

A60

A60

Swali

 

 

 

—/B15 (3)

A60

A60

A60

Kmamar tal-magni

 

 

 

 

A60/A0 (4)

A60

A60

Kċejjen

 

 

 

 

 

A0

A60/B15 (5)

Kmamar tal-ħżin

 

 

 

 

 

 

bb)

Tabella għall-ħitan bejn il-kmamar, fejn m'huma installati l-ebda sistemi ta' bexxiexa bil-pressjoni skond l-Artikolu 10.03a

Kmamar

Ċentri ta’ Kontroll

Trombi tat-Taraġ

Muster areas

Swali

Kmamar tal-magni

Kċejjen

Kmamar tal-ħżin

Ċentri ta’ Kontroll

A0

A0/B15 (6)

A0

A60

A30

A30

Trombi tat-taraġ

 

A0

A0

A60

A30

A0

Muster areas

 

 

A30/B15 (7)

A60

A30

A30

Swali

 

 

 

—/B0 (8)

A60

A30

A0

Kmamar tal-magni

 

 

 

 

A60/A0 (9)

A60

A60

Kċejjen

 

 

 

 

 

B15

Kmamar tal-ħżin

 

 

 

 

 

 

(b)

Il-ħitan tat-Tip A huma paratiji, ħitan u gverti li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(aa)

Ikunu magħmula mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti ieħor;

(bb)

Ikunu magħmula iebsa b'mod adegwat;

(cc)

Ikunu insulati b'materjal li ma jaqbadx approvat hekk illi t-temperatura medja fuq in-naħa li tħares lil hinn min-nar li jitla' mhux aktar minn 140 °C 'l fuq mit-temperatura tal-bidu u fl-ebda punt, inkluż il-vojt fil-ġonot, ma tidher l-ebda żjieda fit-temperatura ta' aktar minn 180 °C 'l fuq mit-temperatura inizjali, fil-perjodi speċifikati li ġejjin:

 

Tip A60 – 60 minuta

 

Tip A30 – 30 minuta

 

Tip A0 – 0 minuti;

(dd)

jinbnew b'tali mod li jevitaw it-trasmissjoni tad-duħħan u l-fjammi sa tmiem it-test tan-nirien normali ta' siegħa.

(c)

il-qsim tat-tip B huma paratiji, ħitan, gverti, soqfa jew faċċati li jissodisfaw i-ħtiġiet li ġejjin:

(aa)

ikunu magħmula minn materjal approvat li ma jieħux in-nar. Minbarra dan, il-matejral kollu użat fil-manifattura u l-muntatura tal-ħitan għandu jkun li ma jaqbadx, għajr għall-faċċata, li għandha ta' l-inqas tkun ritardanti tal-fjamma.

(bb)

juru valur ta' insulazzjoni b'tali mod li t-temperatura medja fuq in-naħa li tħares lil hinn togħla mhux aktar minn 140 °C 'l fuq mit-temperatura tal-bidu u fl-ebda punt, inkluż il-vojt bejn il-ġonot, ma tidher l-ebda żjieda fit-temperatura ta' aktar minn 225 °C 'l fuq mit-temperatura inizjali, fil-perjodi speċifikati li ġejjin:

 

Tip B15 – 15 minuta

 

Tip B0 – 0 minuti.

(cc)

jinbnew b'tali mod li jevitaw t-trasmissjoni tal-fjammi sa tmiem l-ewwel nofs siegħa tat-test tan-nirien normali.”

(23)

L-Artikolu 15.15 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-frażi ta' introduzzjoni tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-bastimenti tal-passiġġieri awtorizzati li jġorru sa massimu ta’ 50 passiġġier u b’tul LWL ta' mhux aktar minn 25 m għandhom jagħtu prova li jagħtu stabbiltà xierqa wara ħsara skond l-Artikolu 15.03(7 sa 13) jew, bħala alternattiva, jagħtu prova li huma konformi mal-kriterji li ġejjin wara għargħar asimmetriku:”

(b)

Fil-paragrafu 1, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-immersjoni tal-bastiment ma għandhiex taqbeż il-linja tal-marġni, u”

(c)

Fil-paragrafu 5, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-kummissjoni ta' ispezzjoni tista' ma titlobx l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10.04 fil-każ tal-bastimenti tal-passiġġieri awtorizzati jġorru sa numru massimu ta' 250 passiġġier u b'tul LWL ta' mhux aktar minn 25 m, dment li jkunu mgħammra bi pjattaforma, aċċessibbli minn kull naħa tal-bastiment, direttament fuq wiċċ l-ilma, sabiex jagħmluha possibbli għall-persuni biex jiġu rkuprati mill-baħar.”

(d)

Fil-paragrafu 10, il-frażi ta' introduzzjoni tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għall-bastimenti tal-passiġġieri li ma jaqbżux il-25 m fit-tul LWL:”

(24)

L-Artikolu 16.06, paragrafu 2, it-terminu “numru uffiċjali” huwa sostitwit b’ “Numru uniku ta’ identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej”.

(25)

L-Artikolu 21.02 huwa emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (g), wara r-referenza għall-“Artikolu 10.03b” tiddaħħal ir-referenza li ġejja:

“, Artikolu 10.03c”

b)

Fil-paragrafu 2, punt (d), ir-referenza għall-“Artikolu 10.07” hija sostitwita minn dan li ġej:

“Artikolu 10.05”.

(26)

It-tabella f'Artikolu 24.02(2) hija emendata kif ġej:

(a)

L-annotazzjoni li ġejja relatata ma’ l-Artikolu 6.02 (1) tiddaħħal wara l-annotazzjoni relatata ma' l-Artikolu 6.01 (7):

“6.02(1)

Preżenza ta’ tankijiet idrawliċi separati

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010

Valvi pilota ddupplikati fil-każ ta’ drive units idrawliċi

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2020

Sistema separata ta’ pajpijiet għat-tieni drive unit fil-każ ta’ drive units idrawliċi.

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2020”

(b)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 6.02(2) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 2

L-attivazzjoni tat-tieni drive unit permezz ta’ operazzjoni unika

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010”

(c)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 6.03(1) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“6.03(1)

Il-konnessjoni ta' konsumaturi oħra ma' drive units ta' l-apparat tat-tmun idrawliku

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2020”

(d)

L-annotazzjoni relatata ma’ l-Artikolu 6.03(2) titħassar.

(e)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 6.07(2) (a) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“6.07(2)(a)

l-allarm ta’ livell tat-tankijiet idrawliċi u l-allarm tal-pressjoni tas-servizz

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010”

(f)

L-annotazzjoni li ġejja relatata ma’ l-Artikolu 7.02 (2) tiddaħħal wara l-annotazzjoni relatata ma' l-Artikolu 6.08 (1):

“7.02(2)

Viżjoni ostakolata quddiem il-bastiment sa żewġ distanzi daqs it-tul tal-bastiment jekk anqas minn 250 m

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2049”

(g)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 8.05(7) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 7, l-ewwel sottoparagrafu

Valvijiet li jagħlqu malajr (quick-closing valve) mill-gverta, anke jekk il-kmamar ikkonċernati huma magħluqa

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015”

(h)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.01(2)(e) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“(e)

Il-projbizzjoni ta' stallazzjonijiet tal-gass likwifikat skond il-Kapitolu 14

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2045. Id-dispożizzjoni tranżitorja tapplika biss jekk is-sistemi ta' allarm jintramaw skond l-Artikolu 15.15(9)”

(i)

L-annotazzjoni li ġejja relatata ma’ l-Artikolu 15.06(6)(c) tiddaħħal wara l-annotazzjoni relatata ma' l-Artikolu 15.06 (6) (b):

“(c)

L-ebda rotot ta' emerġenza mill-kmamar tal-magni

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2007

L-ebda rotot ta’ emerġenza mill-kċejjen

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015”

(j)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.06(7) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 7

Sistema ta' gwida tas-sigurtà xierqa

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015”

(k)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.06(16) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 16

Is-sistemi ta' l-ilma tax-xorb skond l-Artikolu 12.05

N.RC., mhux aktar tard mill-31.12.2006”

(l)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.07 qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“15.07

Rekwiżiti għas-sistema tal-propulsjoni

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015”

(m)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.09(4) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 4

Tagħmir tas-salvataġġ

Għal bastimenti tal-passiġġieri li kienu mgħammra b'tagħmir tas-salvataġġ kollettiv skond l-Artikolu 15.09 taqs. 5 qabel l-1.1.2006, dawn l-istrumenti jitqiesu bħala alternattiva għal tagħmir tas-salvataġġ individwali.

Għall-bastimenti tal-passiġġieri li kienu mgħammra b'tagħmir tas-salvataġġ kollettiv skond l-Artikolu 15.09 taqs. 6 qabel l-1.1.2006, dawn jitqiesu bħala alternattiva għat-tagħmir tas-salvataġġ individwali sal-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010”

(n)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.10(3) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 3

Dawl ta' emerġenza xieraq

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015”

(o)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.10(6) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 6, l-ewwel sentenza

Ħitan diviżorji skond l-Artikolu 15.11(2).

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015

it-tieni u t-tielet sentenza

Installazzjoni ta' kejbils

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015

ir-raba’ sentenza

Impjant ta' l-enerġija ta' emerġenza 'l fuq mil-linja tal-marġni

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015”

(p)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.12(1) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“15.12(1)(c)

Tagħmir tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr fil-kċejjen

| N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju”

(q)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.12(2) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 2(a)

It-tieni pompa tat-tifi tan-nar

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010”

(r)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.12(3) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 3(b) u (c)

Tul tal-ġett tal-pressjoni u ta' l-ilma

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010”

(s)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.12(9) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 9

Sistema tat-tifi tan-nar fil-kmamar tal-magni

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015”

(27)

Fit-tabella ta’ l-Artikolu 24.03(1)(e) l-annotazzjoni relatata ma’ 15.05 qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“15.05

Għadd ta’ passiġġieri

Ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2045”

(28)

It-tabella f'Artikolu 24.06(5) hija emendata kif ġej:

(a)

L-annotazzjoni li gejja hija miżjuda wara l-annotazzjoni relatata mal-kapitolu 3:

“KAPITOLU 6

6.02(1)

Valvi pilota ddupplikati fil-każ ta’ drive units idrawliċi

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2020

1.4.2007

Sistema separata ta’ pajpijiet għat-tieni drive unit fil-każ ta’ drive units idrawliċi.

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2020

1.4.2007

6.03(1)

Il-konnessjoni ta' konsumaturi oħra ma' drive units ta' l-apparat tat-tmun idrawliku

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2020

1.4.2007

6.07 (2)(a)

l-allarm ta’ livell tat-tankijiet idrawliċi u l-allarm tal-pressjoni tas-servizz

N.R.C., mhux aktar tard mit-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010

1.4.2007”

KAPITOLU 7

“7.02(2)

Viżjoni ostakolata quddiem il-bastiment sa żewġ tulijiet tal-astimenti jekk anqas minn 250 m

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2049

30.12.2008”

(b)

L-annotazzjoni li ġejja relatata ma’ l-Artikolu 8.05(7), l-ewwel sentenza, tiddaħħal wara l-annotazzjoni relatata ma' l-Artikolu 8.03(3):

“8.05(7) l-ewwel sentenza

Valvijiet li jagħlqu malajr (quick-closing valve) mill-gverta, anke jekk il-kmamar ikkonċernati huma magħluqa.

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015

1.4.2008”

(c)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.01(2)(e) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“(e)

Il-projbizzjoni ta' stallazzjonijiet tal-gass likwifikat skond il-Kapitolu 14

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2045. Id-dispożizzjoni trażitorja tapplika biss jekk is-sistemi ta' allarm jintramaw skond l-artikolu 15.15(9).

1.1.2006”

(d)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.06(6)(c qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“(c)

L-ebda rotot ta' ħrib mill-kmamar tal-magni

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2007

1.1.2006”

L-ebda rotot ta’ ħarba mill-kċejjen

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015.

(e)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.06(7) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 7

Sistema ta' gwida tas-sigurtà xierqa

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015.

1.1.2006”

(f)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.06(16) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 16

Is-sistemi ta' l-ilma tax-xorb skond l-Artikolu 12.05

N.RC., mhux aktar tard mill-31.12.2006

1.1.2006”

(g)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.07 qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“15.07

Rekwiżiti għas-sistema tal-propulsjoni

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015

1.1.2006”

(h)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.09(4) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 4

Tagħmir tas-salvataġġ

Għal bastimenti tal-passiġġieri li kienu mgħammra b'tagħmir tas-salvataġġ kollettiv skond l-Artikolu 15.09 taqs. 5 qabel l-1.1.2006, dawn l-istrumenti jitqiesu bħala alternattiva għal tagħmir tas-salvataġġ individwali.

Għall-bastimenti tal-passiġġieri li kienu mgħammra b'tagħmir tas-salvataġġ kollettiv skond l-Artikolu 15.09 taqs. 6 qabel l-1.1.2006, dawn jitqiesu bħala alternattiva għat-tagħmir tas-salvataġġ individwali sal-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010

1.1.2006”

(i)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.10(3) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 3

Dawl ta' emerġenza xieraq

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015

1.1.2006”

(j)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.10(6) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 6, l-ewwel sentenza

Ħitan diviżorji skond l-Artikolu 15.11(2).

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015

1.1.2006

it-tieni u t-tielet sentenza

Installazzjoni ta' kejbils

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015

1.1.2006

ir-raba’ sentenza

Impjant ta' l-enerġija ta' emerġenza 'l fuq mil-linja tal-marġni

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015

1.1.2006”

(k)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.12(1) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“15.12(1)(c)

Tagħmir tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr fil-kċejjen

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju

1.1.2006”

(l)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 15.12(2) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 2(a)

It-tieni pompa tat-tifi tan-nar

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010

1.1.2006”

(m)

L-annotazzjoni li ġejja:

“paragrafu 9

Sistema tat-tifi tan-nar fil-kmamar tal-magni

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2010

1.1.2006

15.12(9)

Sistema tat-tifi tan-nar fil-kmamar tal-magni magħmula mill-azzar jew bi proprjetajiet ekwivalenti

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2045. Il-perjodu transitorju ma japplikax għall-bastimenti tal-passiġġieri li tqiegħdu wara l-31.12.1995, bil-buq magħmul mill-injam, aluminjum jew plastik u l-kmamar tal-magni tagħhom mhux magħmula minn materjal skond l-Artikolu 3.04 taqs. 3 u 4.

1.1.2006”

tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“paragrafu (9)

Sistema tat-tifi tan-nar fil-kmamar tal-magni

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2015. Id-dispożizzjoni tranżitorja ma tapplikax għall-bastimenti tal-passiġġieri li tqiegħdu wara l-31.12.1995, bil-buq magħmul mill-injam, aluminjum jew plastik u l-kmamar tal-magni tagħhom mhux magħmula minn materjal skond l-Artikolu 3.04 taqs. 3 u 4.

1.1.2006”

(29)

It-tabella f'Artikolu 24a.02(2) hija emendata kif ġej:

(a)

L-annotazzjoni li ġejja relatata ma’ l-Artikolu 6.02(1) tiddaħħal wara l-annotazzjoni relatata ma' l-Artikolu 6.01(7):

“6.02(1)

Preżenza ta’ tankijiet idrawliċi separati

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2026

Valvi pilota ddupplikati fil-każ ta’ drive units idrawliċi

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2026

Sistema separata ta’ pajpijiet għat-tieni drive unit fil-każ ta’ drive units idrawliċi.

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2026”

(b)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 6.02(2) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“paragrafu 2

L-attivazzjoni tat-tieni drive unit permezz ta’ azzjoni unika

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2026”

(c)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 6.03(1) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“6.03(1)

Il-konnessjoni ta' konsumaturi oħra ma' drive units ta' l-apparat tat-tmun idrawliku

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2026”

(d)

L-annotazzjoni relatata ma’ l-Artikolu 6.03(2) titħassar.

(e)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 6.07(2) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“6.07(2)(a)

Allarm ta’ livell tat-tankijiet idrawliċi u l-allarm tal-pressjoni tas-servizz

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2026”

(f)

L-annotazzjoni marbuta ma’ l-Artikolu 7.02(2) sa (7) qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“7.02(2) sa (6)

Viżjoni mingħajr ostakli mill-wheelhouse, ħlief għat-taqsimiet li ġejjin

N.R.C., mhux aktar tard mill-ħruġ jew it-tiġdid taċ-ċertifikat Komunitarju wara l-1.1.2049”

(30)

Id-Disinn 9 li ġej qiegħed jiddaħħal fl-Appendiċi:

“Id-disinn 9

Valv li jagħlaq malajr (quick-closing valve) fuq it-tank

Image

Kulur: kannella/abjad”

(31)

L-Appendiċi III u IV li ġejjin huma miżjuda:

L-Anness III

Mudell tan-Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej

A

A

A

x

x

x

x

x

[Kodiċi ta’ l-awtorità kompetenti li tassenja n-numru ta’ identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej]

[Numru tas-Serje]

Fil-mudell, “AAA” jirrapreżenta l-kodiċi bi tliet figuri maħruġ mill-awtorità kompetenti li tassenja n-numru ta’ identifikazzjoni għall-bastimenti Ewropej skond il-firxa ta’ numri li ġejjin:

001-019

Franza

020-039

l-Olanda

040-059

il-Ġermanja

060-069

il-Belġju

070-079

l-Iżvizzera

080-099

irriżervat għal bastimenti minn pajjiżi li mhumiex parti mill-Konvenzjoni ta' Mannheim li jkun inħarġilhom ċertifikat ta' Bastiment tar-Rhine qabel l-01.04.2007

100-119

in-Norveġja

120-139

id-Danimarka

140-159

ir-Renju Unit

160-169

l-Iżlanda

170-179

l-Irlanda

180-189

il-Portugall

190-199

riżervat

200-219

il-Lussemburgu

220-239

il-Finlandja

240-259

il-Polonja

260-269

l-Estonja

270-279

il-Litwanja

280-289

il-Latvja

290-299

riżervat

300-309

l-Awstrija

310-319

il-Liechtenstein

320-329

ir-Repubblika Ċeka

330-339

is-Slovakkja

340-349

riżervat

350-359

il-Kroazja

360-369

is-Serbja

370-379

il-Bożnja u Ħerzegovina

380-399

l-Ungerija

400-419

il-Federazzjoni Russa

420-439

l-Ukraina

440-449

il-Belarus

450-459

ir-Repubblika tal-Moldova

460-469

ir-Rumanija

470-479

il-Bulgarija

480-489

il-Ġeorġja

490-499

riżervat

500-519

it-Turkija

520-539

il-Greċja

540-549

Ċipru

550-559

l-Albanija

560-569

l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

570-579

is-Slovenja

580-589

il-Montenegro

590-599

riżervat

600-619

l-Italja

620-639

Spanja

640-649

Andorra

650-659

Malta

660-669

Monaco

670-679

San Marino

680-699

riżervat

700-719

l-Iżvezja

720-739

il-Kanada

740-759

l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

760-769

l-Iżrael

770-799

riżervat

800-809

l-Ażerbajġan

810-819

il-Każakstan

820-829

il-Kirgistan

830-839

it-Taġikistan

840-849

it-Turkmenistan

850-859

l-Użbekistan

860-869

l-Iran

870-999

riżervat.

“xxxxx” jirrapreżenta n-numru tas-serje b'ħames karattri maħruġ mill-awtorità kompetenti.

Appendiċi IV

Data għall-Identifikazzjoni ta’ Bastiment

A.   Il-bastimenti kollha

1.

In-Numru Uniku ta’ Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej skond l-Artikolu 2.18 ta’ dan l-Anness (l-Anness V, Parti 1, kaxxa 3 tal-mudell, u l-Anness VI, il-ħames kolonna)

2.

Isem il-vettura/bastiment (l-Anness V, Parti 1, kaxxa 1 tal-mudell, u l-Anness VI, ir-raba’ kolonna)

3.

It-tip ta’ bastiment kif definit mill-Artikolu 1.01, punti 1-28, ta’ dan l-Anness (l-Anness V, Parti 1, kaxxa 2 ta’ dan il-mudell)

4.

It-tul globali kif definit mill-Artikolu 1.01, punt 70, ta’ dan l-Anness (l-Anness V, Parti 1, kaxxa 17a)

5.

Il-wisa’ globali kif definita mill-Artikolu 1.01, punt 73, ta’ dan l-Anness (l-Anness V, Parti 1, kaxxa 18a)

6.

Il-fundar tal-baħar kif definit mill-Artikolu 1.01, punt 76, ta’ dan l-Anness (l-Anness V, Parti 1, kaxxa 19)

7.

Għajn tad-Data (= Ċertifikat Komunitarju)

8.

Il-piż mingħajr tagħbija (deadweight) (l-Anness V, Parti 1, kaxxa 21 u l-Anness VI, il-11-il kolonna) tal-bastimenti tal-merkanzija

9.

L-ispostament (displacement) kif definit mill-Artikolu 1.01 punt 60, ta’ dan l-Anness (l-Anness V, Parti 1, kaxxa 21 u l-Anness VI, il-11-il kolonna) għal bastimenti li mhumiex bastimenti tal-merkanzija

10.

L-operatur (is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu, l-Anness II, Kapitolu 2)

11.

L-Awtorità tal-Ħruġ (l-Anness V, Parti 1, u l-Anness VI)

12.

