EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0005
Commission Directive 2008/5/EC of 30 January 2008 concerning the compulsory indication on the labelling of certain foodstuffs of particulars other than those provided for in Directive 2000/13/EC of the European Parliament and of the Council (Codified version) (Text with EEA relevance )
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/5/KE tat- 30 ta’ Jannar 2008 dwar l-indikazzjoni obbligatorja fuq l-ittikkettjar ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel ta' partikolaritajiet apparti minn dawk previsti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/5/KE tat- 30 ta’ Jannar 2008 dwar l-indikazzjoni obbligatorja fuq l-ittikkettjar ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel ta' partikolaritajiet apparti minn dawk previsti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
OJ L 27, 31.1.2008, p. 12–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 022 P. 159 - 163
No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2014; Imħassar b' 32011R1169
31.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 27/12 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/5/KE
tat-30 ta’ Jannar 2008
dwar l-indikazzjoni obbligatorja fuq l-ittikkettjar ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel ta' partikolaritajiet apparti minn dawk previsti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 94/54/KE tat-18 ta’ Novembru 1994 dwar l-indikazzjoni obbligatorja fuq l-ittikkettjar ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel ta' partikolaritajiet apparti minn dawk previsti fid-Direttiva 79/112/KEE (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat illi l-konsumaturi jirċievu t-tagħrif adegwat, huwa meħtieġ li tiġi pprovduta indikazzjoni obbligatorja, għal ċerti oġġetti ta' l-ikel, ta' partikolaritajiet oħra b’żieda ma’ dawk ipprovduti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/13/KE. |
(3) |
Il-gassijiet ta' l-ippakkjar użati fl-ippakkjar ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel ma jistgħux jiġu meqjusa bħala ingredjenti għall-għanijiet ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/13/KE u għalhekk ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista ta' l-ingredjenti fuq it-tikketta. |
(4) |
Madankollu, il-konsumaturi għandhom ikunu mgħarrfa bl-użu ta' dawn il-gassijiet billi dan it-tagħrif jgħinhom jifhmu għaliex l-oġġetti ta' l-ikel li jkunu xtraw għandhom ħajja fuq l-ixkaffa itwal minn prodotti simili ippakkjati b'mod ieħor. |
(5) |
Bil-għan li tipprovdi informazzjoni adekwata lill-konsumatur, l-ittikkettjar ta' l-oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom materjali tal-ħlewwa għandhom juru dettalji għal dak l-effett. |
(6) |
Aktar minn hekk, twissijiet għandhom ukoll ikunu mogħtija fuq l-ittikkettjar ta' l-oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom ċerti kategoriji ta' materjali tal-ħlewwa. |
(7) |
Barra min hekk huwa meħtieġ il-proviżjoni ta' tikkettjar li jagħti lill-konsumaturi informazzjoni ċara dwar il-preżenza ta' l-aċidu glycyrrhizinic jew il melħ ta' l-ammonja tiegħu fil-ħelu u x-xorb. Fil-każ ta' kontenuti għoljin ta' l-aċidu glycyrrhizinic jew tal-melħ ta' l-ammonja tiegħu f'dawk il-prodotti, il-konsumaturi, u partikolarment dawk li jsofru minn ipertensjoni, għandhom barra minn dan jiġu informati li konsum eċċessiv għandu jiġi evitat. Biex tkun assigurata fehma tajba ta' dik l-informazzjoni mill-konsumaturi, it-terminu magħruf sew “l-għud is-sus” għandu preferibbilment jiġi użat. |
(8) |
Il-miżuri msemmija f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u Saħħa ta’ l-Annimali. |
(9) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/13/KE, l-għoti tat-tikketti lill-oġġetti ta' l-ikel elenkati fl-Anness I ma’ din id-Direttiva għandhom jinkludu l-partikolaritajiet addizzjonali, kif iddikjarati fl-Anness.
Artikolu 2
Id-Direttiva 94/54/KE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE (ĠU L 310, 28.11.2007, p. 11).
(2) ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).
(3) ĠU L 300, 23.11.1994, p. 14. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/77/KE (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 76).