In-Numru taċ-Ċertifikat Komunitarju għat-Tbaħħir f’Kanali Interni (l-Anness V, Parti 1, u l-Anness VI, l-ewwel kolonna tal-mudell)

13.

Id-data ta’ l-għeluq (l-Anness V, Parti 1, kaxxa 11 tal-mudell, u l-Anness VI, is-sbatax-il kolonna tal-mudell)

14.

Min ħoloq id-dataset

B.   Fejn disponibbli

1.

Numru nazzjonali

2.

It-tip ta’ bastiment skond l-Ispeċifiċikazzjoni Teknika għar-Rappurtaġġ Elettroniku tal-Bastiment fit-tbaħħir f’kanali interni

3.

Buq wieħed jew doppju skond l-ADN/ADNR

4.

It-tul kif definit fl-artikolu 1.01 Nru 75

5.

Tunnellaġġ gross (għal bastimenti marittimi)

6.

Numru ta’ l-IMO (għal bastimenti marittimi)

7.

Il-Kodiċi (għal bastimenti marittimi)

8.

Numru ta’ l-MMSI

9.

Kodiċi ATS

10.

Tip, Numru, awtorità tal-ħruġ u d-data ta’ l-għeluq ta’ ċertifikati oħra


(1)  Il-ħitan bejn iċ-ċentri tal-kontroll u ż-żoni tal-ġemgħa interni għandhom jikkorrispondu għal Tip A0, iżda żoni tal-ġemgħa esterni għat-Tip B15 biss.

(2)  Il-ħitan bejn is-swali u ż-żoni tal-ġemgħa interna għandhom jikkorrispondu għat-Tip A 30, iżda żoni tal-ġemgħa esterni għat-Tip B15 biss.

(3)  Il-ħitan bejn il-kabini, il-ħitan bejn il-kabini u l-kuruturi u l-ħitan vertikali li jisseparaw is-swali skond it-taqsima 10 għandhom jikkonformaw mat-Tip B15, għall-kmamar mgħammra b'sistemi ta' bexxiexa bil-pressjoni B0.

(4)  Il-ħitan bejn il-kmamar tal-magni skond l-Artikoli 15.07 u 15.10, it-taqsima 6, għandhom jikkonformaw mat-Tip A60; f'każijiet oħra huma għandhom jikkonformaw mat-Tip A0.

(5)  B15 hija biżżejjed għall-ħitan bejn kċejjen, minn naħa, u l-kmamar tal-ħażna fil-kesħa u kmamar tal-ħażna ta' l-ikel, min-naħa l-oħra.

(6)  Il-ħitan bejn iċ-ċentri tal-kontroll u ż-żoni tal-ġemgħa interni għandhom jikkorrispondu għal Tip A0, iżda żoni tal-ġemgħa esterni għat-Tip B15 biss.

(7)  Il-ħitan bejn is-swali u ż-żoni tal-ġemgħa interna għandhom jikkorrispondu għat-Tip A 30, iżda żoni tal-ġemgħa esterni għat-Tip B15 biss.

(8)  Il-ħitan bejn il-kabini, il-ħitan bejn il-kabini u l-kuruturi u l-ħitan vertikali li jisseparaw is-swali skond it-taqsima 10 għandhom jikkonformaw mat-Tip B15, għall-kmamar mgħammra b'sistemi ta' bexxiexa bil-pressjoni B0.

(9)  Il-ħitan bejn il-kmamar tal-magni skond l-Artikoli 15.07 u 15.10, it-taqsima 6, għandhom jikkonformaw mat-Tip A60; f'każijiet oħra huma għandhom jikkonformaw mat-Tip A0.


ANNESS II

(1)

L-Anness V tad-Direttiva 2006/87/KE jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti I, kaxxa 3 tal-mudell, it-terminu “Numru Uffiċjali” jiġi sostitwit minn “Mudell tan-Numru Uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej”.

(b)

Fil-Parti II, kaxxa 3 tal-mudell, it-terminu “Numru Uffiċjali” jiġi sostitwit minn “Mudell tan-Numru Uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej”.

(c)

Fil-Parti III, kaxxa 3 tal-mudell, it-terminu “Numru Uffiċjali” jiġi sostitwit minn “Mudell tan-Numru Uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej”.

(2)

Fl-Anness VI tad-Direttiva 2006/87/KE, fil-ħames kolonna, l-intestatura “Numru Uffiċjali” jiġi sostitwit minn “Mudell tan-Numru Uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej”.


Top