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
ANNESS I
Il-Lista ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li għalihom l-għoti tat-tikketti jrid jinkludi partikolarità addizzjonali jew iktar
It-Tip jew il-Kategorija ta’ l-Oġġett ta’ l-Ikel |
Il-Partikolaritajiet |
L-Oġġetti ta’ l-ikel li t-tul tal-ħajja tagħhom tkun ġiet imtawla permezz tal-gassijiet ta' l-ippakkjar awtorizzati skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE (1) |
“Ippakkjati f’atmosfera protettiva” |
Oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom materjal jew materjali tal-ħlewwa kif awtorizzati bid-Direttiva 94/35/KE |
“b'materjal(i) tal-ħlewwa” Dawk il-partikolaritajiet għandhom jakkumpanjaw l-isem li permezz tiegħu il-prodott ikun mibjugħ, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/13/KE |
Oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom kemm zokkor jew zokkrijiet mizjuda u wkoll materjal jew materjali tal-ħlewwa kif awtorizzati bid-Direttiva 94/35/KE |
“biz-zokkor (zokkrijiet) u b'materjal(i) tal-ħlewwa” Dawk il-partikolaritajiet għandhom jakkumpanjaw l-isem li permezz tiegħu il-prodott ikun mibjugħ, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/13/KE |
Oġġetti ta' l-ikel li fihom l-aspartamina |
“fihom sorsi ta' phenylalanine” |
Oġġetti ta' l-ikel li fihom aktar minn 10 % żieda ta' polijoli |
“konsum eċċessiv jista jipproduċi effetti lassattivi” |
Ħelu jew xorb li jkun fihom l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonja tiegħu minħabba l-addizzjoni tas-sostanza/sostanzi fihom infushom jew il-pjanti ta' għu mg/kg jew 10 mg/l jew aktar. |
It-termini li “jkun fih l-għud is-sus” għandhom jiġu miżjuda immedjatament wara l-lista, kemm-il darba t-terminu “għud is-sus” hu diġà inkluż fil-lista ta' ingredjenti jew fl-isem taħt liema l-prodott hu mibjugħ. Fin-nuqqas ta' lista ta' ingredjenti, il-partikolari għandha titqiegħed viċin l-isem taħt liema l-prodott hu mibjugħ. |
Ħelu li jkun fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonja tiegħu minħabba l-addizzjoni tas-sostanza/sostanzi fihom infushom jew il-pjanta ta' għud is-sus Glycyrrhiza glabra b'konċentrament ta' 4 g/kg jew aktar. |
Il-messaġġ li ġej għandu jiġi miżjud wara l-lista ta' ingredjenti: “li jkun fih l-għud is-sus-nies li jsofru minn ipertensjoni għandhom jevitaw konsum eċċessiv”. Fin-nuqqas ta' lista ta' ingredjenti, il-partikolari għandha titqiegħed viċin l-isem taħt liema l-prodott hu mibjugħ. |
Xorb li jkun fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonja tiegħu minħabba l-addizzjoni tas-sostanza/sostanzi fihom infushom jew il-pjanta ta' għud is-sus Glycyrrhiza glabra b'konċentramenti ta' 50 mg/l jew aktar, jew ta' 300 mg/l jew aktar fil-każ ta' xorb li jkun fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta' alkoħol (2). |
Il-messaġġ li ġej għandu jiġi miżjud wara l-lista ta' ingredjenti: “li jkun fih l-għud is-sus-nies li jsofru minn ipertensjoni għandhom jevitaw konsum eċċessiv”. Fin-nuqqas ta' lista ta' ingredjenti, il-partikolari għandha titqiegħed viċin l-isem taħt liema l-prodott hu mibjugħ. |
(1) ĠU L 40, 11.2.1989. p. 27.
(2) Il-livell għandu japplika għall-prodotti kif proposti lesti għall-konsum jew kif ikkostitwiti mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti.
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 2)
Direttiva tal-Kummissjoni 94/54/KE |
|
Direttiva tal-Kunsill 96/21/KE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2004/77/KE |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 2)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
94/54/KE |
30 ta’ Ġunju 1995 (*) |
96/21/KE |
30 ta’ Ġunju 1996 (**) |
2004/77/KE |
20 ta’ Mejju 2005 (***) |
(*) Skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 94/54/KE:
“L-Istati Membri għandhom, meta meħtieġ, jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom sat-30 ta' Ġunju 1995 hekk illi:
— |
jippermettu l-kummerċ fil-prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1995, |
— |
jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta' Jannar 1997; madankollu, il-kummerċ imqiegħed fis-suq jew ittikkettjat qabel din id-data u li ma jikkonformax ma’ din id-Direttiva jista’ jissokta sakemm itemmu l-ħażniet.” |
(**) Skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/21/KE:
“L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi tagħhom qabel l-1 ta' Lulju 1996 b'mod illi:
— |
jippermettu kummerċ fil-prodotti li huma konformi ma' din id-Direttiva, sa l-1 ta' Lulju 1996 l-aktar tard; |
— |
jipprojbixxu l-kummerċ fi prodotti li ma jkunux konformi ma' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Lulju 1997. B'dana kollu, prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettjati qabel dik id-data li ma jkunux konformi ma' din id-Direttiva jistgħu jkunu kummerċjalizzati sa kemm il-ħażniet ikunu eżawriti.” |
(***) Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/77/KE:
“1. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-kummerċ fi prodotti li jħarsu din id-Direttiva mill-20 ta' Mejju 2005 mill-aktar tard.
2. L-Istati Membri m'għandhomx jippermettu l-kummerċ fi prodotti li ma jħarsux din id-Direttiva mill-20 ta' Mejju 2006.
Madankollu, prodotti li ma jħarsux din id-Direttiva u li kienu ttikkettjati qabel l-20 ta' Mejju 2006 għandhom jiġu awtorizzati sakemm ikunu fadlu l-ħażniet.”
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 94/54/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
— |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |